02017R1185 — MT — 18.12.2024 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171 4.7.2017, p. 113) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1746 tal-1 ta’ Ottubru 2019 |
L 268 |
6 |
22.10.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/791 tad-19 ta’ Mejju 2022 |
L 141 |
15 |
20.5.2022 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2391 tal-10 ta’ Settembru 2024 |
L 2391 |
1 |
11.9.2024 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185
tal-20 ta' April 2017
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
PRINĊIPJI U REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 1
Sistema ta' informazzjoni tal-Kummissjoni u metodu ta' notifika
L-informazzjoni u d-dokumenti għandhom jiġu stabbiliti u notifikati f'konformità ma':
il-proċeduri stabbiliti għas-sistema ta' informazzjoni;
id-drittijiet tal-aċċess mogħtija mill-korp uniku ta' kollegament msemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183; u
il-formoli magħmula disponibbli lill-utenti fis-sistema ta' informazzjoni.
Fil-każ ta’ notifiki skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-atti adottati abbażi ta’ dak ir-Regolament, is-sistema bbażata fuq it-teknoloġija tal-informatika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun disponibbli wkoll, fejn rilevanti, għall-operaturi u għall-pajjiżi terzi.
Bħala eċċezzjoni għall-ewwel paragrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa disponibbli lill-Kummissjoni bil-posta, bit-telefaks, bil-posta elettronika jew bl-idejn:
jekk il-Kummissjoni ma tkunx għamlet disponibbli l-mezzi tat-teknoloġija tal-informatika għal obbligu tan-notifika speċifiku;
fil-każijiet ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali li jagħmluha impossibbli li Stat Membru juża s-sistema ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Integrità u leġġibilità maż-żmien
Is-sistema ta' informazzoni li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għandha tkun imfassla biex tipproteġi l-integrità tad-dokumenti notifikati u miżmuma. B'mod partikolari, din għandha:
tippermetti li kull utent jiġi identifikat b'mod ċar, u tinkorpora miżuri effettivi ta' kontroll tad-drittijiet tal-aċċess sabiex tipproteġi kontra l-aċċess illegali, malizzjuż jew mhux awtorizzat tad-dokumenti, il-fajls u l-metadata jew it-tħassir, il-modifika jew iċ-ċaqliq illegali, malizzjuż jew mhux awtorizzat tagħhom;
tkun mgħammra b'sistemi fiżiċi ta' protezzjoni kontra l-indħil u l-inċidenti ambjentali u kif ukoll protezzjoni ta' softwer kontra attakki ċibernetiċi eventwali;
tipprevjeni kwalunkwe tibdil mhux awtorizzat u tinkorpora mekkaniżmi ta' integrità biex tivverifika jekk maż-żmien dokument ikunx inbidel;
iżżomm rekord tal-awditjar għal kull stadju essenzjali tal-proċedura;
tissalvagwardja d-data maħżuna f'ambjent li jkun sigur sew f'termini fiżiċi kif ukoll f'dawk tas-softwer, f'konformità mal-punt (b);
tipprovdi proċeduri affidabbli għall-konverżjoni u l-migrazzjoni tal-format biex tiggarantixxi li d-dokumenti jkunu leġġibbli u aċċessibbli matul il-perjodu kollu tal-ħżin meħtieġ;
jkollha dokumentazzjoni funzjonali u teknika dettaljata biżżejjed u aġġornata dwar il-ħidma u l-karatteristiċi tas-sistema; dik id-dokumentazzjoni għandha tkun aċċessibbli f'kull waqt lill-entitajiet organizzattivi responsabbli għall-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u/jew tekniċi.
Artikolu 3
Awtentiċità tad-dokumenti
L-awtentiċità ta' dokument innotifikat jew maħżun permezz ta' sistema tal-informazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament hija rrikonoxxuta jekk il-persuna li tkun bagħtet id-dokument tkun identifikata kif xieraq u jekk id-dokument ikun ġie stabbilit u nnotifikat f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Protezzjoni tad-data personali
Artikolu 5
Notifika ta’ inadempjenza
Ħlief fejn huwa previst mod ieħor fl-atti msemmija fl-Artikolu 1, fejn l-Istati Membri, jew fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi jew l-operaturi, ma jkunux innotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni jew bid-dokumenti meħtieġa sal-iskadenza (“ritorn null”), għandu jitqies li jkunu innotifikaw dan li ġej:
fil-każ ta’ prezzijiet, nuqqas ta’ informazzjoni;
fil-każ ta’ data kwantitattiva oħra, valur żero;
fil-każ ta’ informazzjoni kwalitattiva, sitwazzjoni “xejn x’tirrapporta”.
Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-valur prestabbilit għandux jiġi ppubblikat, u/jew sostitwit bi stima tal-Kummissjoni jew billi jissemma nuqqas ta’ notifika.
KAPITOLU II
NOTIFIKI U KOORDINAZZJONI DWAR IL-PREZZIJIET, IL-PRODUZZJONI, L-INFORMAZZJONI TAS-SUQ U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MINN FTEHMIET INTERNAZZJONALI
TAQSIMA 1
Notifika dwar il-prezzijiet, il-produzzjoni u l-informazzjoni tas-suq
Artikolu 6
Notifika dwar il-prezzijiet, il-produzzjoni u s-sitwazzjoni tas-suq
In-notifika tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet meħtieġa skont l-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 għandha ssir skont l-Annessi I u II.
In-notifika tal-produzzjoni u s-swieq meħtieġa skont l-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 għandha ssir skont l-Anness III.
Artikolu 7
Integrità tal-informazzjoni
Artikolu 8
Informazzjoni addizzjonali
L-Istati Membri u, fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi u l-operaturi jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali għal dik mitluba fl-Annessi I, II u III permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 fejn tali informazzjoni tkun ikkunsidrata rilevanti mill-Istati Membri u, fejn rilevanti, mill-pajjiżi terzi u mill-operaturi kkonċernati. Tali notifiki għandhom isiru permezz ta’ formola li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli fis-sistema tal-informazzjoni.
Artikolu 9
Definizzjoni tal-prezzijiet u tal-kwantità
Artikolu 10
Rappurtar ta’ prezzijiet bil-munita uffiċjali
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Annessi I, II u III, l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni tal-prezzijiet bil-munita uffiċjali tagħhom, mingħajr il-VAT.
Artikolu 11
Notifika tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I, l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa msemmija f’dak l-Anness sa mhux aktar tard min-12.00 (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta’ Erbgħa għall-ġimgħa ta’ qabel.
Artikolu 12
Notifika tal-prezzijiet, tal-produzzjoni u tal-informazzjoni tas-suq mhux ta’ kull ġimgħa
L-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fil-limiti taż-żmien stabbiliti, b’dan li ġej:
l-informazzjoni tal-prezzijiet mhux ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Anness II;
l-informazzjoni tal-produzzjoni u tas-suq imsemmija fl-Anness III.
TAQSIMA 2
Notifiki mitluba minn ftehmiet internazzjonali
Artikolu 13
Data tal-appoġġ domestiku tad-WTO
Artikolu 14
Data tal-kompetizzjoni tal-esportazzjoni tad-WTO
L-Istati Membri, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data għas-sena kalendarja preċedenti dwar il- miżuri tal-kompetizzjoni fl-esportazzjoni li ġejjin, li huma applikati minnhom:
appoġġ finanzjarju tal-esportazzjoni (krediti tal-esportazzjoni, garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni jew programmi tal-assigurazzjoni);
għajnuna alimentari internazzjonali;
intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Emendi għal bosta regolamenti u dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolamenti li ġejjin jiġu mħassra:
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Punt 1 tal-Anness II u l-Punt 2 tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 11
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-Istati Membri kkonċernati huma dawk li jipproduċu jew li jużaw aktar minn 2 % tat-total tal-produzzjoni jew tal-użu korrispondenti tal-Unjoni.
1. Ċereali
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull wieħed miċ-ċereali u mill-kwalitajiet taċ-ċereali kkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, fejn rilevanti, għall-proprjetajiet kwalitattivi, għall-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ kull prodott.
2. Ross
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull waħda mill-varjetajiet ta’ ross ikkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jipproduċu r-ross u l-Istati Membri b’industrija tat-tħin.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, fejn rilevanti, għall-istadju tal-ipproċessar, għall-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ kull prodott.
3. Żrieragħ żejtnin
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi għal-lift, għaż-żerriegħa tal-ġirasol, għall-fażola tas-sojja, għall-grixa tal-lift, għall-grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol, għall-grixa tas-sojja, għaż-żejt tal-lift mhux raffinat, għaż-żejt tal-ġirasol mhux raffinat u żejt tal-fażola tas-sojja mhux raffinat.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla tal-għalla rispettiva ta’ mill-anqas 10 000 ettaru fis-sena. Fir-rigward tan-notifiki tal-prezzijiet tal-grix u taż-żjut, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 200 000 tunnellata metrika tal-għalla taż-żerriegħa żejtnija rispettiva.
4. Żejt taż-żebbuġa
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet medji rreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin u l-prezzijiet medji nazzjonali ponderati għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa elenkati fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 20 000 tunnellata żejt taż-żebbuġa fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa sfuż, tal-mitħna għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u tal-fabbrika għal kategoriji oħra. Is-swieq rappreżentattivi għandhom ikopru mill-inqas 70 % tal-produzzjoni nazzjonali tal-prodott ikkonċernat.
▼M3 —————
5. Frott u ħxejjex, banana u patata
Prezzijiet ta’ frott u ħxejjex u patata maħsuba għas-suq ta’ prodotti friski
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti, għat-tipi u għall-varjetajiet tal-frott u l-ħxejjex elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 ( 1 ) u għall-patata għall-konsum.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
għall-frott u l-ħxejjex, kif imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891,
għall-patata għall-konsum, il-patata maħsuba biss biex tinbiegħ lill-konsumaturi fi stadju frisk, b’daqs li ma tgħaddix minn malja kwadra ta’ 35 mm × 35 mm iżda li tista’ tgħaddi minn malja kwadra ta’ 75 mm × 75 mm, f’imballaġġi ta’ inqas minn 10 kg. Il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti konvenzjonali mhux organiċi, tal-post fejn jiġu mballati, magħżulin, imballati u, fejn applikabbli, fuq palits, espressi għal kull 100 kg piż nett ta’ prodott.
Prezzijiet tal-bejgħ tal-banana
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet bl-ingrossa tal-banana safra li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0803 90 10 ,
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha li jikkummerċjalizzaw medja ta’ aktar minn 50 000 tunnellata ta’ banana safra fis-sena matul il-perjodu tal-aħħar 5 snin kalendarji.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
għal prodotti konvenzjonali mhux organiċi,
il-prezz medju ponderat nazzjonali għal kull pajjiż tal-oriġini,
espressi għal kull 100 kg piż nett ta’ prodott.
Prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tat-tadam, tat-tuffieħ, tal-larinġ, tal-ħawħ u tan-nuċiprisk u tal-banana maħsuba għall-konsum frisk għat-tipi u l-varjetajiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. Fir-rigward tal-banana, l-Istati Membri elenkati fl-Anness II, il-punt 8(b), ta’ dan ir-Regolament.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
għal prodotti konvenzjonali mhux organiċi,
mal-ħruġ mill-azjenda agrikola u l-prodotti maħsuda, mhux ikkundizzjonati u fil-pakketti tal-ħsad tal-għelieqi,
skont il-prodott, it-tip u l-varjetà, kif rilevanti. Għall-prezzijiet irrappurtati skont it-tip u l-varjetà, għandu jiġi nnotifikat ukoll prezz medju ponderat nazzjonali għal kull prodott, ħlief għat-tadam,
il-prezzijiet espressi għal kull 100 kg ta’ prodott.
6. Laħam
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet għall-karkassi u għall-qatgħat taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u għal ċerti annimali tal-ifrat, għoġġiela u driefeġ ħajjin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-karkassi skont il-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: għall-karkassi u l-annimali ħajjin, l-Istati Membri kollha. Għall-qatgħat, l-Istati Membri li l-produzzjoni nazzjonali tagħhom tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni tal-Unjoni;
Oħrajn: meta fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikun hemm numru insuffiċjenti ta’ karkassi jew ta’ annimali ħajjin x’jiġu nnotifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li għall-perjodu kkonċernat jissospendi r-reġistrazzjoni tal-prezzijiet għal tali karkassi jew annimali ħajjin u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu. Dwar il-qatgħat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw il-prezzijiet tar-robbu ta’ wara taċ-ċanga, tar-robbu ta’ quddiem taċ-ċanga, tal-laħam ikkapuljat taċ-ċanga, tal-laħam tal-lojn tal-majjal, tal-laħam taż-żaqq tal-majjal, tal-laħam tal-ispalla tal-majjal, tal-laħam ikkapuljat tal-majjal u tal-laħam tal-perżut tal-majjal.
▼M3 —————
7. Ħalib u prodotti tal-ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tat-trab tax-xorrox, tat-trab tal-ħalib xkumat, tat-trab tal-ħalib sħiħ, tal-butir, tal-krema, tal-ħalib tax-xorb u tal-ġobnijiet komoditarji espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li l-produzzjoni nazzjonali tagħhom tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni tal-Unjoni; jew, fil-każ tal-ġobnijiet komoditarji, fejn it-tip ta’ ġobon jirrappreżenta 4 % jew aktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti mixtrija mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.
▼M3 —————
8. Bajd
Kontenut tan-notifika: il-prezz bl-ingrossa għall-bajd tal-Klassi A skont il-metodu ta’ trobbija (medja tal-kategoriji L u M), espress għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti fil-postijiet tal-ippakkjar.
9. Laħam tat-tjur
Kontenut tan-notifika: il-prezz medju bl-ingrossa għat-tiġieġ sħiħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”) u għall-qatgħat tat-tiġieġ (flett tas-sidra, saqajn), espress għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti f’impjanti tat-tbiċċir jew għandhom jiġu rreġistrati fi swieq rappreżentattivi.
▼M3 —————
10. Oħrajn
Kontenut tan-notifika: il-prezz tat-trab mimli bix-xaħam espress għal kull 100 kg tal-prodott.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti mixtrija mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.
ANNESS II
Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet mhux ta’ kull ġimgħa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-Istati Membri kkonċernati huma dawk li jipproduċu jew li jużaw aktar minn 2 % tat-total tal-produzzjoni jew tal-użu korrispondenti tal-Unjoni, minbarra għall-prodotti organiċi, li għalihom hemm limitu ta’ 4 % tal-produzzjoni.
1. Ċereali
(a) Prezzijiet taċ-ċereali organiċi
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għall-qamħ komuni organiku, għall-qamħ durum u għas-segala, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
(b) Prezzijiet tad-dqiq tal-qamħ
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tal-industrija tat-tħin għad-dqiq tal-qamħ, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
(c) Prezzijiet tax-xiri tad-dqiq tal-qamħ
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra tal-ikel għad-dqiq tal-qamħ, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
2. Żrieragħ żejtnin u għelejjel li fihom il-proteini
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull wieħed mill-għelejjel li fihom il-proteini li huma kkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni kif ukoll għall-fażola tas-sojja organika, għall-grixa tas-sojja organika, għall-grixa tas-sojja li mhijiex ĠM, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: għall-għelejjel li fihom il-proteini, l-Istati Membri b’żona mħawla bl-għalla rispettiva ta’ mill-inqas 10 000 ettaru fis-sena.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
3. Zokkor
Kontenut tan-notifika:
il-medji pponderati tal-prezzijiet taz-zokkor li ġejjin, espressi għal kull tunnellata ta’ zokkor, kif ukoll il-kwantitajiet korrispondenti totali u d-devjazzjonijiet standard ipponderati:
għax-xahar preċedenti, il-prezz tal-bejgħ;
għax-xahar preċedenti, il-prezz tal-bejgħ fuq il-fatturi li jikkorrispondu għall-kuntratti b’terminu qasir. Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni mhux aktar kmieni minn xahrejn wara tmiem il-perjodu ta’ notifika stabbilit hawn taħt.
il-prezz medju pponderat tal-pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, espress għal kull tunnellata ta’ pitravi, kif ukoll il-kwantitajiet korrispondenti totali.
Stati Membri kkonċernati:
għall-prezzijiet taz-zokkor, l-Istati Membri kollha li fihom jiġu prodotti aktar minn 10 000 tunnellata ta’ zokkor mill-pitravi taz-zokkor jew miz-zokkor mhux raffinat;
għall-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, l-Istati Membri kollha b’żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ pitravi taz-zokkor fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.
Perjodu tan-notifika:
għall-prezzijiet taz-zokkor, sal-25 jum ta’ kull xahar;
għall-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
Oħrajn:il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni u għandhom jikkonċernaw:
il-prezzijiet tal-fabbrika taz-zokkor abjad sfuż għaz-zokkor ta’ kwalità standard kif definit fil-punt B II tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 miġbur minn impriżi u raffinaturi taz-zokkor;
il-prezz tal-pitravi taz-zokkor imħallas mill-impriżi taz-zokkor lill-produtturi għall-pitravi taz-zokkor ta’ kwalità standard li jkun fihom 16 % zokkor. Il-pitravi għandhom jiġu attribwiti lill-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni bħaz-zokkor estratt minnhom.
Prezzijiet tax-xiri
Kontenut tan-notifika: il-medji ponderati rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-industrija tal-ikel u dik mhux tal-ikel (minbarra l-bijofjuwil) tal-prezzijiet tax-xiri taz-zokkor u tal-melassa, espressi għal kull tunnellata ta’ prodott, kif ukoll il-kwantitajiet totali korrispondenti għal kull tip ta’ operatur (bejjiegħa bl-imnut, industrija tal-ikel u dik mhux tal-ikel).
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni.
▼M3 —————
5. Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda
Kontenut tan-notifika:
Stati Membri kkonċernati:
Perjodu tan-notifika:
Oħrajn: fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa organiku, il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa sfuż, tal-mitħna għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u tal-fabbrika għal kategoriji oħra. Fir-rigward taż-żebbuġ mhux ipproċessat għall-produzzjoni taż-żebbuġ tal-mejda, il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żebbuġ li jitwassal mill-produtturi fil-punti ta’ akkoljenza tal-industrija tal-ipproċessar.
Prezzijiet tax-xiri
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut” għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni u taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni msemmija fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg ta’ prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet rappreżentattivi għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa verġni kundizzjonat u għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni f’kontenituri lesti biex jiġu offruti lill-konsumaturi finali u għandhom ikopru mill-inqas terz tax-xiri nazzjonali tal-prodott ikkonċernat.
6. Inbid
Kontenut tan-notifika: il-medji ponderati nazzjonali tal-prezzijiet għax-xahar preċedenti, espressi għal kull ettolitru ta’ prodott, għall-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin:
Inbid: għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imqassma f’sitt klassijiet: ħomor/rożè u bojod, rispettivament għall-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, għall-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta, u għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika;
Inbid frizzanti: għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (4), (6) u (5) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ikkombinati fi klassi waħda, għal prodotti b’indikazzjoni ġeografika irrispettivament mill-kulur tagħhom;
Inbid organiku: (i) għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imqassma f’żewġ klassijiet: inbid aħmar/rożè u abjad b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta; (ii) għall-inbejjed frizzanti kif imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-kuluri kollha flimkien, għall-prodotti b’indikazzjoni ġeografika.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li l-medja tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar ħames snin qabżet il-5 % tal-produzzjoni tal-inbid totali tal-Unjoni.
Perjodu tan-notifika: sal-15-il jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti bl-ingrossa li joħorġu mill-bini tal-produttur. Għall-inbejjed frizzanti msemmija fil-punt (b) u l-punt (c)(ii), il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-inbid bażi użat biex jiġu prodotti:
7. Ħalib u prodotti tal-ħalib
(a) Ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-ħalib organiku mhux ipproċessat, u l-prezz stmat għal kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat fix-xahar kurrenti, espressi għal kull 100 kg tal-prodott fil-kontenut reali ta’ xaħam u ta’ proteini.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezz għandu jkun dak imħallas mill-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru.
(b) Prodotti tal-ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet għall-ġobnijiet, minbarra l-ġobnijiet komoditarji msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha għal tipi ta’ ġobnijiet rilevanti għas-suq nazzjonali.
Perjodu ta’ notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu għal ġobon mixtri mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.
Prezzijiet tax-xiri
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi tan-negozju tal-ikel oħra tal-butir u tal-ġobnijiet rilevanti, espressi għal kull 100 kg ta’ prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
8. Frott u ħxejjex, banana u patata
Prezzijiet tal-frott u tal-ħxejjex friski u organiċi
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tat-tadam, tat-tuffieħ, tal-larinġ, tal-ħawħ u tan-nuċiprisk organiċi għat-tipi u l-varjetajiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet tal-prodotti organiċi għandhom jiġu nnotifikati bl-istess mod kif imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għall-prodotti konvenzjonali.
Prezzijiet għall-banana ħadra
Kontenut tan-notifika:
il-prezzijiet rappreżentattivi fis-swieq lokali tal-banana ħadra, ikkummerċjalizzati fir-reġjun tal-produzzjoni u l-kwantitajiet relatati;
il-prezz medju ponderat nazzjonali għal kull pajjiż tal-oriġini;
il-prezzijiet rappreżentattivi tal-banana ħadra konvenzjonali mhux organika, ikkummerċjalizzata barra mir-reġjun tal-produzzjoni u l-kwantitajiet relatati;
it-tbassir tad-data msemmija fil-punti (a) u (c) għaż-żewġ perjodi sussegwenti ta’ notifika.
Perjodu tan-notifika:
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri b’reġjun tal-produzzjoni, jiġifieri:
il-Gżejjer Kanarji;
Guadeloupe;
Martinique;
Madeira u l-Azores;
Kreta;
Ċipru.
Oħrajn:
il-prezzijiet għall-banana ħadra kkummerċjalizzata fl-Unjoni barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħha għandhom ikunu fl-ewwel port tal-ħatt (prodotti mhux imħatta),
il-prezzijiet għandhom jiġu espressi għal kull 100 kg ta’ prodott.
Prezzijiet tal-ħruġ mill-azjenda agrikola
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tat-tadam, tat-tuffieħ u tal-larinġ, tal-ħawħ maħsuba għall-ipproċessar.
Perjodu tan-notifika:
għat-tadam għall-ipproċessar, sal-31 ta’ Jannar fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti;
għall-prodotti l-oħra, sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar ta’ qabel.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
espressi għal kull 100 kg ta’ prodott,
mal-ħruġ mill-azjenda agrikola u tal-prodotti maħsuda.
Prezzijiet tax-xiri bl-imnut
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tax-xiri bl-imnut tat-tadam, tat-tuffieħ, tal-larinġ, tal-ħawħ u tan-nuċiprisk għat-tipi u l-varjetajiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
għal prodotti konvenzjonali mhux organiċi,
skont il-prodott, it-tip u l-varjetà, kif rilevanti. Għall-prezzijiet irrapportati skont it-tip u l-varjetà, jiġi nnotifikat ukoll prezz medju ponderat nazzjonali għal kull prodott, ħlief għat-tadam,
espressi għal kull 100 kg piż nett ta’ prodott.
Prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tal-bejgħ bl-imnut tat-tadam, tat-tuffieħ, tal-larinġ, tal-ħawħ u tan-nuċiprisk, u tal-banana safra għat-tipi u l-varjetajiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, u tal-patata għall-konsum.
Stati Membri kkonċernati: fil-każ tal-banana safra, l-Istati Membri kollha jikkummerċjalizzaw medja ta’ aktar minn 50 000 tunnellata ta’ banana safra fis-sena matul il-perjodu tal-aħħar 5 snin kalendarji.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati:
għal prodotti konvenzjonali mhux organiċi,
fuq l-ixkaffa għall-bejgħ bl-imnut għall-bejjiegħa bl-imnut l-aktar rappreżentattivi,
skont il-prodott, it-tip u l-varjetà, kif rilevanti. Għall-prezzijiet irrapportati skont it-tip u l-varjetà, jiġi nnotifikat ukoll prezz medju ponderat nazzjonali għal kull prodott, ħlief għat-tadam,
għall-patata għall-konsum, il-patata maħsuba biss biex tinbiegħ lill-konsumaturi fi stadju frisk, b’daqs li ma tgħaddix minn malja kwadra ta’ 35 mm × 35 mm iżda li tista’ tgħaddi minn malja kwadra ta’ 75 mm × 75 mm, f’imballaġġi ta’ inqas minn 10 kg,
espressi għal kull 100 kg ta’ piż nett ta’ prodott.
9. Laħam
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tal-karkassi taċ-ċanga organika skont il-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga bħal fil-każ tan-notifika prevista fil-punt (a) tal-punt 6 tal-Anness I, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Prezzijiet tax-xiri
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra tal-ikel għal-laħam ikkapuljat tal-majjal u taċ-ċanga, espress għal kull 100 kg ta’ prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
10. Tjur
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tat-tiġieġ sħaħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”), espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti.
Prezzijiet tax-xiri
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi oħra tan-negozju tal-ikel għat-tiġieġ sħiħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”) u għall-filetti tas-sidra tat-tiġieġ, espress għal kull 100 kg ta’ prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
ANNESS III
Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-produzzjoni u tal-informazzjoni tas-suq kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 12
1a. Ross
Kontenut tan-notifika: għal kull wieħed mit-tipi ta’ ross imsemmija fil-punti 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
żona mħawla, rendiment agronomiku, produzzjoni tar-ross fil-fosdqa fis-sena tal-ħsad u rendiment tat-tħin;
użu domestiku (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) ta’ ross espress f’ekwivalenti mitħun;
livelli kkombinati ta’ kull xahar tal-ħażniet tar-ross (espressi f’ekwivalenti mitħun) miżmuma mill-produtturi u l-imtieħen tar-ross separati f’“Japonica” (il-Parti I, il-punt 2(a), il-punt 2(b) u l-punt 2(c)(i), tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) u “Indica” (il-Parti I, il-punt 2(c) (ii), tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).
Perjodu tan-notifika: sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena fir-rigward tas-sena ta’ qabel fir-rigward taż-żona mħawla u l-użu domestiku; sal-aħħar ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti fir-rigward tal-ħażniet totali ta’ kull xahar ta’ “Japonica” u ta’ “Indica”.
Stati Membri kkonċernati:
għall-produzzjoni tar-ross fil-fosdqa, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross;
għall-użu domestiku, l-Istati Membri kollha;
għall-ħażniet tar-ross, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross u l-Istati Membri b’imtieħen tar-ross.
1b. Ċereali
Kontenut tan-notifika: il-livell ta’ kull xahar tal-ħażniet taċ-ċereali rilevanti għas-suq tal-Unjoni abbażi tal-ħażniet miżmuma mill-produtturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-operaturi rilevanti.
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
L-Istati Membri kkonċernati: L-Istati Membri kollha.
1c. Żrieragħ taż-żejt
Kontenut tan-notifika: il-livell ta’ kull xahar tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-kolza, taż-żerriegħa tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja, tad-dqiq miż-żerriegħa tal-kolza, tad-dqiq taż-żerriegħa tal-ġirasol, tad-dqiq tas-sojja, taż-żejt tal-lift mhux raffinat, taż-żejt tal-ġirasol mhux raffinat u taż-żejt tal-fażola tas-sojja mhux raffinat abbażi tal-ħażniet miżmuma mill-produtturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-operaturi rilevanti.
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
L-Istati Membri kkonċernati: L-Istati Membri kollha.
1d. Żerriegħa ċċertifikata
Kontenut tan-notifika: għaċ-ċereali, ir-ross, iż-żrieragħ żejtnin u l-uċuħ tar-raba’ li fihom l-Istati Membri jinnotifikaw il-prezzijiet ibbażati fuq il-punti 1, 2 u 3 tal-Anness I jew il-punt 2 tal-Anness II:
żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni;
il-kwantitajiet ta’ żerriegħa maħsuda għaċ-ċertifikazzjoni;
livell ta’ ħażniet ta’ żerriegħa ċċertifikata miżmuma mill-operaturi rilevanti.
Perjodu ta’ notifika: sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena fir-rigward taż-żona maħsuda f’dik is-sena fir-rigward taż-żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni; sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena fir-rigward tas-sena preċedenti fir-rigward taż-żerriegħa maħsuda; sal-aħħar ta’ Frar, u bejn l-aħħar ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Settembru, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlesta l-ħsad u qabel ma jibda ż-żrigħ għal kull għalla, fir-rigward tax-xahar preċedenti fir-rigward tal-ħażniet.
L-Istati Membri kkonċernati: L-Istati Membri kkonċernati mill-punti 1, 2 u 3 tal-Anness I jew il-punt 2 tal-Anness II.
2. Zokkor
A. Żoni tal-pitravi
Kontenut tan-notifika: żona tal-pitravi taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti u stima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.
Perjodu tan-notifika: sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha b’żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ pitravi taz-zokkor fis-sena kkonċernata.
Oħrajn: dawn iċ-ċifri għandhom jiġu espressi f’ettari u mqassma skont iż-żoni maħsuba għall-produzzjoni taz-zokkor u dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-bijoetanol.
B. Produzzjoni u użu taz-zokkor u tal-bijoetanol
Kontenut tan-notifika:
produzzjoni: il-produzzjoni taz-zokkor u tal-melassi u l-produzzjoni tal-bijoetanol minn kull impriża fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, stima tal-produzzjoni totali taz-zokkor f’kull Stat Membru u tal-produzzjoni taz-zokkor minn kull impriża;
użu: iż-zokkor mibjugħ minn impriżi u raffinaturi fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, maqsum skont id-destinazzjoni.
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena fir-rigward tal-produzzjoni u tal-użu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, kif ukoll il-produzzjoni totali stmata taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali; Sal-31 ta’ Marzu kull sena (it-30 ta’ Ġunju għad-dipartimenti Franċiżi tal-Guadeloupe u l-Martinique) fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti minn kull impriża.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri fejn jiġu prodotti aktar minn 10 000 tunnellata ta’ zokkor.
Oħrajn:
“produzzjoni taz-zokkor” tfisser il-kwantità totali, espressa f’tunnellati ta’ zokkor abjad kif ġej:
zokkor abjad, mingħajr ma jitqiesu d-differenzi fil-kwalità,
zokkor mhux ipproċessat, abbażi tar-rendiment iddeterminat skont il-punt B.III tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,
zokkor invertit, skont il-piż tiegħu,
sukrożju jew ġuleppi taz-zokkor invertit li huma mill-inqas 70 % puri u li huma prodotti mill-pitravi taz-zokkor, abbażi ta’ kontenut taz-zokkor li jista’ jiġi estratt jew abbażi tar-rendiment reali,
sukrożju jew ġuleppi taz-zokkor invertit li huma mill-inqas 75 % puri u prodotti mill-kannamiela, abbażi tal-kontenut taz-zokkor;
il-produzzjoni taz-zokkor ma għandhiex tinkludi zokkor abjad miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) jew prodott skont arranġamenti tal-ipproċessar attiv;
iz-zokkor li jiġi estratt mill-pitravi miżrugħa matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifika għandu jiġi attribwit lis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara. Madankollu, iz-zokkor estratt mill-pitravi miżrugħa fil-ħarifa ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari għandu jiġi attribwit lill-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu ddeċidew hekk u li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2017;
iċ-ċifri għaz-zokkor għandhom jitqassmu skont ix-xahar u, fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, għandhom jikkorrispondu għaċ-ċifri proviżorji sax-xahar ta’ Frar u għall-istimi għax-xhur li jibqa’ mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni;
il-produzzjoni tal-bijoetanol għandha tinkludi biss il-bijoetanol miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) u għandha tiġi espressa f’ettolitri;
“użu taz-zokkor” tfisser il-kwantitajiet totali, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ zokkor abjad, mibjugħa mill-impriżi u mir-raffinaturi taz-zokkor lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-utenti taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dawk il-kwantitajiet għandhom jinqasmu bejn dawk mibjugħa għall-bejgħ bl-imnut, lill-industrija tal-ikel u lil industriji oħra minbarra l-industrija tal-bijoetanol.
C. Produzzjoni tal-isoglukożju
Kontenut tan-notifika:
il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju ttrasportata minn kull produttur matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti;
il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju ttrasportata minn kull produttur matul ix-xahar preċedenti.
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju.
Oħrajn: “Produzzjoni tal-isoglukożju” tfisser il-kwantità totali tal-prodott miksub mill-glukożju jew mill-polimeri tiegħu b’kontenut skont il-piż fl-istat niexef ta’ mill-inqas 41 % fruttożju, espressa f’tunnellati ta’ materja niexfa irrispettivament mill-kontenut tal-fruttożju kurrenti li jaqbeż il-livell limitu ta’ 41 %. Iċ-ċifri tal-produzzjoni fis-sena għandhom jitqassmu xahar b’xahar.
D. Ħażniet taz-zokkor u tal-isoglukożju
Kontenut tan-notifika:
il-kwantitajiet tal-produzzjoni taz-zokkor, inklużi l-importazzjonijiet, maħżuna fl-aħħar ta’ kull xahar mill-impriżi taz-zokkor u r-raffinaturi;
il-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-isoglukożju, inklużi l-importazzjonijiet, maħżuna mill-produtturi tal-isoglukożju sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti kkonċernat fir-rigward taz-zokkor, u sat-30 ta’ Novembru fir-rigward tal-isoglukożju.
Stati Membri kkonċernati:
għaz-zokkor, l-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-impriżi jew ir-raffinaturi taz-zokkor u fejn il-produzzjoni taz-zokkor taqbeż l-10 000 tunnellata;
għall-isoglukożju, l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju.
Oħrajn: iċ-ċifri għandhom jirreferu għall-prodotti maħżuna b’ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni u għall-produzzjoni taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-isoglukożju kif definit fil-punti B u C.
Fir-rigward taz-zokkor:
Fir-rigward tal-isoglukożju, il-kwantitajiet għandhom jirreferu għall-kwantitajiet li huma proprjetà tal-produttur.
E. Ftehimiet tan-negozju
Kontenut tan-notifika: il-kontenut tal-ftehimiet tan-negozju bejn il-kultivaturi u l-impriżi kif ukoll il-kontenut tal-klawżoli ta’ kondiviżjoni tal-valur. L-elementi rilevanti li għandhom jiġu nnotifikati f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni.
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-impriżi taz-zokkor u fejn il-produzzjoni taz-zokkor taqbeż l-10 000 tunnellata.
3. Għelejjel tal-fibra
Kontenut tan-notifika:
iż-żona tal-fibra tal-kittien għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u l-istima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, espressa f’ettari;
il-produzzjoni ta’ fibri twal tal-kittien għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel u stima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, espressi f’tunnellati;
il-prezzijiet medji ponderati mill-fabbrika matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin għall-fibra twila tal-kittien, espressi għal kull tunnellata ta’ prodott;
iż-żona mħawla bil-qoton għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad attwali, espressa f’ettari;
il-produzzjoni tal-qoton mhux imfesdaq għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad attwali u, espressi f’tunnellati;
il-prezz medju tal-qoton mhux imfesdaq imħallas lill-produtturi tal-qoton fir-rigward tas-sena tal-ħsad preċedenti, espress għal kull tunnellata ta’ prodott;
iż-żona mħawla bil-qanneb kif definita fl-Artikolu 189(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u l-istima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali, espressi f’ettari;
il-produzzjoni tal-fibri tal-qanneb għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u stima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali, espressi f’tunnellati;
il-prezzijiet medji ponderati mill-fabbrika matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin għall-fibra tal-qanneb, espressi għal kull tunnellata ta’ prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena fir-rigward taż-żona mħawla, il-produzzjoni u l-prezzijiet medji ponderati mill-fabbrika.
Stati Membri kkonċernati:
għall-kittien, l-Istati Membri kollha fejn il-fibri tal-kittien twal jiġu prodotti minn żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ fibri tal-kittien;
għall-qoton, l-Istati Membri kollha fejn jinżergħu mill-inqas 1 000 ha ta’ qoton;
għall-qanneb, l-Istati Membri kollha fejn il-fibri tal-qanneb huma prodotti minn żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ fibra tal-qanneb.
4. Ħops
Kontenut tan-notifika: l-informazzjoni tal-produzzjoni li ġejja, mogħtija bħala total u għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d), imqassma skont il-varjetajiet tal-ħops morri u aromatiċi:
in-numru ta’ bdiewa li qed ikabbru l-ħops;
iż-żona mħawla bil-ħops, espressa f’ettari;
il-kwantità f’tunnellati u l-prezz medju mal-ħruġ mill-azjenda agrikola, espressi għal kull kg ta’ ħops mibjugħ b’kuntratt bil-quddiem u mingħajr tali kuntratt;
il-produzzjoni tal-aċidu alfa f’tunnellati u l-kontenut medju ta’ aċidu alfa (perċentwal).
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-ħops.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla ta’ aktar minn 200 ettaru ta’ ħops fis-sena preċedenti.
5. Żejt taż-żebbuġa
Kontenut tan-notifika:
data dwar il-produzzjoni finali (inkluż data dwar il-produzzjoni organika), il-konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u l-ħażniet finali għall-perjodu annwali preċedenti mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru;
stima tal-produzzjoni fix-xahar, stima tal-livell ta’ stokkijiet fix-xahar miżmum mill-produtturi u mill-industrija u stimi tal-produzzjoni totali, tal-konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u stokkijiet tat-tmiem għall-perjodu annwali kurrenti mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.
Perjodu tan-notifika:
sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, id-data li tirrigwarda l-perjodu annwali preċedenti;
sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena u sal-15 ta’ kull xahar minn Novembru sa Ġunju, għad-data li tirrigwarda l-perjodu annwali kurrenti.
Stati Membri kkonċernati: għan-notifika tal-livell ta’ stokkijiet fix-xahar, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 20 000 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru. Għal data oħra, l-Istati Membri kollha li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa.
6. Tabakk
Kontenut tan-notifika: għal kull grupp tal-varjetajiet tat-tabakk mhux ipproċessat:
in-numru ta’ bdiewa;
iż-żona f’ettari;
il-kwantità kkonsenjata f’tunnellati;
il-prezz medju mħallas lill-bdiewa, minbarra t-taxxi u imposti oħra, espress għal kull kg tal-prodott.
Perjodu tan-notifika: sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla ta’ aktar minn 3 000 ettaru ta’ tabakk għall-ħsad preċedenti.
Oħrajn: il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux ipproċessat huma:
Imnixxef bis-sħana: tabakk imnixxef fi fran b’ċirkolazzjoni tal-arja, temperatura u umdità kkontrollati, b’mod partikolari l-Virginia;
Ċar u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li ma jitħalliex jiffermenta, b’mod partikolari l-Burley u l-Maryland;
Skur u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li jitħalla jiffermenta b’mod naturali qabel ma jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari l-Badischer Geudertheimer, il-Burley Iffermentat, il-Havana, il-Mocny Skroniowski, in-Nostrano del Brenta u l-Pulawski;
Imnixxef bin-nar: tabakk imnixxef bin-nar, b’mod partikolari l-Kentucky u s-Salento;
Imnixxef bix-xemx: tabakk imnixxef bix-xemx, imsejjaħ ukoll “Varjetajiet orjentali”, b’mod partikolari l-Basmas, il-Katerini u l-Kaba-Koulak.
7. Prodotti tas-settur tal-inbid
Kontenut tan-notifika:
stimi tal-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid (inkluż il-most tal-għeneb vinifikat u mhux vinifikat) fit-territorju tal-Istat Membru matul is-sena tal-inbid kurrenti;
ir-riżultat definittiv tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/273 ( 2 ), kif ukoll stima tal-produzzjoni mhux koperta minn tali dikjarazzjonijiet;
Stokkijiet: (i) sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-istokkijiet tal-inbid u tal-most tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-inbid preċedenti miżmuma fl-31 ta’ Lulju msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273; u (ii) sommarji trimestrali tal-istokkijiet miżmuma fil-31 ta’ Ottubru, fil-31 ta’ Jannar, u fit-30 ta’ April għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali.
L-istokkijiet imsemmija fil-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati u mqassmin skont il-kulur (aħmar/rożè, abjad) u t-tip ta’ prodott (inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta, inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika u most);
il-karta tal-bilanċ finali tas-sena tal-inbid preċedenti inkluż informazzjoni sħiħa dwar id-disponibbiltajiet (ħażniet tal-bidu, produzzjoni, importazzjonijiet), l-użi (konsum mill-bniedem u mill-industrija, trasformazzjoni, esportazzjonijiet u telf) u l-ħażniet finali.
Perjodu tan-notifika:
stimi tal-produzzjoni, sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena;
riżultat definittiv tad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni: sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena;
stokkijiet: sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet miżmuma fil-31 ta’ Lulju, sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, u sommarji trimestrali tal-ħażniet sal-15 ta’ Diċembru, il-15 ta’ Marzu, il-15 ta’ Ġunju miżmuma fid-dati rispettivi indikati fil-punt (c) tal-kontenut tan-notifika;
karta tal-bilanċ finali: sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jżommu reġistru tal-vinji aġġornat f’konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
7a. Frott u ħxejjex
Kontenut tan-notifika: il-kwantitajiet prodotti ta’ tadam, tuffieħ, larinġ, ħawħ u nuċiprisk maħsuba għall-konsum frisk.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.
Perjodu tan-notifika: għat-tuffieħ, il-larinġ, il-ħawħ u n-nuċiprisk maħsuba għall-konsum frisk, notifika annwali fil-31 ta’ Marzu tas-sena N+1 għas-sena N, għat-tadam il-31 ta’ Mejju tas-sena N + 1 għas-sena N.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati espressi f’tunnellati ta’ prodott frisk.
8. Ħalib
Kontenut tan-notifika:
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: għall-ħalib, il-kwantitajiet jirreferu għall-ħalib ikkonsenjat fix-xahar preċedenti lill-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel xerrejja kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat ikkonsenjat lilhom kull xahar fil-ħin u b’mod preċiż sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.
9. Bajd
Kontenut tan-notifika:
Perjodu tan-notifika:
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
10. Alkoħol etiliku
Kontenut tan-notifika: għall-alkoħol ta’ oriġini agrikola, espress f’ettolitri ta’ alkoħol pur:
il-produzzjoni bil-fermentazzjoni u bid-distillazzjoni, imqassma skont il-materja prima agrikola li minnha jiġi prodott l-alkoħol;
il-volumi ttrasferiti mill-produtturi jew mill-importaturi tal-alkoħol għall-ipproċessar jew għall-imballaġġ, imqassma skont il-kategoriji tal-użu (ikel u xorb, fjuwils, industrijali/oħrajn).
Perjodu tan-notifika: sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
11. Laħam
Kontenut tan-notifika:
laħam taċ-ċanga: l-għadd u l-piż tal-karkassi kklassifikati għal kull kategorija u mqassma skont il-klassijiet ta’ konformazzjoni u l-kisja tax-xaħam;
laħam tal-majjal: l-għadd u l-piż tal-karkassi kklassifikati għal kull klassi ta’ kontenut ta’ laħam dgħif;
laħam taċ-ċanga: l-għadd u l-piż tal-karkassi organiċi kklassifikati għal kull kategorija u mqassma skont il-klassi ta’ konformazzjoni u l-kisja tax-xaħam.
Perjodu tan-notifika: kull ġimgħa għall-punti (a) u (b), flimkien man-notifika tal-prezz prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 6 tal-Anness I; kull xahar għall-punt (c), flimkien man-notifika tal-prezz prevista fil-paragrafu 9 tal-Anness II.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
12. Oħrajn
Kontenut tan-notifika: il-kwantità totali ta’ trab mimli bix-xaħam, espressa f’tunnellati.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha
Oħrajn: il-kwantitajiet jirreferu għat-trab mimli bix-xaħam prodott fix-xahar preċedenti mill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru.
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/891/oj).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 24).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 20).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 4).