02017R1165 — MT — 03.08.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1165 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott (ĠU L 170 1.7.2017, p. 31) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1533 tat-8 ta' Settembru 2017 |
L 233 |
1 |
9.9.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1165
tal-20 ta' April 2017
li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (“l-assistenza finanzjarja”) għal miżuri ta' appoġġ temporanji li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott, rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.
Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji għandhom ikopru l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri.
2. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott maħsub għall-konsum frisk:
(a) tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10 ;
(b) lanġas tal-kodiċi NM 0808 30 ;
(c) għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05 ;
(d) larinġ ħelu tal-kodiċijiet tan-NM 0805 10 22 , 0805 10 24 u 0805 10 28 ;
(e) klementin tal-kodiċi NM 0805 22 00 ;
(f) mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċijiet NM 0805 21 10 , 0805 29 00 u 0805 21 90 .
(g) lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10 ;
(h) ħawħ inkluż nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30 ;
(i) ċirasa ħelwa tal-kodiċi NM 0809 29 00 ;
(j) kaki tal-kodiċi NM 0810 70 00 ;
3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru konċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew fit-30 ta' Ġunju 2018, skont liema data tiġi l-ewwel.
4. Jekk is-sitwazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja tinbidel qabel it-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni tista' temenda jew tħassar dan ir-Regolament kif xieraq.
Artikolu 2
Allokazzjoni ta' kwantitajiet massimi lill-Istati Membri
1. L-assistenza finanzjarja għall-miżuri ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri għall-kwantitajiet ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I.
L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif stabbilit mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx l-2 000 tunnellata għal kull Stat Membru.
2. Fir-rigward tal-kwantitajiet totali għal kull Stat Membru li ġew imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal kull prodott imsemmi fl-Artikolu 1(2):
(a) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn;
(b) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;
(c) iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;
3. Fejn il-kwantitajiet fil-fatt irtirati fi Stat Membru bejn l-1 ta' Lulju 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017 f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2016/921 għal kategorija ta' prodotti kif definita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament tkun inqas minn 5 % tal-kwantitajiet totali allokati lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jagħmilx użu mill-kwantità allokata lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti skont l-Anness I. F'dak il-każ, l-Istat Membri kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2017. Mill-mument tan-notifika, jenħtieġ li l-operazzjonijiet tal-irtirar, in-nuqqas ta' ħsad jew tal-ħsad bikri mwettqa għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru, ma jibqgħux eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux użu mill-kwantità ta' 2 000 tunnellata, jew parti minnha, msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2017. Mill-mument ta' din in-notifika, l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, imwettqa fil-kuntest tal-kwantità ta' 2 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, f'dak l-Istat Membru, m'għandhiex tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja
Artikolu 3
Allokazzjoni tal-kwantitajiet lill-produtturi
L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm huma kbar l-effetti tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet komuni għall-miżuri ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. L-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri mogħti skont dan ir-Regolament minn organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk il-programmi operazzjonali tagħhom u l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet.
L-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament.
2. Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsar u ta' ħsad bikri skont dan ir-Regolament.
3. In-nefqa mġarrba skont l-Artikoli 5 u 7 għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
4. Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 8.
Artikolu 5
Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. Il-limitu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet f'dan ir-Regolament.
2. L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq li jingħataw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.
3. B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi tal-appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. L-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.
L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness II.
2. Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni bħal din għall-kwantità kollha ta' prodotti li jridu jitwasslu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti reġjonali u mas-superfiċe kkonċernata.
L-assistenza finanzjarja għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha jkunu ffirmaw tali kuntratt.
Dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-ispejjeż reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawk l-ispejjeż għandha tintwera permezz ta' fatturi.
3. Għal raġunijiet iġġustifikati kif suppost, bħal-livell limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur li ma jkunx membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jkun jista' jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-kwantità li trid titwassal, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2. Għal notifika bħal din, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti reġjonali u mas-superfiċe kkonċernata.
F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.
4. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri, għal kull ettaru u f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament jinħasdu kmieni.
B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.
2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dak ir-Regolament jistgħu jittieħdu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.
Artikolu 8
Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:
(a) l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;
(b) il-miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jittieħdu meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;
(c) il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.
2. L-ammonti tal-assistenza finanzjarja għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1).
3. Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.
5. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri
1. L-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għal:
(a) kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Dawk il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u minn tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.
(b) kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru minn tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għall-kontrolli tal-ewwel livell, u minn tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati.
2. L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.
Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 8, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.
Artikolu 10
Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja u l-ħlas tagħha
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 5 u 7 sal-31 ta' Lulju 2018.
2. Il-produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom, sal-31 ta' Lulju 2018, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 6 u 8.
3. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja kkonċernata u għandu jkun fihom garanzija bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi darbtejn xi fondi jew kumpens nazzjonali jew mingħand l-Unjoni b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Notifiki
1. Fl-ewwel jum ta' kull xahar sal-1 ta' Ottubru 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:
(a) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn;
(b) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;
(c) iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;
(d) l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u għaż-żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).
L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.
Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III, kif xieraq.
2. Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u skont l-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV, kif xieraq.
Artikolu 12
Ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni
In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Settembru 2018.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)
|
(tunnellati) |
||||
|
Stat Membru |
Tuffieħ u lanġas |
Għanbaqar |
Larinġ, klementin, mandolin u lumi |
Ħawħ u nuċiprisk |
|
Il-Belġju |
21 845 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
1 615 |
|
|
|
|
Il-Ġreċja |
680 |
4 165 |
2 040 |
16 065 |
|
Spanja |
1 955 |
1 275 |
14 110 |
29 325 |
|
Franza |
3 060 |
|
|
|
|
Il-Kroazja |
510 |
|
850 |
|
|
L-Italja |
4 505 |
3 910 |
850 |
7 140 |
|
Ċipru |
|
|
3 060 |
|
|
In-Netherlands |
5 865 |
|
|
|
|
L-Awstrija |
510 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
75 565 |
425 |
|
510 |
|
Il-Portugall |
935 |
|
|
|
ANNESS II
Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6
|
Prodott |
Appoġġ massimu (f'EUR/100 kg) |
|
|
Distribuzzjoni b'xejn |
Destinazzjonijiet oħra |
|
|
Tuffieħ |
16,98 |
13,22 |
|
Nuċiprisk |
26,90 |
26,90 |
|
Ħawħ |
26,90 |
26,90 |
|
Lanġas |
23,85 |
15,90 |
|
Larinġ |
21,00 |
21,00 |
|
Mandolin |
19,50 |
19,50 |
|
Klementin |
22,16 |
19,50 |
|
Satsumas |
19,50 |
19,50 |
|
Lumi |
23,99 |
19,50 |
|
Għanbaqar |
34,00 |
20,40 |
|
Kaki |
21,02 |
14,01 |
|
Ċirasa |
48,14 |
32,09 |
ANNESS III
Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)
NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DISTRIBUZZJONI B'XEJN
|
Stat Membru:… |
Perjodu kopert:… |
Data:… |
|
Prodott |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Produtturi mhux membri |
Kwantitajiet totali (t) |
Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
||||||||
|
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
|||||||||
|
irtirar mis-suq |
trasport |
tqassim u ppakkjar |
Total |
irtirar mis-suq |
trasport |
tqassim u ppakkjar |
Total |
|||||
|
(a) |
(b) |
(c) |
(d) |
(e) = (b) + (c) + (d) |
(f) |
(g) |
(h) |
(i) |
(j) = (g) + (h) + (i) |
(k) = (a) + (f) |
(l) = (e) + (j) |
|
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Tuffieħ u Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Larinġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Klementin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mandolin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lumi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ċitru |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħawħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ċirasa |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kaki |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika. |
||||||||||||
NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DESTINAZZJONIJIET OĦRA
|
Stat Membru:… |
Perjodu kopert:… |
Data:… |
|
Prodott |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Produtturi mhux membri |
Kwantitajiet totali (t) |
Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
||
|
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarjamill-Unjoni (EUR) |
|||
|
(a) |
(b) |
(c) |
(d) |
(e) = (a) + (c) |
(f) = (b) + (d) |
|
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
|
|
Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Tuffieħ u Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
Larinġ |
|
|
|
|
|
|
|
Klementin |
|
|
|
|
|
|
|
Mandolin |
|
|
|
|
|
|
|
Lumi |
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ċitru |
|
|
|
|
|
|
|
Ħawħ |
|
|
|
|
|
|
|
Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
Ċirasa |
|
|
|
|
|
|
|
Kaki |
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika. |
||||||
NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI
|
Stat Membru:… |
Perjodu kopert:… |
Data:… |
|
Prodott |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi |
Produtturi mhux membri |
Kwantitajiet totali (t) |
Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
||||
|
Żona (ha) |
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
Żona (ha) |
Kwantitajiet (t) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR) |
|||
|
(a) |
(b) |
(c) |
(d) |
(e) |
(f) |
(g) = (b) + (e) |
(h) = (c) + (f) |
|
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Tuffieħ u Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Larinġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Klementin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mandolin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lumi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ċitru |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħawħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ċirasa |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kaki |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta' Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika. |
||||||||
ANNESS IV
Mudelli li għandhom jintbagħtu mal-ewwel notifika kif imsemmi fl-Artikolu 11(2)
IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA
Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament
|
Stat Membru:… |
Data:… |
|
Prodott |
Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi (f'EUR/100 kg) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR/100 kg) |
|
Tuffieħ |
|
|
|
Lanġas |
|
|
|
Għanbaqar |
|
|
|
Larinġ |
|
|
|
Klementin |
|
|
|
Mandolin |
|
|
|
Lumi |
|
|
|
Ħawħ |
|
|
|
Nuċiprisk |
|
|
|
Ċirasa |
|
|
|
Kaki |
|
|
NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI
Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament
|
Stat Membru:… |
Data:… |
|
Prodott |
Fil-miftuħ |
Serra |
||
|
Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi (EUR/ha) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR/ha) |
Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi (EUR/ha) |
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR/ha) |
|
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
Lanġas |
|
|
|
|
|
Għanbaqar |
|
|
|
|
|
Larinġ |
|
|
|
|
|
Klementin |
|
|
|
|
|
Mandolin |
|
|
|
|
|
Lumi |
|
|
|
|
|
Ħawħ |
|
|
|
|
|
Nuċiprisk |
|
|
|
|
|
Ċirasa |
|
|
|
|
|
Kaki |
|
|
|
|