02017R1004 — MT — 14.07.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2017/1004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157 20.6.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2021/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 247 |
1 |
13.7.2021 |
REGOLAMENT (UE) 2017/1004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Mejju 2017
dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008
(riformulazzjoni)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Protezzjoni tad-data
Fejn rilevanti, l-ipproċessar, il-ġestjoni u l-użu ta’ data miġbura skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 u (KE) Nru 223/2009 u mingħajr preġudizzju għalihom.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn dan, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“settur tas-sajd” tfisser attivitajiet marbuta ma’ sajd kummerċjali, sajd rikreattiv, l-akkwakultura u l-industriji li jipproċessaw il-prodotti tas-sajd;
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;
“reġjun tal-baħar” tfisser żona ġeografika stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, żona stabbilita minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew żona definita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(11);
“data primarja” tfisser data assoċjata ma’ bastimenti individwali, persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kampjuni individwali;
“metadata” tfisser data li tagħti informazzjoni kwalitattiva u kwantittativa dwar id-data primarja miġbura;
“data dettaljata” tfisser data bbażata fuq data primarja f’forma li ma tippermettix li jiġu identifikati persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi b’mod dirett jew indirett;
“data aggregata” tfisser ir-riżultat tas-sintesi tad-data primarja jew dik dettaljata għal finijiet analitiċi speċifiċi;
“osservatur xjentifiku” tfisser persuna maħtura biex tosserva l-operazzjonijiet tas-sajd fil-kuntest tal-ġbir tad-data għal skopijiet xjentifiċi u nominata minn korp inkarigat mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data;
“data xjentifika” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 1(1) li tinġabar, li hija ġestita jew li tintuża skont dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
ĠBIR U ĠESTJONI TA’ DATA FIL-QAFAS TA’ PROGRAMMI PLURIENNALI TAL-UNJONI
TAQSIMA 1
Programmi pluriennali tal-Unjoni
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ programm pluriennali tal-Unjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-parti tal-programm pluriennali tal-Unjoni li tkopri materji prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-parti tal-programm pluriennali tal-Unjoni li tkopri materji previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5(1) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).
Artikolu 5
Kontenut u kriterji għall-istabbiliment ta’ programm pluriennali tal-Unjoni
Il-programm pluriennali tal-Unjoni għandu jistabbilixxi:
lista dettaljata tar-rekwiżiti tad-data biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
lista ta’ stħarriġiet obbligatorji ta’ riċerka fil-post fuq il-baħar;
livelli limitu li taħthom mhuwiex mandatarju li l-Istati Membri jiġbru data fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom tas-sajd u tal-akkwakultura jew iwettqu stħarriġ ta’ riċerka fil-post fuq il-baħar;
Id-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi:
data bijoloġika dwar l-istokkijiet kollha maqbuda jew maqbuda b’mod inċidentali f’attivitajiet ta’ sajd kummerċjali tal-Unjoni u, fejn xieraq, f’attivitajiet ta’ sajd rikreattiv f’ilmijiet ġewwa u barra mill-Unjoni, inkluż is-sajd għas-sallura u s-salamun f’ilmijiet interni rilevanti oħra, kif ukoll għal speċijiet oħra ta’ ħut dijadromi ta’ interess kummerċjali, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu ġestjoni u konservazzjoni bbażati fuq l-ekosistema, skont kif meħtieġ għall-funzjonament tal-Politika Komuni tas-Sajd;
data biex jiġi vvalutat l-impatt tas-sajd tal-Unjoni fuq l-ekosistema tal-baħar f’ilmijiet ġewwa u barra mill-Unjoni, inkluża data dwar il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira, b’mod partikolari speċijiet protetti skont il-liġijiet tal-Unjoni jew internazzjonali, data dwar l-impatti tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar inklużi ż-żoni vulnerabbli tal-baħar,u data dwar l-impatti tas-sajd fuq il-katini alimentari;
data dwar l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ġewwa u barra mill-Unjoni, inklużi l-livelli tas-sajd, u dwar l-isforzi u l-kapaċità tal-flotta tal-Unjoni;
data soċjoekonomika dwar is-sajd biex il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-settur tas-sajd tal-Unjoni tkun tista’ tiġi evalwata;
data soċjoekonomika u data dwar is-sostenibbiltà rigward l-akkwakultura tal-baħar biex il-prestazzjoni soċjoekonomika u s-sostenibbiltà tas-settur tal-akkwakultura tal-Unjoni, inkluż l-impatt ambjentali tiegħu, ikunu jistgħu jiġu evalwati;
data soċjoekonomika dwar is-settur tal-ipproċessar tal-ħut biexil-prestazzjoni soċjoekonomika ta’ dak is-settur tkun tista’ tiġi evalwata.
Għall-finijiet li tistabbilixxi il-programm pluriennali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Politika Komuni tas-Sajd, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Tali informazzjoni għandha tippermetti wkoll li jiġu determinati l-miri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament;
il-ħtieġa ta’ data li hija rilevanti, komprensiva u affidabbli għall-iskop ta’ deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi, inklużi l-ispeċijiet u l-ħabitats vulnerabbli;
il-ħtieġa għal u r-rilevanza tad-data għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-karattru, fil-biċċa l-kbira lokali, tal-impatti tagħha;
il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri ta’ politika;
l-ispejjeż u l-benefiċċji, b’kont meħud tal-aktar soluzzjonijiet kosteffettivi biex jintlaħaq l-objettiv tal-ġbir tad-data;
il-ħtieġa li tiġi evitata l-interruzzjoni tas-serjiet kronoloġiċi eżistenti;
il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir tad-data, f’konformità mal-Artikolu 1;
fejn rilevanti, il-ħtieġa li d-data tkopri s-sajd li hemm nuqqas ta’ data dwaru;
l-ispeċifiċitajiet reġjonali u l-ftehimiet reġjonali konklużi fil-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali;
l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
il-kopertura ġeografika u temporali tal-attivitajiet tal-ġbir tad-data.
Waqt li tkun qed tiġi mfassla l-lista ta’ stħarriġiet obbligatorji ta’ riċerka fil-post fuq il-baħar imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, għandhom jiġu meqjusal-ħtiġijiet li ġejjin:
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni li jirriżultaw minn koordinazzjoni u armonizzazzjoni miftiehma f’livell internazzjonali;
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni;
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ ta’ fatturi varjabbli relatati mal-ekosistemi;
il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għal kopertura adegwata ta’ żoni tal-istokkijiet;
il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn l-istħarriġiet ta’ riċerka fil-post fuq il-baħar; u
il-ħtieġa li tiġi evitata l-interruzzjoni tas-serjiet kronoloġiċi.
TAQSIMA 2
Implimentazzjoni tal-Programm Pluriennali tal-Unjoni mill-Istati Membri
Artikolu 6
Pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali
Il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej:
id-data li trid tinġabar skont il-programm pluriennali tal-Unjoni;
id-distribuzzjoni temporali u ġeografika u kull kemm tkun se tinġabar id-data;
is-sors tad-data, il-proċeduri u l-metodi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data fis-settijiet ta’ data li jkunu se jiġu pprovduti lill-utenti finali tad-data xjentifika;
il-qafas ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata kwalità xierqa tad-data b’konformità mal-Artikolu 14;
f’liema format u meta d-data għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali ta’ data xjentifika, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet definiti mill-utenti finali ta’ data xjentifika, fejn dawn ikunu magħrufa;
l-arranġamenti internazzjonali u reġjonali ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; u
kif ġew meqjusal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Artikolu 7
Korrispondenti nazzjonali
Barra minn hekk, il-korrispondent nazzjonali għandu, b’mod partikolari, iwettaq il-kompiti li ġejjin:
jikkoordina t-tħejjija tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 11;
jiżgura li ssir it-trażmissjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-Istat Membru; u
jikkoordina l-attendenza ta’ esperti rilevanti f’laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti organizzati mill-Kummissjoni, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 9.
Artikolu 8
Kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom biex ikomplu jtejbu aktar il-kwalità, il-puntwalità u l-kopertura tad-data sabiex ikun jista’ jseħħ titjib ulterjuri tal-affidabbiltà tal-metodi tal-ġbir tad-data, bl-għan li jtejbu l-attivitajiet tagħhom ta’ ġbir tad-data.
Artikolu 9
Koordinazzjoni u kooperazzjoni reġjonali
Artikolu 10
Evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma mill-STECF
L-STECF għandu jevalwa l-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikoli 6 u 9. Meta jsir dan, għandu jieħu kont ta’:
il-konformità tal-pjanijiet ta’ ħidma u kwalunkwe emenda fihom mal-Artikoli 6 u 9, u
ir-rilevanza xjentifika tad-data koperta mill-pjanijiet ta’ ħidma għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u l-kwalità tal-metodi u l-proċeduri proposti.
Artikolu 11
Evalwazzjoni u approvazzjoni tar-riżultati tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali
Skont l-Artikolu 10, l-STECF għandu jevalwa:
it-twettiq ta’ pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali; u
il-kwalità tad-data miġbura mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali abbażi ta’:
l-evalwazzjoni mill-STECF; u
il-konsultazzjoni ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd adatti li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u korpi xjentifiċi internazzjonali rilevanti.
TAQSIMA 3
Ħtiġijiet għall-proċess tal-ġbir ta’ data
Artikolu 12
Aċċess għal siti ta’ kampjunar
TAQSIMA 4
Proċess tal-ġestjoni ta’ data
Artikolu 13
Ħżin ta’ data
L-Istati Membri għandhom:
jiżguraw li d-data primarja miġbura skont il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tinħażen b’mod sikur f’bażijiet ta’ data kompjuterizzati u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li din id-data tkun trattata bħala kunfidenzjali;
jiżguraw li metadata relatata mad-data primarja soċjoekonomika miġbura skont il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tinħażen b’mod sikur f’bażijiet ta’ data kompjuterizzati;
jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-data minn kwalunkwe distruzzjoni aċċidentali jew illegali, telf aċċidentali, deterjorament, jew konsultazzjoni jew distribuzzjoni mhux awtorizzata.
Artikolu 14
Kontroll tal-kwalità u validazzjoni ta’ data
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
id-data primarja miġbura skont il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tiġi kkontrollata kif adatt għal żbalji permezz ta’ proċeduri adatti għall-kontroll tal-kwalità;
id-data dettaljata u aggregata miksuba mid-data primarja miġbura skont il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tiġi vvalidata qabel ma tkun trasmessa lill-utenti finali ta’ data xjentifika;
il-proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità applikati għal data primarja, iddettaljata u aggregata msemmija fil-punti (a) u (b) jiġu żviluppati skont il-proċeduri adottati mill-korpi xjentifiċi internazzjonali, l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, l-STECF u l-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali.
KAPITOLU III
UŻU TA’ DATA
Artikolu 15
Aċċess għal u trażmissjoni ta’ data primarja
Artikolu 16
Ipproċessar ta’ data primarja
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data primarja f’settijiet ta’ data dettaljati jew aggregati skont:
l-istandards internazzjonali rilevanti, fejn applikabbli;
il-protokolli maqbula f’livell internazzjonali jew reġjonali, fejn applikabbli.
Artikolu 17
Proċedura biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ data dettaljata u aggregata
Artikolu 18
Sistemi kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ data
Artikolu 19
Reviżjoni ta’ ċaħda li tkun ipprovduta data
Jekk Stat Membru jiċħad li jipprovdi data skont l-Artikolu 17(7), l-utent finali ta’ data xjentifika jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tanalizza ċ-ċaħda. Jekk il-Kummissjoni ssib li ċ-ċaħda mhijiex debitament iġġustifikata, tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jipprovdi d-data lill-utent finali ta’ data xjentifika fi żmien xahar.
Artikolu 20
Obbligi għall-utenti finali ta’ data xjentifika u partijiet interessati oħra
L-utenti finali ta’ data xjentifika, u partijiet interessati oħra għandhom:
jużaw id-data biss għall-fini ddikjarata fit-talba tagħhom għall-informazzjoni skont l-Artikolu 17;
jirrikonoxxu kif xieraq is-sorsi ta’ data;
ikunu responsabbli għall-użu korrett u adatt ta’ data rigward l-etika xjentifika;
jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati bi kwalunkwe problemi suspettati li jista’ jkollha d-data;
jipprovdu lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni r-referenzi għar-riżultati tal-użu ta’ data;
ma jgħaddux id-data mitluba lil partijiet terzi mingħajr qbil mill-Istat Membru kkonċernat;
ma jbigħux id-data lil kwalunkwe parti terza.
KAPITOLU IV
APPOĠĠ GĦAL PARIR XJENTIFIKU
Artikolu 21
Parteċipazzjoni f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti nazzjonali tagħhom jipparteċipaw f’laqgħat rilevanti ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u ta’ korpi xjentifiċi internazzjonali.
Artikolu 22
Koordinazzjoni u kooperazzjoni internazzjonali
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Monitoraġġ
Artikolu 24
Eżerċitar tad-delega
Artikolu 25
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 26
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Minkejja l-paragrafu 1:
id-dispożizzjonijiet imħassra għandhom jibqgħu applikabbli għal programmi nazzjonali approvati qabel l-10 ta’ Lulju 2017;
tal-programm pluriennali tal-Unjoni fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2017, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, għandu jibqa’ applikabbli għall-perijodu tad-durata tiegħu jew sa ma jkun ġie adottat programm pluriennali tal-Unjoni ġdid skont dan ir-Regolament, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(1) |
— |
Artikolu 1(2) |
— |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2(a), (c) sa (h) |
Artikolu 3(1) sa (7) |
Artikolu 2(b), (i), (j), (k), |
— |
— |
Artikolu 3(8) u (9) |
Artikolu 3 |
Artikoli 4 u 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikoli 8 u 9 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 11 |
Artikolu 12(2) u (3) |
Artikolu 12 |
Artikolu 5(1)(b) u (5) |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18, 19 u 20 |
Artikolu 17 |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 22 |
Artikoli 25 u 27 |
Artikoli 24 u 25 |
Artikolu 26 |
Artikolu 23(1) |
— |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 28 |
Artikolu 26 |
Artikolu 29 |
Artikolu 27 |
Anness |
Anness |