02017R0891 — MT — 18.12.2021 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 (ĠU L 138 25.5.2017, p. 4) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1145 tas-7 ta' Ġunju 2018 |
L 208 |
1 |
17.8.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/743 tat-30 ta’ Marzu 2020 |
L 176 |
1 |
5.6.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/652 tal-10 ta’ Frar 2021 |
L 135 |
4 |
21.4.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2245 tat-12 ta’ Ottubru 2021 |
L 453 |
3 |
17.12.2021 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/891
tat-13 ta' Marzu 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati msemmija fl-Artikolu 1(2)(i) u (j) ta' dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi.
Madankollu, it-Titolu II ta' dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal tali prodotti maħsuba għall-ipproċessar.
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI
KAPITOLU I
Rekwiżiti u rikonoxximent
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“produttur” ifisser bidwi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jipproduċi frott u ħxejjex kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar;
“membru produttur” ifisser produttur jew entità legali kostitwiti minn produtturi li huma membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;
“kumpanija sussidjarja” tfisser kumpanija li fiha waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ħadu ishma jew ikkostitwew kapital u li tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet;
“organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li fiha mill-inqas waħda mill-azjendi tal-produtturi tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;
“assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li fiha mill-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet assoċjati tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;
“miżura” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;
azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodotti, kemm jekk f'forma friska jew inkella f'forma pproċessata, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;
azzjonijiet immirati sabiex jagħtu spinta lill-valur kummerċjali tal-prodotti u jtejbu l-kummerċjalizzazzjoni, inklużi investimenti f'assi fiżiċi, kif ukoll il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f'forma friska jew inkella f'forma pproċessata, u attivitajiet ta' komunikazzjoni għajr l-attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni li jaqgħu taħt il-punt (vi);
azzjonijiet ta' riċerka u produzzjoni sperimentali, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;
azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi, għajr it-taħriġ li jaqa' taħt il-punt (vi) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għas-servizzi ta' konsulenza u l-assistenza teknika;
kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;
azzjonijiet oħrajn, inklużi investimenti f'assi fiżiċi, għajr dawk li jaqgħu taħt il-punti (i) sa (vii) li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“azzjoni” tfisser attività speċifika jew strument speċifiku mmirati sabiex jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“investiment f'assi fiżiċi” ifisser l-akkwist ta' assi tanġibbli mmirati sabiex jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“prodott sekondarju” ifisser prodott li jirriżulta mill-preparazzjoni ta' prodott ta' frott jew ħxejjex li għandu valur ekonomiku pożittiv, iżda li mhuwiex il-prodott ewlieni maħsub;
“preparazzjoni” tfisser attivitajiet preparatorji bħall-ħasil, it-tqattigħ, it-tqaxxir, it-tirqim u t-tnixxif tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma dawn jiġu ttrasformati fi frott u ħxejjex ipproċessati;
“bażi interprofessjonali”, kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tfisser l-attivitajiet li jsegwu wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fl-Artikolu 157(1)(c) ta' dak ir-Regolament approvati mill-Istat Membru u ġestiti b'mod konġunt minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-inqas parteċipant wieħed ieħor fil-katina tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni tal-ikel;
“indikatur tal-linja bażi” ifisser kull indikatur li jirrifletti stat jew xejra eżistenti fil-bidu ta' perjodu ta' programmazzjoni li jista' jipprovdi tagħrif utli:
fl-analiżi tas-sitwazzjoni inizjali, sabiex tkun stabbilita strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli jew programm operattiv;
bħala referenza li magħha jkunu jistgħu jitqabblu u jiġu vvalutati r-riżultati u l-impatt ta' strateġija nazzjonali jew ta' programm operattiv; jew inkella
fl-interpretazzjoni tar-riżultati u tal-impatt ta' strateġija nazzjonali jew ta' programm operattiv;
“spejjeż speċifiċi” jfissru l-ispejjeż addizzjonali, ikkalkolati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż konvenzjonali u l-ispejjeż effettivament imġarrba, u d-dħul mitluf, li jirriżultaw minn azzjoni, minbarra d-dħul addizzjonali u l-iffrankar tal-ispejjeż.
Artikolu 3
L-istatus legali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fid-dawl tal-istrutturi legali u amministrattivi nazzjonali tagħhom. Fejn ikun applikabbli, huma għandhom jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet dwar partijiet definiti b'mod ċar ta' entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent skont dak l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dwar l-entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Artikolu 4
Kopertura tal-prodott
Artikolu 5
Għadd minimu ta' membri
Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistipulaw għadd minimu ta' membri.
Meta jistipulaw l-għadd minimu ta' membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fejn applikant għar-rikonoxximent ikun totalment jew parzjalment magħmul minn membri li minnhom infushom huma entitajiet legali jew partijiet definiti b'mod ċar ta' entitajiet legali magħmula minn produtturi, l-għadd minimu ta' produtturi jista' jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-għadd ta' produtturi assoċjati ma' kull waħda mill-entitajiet legali jew mill-partijiet definiti b'mod ċar tal-entitajiet legali.
Artikolu 6
Tul minimu ta' sħubija
Artikolu 7
Strutturi u attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal, l-infrastruttura u t-tagħmir neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 152, 154 u 160 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u sabiex jiżguraw il-funzjonament essenzjali tagħhom, b'mod partikolari rigward:
il-konoxxenza tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;
il-mezzi tekniċi għall-ġbir, l-issortjar, il-ħażna u l-imballaġġ tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;
il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;
il-ġestjoni kummerċjali u baġitarja; u
il-kontabbiltà ċentralizzata bbażata fuq l-ispejjeż u sistema ta' fatturar skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 8
Il-valur jew il-volum tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata
Artikolu 9
Il-valur minimu tal-produzzjoni kkummerċjalizzata
Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom, minbarra għadd minimu ta' membri, jistabbilixxu valur minimu ta' produzzjoni kkummerċjalizzata għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li qegħdin jimplimentaw programm operattiv.
Artikolu 10
Provvista ta' mezzi tekniċi
Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-Artikolu 7(b) ta' dan ir-Regolament, organizzazzjoni tal-produtturi li tkun rikonoxxuta għal prodott li għalih il-provvista ta' mezzi tekniċi tkun neċessarja għandha titqies bħala li tissodisfa l-obbligu tagħha f'dak ir-rigward, meta tipprovdi livell adegwat ta' mezzi tekniċi hija stess jew permezz tal-membri tagħha, inkella permezz ta' kumpaniji sussidjarji, permezz ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li tagħha tkun membru jew permezz ta' esternalizzazzjoni.
Artikolu 11
L-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
It-tqegħid fis-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mill-organizzazzjoni tal-produtturi, jew taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-każ tal-esternalizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13. It-tqegħid fis-suq għandu jinkludi, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni dwar il-prodott li jrid jinbiegħ, il-mod kif isir il-bejgħ u, sakemm il-bejgħ ma jsirx permezz ta' rkant, in-negozjar tal-kwantità u tal-prezz tiegħu.
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iżommu rekords, inklużi dokumenti ta' kontabbiltà, għal mill-inqas ħames snin, li juru li l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċentrat il-provvista u qiegħdet fis-suq il-prodotti tal-membri li għalihom hija rikonoxxuta.
Artikolu 12
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni barra l-organizzazzjoni tal-produtturi
Meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan fl-istatuti tagħha u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru u mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:
ibiegħu l-prodotti direttament jew barra l-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom;
jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li, f'termini ta' volum jew valur, huma marġinali meta mqabbla mal-volum jew mal-valur ta' produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tagħhom għall-prodotti kkonċernati;
jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatteristiċi tagħhom jew minħabba l-produzzjoni limitata fil-volum jew fil-valur, ma jkunux normalment koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal tal-produzzjoni aktar baxx li l-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-perċentwal sa 40 % fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 2 ) jew meta l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess.
Artikolu 13
Esternalizzazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-terminu “sussidjarja” jinkludi kwalunkwe entità f’katina ta’ sussidjarji. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet lil entità li hija parti minn katina ta’ sussidjarji.
Madankollu, l-attività għandha titqies li twettqet mill-organizzazzjoni tal-produtturi jekk titwettaq minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn kooperattiva li l-membri stess tagħha huma kooperattivi li fihom l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun membru, jew minn kumpanija sussidjarja, jew minn entità li hija parti minn katina ta’ sussidjarji, li tkun konformi mar-rekwiżit ta’ 90 % msemmi fl-Artikolu 22(8).
Il-kontroll u s-superviżjoni tal-ġestjoni ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom ikunu effettivi u jitolbu li l-kuntratt, il-ftehim jew il-protokoll tal-esternalizzazzjoni:
jippermetti lill-organizzazzjoni tal-produtturi toħroġ struzzjonijiet vinkolanti u jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-organizzazzjoni tal-produtturi ttemm il-kuntratt, il-ftehim jew il-protokoll jekk il-fornitur tas-servizz ma jissodisfax it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-esternalizzazzjoni;
jistipula termini u kundizzjonijiet dettaljati, inklużi l-obbligi ta' rapportar regolari u skadenzi li jippermettu lill-organizzazzjoni tal-produtturi teżerċita kontroll effettiv fuq l-attivitajiet esternalizzati.
Il-kuntratti, il-ftehimiet jew il-protokolli tal-esternalizzazzjoni, kif ukoll ir-rapporti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal mill-inqas 5 snin għall-finijiet ta' kontrolli ex-post u għandhom ikunu aċċessibbli għall-membri kollha, jekk jintalbu.
Artikolu 14
Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi
B'mod alternattiv, l-uffiċċju ewlieni jista' jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-maġġoranza tal-membri produtturi, jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu ma' dan.
Madankollu, jekk fl-aħħar tal-implimentazzjoni ta' dak il-programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb xorta waħda jew il-maġġoranza tal-membri tal-organizzazzjoni jkunu għadhom jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn attwalment jinsab l-uffiċċju ewlieni, dan tal-aħħar għandu jiġi ttrasferit lejn dak l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux li l-post tal-uffiċċju ewlieni ma għandux jinbidel.
L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dawn li ġejjin:
ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;
l-approvazzjoni tal-programm operattiv tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;
it-twaqqif tal-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħrajn fejn ikunu jinsabu l-membri fir-rigward tal-konformità mat-termini tar-rikonoxximent u s-sistema tal-kontrolli u l-penali amministrattivi. Dawk l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lill-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni fi żmien xieraq; u
l-għoti, fuq talba ta' Stat Membru fejn jinsabu l-membri, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli, tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 15
Fużjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
L-organizzazzjoni tal-produtturi li tirriżulta mill-fużjoni tista' jew tħaddem il-programmi b'mod parallel u separat sal-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara l-fużjoni, jew inkella tgħaqqad il-programmi operattivi flimkien mill-mument tal-fużjoni.
L-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-programmi operattivi li jingħaqdu flimkien.
Artikolu 16
Membri li mhumiex produtturi
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx:
ikunu kkunsidrati għall-kriterji tar-rikonoxximent;
jibbenifikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jivvotaw dwar deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-fondi operattivi, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 17
Ir-responsabbiltà demokratika tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal massimu ogħla ta' ishma jew kapital li jista' jkollha persuna ġuridika f'organizzazzjoni tal-produtturi, diment li jiġu adottati miżuri li jiżguraw li, fi kwalunkwe każ, ikun evitat kull abbuż ta' poter minn tali persuna ġuridika.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jimplimentaw programm operattiv fis-17 ta' Mejju 2014, il-perċentwal massimu ta' ishma jew kapital stabbilit mill-Istat Membru skont l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss wara li jintemm il-programm operattiv.
Artikolu 18
Regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li japplikaw għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
L-Artikoli 3, 6, 11(3), 13, 15 u 17 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Meta l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tbigħ il-prodotti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri tagħha, l-Artikolu 11(2) għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 19
Rikonoxximent tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
Artikolu 20
Membri ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi
Il-membri ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti ma għandhomx:
ikunu kkunsidrati għall-kriterji tar-rikonoxximent;
jibbenifikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu, jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt ta' dawk il-membri li jivvutaw dwar deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-programmi operattivi.
Artikolu 21
Assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
B'mod alternattiv, l-uffiċċju ewlieni jista' jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-maġġoranza tal-produtturi membri, jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu ma' dan.
Madankollu, jekk fl-aħħar tal-implimentazzjoni ta' dak il-programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb xorta waħda jew il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri jkunu għadhom jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn attwalment jinsab l-uffiċċju ewlieni, dan tal-aħħar għandu jiġi ttrasferit lejn dak l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux li l-post tal-uffiċċju ewlieni ma għandux jinbidel.
L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dawn li ġejjin:
ir-rikonoxximent tal-assoċjazzjoni;
l-approvazzjoni, fejn ikun applikabbli, tal-programm operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali;
it-twaqqif tal-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħrajn li fihom jinsabu l-organizzazzjonijiet assoċjati fir-rigward tal-konformità mat-termini tar-rikonoxximent, l-implimentazzjoni tal-programm operattiv mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri u s-sistema ta' kontrolli u penali amministrattivi. Dawk l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lill-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni; u
l-għoti, fuq talba ta' Stat Membru fejn jinsabu l-membri, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli, tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.
KAPITOLU II
Fondi operattivi u programmi operattivi
Artikolu 22
Il-bażi għall-kalkolu
Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi nnifisha u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri tagħha, u għandu jinkludi biss il-produzzjoni ta' dawk il-frott u l-ħxejjex li għaliha hija rikonoxxuta l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Meta jsir dan il-kalkolu, għandu jiġi evitat għadd doppju.
Madankollu, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar, li jkunu ġew ittrasformati f'wieħed mill-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew fi kwalunkwe prodott ipproċessat ieħor imsemmi f'dan l-Artikolu u deskritt aktar fl-Anness I għal dan ir-Regolament, minn organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-membri produtturi jew il-kumpaniji sussidjarji tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' 90 % msemmi fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, minnhom stess jew permezz tal-esternalizzazzjoni, għandu jiġi kkalkolat bħala rata fissa f'perċentwal applikata għall-valur iffatturat ta' dawk il-prodotti pproċessati. Dik ir-rata fissa għandha tkun:
53 % għall-meraq tal-frott;
73 % għall-meraq ikkonċentrat;
77 % għall-kunserva;
62 % għall-frott u l-ħxejjex iffriżati;
48 % għall-frott u l-ħxejjex tal-bott;
70 % għall-faqqiegħ tal-bott tal-Agaricus bisporus u faqqiegħ ieħor ikkultivat ippreservat fis-salmura;
81 % għall-frott ippriservat b'mod provviżorju fis-salmura;
81 % għall-frott imnixxef;
27 % għall-frott u l-ħxejjex ipproċessati għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (h);
12 % għall-ħwawar aromatiċi pproċessati;
41 % għat-trab tal-paprika.
Ħlief fejn japplika l-paragrafu 8, il-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex għandha tinħarġilha fattura fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” bħala prodott elenkat fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li huwa ppreparat u ppakkjat, li ma tkunx tinkludi:
il-VAT;
l-ispejjeż tat-trasport intern għall-organizzazzjoni tal-produtturi, meta d-distanza bejn il-punti ċentralizzati tal-ġbir u l-ippakkjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-punt tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun ta' aktar minn 300 km.
Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jiġi kkalkolat ukoll fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-kumpanija sussidjarja”, fuq l-istess bażi bħal dik stabbilita fil-paragrafu 6, sakemm mill-inqas 90 % tal-ishma jew tal-kapital tal-kumpanija sussidjarja jkun:
ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi waħda jew aktar; jew inkella
soġġett għal approvazzjoni ta' Stat Membru, ta' membri produtturi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, jekk dan il-fatt jikkontribwixxi għall-objettivi elenkati fl-Artikolu 152(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 23
Perjodu ta' referenza u limitu massimu fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni
Il-perjodu ta' referenza ta' 12-il xahar għandu jkun il-perjodu tal-kontabbiltà tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata.
Il-metodoloġija li tintuża sabiex jiġi stabbilit il-perjodu ta' referenza ma għandux ivarja matul programm operattiv, ħlief f'sitwazzjonijiet li jkunu debitament ġustifikati.
Fejn ikun sar tnaqqis ta’ mill-inqas 35 % fil-valur ta’ prodott minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard tal-pjanti, jew infestazzjonijiet ta’ pesti, li jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ dak il-prodott għandu jitqies li jirrappreżenta 85 % tal-valur tagħha fil-perjodu ta’ referenza ta’ qabel. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tagħti provi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li dawk ir-raġunijiet kienu jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tagħha. F’każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi turi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li ħadet il-miżuri preventivi meħtieġa kontra d-diżastru naturali, l-avveniment klimatiku, il-mard tal-pjanti jew l-infestazzjoni ta’ pesti kkonċernati, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ dak il-prodott għandu jitqies li jirrappreżenta 100 % tal-valur tagħha fil-perjodu ta’ referenza preċedenti.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għad-determinazzjoni tal-konformità mal-valur minimu tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kif previst fl-Artikolu 9.
Artikolu 24
Il-kontabbiltà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw mal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà bbażata fuq l-ispejjeż, li jippermettu lill-awdituri indipendenti jidentifikaw, jivverifikaw u jiċċertifikaw fil-pront l-infiq u d-dħul tagħhom.
Artikolu 25
Finanzjament tal-fondi operattivi
Artikolu 26
Notifika tal-ammont stmat
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru.
Artikolu 27
Strateġija nazzjonali
L-istrateġija nazzjonali tista' tiġi subdiviża f'elementi reġjonali.
Hija għandha tidentifika u tivvaluta l-ħtiġijiet li huma ta' prijorità, l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-miri kkwantifikati meta mqabbla mas-sitwazzjoni inizjali.
Hija għandha tistabbilixxi wkoll l-istrumenti u l-azzjonijiet intiżi sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
L-istrateġija nazzjonali tista' tiġi emendata qabel is-sottomissjoni annwali tal-abbozz ta' programmi operattivi.
Artikolu 28
Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali
Minbarra li jissottomettu l-qafas propost imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emendi fil-qafas nazzjonali, li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita f'dak is-subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-qafas nazzjonali għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-mezzi li tqis li huma xierqa.
Artikolu 29
Regoli kumplimentari tal-Istati Membri
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jikkumplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 dwar l-eliġibbiltà tal-miżuri, l-azzjonijiet jew l-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi.
Artikolu 30
Ir-relazzjoni mal-programmi ta' żvilupp rurali, għajnuna mill-Istat u promozzjoni
Meta Stat Membru jinkludi tali operazzjonijiet fil-programm jew programmi ta' żvilupp rurali tiegħu, huwa għandu jiżgura li l-istrateġija nazzjonali tindika s-salvagwardji, id-dispożizzjonijiet u l-kontrolli implimentati sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-istess azzjoni jew operazzjoni.
Artikolu 31
Eliġibbiltà tal-azzjonijiet skont il-programmi operattivi
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa, ħlief għall-infiq marbut ma’ miżuri għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kriżijiet.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw rati fissi standard differenzjati, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa biex iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew lokali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom:
jiżguraw li korp, li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa, jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli;
iżommu l-evidenza dokumentarja kollha li tikkonċerna l-istabbiliment ta' rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità u r-reviżjoni tagħhom.
L-investimenti f'assi fiżiċi għandhom jinvolvu l-impenji li ġejjin:
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-assi fiżiċi akkwistati għandhom jintużaw skont l-użu maħsub tagħhom, kif deskritt fil-programm operattiv approvat ikkonċernat;
mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu u għar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 6, l-assi fiżiċi akkwistati għandhom jibqgħu kemm fil-proprjetà kif ukoll fil-pussess tal-benefiċjarju jew sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-assi fiżiku, jew inkella għal 10 snin, skont liema perjodu jkun l-iqsar. Il-benefiċjarju għandu jiżgura wkoll il-manutenzjoni tal-assi fiżiku matul dak il-perjodu. Madankollu, meta l-investiment isir fuq art mikrija skont regoli tal-proprjetà nazzjonali partikolari, ir-rekwiżit li jkun fil-proprjetà tal-benefiċjarju jista' ma japplikax, sakemm l-investimenti kienu fil-pussess tal-benefiċjarju mill-inqas għall-perjodu meħtieġ stabbilit fl-ewwel sentenza ta' dan il-punt;
meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun is-sid u l-membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi jkun id-detentur tal-assi fiżiku li miegħu huwa relatat l-investiment, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkollha drittijiet ta' aċċess għal dak l-assi matul il-perjodu kollu ta' deprezzament fiskali.
Madankollu, għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li għandu japplika perjodu differenti minn dak tal-perjodu ta' deprezzament fiskali. Tali perjodu għandu jiġi indikat u jkun debitament ġustifikat fl-istrateġija nazzjonali tagħhom u għandu jkopri mill-inqas il-perjodu msemmi fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
Jekk il-perjodu ta' deprezzament fiskali ta' investiment jaqbeż it-tul tal-programm operattiv, huwa jista' jiġi riportat għal programm operattiv sussegwenti.
Meta l-investimenti jiġu sostitwiti, il-valur residwu tal-investimenti sostitwiti għandu:
jiżdied mal-fond operattiv tal-organizzazzjoni tal-produtturi; jew inkella
jitnaqqas mill-ispiża tas-sostituzzjoni.
Jekk l-investiment jinbiegħ qabel l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, iżda ma jiġix sostitwit, l-għajnuna mill-Unjoni mħallsa sabiex jiġi ffinanzjat l-investiment għandha tiġi rkuprata u rimborżata lill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fi proporzjon għan-numru ta' snin sħaħ li jifdal sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.
Jekk il-membru produttur jitlaq mill-organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment jew il-valur residwu tiegħu jiġi rkuprat mill-organizzazzjoni tal-produtturi u, fil-każ tal-aħħar, miżjud mal-fond operattiv.
Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-organizzazzjoni tal-produtturi ma għandhiex tkun meħtieġa li tirkupra l-investiment jew il-valur residwu tiegħu.
Artikolu 32
Programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi
Artikolu 33
Deċiżjoni
L-Istati Membri għandhom:
japprovaw l-ammonti tal-fondi operattivi u l-programmi operattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u dawk ta' dan il-Kapitolu;
japprovaw il-programmi operattivi, bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi taċċetta ċerti emendi; jew inkella
jirrifjutaw il-programmi operattivi jew partijiet minnhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'dawk id-deċiżjonijiet sal-15 ta' Diċembru.
Madankollu, għal raġunijiet debitament ġustifikati, tali deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wara dik id-data, iżda mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar wara d-data tas-sottomissjoni. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista' tistabbilixxi li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir is-sottomissjoni.
Artikolu 34
Emendi fil-programmi operattivi
Għal raġunijiet debitament ġustifikati, tali talbiet jistgħu jiġu approvati wara l-iskadenzi stabbiliti mill-Istati Membri, iżda mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir it-talba. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista' tistabbilixxi li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir it-talba.
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-Istati Membri, matul is-sena, sabiex:
jimplimentaw biss parti mill-programmi operattivi tagħhom;
ibiddlu l-kontenut tal-programmi operattivi;
iżidu l-ammont tal-fond operattiv b'massimu ta' 25 % tal-ammont li kien approvat inizjalment jew inaqqsuh b'perċentwal ta' dan l-ammont li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, sakemm jinżammu l-objettivi ġenerali tal-programm operattiv;
iżidu l-fond operattiv b'għajnuna finanzjarja nazzjonali f'każ li jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 53.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-programmi operattivi jistgħu jkunu emendati matul is-sena mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawk l-emendi huma eliġibbli għall-għajnuna biss jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi tgħarraf lill-awtorità kompetenti dwarhom mingħajr dewmien.
L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw il-perċentwali msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu fil-każ tal-fużjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(1).
Artikolu 35
Ħlasijiet bil-quddiem
L-Istati Membri għandhom jipprevedu kundizzjonijiet sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond operattiv ikunu ġew imposti skont l-Artikoli 24 u 25 u li l-ħlasijiet bil-quddiem li jkunu saru qabel u l-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi korrispondenti ikunu fil-fatt intefqu.
Il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati għal ammonti li jkunu sa 80 % tal-avvanzi mħallsa.
Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti l-oħrajn, il-garanzija għandha tintilef b'mod proporzjonali għall-gravità tal-irregolarità li kienet stabbilita.
Artikolu 36
Waqfien ta' programm operattiv u diskontinwità tar-rikonoxximent
L-għajnuna rċevuta għall-azzjonijiet eliġibbli mwettqa qabel il-waqfien tal-programm operattiv ma għandhiex tkun irkuprata, sakemm:
l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu kkonformaw mal-kriterji tar-rikonoxximent u l-objettivi tal-azzjonijiet stipulati fil-programm operattiv ikunu ġew issodisfati fil-mument tal-waqfien; u
l-investimenti ffinanzjati bl-appoġġ mill-fond operazzjonali jinżammu fil-pussess ta', u jintużaw minn, l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpaniji sussidjarji tagħha li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' 90 % msemmi fl-Artikolu 22(8) jew il-membri tagħhom mill-inqas sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 31(5). Inkella, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni mħallsa sabiex tiffinanzja dawk l-investimenti għandha tiġi rkuprata u rrimborżata lill-FAEG.
KAPITOLU III
Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet
Artikolu 37
Għażla tal-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li waħda jew aktar mill-miżuri elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhiex/għandhomx tapplika/japplikaw fit-territorju tagħhom.
Artikolu 38
Is-self sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet
Is-self meħud sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista', għal raġunijiet ekonomiċi debitament ġustifikati, jiġi riportat għal programm operattiv sussegwenti, jekk il-perjodu tar-ripagament tas-self jaqbeż it-tul tal-programm operattiv.
Artikolu 39
Investimenti relatati mal-ġestjoni tal-volumi
Artikolu 40
Appoġġ relatat ma' fondi mutwi
Artikolu 41
It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna
Artikolu 42
Kamp ta' Applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-irtirar mis-suq u d-distribuzzjoni bla ħlas imsemmija, rispettivament, fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 33(3) u 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 43
Medja ta' tliet snin għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas
Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti reċentement, id-dejta għas-snin tal-kummerċjalizzazzjoni qabel ir-rikonoxximent għandha tkun:
f'każ li l-organizzazzjoni kienet grupp tal-produtturi, id-dejta ekwivalenti għal dak il-grupp tal-produtturi, fejn dan ikun applikabbli; jew inkella
il-volum li japplika għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent.
Artikolu 44
Notifika minn qabel tal-operazzjonijiet ta' rtirar
Din in-notifika għandha tispeċifika, b'mod partikolari, il-lista ta' prodotti li jridu jiġu rtirati u l-karatteristiċi prinċipali tagħhom skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti, il-kwantità stmata ta' kull prodott ikkonċernat, id-destinazzjoni maħsuba tagħhom u l-post fejn il-prodotti rtirati jistgħu jiġu spezzjonati kif previst fl-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
In-notifiki għandhom jinkludu dikjarazzjoni bil-miktub li tiċċertifika li l-prodotti li jridu jiġu rtirati huma konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli jew mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Artikolu 45
Appoġġ
Għall-prodotti mhux inklużi fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammonti massimi ta' appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, f'livell ta' mhux aktar minn 40 % tal-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-ħames snin preċedenti f'każ ta' distribuzzjoni bla ħlas u f'livell ta' mhux aktar minn 30 % tal-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-ħames snin preċedenti għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni bla ħlas.
F'każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irċeviet kumpens minn partijiet terzi għall-prodotti rtirati, l-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għall-kumpens riċevut. Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ, il-prodotti kkonċernati ma għandhomx jerġgħu jidħlu fis-suq kummerċjali għall-frott u l-ħxejjex.
Is-somma tal-ispejjeż tat-trasport, tal-issortjar u tal-imballaġġ tal-prodotti rtirati għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati msemmija fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u fl-Annessi IV u V ta’ dak ir-Regolament, miżjuda mal-ammont massimu ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq imsemmi f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhiex taqbeż il-prezz medju tas-suq “mal-ħruġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” jew “mal-ħruġ mill-proċessur” tal-prodott ipproċessat ikkonċernat fl-aħħar tliet snin preċedenti.
Is-sehem tal-irtirar mis-suq ta’ kwalunkwe prodott partikolari ta’ kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikolari li jsir f’sena partikolari għandu jkun kif ġej:
m’għandux jaqbeż l-10 % tal-volum medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi matul it-tliet snin preċedenti; kif ukoll
b’kollox, it-total tal-perċentwali matul tliet snin konsekuttivi m’għandux jaqbeż il-15 meta jiżdied is-sehem ikkalkulat skont il-punt (a) għas-sena kurrenti u l-ishma tal-irtirar mis-suq tas-sentejn preċedenti kkalkulati abbażi tal-volum rispettiv tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi matul dawk is-sentejn preċedenti.
Jekk l-informazzjoni dwar il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal xi waħda mis-snin ta’ qabel jew għalihom kollha ma tkunx disponibbli, għandu jintuża l-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li għalih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun ġiet rikonoxxuta.
Madankollu, l-ammonti tal-irtirar li jitneħħew b’wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew bi kwalunkwe mod ieħor approvat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni f’dak il-proporzjon.
Artikolu 46
Destinazzjonijiet għall-prodotti rtirati
Fuq talba, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sabiex jitolbu kontribuzzjoni mingħand il-benefiċjarji finali tal-prodotti rtirati mis-suq.
Meta l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni, huma għandhom, minbarra l-obbligi skont l-Artikolu 47(1) ta' dan ir-Regolament, iżommu kontijiet finanzjarji għall-operazzjoni inkwistjoni.
Jista' jiġi permess il-ħlas in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni bla ħlas lil dawk li jipproċessaw il-frott u l-ħxejjex, meta tali ħlas jikkumpensa biss l-ispejjeż tal-ipproċessar u meta l-Istat Membru li fih isir il-ħlas ikun ippreveda regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati huma verament maħsuba għall-konsum mill-benefiċjarji finali msemmija fit-tieni subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkunu approvaw.
Artikolu 47
Il-kundizzjonijiet għall-benefiċjarji tal-prodotti rtirati
Il-benefiċjarji tal-prodotti rtirati msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintrabtu li:
jikkonformaw mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ma jgħid l-istess Regolament;
iżommu reġistri separati tal-ħażniet għall-operazzjonijiet inkwistjoni;
jaċċettaw il-kontrolli previsti mil-liġi tal-Unjoni; u
jipprovdu d-dokumenti ta' sostenn dwar id-destinazzjoni finali ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, fil-forma ta' ċertifikat ta' akkwiżizzjoni jew dokument ekwivalenti, li jiċċertifikaw li l-prodotti rtirati ġew akkwistati minn terza persuna bil-għan li jiġu distribwiti bla ħlas.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-benefiċjarji ma jkollhomx bżonn iżommu r-reġistri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, jekk huma jirċievu kwantitajiet taħt livell massimu li jrid jiġi ddeterminat minnhom abbażi ta' analiżi tar-riskji ddokumentata.
Il-benefiċjarji tal-prodotti rtirati għal destinazzjonijiet oħrajn għandhom jintrabtu li:
jikkonformaw mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ma jgħid l-istess Regolament;
iżommu reġistri tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji separati għall-operazzjonijiet inkwistjoni jekk l-Istat Membru jqis li dan huwa xieraq minkejja l-fatt li l-prodott tkun inbidlitlu n-natura tiegħu qabel il-kunsinna;
jaċċettaw il-kontrolli previsti mil-liġi tal-Unjoni; u
ma jitolbux għajnuna addizzjonali għall-alkoħol prodott mill-prodotti kkonċernati fil-każ ta' prodotti rtirati maħsuba għad-distillazzjoni.
Artikolu 48
Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-pjanti tal-frott u l-ħxejjex ikollhom perjodu ta' ħsad ta' aktar minn xahar. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jikkumpensaw biss għall-produzzjoni li għandha tinħasad fis-sitt ġimgħat ta' wara l-operazzjoni ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad. Dawk il-pjanti tal-frott u tal-ħxejjex ma għandhomx jintużaw għal finijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun ta' tkabbir wara li tkun seħħet l-operazzjoni.
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-applikazzjoni ta' miżuri ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad jekk, fil-każ ta' ħsad bikri, tkun twettqet parti sinifikanti tal-ħsad normali u, fil-każ tan-nuqqas ta' ħsad, tkun diġà ttieħdet parti sinifikanti mill-produzzjoni kummerċjali. Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika din id-dispożizzjoni għandu jistabbilixxi, fl-istrateġija nazzjonali tiegħu, il-parti li jqis bħala sinifikanti.
Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ma għandhomx ikunu applikati għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari fi kwalunkwe sena partikolari, ħlief għall-finijiet tat-tieni subparagrafu fejn iż-żewġ operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu applikati simultanjament.
Artikolu 49
Obbligi tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jadottaw:
dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad, inkluż dwar in-notifiki minn qabel tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad, il-kontenut u d-dati ta' skadenza tagħhom, dwar l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri, kif ukoll il-lista tal-prodotti eliġibbli skont il-miżuri;
dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-miżuri ma twassal għall-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent u għall-ebda konsegwenza fitosanitarja negattiva.
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-miżuri jitwettqu b'mod korrett, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu. Jekk l-Istati Membri jsibu li l-miżuri ma twettqux b'mod korrett, huma ma għandhomx japprovaw l-applikazzjoni tal-miżuri.
Artikolu 50
L-għan tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad
L-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad imsemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jikkontribwixxu sabiex jissalvagwardjaw id-dħul tal-produtturi u sabiex ikopru t-telf tas-suq imġarrab mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tagħha, meta dawn ikunu affettwati minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi u, fejn ikun applikabbli, minn mard jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara.
Artikolu 51
Implimentazzjoni tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad
Artikolu 51a
Implimentazzjoni ta' miżuri ta' kowċing
Għall-finijiet tal-Artikolu 33(3)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-miżuri ta' kkowċjar li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ:
l-iskambju tal-aħjar prattiki relatati mal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jgħinu lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, gruppi ta' produtturi jew produtturi individwali rikonoxxuti sabiex jibbenefikaw mill-esperjenza bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet;
il-promozzjoni tat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ġodda, il-fużjoni ta' dawk eżistenti jew il-possibilità li produtturi individwali jissieħbu ma' organizzazzjoni tal-produtturi eżistenti;
il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' netwerking għall-fornituri u għar-riċevituri tal-ikkowċjar, sabiex b'mod partikolari jissaħħu l-mezzi ta' kummerċjalizzazzjoni bħala mezz ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet.
Il-kostijiet eliġibbli relatati mal-ikkowċjar huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Il-kostijiet kollha identifikati fl-Anness III għandhom jitħallsu lill-fornitur tal-ikkowċjar.
KAPITOLU IV
Assistenza finanzjarja nazzjonali
Artikolu 52
Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' għajnuna finanzjarja nazzjonali
Għall-finijiet tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzati minn:
organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti; u
gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Għall-fini tal-kalkolu, il-valur stabbilit kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi diviż bil-valur totali tal-frott u tal-ħxejjex prodotti f'dak ir-reġjun.
Għall-kalkolu tal-valur totali tal-frott u tal-ħxejjex li jkunu ġew prodotti f'dak ir-reġjun, il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) għandha tapplika mutatis mutandis.
Ir-reġjuni definiti minn Stat Membru ma għandhomx jiġu emendati għal mill-inqas ħames snin sakemm tali emenda ma tkunx oġġettivament ġustifikata, b'mod partikolari għal raġunijiet li mhumiex relatati mal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni ta' produtturi fir-reġjun jew fir-reġjuni kkonċernati.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda għar-reġjun(i) li tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 53
Emendi għall-programm operattiv
Organizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għall-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha, jekk ikun meħtieġ, temenda l-programm operattiv tagħha skont l-Artikolu 34.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 54
Notifiki tal-Istati Membri dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tagħrif u d-dokumenti li ġejjin:
sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-ammont totali tal-fondi operattivi approvati dik is-sena għall-programmi operattivi kollha. Din in-notifika għandha turi l-ammont totali tal-fondi operattivi u l-ammont totali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija inkluża f'dawk il-fondi. Dawk iċ-ċifri għandhom ikomplu jinqasmu bejn l-ammonti għall-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet u l-ammonti għal miżuri oħrajn;
sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, rapport annwali dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll dwar il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u l-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-pjanijiet ta' rikonoxximent imħaddma matul is-sena ta' qabel. Dan ir-rapport annwali għandu jkun fih it-tagħrif stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament;
sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-ammonti li jikkorrispondu għal kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rikonoxximent tal-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluża s-sena ta' implimentazzjoni attwali. Għandhom jingħataw l-ammonti approvati jew dawk stmati. Din in-notifika għandha tinkludi t-tagħrif li ġej għal kull grupp ta' produtturi u kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjan:
l-ammont totali għall-perjodu annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' rikonoxximent, tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, mill-gruppi ta' produtturi u mill-membri tal-gruppi ta' produtturi;
tqassim bejn l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, rispettivament.
Artikolu 55
Notifiki tal-Istati Membri dwar il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħxejjex fis-suq intern
Għall-frott u l-ħxejjex koperti mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom jiġu nnotifikati biss il-prezzijiet tal-prodotti li jilħqu dak l-istandard, filwaqt li l-prezzijiet tal-prodotti koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilit fil-Parti B ta' dak l-Anness għandhom jikkonċernaw biss il-prodotti tal-klassi I.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw prezz medju ponderat wieħed li jkun jikkorrispondi għat-tipi u l-varjetajiet ta' prodotti, daqsijiet u preżentazzjonijiet speċifikati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Meta l-prezzijiet irreġistrati jkunu jikkonċernaw tipi, varjetajiet, daqsijiet jew preżentazzjonijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f'dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-tipi, il-varjetajiet, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti li magħhom ikunu jikkorrispondu l-prezzijiet.
Il-prezzijiet innotifikati għandhom ikunu dawk tal-prodotti ssortjati u ppakkjati, u, fejn ikun applikabbli, fuq palits, hekk kif joħorġu mill-post tal-imballaġġ, u għandhom jiġu espressi f'euro għal kull 100 kilogramma ta' piż nett.
Artikolu 56
Indikaturi
Artikolu 57
Proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-programmi operattivi
L-eżerċizzju ta' valutazzjoni għandu jeżamina l-progress li sar fir-rigward tal-objettivi ġenerali tal-programm, fuq il-bażi ta' indikaturi stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Fejn ikun applikabbli, l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati u tal-impatt tal-azzjonijiet ambjentali bil-għan li:
tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija;
jitnaqqas l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew tittejjeb il-ġestjoni tagħhom;
jitħarsu l-ħabitats u l-bijodiversità; u
jiġi kkonservat il-pajsaġġ.
Ir-riżultati tal-eżerċizzju għandhom jintużaw sabiex:
tittejjeb il-kwalità tal-programm operattiv;
tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa għal bidla sostantiva fil-programm operattiv; u
jingħataw lezzjonijiet utli fit-titjib tal-programmi operattivi futuri.
Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi mehmuż mar-rapport annwali korrispondenti msemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Artikolu 58
Proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-istrateġija nazzjonali
Il-monitoraġġ għandu jkun kontinwu sabiex jiġi vvalutat il-progress magħmul biex jinkisbu l-objettivi tal-programmi operattivi. Għal dan il-għan, għandu jsir użu mit-tagħrif ipprovdut fir-rapporti annwali mibgħuta mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ għandu jitwettaq b'tali mod li r-riżultati tiegħu:
jivverifikaw il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;
jidentifikaw kwalunkwe ħtieġa ta' aġġustamenti jew reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti għall-istrateġija jew bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, inkluża l-ġestjoni finanzjarja tal-programmi operattivi.
L-evalwazzjoni għandu jkollha l-għan li tivvaluta l-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali tal-istrateġija. Għal dan il-għan, għandu jsir użu mir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi kif indikat fir-rapport annwali u fir-rapport tas-sena ta' qabel tal-aħħar mibgħuta mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għandhom jintużaw sabiex:
tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija;
tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa għal bidla sostantiva fl-istrateġija.
L-evalwazzjoni għandha tinkludi eżerċizzju ta' evalwazzjoni mwettaq fl-2020. Ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju għandhom ikunu parti mir-rapport nazzjonali annwali tal-istess sena msemmi fl-Artikolu 54(b). Ir-rapport għandu jeżamina l-livell ta' utilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi operattivi implimentati u għandu jivvaluta l-effetti u l-impatt ta' dawk il-programmi, fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-miżuri stabbiliti mill-istrateġija u, fejn ikun applikabbli, l-objettivi l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 59
Nuqqas ta' ħarsien tal-kriterji tar-rikonoxximent
Waqt is-sospensjoni tar-rikonoxximent, l-organizzazzjoni tal-produtturi tista' tkompli l-attività tagħha, iżda l-ħlasijiet għall-għajnuna għandhom jinżammu sakemm titneħħa s-sospensjoni tar-rikonoxximent. L-ammont ta' għajnuna fis-sena għandu jitnaqqas bi 2 % għal kull xahar tal-kalendarju jew parti minnu, li matulu r-rikonoxximent ikun sospiż.
Is-sospensjoni għandha tintemm fil-jum tal-kontroll, li jikkonferma li l-kriterji tar-rikonoxximent inkwistjoni kienu ssodisfati.
Madankollu, meta organizzazzjoni tal-produtturi tagħti lill-Istat Membru prova li minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, minkejja li tkun ħadet il-miżuri ta' prevenzjoni tar-riskji meħtieġa, hija ma tkunx tista' tħares il-kriterji ta' rikonoxximent stipulati fl-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata kif stabbilit mill-Istati Membri, l-Istat Membru jista', għas-sena inkwistjoni, jidderoga mill-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata għal din l-organizzazzjoni tal-produtturi.
Artikolu 60
Frodi
Meta organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tkun wettqet frodi fir-rigward tal-għajnuna koperta mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali oħrajn applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni:
jirtiraw ir-rikonoxximent ta' dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni;
jeskludu l-azzjonijiet ikkonċernati mill-appoġġ fil-kuntest tal-programm operattiv ikkonċernat u jirkupraw kwalunkwe għajnuna li tkun diġà tħallset għal dawk l-azzjonijiet; u
jeskludu dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni mir-rikonoxximent matul is-sena ta' wara.
Artikolu 61
Penali għall-ammonti ineliġibbli
L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-għajnuna u jistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Huwa għandu jistabbilixxi l-ammont li:
għandu jitħallas lill-benefiċjarju abbażi biss tal-applikazzjoni;
jitħallas lill-benefiċjarju wara li tiġi eżaminata l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.
Artikolu 62
Penali amministrattivi wara l-kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar
Jekk, wara l-kontroll imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jinstabu nuqqasijiet ta' konformità fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, li jaqbżu t-tolleranzi stabbiliti, l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata għandha tintalab tħallas penali kkalkolat skont il-proporzjon tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi:
meta dawk il-kwantitajiet ikunu inqas minn 10 % tal-kwantitajiet effettivament irtirati skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament, il-penali għandu jkun ugwali għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, ikkalkolat abbażi tal-kwantitajiet tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi;
meta dawk il-kwantitajiet ikunu bejn 10 % u 25 % tal-kwantitajiet effettivament irtirati, il-penali għandu jkun id-doppju tal-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, ikkalkolat abbażi tal-kwantitajiet tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi; jew inkella
meta dawk il-kwantitajiet jaqbżu l-25 % tal-kwantità effettivament irtirata, il-penali għandu jkun ugwali għall-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-kwantità kollha nnotifikata skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 63
Penali amministrattiv applikabbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' rtirar
L-infiq għall-operazzjonijiet ta' rtirar ma għandux ikun eliġibbli jekk il-prodotti li ma tqegħdux għall-bejgħ ma jkunux tneħħew kif previst mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46(1) jew jekk l-operazzjoni kellha impatt negattiv fuq l-ambjent jew kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali applikat skont l-Artikolu 61.
Artikolu 64
Penali amministrattivi applikabbli għall-benefiċjarji ta' prodotti rtirati mis-suq
Meta jiġu identifikati irregolaritajiet li jistgħu jkunu attribwiti lill-benefiċjarji ta' prodotti rtirati mis-suq waqt il-kontrolli magħmula skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, dawk il-benefiċjarji:
għandhom jiġu esklużi mid-dritt li jirċievu prodotti rtirati mis-suq; u
għandhom ikunu obbligati jħallsu l-valur tal-prodotti li jkunu rċevew kif ukoll l-ispejjeż tal-issortjar, tal-imballaġġ u tat-trasport relatati skont ir-regoli stipulati mill-Istati Membri.
L-esklużjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandha tidħol fis-seħħ minnufih u ddum tgħodd għal mill-inqas sena b'possibbiltà ta' estensjoni.
Artikolu 65
Penali amministrattivi fir-rigward tal-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad
Jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha fir-rigward tal-ħsad bikri, hija għandha tħallas, permezz ta' penali, l-ammont tal-kumpens li jirrigwardja ż-żoni li għalihom l-obbligu ma kienx irrispettat. Nuqqas ta' twettiq tal-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:
iż-żona nnotifikata għall-ħsad bikri ma tkunx eliġibbli għal dan;
ma kienx hemm ħsad totali fiż-żona jew il-produzzjoni ma nbidlitilhiex in-natura tagħha.
kien hemm impatt negattiv fuq l-ambjent jew konsegwenza fitosanitarja negattiva li għalihom hija responsabbli l-organizzazzjoni tal-produtturi.
Jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas, hija għandha tħallas, permezz ta' penali, l-ammont tal-kumpens li jirrigwardja ż-żoni li għalihom l-obbligu ma kienx irrispettat. Nuqqas ta' twettiq tal-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:
iż-żona nnotifikata għan-nuqqas ta' ħsad ma tkunx eliġibbli għal dan;
xorta waħda sar ħsad jew ħsad parzjali;
kien hemm impatt negattiv fuq l-ambjent jew konsegwenza fitosanitarja negattiva li għalihom hija responsabbli l-organizzazzjoni tal-produtturi.
Il-Punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3).
Artikolu 66
Meta ma jitħalliex isir kontroll fuq il-post
Talba għal rikonoxximent, approvazzjoni ta' programm operattiv jew applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi miċħuda għall-entrata jew il-parti tan-nefqa kkonċernata jekk organizzazzjoni tal-produtturi, inklużi l-membri tagħha jew ir-rappreżentanti rilevanti, ma tippermettix li jsir kontroll fuq il-post.
Artikolu 67
Ħlas tal-għajnuna rkuprata u tal-penali
L-imgħax għandu jiġi kkalkolat:
fuq il-bażi tal-perjodu li jgħaddi bejn l-irċevuta tal-ħlas mhux dovut u r-rimborż tiegħu mill-benefiċjarju;
bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, ippubblikata fis-serje “C” ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun fis-seħħ fil-jum li fih ikun sar il-ħlas mhux dovut, biż-żieda ta' tliet punti perċentwali.
KAPITOLU VI
Estensjoni tar-regoli
Artikolu 68
Il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tar-regoli
L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu japplika għall-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, sakemm ir-regoli msemmija fil-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu:
ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena;
isiru vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kundizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu meta l-għan tar-regoli li jridu jiġu estiżi jkun wieħed minn dawk imsemmija fil-punti (a), (e), (f), (h), (i), (j), (m) u (n) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 164(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 69
Regoli nazzjonali
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont it-tifsira tal-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jeskludu:
lill-produtturi li l-produzzjoni tagħhom hija essenzjalment maħsuba għal bejgħ dirett lill-konsumaturi minn fuq l-impriża jew miż-żona tal-produzzjoni;
il-bejgħ dirett kif imsemmi fil-punt (a);
il-prodotti kkonsenjati għall-ipproċessar skont kuntratt iffirmat qabel il-bidu tal-ħsad, sakemm ir-regoli estiżi ma jkunux ikopru espliċitament dawn il-prodotti;
il-produtturi jew il-produzzjoni ta' prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007.
Artikolu 70
Notifika tal-estensjoni tar-regoli u taż-żoni ekonomiċi
Meta Stat Membru jinnotifika regoli li jkun għamel vinkolanti għal prodott partikolari u għal żona ekonomika partikolari skont l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar:
iż-żona ekonomika li fiha japplikaw dawk ir-regoli;
l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjoni interprofessjonali li talbet għall-estensjoni tar-regoli u d-dejta li turi l-konformità mal-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
meta l-estensjoni tar-regoli tintalab minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-għadd ta' produtturi li jappartjenu għal dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u l-għadd totali ta' produtturi fiż-żona ekonomika kkonċernata; dan it-tagħrif għandu jingħata għas-sitwazzjoni kif tkun fiż-żmien meta ssir it-talba għall-estensjoni;
meta t-talba għall-estensjoni tar-regoli ssir minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-produzzjoni totali taż-żona ekonomika u l-produzzjoni kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni matul l-aħħar sena li għaliha jkun hemm figuri disponibbli;
id-data minn meta r-regoli li għandhom jiġu estiżi bdew japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi, għall-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew għall-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata; u
id-data minn meta l-estensjoni għandha tidħol fis-seħħ u t-tul ta' żmien tagħha.
Artikolu 71
Tħassir tal-estensjoni tar-regoli
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 175(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li titlob lil Stat Membru jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 164(1) ta' dak ir-Regolament, meta hija ssib li:
id-deċiżjoni tal-Istat Membru teskludi l-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern jew tipperikola l-kummerċ ħieles, jew inkella li l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat ikunu kompromessi;
l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn;
id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jkunux ġew irrispettati.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' dawk ir-regoli għandha tapplika mid-data tan-notifika ta' tali sejba lill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 72
Ix-xerrejja ta' prodotti mibjugħa mis-siġra
TITOLU III
KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI — SISTEMA TAL-PREZZ TAD-DĦUL
Artikolu 73
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
“lott” ifisser l-oġġetti ppreżentati skont dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, li tkopri biss oġġetti tal-istess oriġini li jaqgħu fi ħdan kodiċi NM wieħed; u
“importatur” ifisser id-dikjarant skont it-tifsira tal-Artikolu 5(15) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
Artikolu 74
Notifika tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet tal-prodotti impurtati
Għal kull prodott u għall-perjodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII, għal kull jum tas-suq u għal kull oriġini, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa nofsinhar (12:00 ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' wara, dwar:
il-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq tal-importazzjoni tal-Istati Membri; u
il-kwantitajiet totali li jirrigwardjaw il-prezzijiet imsemmija fil-punt (a).
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar is-swieq tal-importazzjoni li huma jqisu bħala rappreżentattivi u li għandhom jinkludu lil Londra, Milan, Perpignan u Rungis.
Meta l-kwantitajiet totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jkunu inqas minn għaxar tunnellati, il-prezzijiet korrispondenti ma għandhomx ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.
Il-prezzijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati:
għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII;
għal kull varjetà u daqs disponibbli; u
fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa jew fl-istadju tal-bejjiegħ bl-ingrossa/tal-bejjiegħ bl-imnut meta ma jkunu disponibbli ebda prezzijiet fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa.
Huma għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:
marġini tal-kummerċjalizzazzjoni ta' 15 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni ta' Londra, Milan u Rungis u ta' 8 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn; u
l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Għall-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni li jridu jitnaqqsu skont it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammonti standard għat-tnaqqis. Dawn l-ammonti standard u l-metodi sabiex jiġu kkalkolati għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni minnufih.
Il-prezzijiet irreġistrati skont il-paragrafu 2 għandhom, meta jkunu stabbiliti fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa/imnut, jitnaqqsu:
b'ammont ugwali għal 9 % sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-marġini tal-kummerċ tal-bejjiegħ bl-ingrossa, u
b'ammont ugwali għal EUR 0,7245 għal kull 100 kilogramma fir-rigward tal-ispejjeż tal-immaniġġjar u t-taxxi u l-ħlasijiet tas-suq.
Għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII li huma koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prezzijiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi:
il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I, meta l-kwantitajiet f'dik il-klassi jkunu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;
il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I u tal-Klassi II, meta l-kwantitajiet f'dawk il-klassijiet ikunu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;
il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi II, meta l-prodotti tal-Klassi I ma jkunux disponibbli, sakemm ma jkunx deċiż li għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' aġġustament għalihom jekk, bħala riżultat tal-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom, dawk il-prodotti ma jkunux normalment ikkummerċjalizzati fil-Klassi I.
Il-koeffiċjent ta' aġġustament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat wara li jitnaqqsu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2.
Għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII li mhumiex koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prezzijiet tal-prodotti li huma konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi.
Artikolu 75
Bażi tal-prezz tad-dħul
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-valur standard tal-importazzjoni jkun ogħla mill-prezzijiet tad-dħul elenkati fl-Anness 2 tat-Taqsima I tal-Parti III tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 10 ), jew meta d-dikjarant jitlob id-dħul immedjat fil-kontijiet tal-ammonti ta' dazji li għalihom fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jkunu soġġetti l-oġġetti, minflok ma jipprovdi garanzija.
In-nuqqas ta' ssodisfar ta' waħda minn dawn l-iskadenzi għandu jinvolvi t-telf tal-garanzija pprovduta, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6.
Il-garanzija pprovduta għandha tiġi rrilaxxata jekk l-awtoritajiet doganali jingħataw prova tal-kundizzjonijiet tat-tneħħija li tkun tissodisfahom. Inkella, il-garanzija għandha tintilef permezz tal-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni.
Sabiex juri li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-importatur għandu jagħmel disponibbli, minbarra l-fattura, id-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli doganali rilevanti fir-rigward tal-bejgħ u t-tneħħija ta' kull prodott tal-lott inkwistjoni, inklużi dokumenti relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u l-ħażna tal-lott.
Meta l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jitolbu li l-varjetà tal-prodott jew it-tip tal-frott u l-ħxejjex jiġu indikati fuq l-imballaġġ, il-varjetà tal-prodott jew it-tip tal-frott u l-ħxejjex li jifformaw parti mil-lott għandhom jiġu indikati fuq id-dokumenti relatati mat-trasport, il-fatturi u l-ordni tal-kunsinna.
Jekk meta jivverifikaw, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistabbilixxu li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu ma ġewx issodisfati, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat, jew li għad irid jiġi rkuprat, għandu jinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-oġġetti kienu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sad-data tal-irkupru. Ir-rata tal-imgħax applikata għandha tkun dik li tkun fis-seħħ għall-operazzjonijiet ta' rkupru skont il-liġi nazzjonali.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 76
Penali nazzjonali
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali fil-livell nazzjonali għall-irregolaritajiet fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti f'dawk ir-regolamenti, inkluż fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux qegħdin jimplimentaw programm operattiv. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex b'hekk jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Artikolu 77
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità jew entità kompetenti waħda li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tan-notifiki fir-rigward ta' kull wieħed mis-suġġetti li ġejjin:
il-gruppi ta' produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, kif previst fl-Artikolu 54;
il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħxejjex fis-suq intern, kif previst fl-Artikolu 55;
il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 74;
il-volumi tal-importazzjoni mpoġġija f'ċirkolazzjoni libera, kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Il-lista tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet maħtura, li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz tas-sistemi ta' tagħrif implimentati mill-Kummissjoni, inkluża l-pubblikazzjoni fuq l-Internet.
Artikolu 78
Notifika ta' force majeure
Għall-finijiet tal-Artikoli 59(7) u 64(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe każ ta' force majeure għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, b'evidenza rilevanti għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità, fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data li fiha seħħ il-każ ta' force majeure.
Artikolu 79
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 2 jitħassar;
L-Artikoli 19 sa 35 jitħassru;
L-Artikoli 50 sa 148 jitħassru;
L-Annessi VI sa XVIII jitħassru.
Artikolu 80
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, programm operattiv approvat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jista':
ikompli jopera sat-tmiem tiegħu taħt il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011;
jiġi mmodifikat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892; jew inkella
jiġi sostitwit minn programm operattiv ġdid approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
▼M3 —————
Artikolu 81
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Prodotti pproċessati msemmija fl-artikolu 22(2)
Kategorija |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Meraq tal-frott |
ex 20 09 |
Meraq tal-frott, minbarra l-meraq tal-għeneb u l-most tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 , il-meraq tal-banana tas-subintestatura ex 2009 80 u l-meraq ikkonċentrat, mhux iffermentat u bla spirti miżjuda, kemm jekk ikun fih zokkor jew sustanzi ta' ħlewwa oħra miżjuda kif ukoll jekk le. Meraq tal-frott ikkonċentrat huwa meraq tal-frott li jaqa' taħt l-intestatura ex 20 09 li jitħejja permezz tat-tneħħija fiżika ta' mill-inqas 50 % o tal-kontenut tal-ilma, f'pakketti ta' kontenut nett ta' mhux inqas minn 200 kg. |
Kunserva tat-tadam |
ex 2002 90 31 ex 2002 90 91 |
Kunserva tat-tadam b'kontenut ta' piż niexef ta' mhux inqas minn 28 % f'pakketti immedjati ta' kontenut nett ta' mhux inqas minn 200 kg. |
Frott u ħxejjex iffriżati |
ex 07 10 |
Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew fl-ilma jagħli) iffriżati, minbarra qamħirrum ħelu tas-subintestatura 0710 40 00 , żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u l-frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59 . |
ex 08 11 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi sustanza ta' ħlewwa oħra, minbarra l-banana ffriżata li taqa' fi ħdan is-subintestatura ex 0811 90 95 . |
|
ex 20 04 |
Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippriservati b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006 , minbarra qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura ex 2004 90 10 , żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u patata ppreparata jew ippriservata fil-forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet, tas-subintestatura 2004 10 91 . |
|
Frott u ħxejjex tal-bott |
ex 20 01 |
Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippriservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra: — frott tal-ġeneru Capsicum għajr bżar ħelu jew piment tas-subintestatura 2001 90 20 — qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30 — jam, patata ħelwa u partijiet simili li jittieklu ta' pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar skont il-piż ta' lamtu tas-subintestatura 2001 90 40 — qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60 — żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65 — weraq tad-dielja, rimjiet tal-ħops u partijiet simili oħrajn li jittieklu ta' pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2001 90 97 . |
ex 20 02 |
Tadam ippreparat jew ippriservat għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra kunserva tat-tadam tas-subintestaturi ex 2002 90 31 u ex 2002 90 91 deskritti hawn fuq. |
|
ex 20 05 |
Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippriservati għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, minbarra prodotti tal-intestatura 2006 minbarra żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 , qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2005 80 00 u frott tal-ġeneru Capsicum, minbarra bżar ħelu jew piment tas-subintestatura ex 2005 99 10 u patata ppreparata jew ippriservata fil-forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet tas-subintestatura 2005 20 10 . |
|
ex 20 08 |
Frott, ġewż u partijiet oħrajn li jittieklu ta' pjanti, ippreparati jew ippriservati b'mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor xi jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa jew spirtu miżjuda kif ukoll jekk le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, minbarra: — butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10 — ġewż ieħor, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, tas-subintestatura ex 2008 19 — qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00 — qamħirrum tas-subintestatura 2008 99 85 — jam, patata ħelwa u partijiet simili li jittieklu ta' pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar skont il-piż ta' lamtu tas-subintestatura 2008 99 91 — weraq tad-dielja, rimjiet tal-ħops u partijiet simili oħrajn li jittieklu ta' pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99 — taħlitiet tal-banana mħejjija jew ippriservati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59 , ex 2008 92 78 , ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98 — banana ppreparata jew ippriservata b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 99 49 , ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99 . |
|
Faqqiegħ tal-bott |
2003 10 |
Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku. |
Frott provviżorjament ippriservat fis-salmura |
ex 08 12 |
Frott u ġewż, provviżorjament ippriservati fis-salmura, iżda li f'dak l-istat mhumiex tajbin għal konsum immedjat, minbarra l-banana provviżorjament ippriservata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0812 90 98 . |
Frott imnixxef |
ex 08 13 0804 20 90 0806 20 ex 2008 19 |
Frott, imnixxef, għajr dak tal-intestaturi 0801 sa 0806 . Tin imnixxef. Għeneb imnixxef. Ġewż ieħor, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor, kemm jekk ikun fih zokkor xi jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minbarra l-ġewż tropikali u t-taħlitiet tiegħu. |
Frott u ħxejjex oħrajn ipproċessati |
|
Frott u ħxejjex ipproċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, differenti mill-prodotti elenkati fil-kategoriji ta' hawn fuq. |
Ħwawar aromatiċi pproċessati |
ex 09 10 ex 12 11 |
Sagħtar imnixxef. Ħabaq, melissa, nagħniegħ, l-origanum vulgare (riegnu/merdqux selvaġġ), klin, salvja, kemm jekk maqtugħa, imfarrka jew mitħuna kif ukoll jekk le. |
Trab tal-paprika |
ex 09 04 |
Bżar tal-ġeneru Piper; frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun, minbarra l-bżar ħelu li jaqa' fi ħdan is-subintestatura 0904 20 10 . |
ANNESS II
Lista ta' azzjonijiet u nfiq mhux eliġibbli taħt il-programmi operattivi msemmija fl-artikolu 31(1)
Spejjeż tal-produzzjoni ġenerali u, b'mod partikolari, spejjeż għal miċelju, żrieragħ u pjanti mhux perennjali (anki ċċertifikati); prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (inkluż materjal ta' kontroll integrat); fertilizzanti u elementi oħra tal-produzzjoni; spejjeż ta' kollezzjoni jew trasport (intern jew estern); spejjeż tal-ħażna; spejjeż tal-ippakkjar (inkluż l-użu u l-immaniġġjar tal-imballaġġ), anki bħala parti minn proċessi ġodda; spejjeż tat-tħaddim (b'mod partikolari l-elettriku, il-fjuwil u l-manutenzjoni).
Spejjeż amministrattivi u tal-persunal bl-eċċezzjoni tal-infiq relatat mal-implimentazzjoni ta' fondi operattivi u programmi operattivi.
Supplimenti ta' dħul jew prezz barra mill-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet.
Spejjeż tal-assigurazzjoni li mhumiex marbutin mal-miżuri tal-assigurazzjoni tal-ħsad imsemmija fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu II.
Rimbors ta' self meħud għal operazzjoni mwettqa qabel il-bidu tal-programm operattiv minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 38.
Xiri ta' proprjetà mhux mibnija li tiswa aktar minn 10 % tan-nefqa kollha eliġibbli fuq l-operazzjoni kkonċernata.
L-ispejjeż tal-laqgħat u tal-programmi ta' taħriġ mhux relatati mal-programm operattiv.
Operazzjonijiet jew spejjeż relatati mal-kwantitajiet prodotti mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi barra mill-Unjoni.
Operazzjonijiet li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
Investiment f'mezzi ta' trasport li jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni jew għad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi.
Spejjeż operattivi tal-prodotti mikrija.
Infiq marbut mal-kuntratti tal-kiri (taxxi, imgħax, spejjeż tal-assigurazzjoni, eċċ.) u spejjeż operattivi.
Kuntratti ta' sottokuntrattar jew esternalizzazzjoni li jirrigwardjaw l-operazzjonijiet jew l-infiq imsemmija bħala mhux eliġibbli f'din il-lista.
Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) ħlief fejn din ma tkunx tista' tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.
Kwalunkwe taxxa jew imposta fiskali nazzjonali jew reġjonali.
Imgħax fuq id-dejn, ħlief fejn il-kontribuzzjoni ssir f'forma li mhijiex assistenza diretta mhux ripagabbli.
Investimenti f'ishma jew kapital ta' kumpaniji, jekk l-investiment ikun jirrappreżenta investiment finanzjarju.
Spejjeż imġarrba minn partijiet li mhumiex l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-membri produtturi tagħhom jew kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fil-Artikolu 22(8).
Investimenti jew tipi ta’ azzjonijiet simili mhux fuq l-azjendi u/jew l-istabbilimenti tal-organizzazzjoni tal-produtturi, tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-membri produtturi tagħhom jew ta’ kumpanija sussidjarja jew entità li tkun parti minn katina ta’ sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8).
Miżuri esternalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom barra l-Unjoni, ħlief meta l-promozzjoni tiġi implimentata barra l-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Kreditu għall-esportazzjoni marbut ma' azzjonijiet u attivitajiet immirati lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidament fis-swieq tal-frott u l-ħaxix, kemm jekk għall-prevenzjoni jew matul perjodu ta' kriżi.
ANNESS III
Lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet u nfiq eliġibbli taħt il-programmi operattivi msemmija fl-artikolu 31(1)
Spejjeż speċifiċi għal:
Spejjeż speċifiċi għandhom ifissru l-ispejjeż addizzjonali, ikkalkolati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż konvenzjonali u l-ispejjeż effettivament imġarrba, u d-dħul mitluf, li jirriżultaw minn azzjoni li teskludi d-dħul addizzjonali u l-iffrankar tal-ispejjeż.
Għal kull kategorija ta’ spejjeż eliġibbli msemmija fl-ewwel paragrafu, sabiex jiġu kkalkolati l-ispejjeż addizzjonali mqabbla ma’ dawk konvenzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa.
Spejjeż amministrattivi u tal-persunal li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta' fondi operattivi u programmi operattivi, li għandhom jinkludu:
spejjeż ġenerali speċifikament marbuta mal-fond operattiv jew mal-programm operattiv, inklużi spejjeż tal-ġestjoni u tal-persunal, rapporti u studji ta' evalwazzjoni, u l-ispejjeż għaż-żamma tal-kontijiet u l-ġestjoni tal-kontijiet, permezz tal-pagament ta' rata fissa standard sa massimu ta' 2 % tal-fond operattiv kif approvat skont l-Artikolu 33 u sa massimu ta' EUR 180 000 , li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
Fil-każ tal-programmi operattivi mressqa minn assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-ispejjeż ġenerali għandhom jiġu kkalkolati bħala ż-żieda mal-ispejjeż ġenerali ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi kif previst fl-ewwel paragrafu, iżda għandhom ikunu limitati sa massimu ta' EUR 1 250 000 għal kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-finanzjament għall-ispejjeż reali, f'liema każ għandhom jiddefinixxu l-ispejjeż eliġibbli;
spejjeż tal-persunal, inklużi ħlasijiet legalment obbligatorji marbuta mal-pagi u s-salarji, jekk dawn jitħallsu direttament mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8) soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri, minn kooperattivi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi, li jirriżultaw minn miżuri maħsuba:
sabiex itejbu jew iżommu livell għoli ta' kwalità jew protezzjoni ambjentali;
sabiex itejbu l-livell tal-kummerċjalizzazzjoni.
L-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri għandha essenzjalment tinvolvi l-użu ta' persunal ikkwalifikat. Jekk, f'dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni tal-produtturi tuża l-impjegati tagħha stess jew membri produtturi, iż-żmien maħdum għandu jkun iddokumentat.
Jekk Stat Membru jkun jixtieq jipprovdi alternattiva għar-restrizzjoni tal-finanzjament għall-ispejjeż reali, għall-ispejjeż tal-persunal kollha eliġibbli msemmija f'dan il-punt, huwa għandu jistabbilixxi, ex ante u b'mod debitament ġustifikat, rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità sa massimu ta' 20 % tal-fond operattiv approvat. Dan il-perċentwal jista' jiżdied f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.
Meta jitolbu dawk ir-rati fissi standard, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru;
spejjeż legali u amministrattivi tal-fużjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll spejjeż legali u amministrattivi relatati mal-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi; studji ta' fattibbiltà u proposti kkummissjonati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dan ir-rigward.
L-ispejjeż tal-laqgħat u tal-programmi ta’ taħriġ meta dawn ikunu relatati mal-programm operattiv, inklużi l-allowances ta’ kuljum, l-ispejjeż tat-trasport u tal-akkomodazzjoni.
Il-promozzjoni ta':
Ismijiet ġeografiċi huma permessi biss jekk:
ikunu denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ); jew inkella
fil-każijiet kollha fejn il-punt (a) ma japplikax, dawn l-ismijiet ġeografiċi jkunu sekondarji għall-messaġġ prinċipali.
Kwalunkwe materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni ta' tikketti tal-kwalità għandu jkollu fuqu l-emblema tal-Unjoni Ewropea (fil-każ ta' midja viżwali biss) u għandu jinkludi d-dikjarazzjoni li ġejja: “Kampanja ffinanzjata bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea”. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kumpaniji sussidjarji li jinsabu fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jużaw l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-ditti/marki kummerċjali tagħhom.
Spejjeż għat-trasport, l-issortjar u l-imballaġġ relatati mad-distribuzzjoni bla ħlas kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.
Ix-xiri ta' art mhux mibnija, fejn ix-xiri jkun meħtieġ għat-twettiq ta' investiment inkluż fil-programm operattiv, diment li dan ikun jiswa inqas minn 10 % tan-nefqa eliġibbli kollha fuq l-operazzjoni kkonċernata; f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati sewwa, jista' jiġi ffissat perċentwal ogħla għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali.
Ix-xiri ta' tagħmir, inkluż tagħmir użat, diment li dan ma jkunx inxtara b'appoġġ nazzjonali jew appoġġ mill-Unjoni f'perjodu ta' seba' snin qabel ix-xiri.
Investimenti fil-mezzi tat-trasport, fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tiġġustifika sewwa lill-Istat Membru kkonċernat għaliex il-mezz ta' trasport għandu jintuża biss għal trasport intern għall-organizzazzjoni tal-produtturi; u investimenti f'faċilitajiet addizzjonali fuq it-trakk għall-ħażna mkessħa jew għat-trasport b'atmosfera kkontrollata.
Il-lokazzjoni, inkluża dik ta' tagħmir użat li ma jkunx irċieva appoġġ mill-Unjoni jew appoġġ nazzjonali f'perjodu ta' seba' snin qabel il-lokazzjoni, fi ħdan il-limiti tal-valur tas-suq nett tal-oġġett.
Kiri ta' tagħmir jew oġġetti oħrajn, fejn dan ikun ekonomikament ġustifikat, bħala alternattiva għax-xiri, bl-approvazzjoni tal-Istat Membru.
Investimenti f'ishma jew kapital ta' kumpaniji li jikkontribwixxu direttament biex jinkisbu l-għanijiet tal-programm operattiv.
Kostijiet relatati ma' kkowċjar bħala parti mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-programm operattiv.
Il-kostijiet eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu:
il-kostijiet għall-organizzazzjoni u għall-provvista ta' kkowċjar, u
il-kostijiet ta' vvjaġġar, ta' akkomodazzjoni u ta' sussistenza għal kull jum tal-fornitur tal-ikkowċjar.
Kostijiet relatati man-negozjar u mal-implimentazzjoni u l-immaniġġjar ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni jekk jitħallsu mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bħala parti mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ħlief għar-rimborż ta' spejjeż ta' pajjiżi terzi.
Kostijiet relatati ma' miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892. Il-kostijiet eliġibbli taħt dawn il-miżuri għandhom ikunu kostijiet relatati mal-organizzazzjoni u mal-parteċipazzjoni f'avvenimenti ta' promozzjoni u ta' informazzjoni, inkluża ħidma ta' relazzjonijiet pubbliċi, kampanji ta' promozzjoni u ta' informazzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti, f'fieri u f'wirjiet ta' importanza nazzjonali, Ewropea u internazzjonali. Kostijiet relatati ma' servizzi ta' konsulenza teknika huma eliġibbli jekk huma meħtieġa għall-organizzazzjoni jew għall-parteċipazzjoni f'dawn l-avvenimenti jew għall-kampanji ta' promozzjoni u ta' informazzjoni.
ANNESS IV
Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-artikolu 45(1)
Prodott |
Appoġġ massimu (EUR/100 kg) |
|
Distribuzzjoni bla ħlas |
Destinazzjonijiet oħrajn |
|
Pastard |
21,05 |
15,79 |
Tadam (mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru) |
7,25 |
7,25 |
Tadam (mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju) |
33,96 |
25,48 |
Tuffieħ |
24,16 |
18,11 |
Għeneb |
53,52 |
40,14 |
Berquq |
64,18 |
48,14 |
Nuċiprisk |
37,82 |
28,37 |
Ħawħ |
37,32 |
27,99 |
Lanġas |
33,96 |
25,47 |
Brunġiel |
31,2 |
23,41 |
Bettieħ |
48,1 |
36,07 |
Dulliegħ |
9,76 |
7,31 |
Larinġ |
21,00 |
21,00 |
Mandolin |
25,82 |
19,50 |
Klementini |
32,38 |
24,28 |
Satsumas |
25,56 |
19,50 |
Lumi |
29,98 |
22,48 |
ANNESS V
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 54(b)
L-informazzjoni kollha għandha tkun relatata mas-sena kalendarja li dwarha jkun qed isir ir-rapport. Għandha tkopri informazzjoni dwar kontrolli mwettqa u penali amministrattivi applikati f'dak ir-rigward. Fir-rigward tal-informazzjoni li tvarja matul is-sena r-rapport annwali għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali fil-31 ta' Diċembru tas-sena li dwarha jkun qed isir ir-rapport.
PARTI A — INFORMAZZJONI GĦALL-ĠESTJONI TAS-SUQ
1. Informazzjoni amministrattiva:
tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottat sabiex tiġi implimentata t-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu I u t-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
tibdil relatat mal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għal programmi operattivi.
2. Informazzjoni relatata ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ma' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ma' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ma' gruppi produtturi:
l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ta' gruppi produtturi rikonoxxuti/sospiżi. Barra minn hekk:
għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;
għal assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-Istati Membri fejn dawn il-membri għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom;
l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ta' gruppi produtturi li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent. Barra minn hekk għal assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet u l-Istati Membri fejn dawn il-membri għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom;
l-għadd totali ta' fużjonijiet bejn organizzazzjonijiet (imqassam skont it-total, l-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda u numri tal-ID ġodda);
l-għadd ta' membri (total u mqassam skont entitajiet legali, persuni fiżiċi u produtturi tal-frott u l-ħxejjex);
l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet/gruppi bi programm operattiv/pjan ta' rikonoxximent (imqassam skont dawk rikonoxxuti, sospiżi u soġġetti għal fużjoni);
parti mill-produzzjoni ta' prodotti maħsuba għas-suq frisk (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħha);
parti mill-produzzjoni ta' prodotti maħsuba għal ipproċessar (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħha);
erja taħt produzzjoni ta' frott u ħaxix.
3. Informazzjoni relatata mal-infiq:
infiq relatat mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mal-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassam skont fond operattiv, fond operattiv finali u assistenza finanzjarja nazzjonali);
infiq totali attwali ta' programmi operattivi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassam skont azzjonijiet u miżuri marbuta mal-objettivi tagħhom);
infiq totali attwali għal gruppi produtturi;
irtirar imqassam skont il-kategoriji ta' prodotti (volum, nefqa totali, ammont ta' assistenza finanzjarja mill-UE u destinazzjonijiet (distribuzzjoni b'xejn, kompostjar, industrija tal-ipproċessar u oħrajn).
4. Informazzjoni relatata mal-monitoraġġ ta' programmi operattivi u ta' pjanijiet ta' rikonoxximent:
Indikaturi fir-rigward ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassma skont azzjonijiet u miżuri marbuta mal-objettivi tagħhom);
Indikaturi fir-rigward ta' gruppi produtturi.
PARTI B — INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET
Informazzjoni dwar il-kontrolli u l-penali amministrattivi:
il-kontrolli mwettqa mill-Istat Membru: id-dettalji ta' korpi li kienu spezzjonati u d-dati taż-żjarat;
ir-rati ta' kontrolli;
ir-riżultati tal-kontrolli;
il-penali amministrattivi applikati.
ANNESS VI
Notifika tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)
Prodott |
Tip/varjetà |
Preżentazzjoni/daqs |
Swieq Rappreżentattivi |
Tadam |
Tond |
Daqs 47-102 mm, fi kwantità kbira, f’pakketti ta’ madwar 5 jew 6 kg |
Il-Belġju Il-Bulgarija Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija In-Netherlands Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
Fl-għenieqed |
Kull tip ta’ għenieqed, iżda biss jekk id-daqs medju tat-tadam individwali jkun 47 mm jew iżjed, f’pakketti ta’ 5 jew 6 kg |
||
Speċjali/Ċirasa |
Tadam mhux ippakkjat jew tadam fl-għenieqed, tadam speċjali, iżda biss jekk id-daqs medju tat-tadam individwali jkun inqas minn 47 mm (40 mm fil-każ tat-tadam ċirasa), f’pakketti ta’ madwar 250-500 g |
||
Berquq |
It-tipi u l-varjetajiet kollha |
Daqs 45-50 mm Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg |
Il-Bulgarija Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija |
Nuċiprisk |
Laħma bajda |
Daqs A/B Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja |
Laħma safra |
Daqs A/B Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg |
||
Ħawħ |
Laħma bajda |
Daqs A/B Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija Il-Portugall |
Laħma safra |
Daqs A/B Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg |
||
Għeneb tal-mejda |
It-tipi u l-varjetajiet kollha biż-żerriegħa |
Tilari jew pakketti ta’ 1 kg Tilari jew pakketti ta’ 1 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija Il-Portugall |
It-tipi u l-varjetajiet kollha mingħajr żerriegħa |
|||
Lanġas |
Blanquilla |
Daqs 55/60, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
Il-Belġju Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija In-Netherlands Il-Polonja Il-Portugall |
Conference |
Daqs 60/65+, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
||
Williams |
Daqs 65+/75+, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
||
Rocha |
|||
Abbé Fétel |
Daqs 70/75, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
||
Kaiser |
|||
Doyenné du Comice |
Daqs 75/90, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
||
Tuffieħ |
Braeburn |
Daqs 65/80, pakketti ta’ madwar 5-20 kg |
Il-Belġju Iċ-Ċekja Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija In-Netherlands L-Awstrija Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
Cox orange Elstar Gala Golden delicious |
|||
Jonagold (jew Jonagored) Idared Fuji |
|||
Shampion |
|||
Granny smith Red delicious u varjetajiet ħomor oħrajn Boskoop |
|||
Satsumi |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 1-X -3, pakketti ta’ madwar 10-20 kg |
Spanja |
Lumi |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 3-4, pakketti ta’ madwar 10-20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja |
Klementina |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 1-X -3, pakketti ta’ madwar 10-20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja |
Mandolin |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 1-2, pakketti ta’ madwar 10-20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja Il-Portugall |
Larinġ |
Salustiana Navelinas Navelate |
Daqs 3-6, pakketti ta’ madwar 10-20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja Il-Portugall |
Lanelate Valencia late |
|||
Tarocco |
|||
Navel |
|||
Pastard |
It-tipi u l-varjetajiet kollha |
Daqs 16-20 cm |
Il-Ġermanja Spanja Franza L-Italja Il-Polonja |
Brunġiel |
It-tipi u l-varjetajiet kollha |
Daqs 40+/70+ |
Spanja L-Italja Ir-Rumanija |
Dulliegħ |
It-tipi u l-varjetajiet kollha |
l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv |
Il-Greċja Spanja L-Italja L-Ungerija Ir-Rumanija |
Bettieħ |
It-tipi u l-varjetajiet kollha |
l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja |
ANNESS VII
Lista ta' prodotti għall-finijiet tas-sistema tal-prezz tad-dħul stabbilita fit-Titolu III
Mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tal-arranġamenti previsti fit-Titolu III jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn tidher “ex” quddiem il-kodiċi NM, il-kamp ta' applikazzjoni tad-doveri addizzjonali jiġi ddeterminat kemm mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi NM, kif ukoll mid-deskrizzjoni tal-prodotti, u l-perjodu korrispondenti tal-applikazzjoni
PARTI A
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-applikazzjoni |
ex 0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
ex 0707 00 05 |
Ħjar (1) |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
ex 0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju |
0709 90 70 |
Zukkini |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
ex 0805 10 20 |
Larinġ ħelu, frisk |
Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |
ex 0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
ex 0805 20 30 ex 0805 20 50 ex 0805 20 70 ex 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi tanġerini u satsumas); wilking u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
ex 0805 50 10 |
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Mejju |
ex 0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru |
ex 0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju |
ex 0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' April |
ex 0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
ex 0809 20 95 |
Ċiras, minbarra ċ-ċiras qares |
Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu |
ex 0809 30 10 ex 0809 30 90 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
ex 0809 40 05 |
Għajnbaqar |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
PARTI B
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-applikazzjoni |
ex 0707 00 05 |
Ħjar maħsub għall-ipproċessar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
ex 0809 20 05 |
Ċiras qares (Prunus cerasus) |
Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
( 5 ) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
( 12 ) mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).