02017R0086 — MT — 01.01.2020 — 004.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/86

tal-20 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran

(ĠU L 014 18.1.2017, p. 4)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/153 tat-23 ta' Ottubru 2017

  L 29

1

1.2.2018

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/542 tat-22 ta' Jannar 2018

  L 90

61

6.4.2018

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2036 tat-18 ta' Ottubru 2018

  L 327

27

21.12.2018

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/4 tad-29 ta’ Awwissu 2019

  L 2

5

6.1.2020

▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/86

tal-20 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran

L-Artikolu 1

L-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art

L-obbligu tal-ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fil-Baħar Mediterran għas-sajd kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-obbligu tal-ħatt l-art għandu japplika għall-ispeċijiet imsemmija f'dak l-Anness meta jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'ilmijiet barra dawk tal-Unjoni li mhumiex suġġetti għas-sovranità jew għall-ġurisdizzjoni ta' xi pajjiż terz.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran fl-Ilvant tal-linja 5°36′ tal-Punent;

(b) 

“is-Sottożoni Ġeografiċi tal-GFCM” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) kif inhuma ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(c) 

►M1  “il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2, u 12; ◄

(d) 

“il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM;

▼M4

(e) 

“ix-xlokk tal-Mediterran tfisser” is-subżoni ġeografiċi 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM.

▼M3

L-Artikolu 3

Eżenzjoni ta' sopravivenza

1.  L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li dwarhom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravivenza għandha tapplika:

(a) 

għal-lingwata komuni (Solea solea) maqbuda bir-rapido (TBB) ( 2 ) fil-Baħar Adrijatiku sal-31 ta' Diċembru 2019;

(b) 

għall-pellegrini (Pecten jacobeus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(c) 

għall-vongole (l-ispeċijiet Venerupis) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(d) 

għall-gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(e) 

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran;

(f) 

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran sal-31 ta' Diċembru 2019;

▼M4

(g) 

għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bis-snanar u bil-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(h) 

għall-awwista Ewropea (Homarus gammarus) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) kif ukoll bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran;

(i) 

għall-awwista (Palinuridae) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) kif ukoll bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran.

▼M3

2.  Il-lingwata komuni (Solea solea), il-pellegrini (Pecten jacobeus), il-vongole (l-ispeċijiet Venerupis), il-gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), l-awwisti (Homarus gammarus) u l-awwisti mxewka (Palinuridae) maqbuda fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrilaxxati minnufih fiż-żona fejn ikunu nqabdu.

3.  Sal-1 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran għandhom jippreżentaw id-data addizzjonali dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni apparti dik prevista fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ta' Ġunju 2018 kif emendati f'Awwissu 2018, jew kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafi 1(a), 1(f), 1(g), 1(h) u 1(i). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik id-data u dik l-informazzjoni sa mhux iktar tard minn Lulju 2019.

L-Artikolu 4

Eżenzjoni de minimis

1.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati skont l-Artikolu 15(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 il-kwantitajiet ta' speċijiet li ġejjin:

(a) 

fil-Punent tal-Baħar Mediterran (il-punt 1 tal-Anness):

(i) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

(ii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

▼M4

(iii) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(iv) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-mingus (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(v) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet;

(vi) 

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (Scomber spp.) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.

▼M3

(b) 

fil-Baħar Adrijatiku (il-punt 2 tal-Anness):

(i) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % fl-2019 u fl-2020 u sa massimu ta' 5 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(ii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(iii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ir-rapido (TBB);

(iv) 

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

▼M4

(v) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrata (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(vi) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-mingus (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(vii) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet;

(viii) 

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (Scomber spp.) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

▼M3

(c) 

fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran (il-punt 3 tal-Anness):

(i) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

(ii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(iii) 

għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

▼M4

(iv) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-mingus (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(v) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-mingus (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(vi) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet;

(vii) 

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (Scomber spp.) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.

▼M3

2.  Sal-1 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran għandhom jippreżentaw id-data addizzjonali dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni apparti dik prevista fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ta' Ġunju 2018 kif emendati f'Awwissu 2018, jew kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1(a)(iii) sa (vi), 1(b)(v) sa (viii) u 1(c)(iv) sa (vii). L-STECF għandu jivvaluta dik id-data u dik l-informazzjoni sa mhux iktar tard minn Lulju 2019.

▼B

L-Artikolu 5

Il-lista tal-bastimenti

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stipulati fl-Anness, liema bastimenti jkunu suġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art għal kull attività ta' sajd partikolari.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tas-sit web ta' kontroll tal-Unjoni, il-listi tal-bastimenti kollha li jistadu għall-merluzz, għat-trilja tal-ħama, għal-lingwata komuni u għall-gamblu roża tal-mediterran. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati.

L-Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M3

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2021.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M3

ANNESS

1.    Il-Punent tal-Baħar Mediterran

L-attività tas-sajd

Il-kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

L-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Skampu (Nephrops norvegicus)

Gamblu abjad tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

Qabdiet aċċessorji ta':

Inċova (Engraulis encrasicolus)

Sardin (Sardina pilchardus)

Kavall (l-ispeċijiet Scomber)

Sawrell (l-ispeċijiet Trachurus)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Pellegrini (Pecten jacobaeus)

Vongole (l-ispeċijiet Venerupis)

Gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus)

HMD

Il-gangmi mekkanizzati kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

FPO, FIX

In-nases u x-xbieki tat-tidwir kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

2.    Il-Baħar Adrijatiku

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo)Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Pellegrini (Pecten jacobaeus)

Vongole (l-ispeċijiet Venerupis)

Gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus)

HMD

Il-gangmi mekkanizzati kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo) Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

FPO, FIX, FYK

In-nases, ix-xbieki tat-tidwir u x-xbieki fyke kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

3.    Ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran

L-attività tas-sajd

Il-kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

L-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Skampu (Nephrops norvegicus)

Gamblu abjad tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

Qabdiet aċċessorji ta':

Inċova (Engraulis encrasicolus)

Sardin (Sardina pilchardus)

Kavall (l-ispeċijiet Scomber)

Sawrell (l-ispeċijiet Trachurus)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

FPO, FIX, FYK

In-nases, ix-xbieki tat-tidwir u x-xbieki fyke kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

( 2 ) Il-kodiċijiet tal-irkaptu li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 122, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali (LOA) tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.