02017D2452 — MT — 11.02.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2452

tal-21 ta' Diċembru 2017

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 9044)

(It-testi bl-Olandiż, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 346 28.12.2017, p. 25)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/241 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Frar 2019

  L 39

14

11.2.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2452

tal-21 ta' Diċembru 2017

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 9044)

(It-testi bl-Olandiż, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) tal-linja 1507, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1, skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

It-tiġdid ta' awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin hija mġedda skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti tal-ikel u tal-għalf li fih, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qamħirrum 1507;

(b) l-għalf li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott mill-qamħirrum 1507;

(c) il-qamħirrum 1507 fi prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.  Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru jew fuq it-tikketta jew f'dokument li jakkumpanja l-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum 1507 bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.

Dan ir-rekwiżit għandu japplika sakemm it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ tal-qamħirrum 1507 bl-għan tal-kultivazzjoni jiġi awtorizzat.

Artikolu 4

Metodu ta' detezzjoni

Għad-detezzjoni tal-qamħirrum 1507 għandu japplika l-metodu stipulat fil-punt (d) tal-Anness.

Artikolu 5

Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Lill-Kummissjoni, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ukoll jippreżentawlha rapporti annwali konġunti dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detenturi tal-Awtorizzazzjoni

1.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:

(a) Pioneer Overseas Corporation, tal-Belġju, li tirrappreżenta lill-Pioneer Hi-Bred International, Inc., tal-Istati Uniti, u

(b)  ►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil Dow AgroSciences LLC, l-Istati Uniti ◄ .

2.  Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a) Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell - il-Belġju, u

(b)  ►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza ◄ .




ANNESS

(a)  L-Applikanti u d-detenturi tal-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Pioneer Overseas Corporation

L-indirizz

:

Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

F'isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7100 NW 62nd Avenue, P.O. Box 1014, Johnston, IA 50131-1014, l-Istati Uniti

kif ukoll

Isem

:

►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S. ◄

L-indirizz

:

►M1  6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza ◄ .

F'isem Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti

(b)  Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1) l-ikel, u l-ingredjenti tal-ikel li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott mill-qamħirrum 1507;

(2) l-għalf, li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott mill-qamħirrum 1507;

(3) il-qamħirrum 1507 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum 1507, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina Cry1F, idderivata minn Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, li tikkonferixxi reżistenza lil Ostrinia nubilalis u ċerti pesti lepidopteri, u l-proteina PAT, idderivati minn Streptomyces viridochromogenes razza Tü494, li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċida glufosinat-ammonju.

(c)  It-tikkettar:

(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2) Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru jew fuq it-tikketta jew fid-dokument li jakkumpanja l-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum 1507, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.

Dan ir-rekwiżit għandu japplika sakemm jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ tal-qamħirrum 1507 għall-kultivazzjoni.

(d)  Il-metodu tad-detezzjoni:

(1) Metodu kwantitattiv fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment u abbażi tal-PCR għad-detezzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1.

(2) Ivvalidat mil-laboratorju ta' referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat f' http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

(3) Materjal ta' Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1) huwa aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue/

(e)  L-identifikatur uniku:

DAS-Ø15Ø7-1

(f)  Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

(g)  Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti jew restrizzjonijiet fuqhom:

Mhux meħtieġa.

(h)  Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Il-pjan ta' monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Ħolqa: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati]

(i)  Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikati ġenetikament.