02017D2379 — MT — 19.12.2017 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2379

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8801)

(ĠU L 337 19.12.2017, p. 86)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 060, 2.3.2018, p.  57 (2017/2379)




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2379

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8801)



Artikolu 1

Il-Kummissjoni tqis li r-rapport imressaq mill-Kanada għal rikonoxximent fl-14 ta' Marzu 2016 fih dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift prodotta fir-reġjuni Kanadiżi ekwivalenti għan-NUTS 2 għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Deskrizzjoni tad-dejta li tinsab fir-rapport hija stipulata fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin. Jekk il-kontenut jew ċirkostanzi tar-rapport, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-14 ta' Marzu 2016, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent magħmul fl-Artikolu 1, tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk ir-rapport għadux qed jipprovdi dejta preċiża.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li dak ir-rapport ma għadux jinkudi dejta preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' żerriegħa tal-kolza prodotta fil-Kanada.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fir-reġjuni Kanadiżi



Emissjonijiet uniċi

(kg CO2 ek/tunnellata niexfa)

Emissjonijiet totali

Reġjuni

Tiżrigħ

Produzzjoni tal-fertilizzant

N2O emissjonijiet mill-għalqa

Produzzjoni tal-pestiċidi

Operazzjonijiet tal-għalqa

(kg CO2ek/tunnellata niexfa)

►C1  g CO2eq/MJ FAME ◄

RU 23

2,4

262,5

523,5

4,2

73,1

865,7

33

RU 24

2,2

266,5

510,6

3,7

64,9

847,9

33

RU 28

2,5

212,8

499,5

3,8

71,4

790,0

30

RU 29

2,5

203,1

319,4

3,6

63,4

592,0

23

RU 30

2,2

190,2

206,5

2,8

55,1

456,8

18

RU 34

2,2

170,4

421,2

3,3

57,7

654,8

25

RU 35

1,9

154,2

338,4

2,6

54,9

552,0

21

RU 37

2,1

166,6

198,2

2,8

58,3

428,0

16

Nota: B'RU qed jitfisser l-iżgħar unità spazjali li fiha dejta dwar l-attivitajiet minn sorsi differenti (bħal AAFC - Agriculture and AgriFood - Canada, il-Gvern tal-Kanada u s-Servizz tal-Foresterija Kanadiża) jistgħu jiġu armonizzati. L-RUs huma Żoni ta' Rappurtar tal-AAFC maqsuma skont il-fruntieri provinċjali. RU hija għalhekk fi ħdan Provinċja waħda. L-RUs fil-Kanada jissodisfaw ir-rekwiżiti amministrattivi u tal-popolazzjoni tal-kunċett NUTS 2.