02017D2074 — MT — 13.11.2019 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2074

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(ĠU L 295 14.11.2017, p. 60)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/90 tat-22 ta' Jannar 2018

  L 16I

14

22.1.2018

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/901 tal-25 ta' Ġunju 2018

  L 160I

12

25.6.2018

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1656 tas-6 ta' Novembru 2018

  L 276

10

7.11.2018

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1171 tat-8 ta' Lulju 2019

  L 183

9

9.7.2019

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1596 tas-26 ta' Settembru 2019

  L 248

74

27.9.2019

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019

  L 291

42

12.11.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2074

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela



KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għalihom lill-Venezwela minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.  Għandu jkun ipprojbit:

(a) 

li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għalihom direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b) 

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.

Artikolu 2

Il-projbizzjoni fl-Artikolu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel it-13 ta' Novembru 2017 jew għal kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, sakemm dawn ikunu konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK ( 1 ), b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tagħha, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jfittxu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw il-kuntratt lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti fi żmien ħames ġranet ta' xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna lill-Venezwela minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.  Għandu jkun ipprojbit:

(a) 

li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' tali tagħmir direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b) 

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali tagħmir jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

3.  L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1  L-Artikoli 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jew tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali, jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tan-NU jew tal-Unjoni jew ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew subreġjonali;

(b) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzjonijiet tat-tneħħija tal-mini;

(c) 

il-manutenzjoni ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża mill-forza navali u mill-gwardja tal-kosta tal-Venezwela li jkun maħsub biss għall-protezzjoni tal-fruntiera, l-istabbiltà reġjonali u l-interċettazzjoni ta' narkotiċi;

(d) 

il-provvista ta' finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);

(e) 

il-provvista ta' assistenza teknika relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c),

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.

2.  L-Artikoli 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-ilbies protettiv, inkluż ġkieket rinforzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Venezwela mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir, u ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 5

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għal użu ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni mir-reġim tal-Venezwela, jew f'ismu, tal-komunikazzjonijiet bl-internet u telefoniċi fuq netwerks mobbli jew fissi fil-Venezwela, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll il-provvista ta' assistenza finanzjarja u teknika għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir, teknoloġija jew software, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll il-provvista relatata ta' assistenza finanzjarja u teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ma jintużawx għar-repressjoni interna mill-gvern, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Venezwela, jew minn kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

3.  L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom jiġu koperti b'dan l-Artiklu.



KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta':

(a) 

persuni fiżiċi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela; jew

(b) 

persuni fiżiċi li l-azzjonijiet, politiki jew attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela;

kif elenkati fl-Anness I.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-NU jew taħt l-awspiċi tagħha; jew

(c) 

taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jiġi infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u laqgħat promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonawx bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.  Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, tal-persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.



KAPITOLU III

IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 7

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela;

(b) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela,

kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma l-proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-paragrafu 1, kif elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu ffriżati

3.  L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II, jew għal benefiċċju tagħhom.

4.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) 

neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;

(e) 

ser jitħallsu f'kont jew jinħarġu minnu ta' missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti huma maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 jew 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I jew II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

6.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għal, persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jkunx fi ksur tal-paragrafu 3.

7.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3; jew

(c) 

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagament ieħor jibqa' soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1 jew 2.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 8

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-listi fl-Annessi I u II.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati skont il-każ.

Artikolu 9

1.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 6(1) u 7(1),u fl-Artikolu 7(2), rispettivament.

2.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi: l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi; id-data u l-post ta' twelid; iċ-ċittadinanza; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

▼M6

Artikolu 9a

1.  Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

(a) 

ir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija ta’ emendi u għall-emendar tal-Annessi I u II;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi I u II.

2.  Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti marbuta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi I u II.

3.  Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma nnominati bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

▼B

Artikolu 10

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jeGw pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I jew II;

(b) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.

Artikolu 12

Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.

▼M3

Artikolu 13

▼M6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta’ Novembru 2020.

▼M3

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼B

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikoli 6(1) u 7(1)

▼M4



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M6

1.

Néstor Luis Reverol Torres

Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964

Sess: raġel

Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f’April 2019. Eks Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu.

22.1.2018

▼M4

2.

Gustavo Enrique González López

Data tat-Twelid: 2 ta' Novembru 1960

Sess: raġel

Maħtur mill-ġdid Kap tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta' April 2019. Eks-Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence għall-Uffiċċju tal-President mit-8 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' April 2019 u Kap tas-SEBIN sa Ottubru 2018. Bħala Kap tas-SEBIN, kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem (inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura) u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

22.1.2018

▼M6

3.

Tibisay Lucena Ramírez

Data tat-twelid: 26 ta’ April 1959

Sess: mara

President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)). L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa’ istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b’hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Nicolás Maduro f’Mejju 2018 permezz ta’ elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti.

22.1.2018

▼M4

4.

Antonio José Benavides Torres

Data tat-Twelid: 13 ta' Ġunju 1961

Sess: raġel

Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta' Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta' dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

22.1.2018

5.

Maikel José Moreno Pérez

Data tat-Twelid: 12 ta' Diċembru 1965

Sess: raġel

President, u eks-Viċi President, tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezuela (Tribunal Supremo de Justicia). F'dawn ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

▼M6

6.

Tarek William Saab Halabi

Data tat-twelid: 10 ta’ Settembru 1963

Post tat-twelid:

El Tigre, Stat ta’ Anzoátegui, Venezwela

Sess: raġel

Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F’dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-Gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta’ kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

▼M4

7.

Diosdado Cabello Rondón

Data tat-Twelid: 15 ta' April 1963

Sess: raġel

President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

22.1.2018

8.

Tareck Zaidan El-Aissami Maddah

Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali

Data tat-Twelid: 12 ta' Novembru 1974

Sess: raġel

Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks-Viċi President tal-Venezwela b'sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), Maddah huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inkluż id-detenzjoni arbitrarja, l-investigazzjonijiet motivati politikament, it-trattament inuman u degradanti, u t-tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż il-projbizzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-“kmand anti-coup” tal-President Maduro immirat lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

25.6.2018

9.

Sergio José Rivero Marcano

Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjana

Data tat-Twelid: 8 ta' Novembru 1964

Sess: raġel

Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta' Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta' membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

25.6.2018

▼M6

10.

Jesús Rafael Suárez Chourio

Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962

Sess: raġel

Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant. Eks Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġenerali tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili.

25.6.2018

▼M4

11.

Iván Hernández Dala

Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari

Data tat-Twelid: 18 ta' Mejju 1966

Sess: raġel

Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza u l-maltrattament tad-detenuti.

25.6.2018

12.

Delcy Eloina Rodríguez Gómez

Viċi President tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

Data tat-Twelid: 18 ta' Mejju 1969

Sess: mara

Viċi President tal-Venezwela, eks-President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks-membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha rigward il-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima mminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali biex jintużaw kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku.

25.6.2018

▼M6

13.

Elías José Jaua Milano

Data tat-twelid: 16 ta’ Diċembru 1969

Sess: raġel

Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu li wassal għall-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima.

25.6.2018

▼M4

14.

Sandra Oblitas Ruzza

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali

Data tat-Twelid: 7 ta' Ġunju 1969

Sess: mara

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali.

25.6.2018

▼M6

15.

Freddy Alirio Bernal Rosales

Data tat-twelid: 16 ta’ Ġunju 1962

Post tat-twelid: San Cristóbal, Stat ta’ Táchira, Venezwela

Sess: raġel

Kap taċ-Ċentru ta’ Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta’ Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta’ Táchira jista’ jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista’ jinfluwenza l-ħatra ta’ mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta’ SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja.

25.6.2018

▼M4

16.

Katherine Nayarith Harrington Padrón

Data tat-Twelid: 5 ta' Diċembru 1971

Sess: mara

Viċi Prosekutur Ġenerali (tradotta wkoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli milli dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta' Maduro.

25.6.2018

17.

Socorro Elizabeth Hernández Hernández

Data tat-Twelid: 11 ta' Marzu 1952

Sess: mara

Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b'rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta' postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017.

25.6.2018

18.

Xavier Antonio Moreno Reyes

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali

Sess: raġel

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE). Responsabbli li approva d-deċiżjonijiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali.

25.6.2018

▼M6

19.

Nestor Neptali Blanco Hurtado

Data tat-twelid: 26 ta’ Settembru 1982

Numru tal-ID: V-15222057

Sess: raġel

Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM.

27.9.2019

▼M5

20.

Rafael Ramon Blanco Marrero

Data tat-twelid: 28 ta' Frar 1968

Numru tal-ID: V-6250588

Sess: raġel

Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2018 'l hawn u Ġeneral ta' Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Venewelana Bolivarjana mill-5 ta' Lulju 2019 'l hawn. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Relatat mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

27.9.2019

▼M6

21.

Carlos Alberto Calderon Chirinos

Numru tal-ID: V-10352300

Sess: raġel

Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B’mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta’ tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f’El Helicoide, ħabs tas-SEBIN.

27.9.2019

▼M5

22.

Alexis Enrique Escalona Marrero

Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1962

Sess: raġel

Kap responsabbli għall-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Finanzjament ta' Terroristi (ONDOFT). Kmandant Nazzjonali tal-Komando Nazzjonali ta' Kontra l-Estorsjoni u s-Sekwestru (Comando Nacional Antiextorsión y Secuestro (CONAS) bejn l-2014 u l-2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament ta' detenuti minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu.

27.9.2019

23.

Rafael Antonio Franco Quintero

Data tat-twelid: 14 ta' Ottubru 1973

Numru tal-ID: V-11311672

Sess: raġel

Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn l-2017 u Diċembru 2018. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Relatat mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

27.9.2019

24.

Alexander Enrique Granko Arteaga

Data tat-twelid: 25 ta' Marzu 1981

Numru tal-ID: V-14970215

Sess: raġel

Kap (Direttur) tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Speċjali (DAE) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza li kkaġuna mewt u dannu, u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minnu stess u minn uffiċjali taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, u kien ukoll involut direttament f'din ir-repressjoni. Relatat mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

27.9.2019

25.

Hannover Esteban Guerrero Mijares

Data tat-twelid: 14 ta' Jannar 1971

Sess: raġel

Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn April 2019 u Awwissu 2019. Bħala Kap tal-Investigazzjonijiet huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f'Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament ta' detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b'mod partikolari f'Boleita. Relatat mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

27.9.2019

▼B




ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikolu 7(2)



( 1 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

( 2 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).