02017D0344 — MT — 06.01.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2017/344 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

(ĠU L 050 28.2.2017, p. 57)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2018/9 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2017

  L 3

7

6.1.2018




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2017/344 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017



Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 176 030 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u ta' EUR 730 120 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont totali ta' EUR 1 906 150 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn li jirriżultaw mill-Artikolu 1 għandu jiġi paċut kontra l-marġni skont il-limiti massimi tal-impenn għas-snin 2017 sa ►M1  2020 ◄ tal-intestaturi li ġejjin tal-qafas finanzjarju pluriennali:

(a) 2017:

(i) intestatura 2 (Tkabbir SostenibbliRiżorsi Naturali): EUR 575 000 000 ;

(ii) intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 507 268 804 ;

▼M1

(b) 2018: Intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 318 000 000 ;

▼B

(c) 2019: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 253 882 156 ;

▼M1

(d) 2020: Intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 252 000 000 .

▼B

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.