02016R1239 — MT — 20.09.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206 30.7.2016, p. 44) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1964 tas-17 ta' Awwissu 2017 |
L 279 |
34 |
28.10.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1607 tas-27 ta' Settembru 2019 |
L 250 |
56 |
30.9.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1466 tas-6 ta’ Lulju 2021 |
L 321 |
16 |
13.9.2021 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1239
tat-18 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “dikjarant” kif stabbilita fl-Artikolu 5(15), u ta' “ġestjoni tar-riskju” kif stabbilita fl-Artikolu 5(25) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); u ta' “Esportatur” kif stabbilita fl-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 2 ). Barra minn hekk, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Applikazzjoni għal, u ħruġ ta', liċenzji
Fejn applikazzjonijiet tal-IT bħal dawn mhumiex disponibbli jew effettivi, u bħala alternattiva għan-nuqqas tal-applikazzjonijiet tal-IT, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru, bl-użu tal-mudell stampat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Skadenzi
Applikazzjoni li tasal wara s-13.00 ħin ta' Brussell f'jum ta' xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum ta' ħidma ta' wara l-jum li fih tkun attwalment waslet.
Fejn f'dan ir-Regolament jiġi stabbilit perjodu għall-proċeduri, u d-data tal-ftuħ u tal-għeluq tkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika kif definit fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71:
id-data tal-ftuħ applikabbli għandha tkun il-jum tax-xogħol li jmiss u għandha tibda f'00:00, filwaqt li jitqiesu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju uffiċjali;
permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(2)(b) u (4) ta' dak ir-Regolament, id-data tal-għeluq applikabbli għandha tkun l-aħħar jum tax-xogħol li jiġi qabel is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika u għandha tintemm fis-13.00 ħin ta' Brussell. Madankollu, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu għall-arranġamenti tax-xogħol neċessarji biex jippermettu li dawn jitressqu nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika. F'dak il-każ, id-data tal-għeluq applikabbli għandha tkun is-Sibt, il-Ħadd jew il-festa pubblika partikolari u għandha tintemm fis-13.00 ħin ta' Brussell. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għat-tali arranġamenti tax-xogħol, dan għandu jippubblikahom.
Punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta d-data tal-għeluq applikabbli tkun definita b'referenza għal data speċifikata u dik id-data tinzerta s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika.
Artikolu 4
In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi
L-applikanti jew l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu, fuq il-bażi tal-istruzzjonijiet nazzjonali, jindikaw in-numru EORI tal-applikant, tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju fit-taqsima 20, sakemm l-isem jew in-numru ta' identità fit-taqsima 4 jew 6 jkunu relatati man-numru EORI fit-taqsima 20.
Artikolu 5
L-ammont tal-garanzija
Artikolu 6
Estratti
Artikolu 7
Il-perjodu ta' validità
Jekk skont leġiżlazzjoni speċifika tapplika data oħra ta' bidu tal-perjodu ta' validità, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tindika b'mod addizzjonali dik id-data preċeduta bil-kliem “valida minn” fil-kaxxi tal-liċenzji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 8
Tolleranza u arrotondament
Meta jiġu kkalkolati l-kwantitajiet, għandhom japplikaw ir-regoli ta' arrotondament li ġejjin:
fejn l-ewwel deċimal huwa ħamsa jew iżjed, il-kwantità għandha tkun arrotondata għall-ewwel unità ogħla tal-kejl imsemmija fit-taqsima 17 tal-liċenzja. Fejn l-ewwel deċimal huwa inqas minn ħamsa, il-kwantità deċimali għandha titħassar;
għall-kwantitajiet ibbażati għal kull ras, il-kwantitajiet għandhom ikunu arrotondati lejn in-numru sħiħ akbar li jmiss tar-ras.
Artikolu 9
Dikjarazzjoni doganali
Jekk l-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew tal-uffiċċju doganali mhumiex adatti għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-liċenzji jew l-estratti jistgħu jintbagħtu f'format stampat.
Artikolu 10
Attribuzzjoni u approvazzjonijiet
Artikolu 11
Trasferiment
Fil-każ ta' talba għal trasferiment minn detentur titulari, id-data taċ-ċessjonarju u d-data tal-entrata rilevanti għandhom jiddaħħlu fil-liċenzja skont l-avviż għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. It-trasferiment għandu jiġi vvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
Fil-każ ta' trasferiment lura għad-detentur titulari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida t-trasferiment lura u d-data tiegħu fuq il-liċenzja skont l-avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
It-trasferiment jew it-trasferiment lura għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-validazzjoni mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
Artikolu 12
Depożitu
Artikolu 13
Integrità u kontroll tal-liċenzja, assistenza reċiproka
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn ikunu kkonċernati żbalji minuri jew evidenti li l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew l-awtorità doganali kompetenti tkun tista' tirrimedja billi tapplika l-leġiżlazzjoni b'mod korrett.
Fejn fuq il-bażi ta' ġestjoni ta' riskju jkun hemm bżonn ta' verifika, jew dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja jew tal-estratt stampati, jew dwar l-entrati jew l-approvazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt, jew fotokopja tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika.
It-talba għall-verifika u t-tweġiba tar-riżultat għandhom jiġu kkomunikati b'mezz elettroniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 ( 7 ) bl-użu ta' formola standard kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. L-Awtoritajiet jistgħu jaqblu dwar aktar simplifikazzjoni inklużi konsultazzjonijiet diretti bl-użu tal-lista tal-uffiċċju doganali (customs office list) (COL) ippublikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni ( 8 ).
L-awtorità li ssirilha talba għandha tiżgura li tintbagħat tweġiba lill-awtorità rikjedenti fi żmien 20 jum kalendarju meta l-awtoritajiet huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Fejn huma involuti Stati Membri differenti, it-tweġiba għandha tintbagħat fi żmien 60 jum kalendarju.
Artikolu 14
L-issodisfar tal-obbligu u l-prova
Id-dritt li wieħed jinħarġulu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu jitqies li jkun ġie eżerċitat, u l-obbligu korrispondenti għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat, fil-jum li d-dikjarazzjoni doganali rilevanti tiġi aċċettata fil-perjodu ta' validità tal-liċenzja u sakemm:
fil-każ tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-prodotti huma attwalment maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera;
fil-każ ta' esportazzjoni, il-prodotti jkunu ħallew it-territorju tal-Unjoni fi żmien 150 jum kalendarju mill-jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.
Il-prova tat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni għandha tkun:
il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha, u
ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni lill-esportatur jew lid-dikjarant imsemmi fl-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Il-prova msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandha tiġi pprovduta u vvalutata kif ġej:
l-esportatur jew id-dikjarant imsemmi f'punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jittrasferixxi ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ lid-detentur titulari, u d-detentur titulari għandu jissottometti l-prova f'format elettroniku lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ tiġi annullata minħabba korrezzjonijiet mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju dognali tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lir-rappreżentant doganali tiegħu, u l-esportatur jew ir-rappreżentant dognali tiegħu għandu jinforma lid-detentur titulari, li għandu jinforma lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji kif meħtieġ.;
il-proċedura stabbilita f'punt (a) għandha tinkludi s-sottomissjoni tan-Numru ta' Referenza Ewlieni (Master Reference Number) (MRN) kif definit fl-Artikolu 1(22) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji
l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika l-informazzjoni rċevuta, inkluża l-korrettezza tad-data tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. Jekk l-MRN u l-bank tad-data tal-MRN ( 9 ) ma jippermettux verifiki xierqa, id-dwana għandha, fuq talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u fuq il-bażi tal-MRN ikkonċernat, jew tikkonferma jew tikkoreġi d-data tal-ħruġ.
Jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, il-proċeduri stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
L-awtoritajiet jistgħu jaqblu li l-proċeduri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa b'mod dirett bejn l-awtoritajiet konċernati. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu jorganizzaw proċeduri ssimplifikati għall-finijiet ta' punt (a).
Il-prova ta' esportazzjoni u tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 180 jum kalendarju wara l-iskadenza tal-liċenzja.
Jekk il-perjodi previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ma jkunux jistgħu jiġu rispettati minħabba problemi tekniċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba u fuq prova tad-detentur titulari, testendi dawk il-perjodi, jekk meħtieġ ex post, sal-massimu ta' 730 jum kalendarju, filwaqt li jitqies l-Artikolu 23(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.
Artikolu 15
Liċenzji jew estratti ta' sostituzzjoni jew duplikati
Għal-liċenzji ta' sostituzzjoni taħt dan il-paragarfu għandha tiġi ppreżentata garanzija kif stabbilit fl-Artikolu 5.
Jekk tinstab il-liċenzja oriġinali mitlufa jew dik li hija parzjalment meqruda, id-detentur titulari għandu jirritorna l-liċenzja oriġinali lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, li għandha toħroġ il-bqija tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali minnufih.
Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni ma jistgħux jinħarġu meta l-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti għall-prodott inkwistjoni jiġi sospiż jew meta jkollu x'jaqsam ma' kwota tar-rata tariffarja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni.
Fejn it-talba tikkonċerna liċenzja jew estratt meqrudin parzjalment jew totalment, maħruġin għall-prodotti ħlief dawk msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jagħtu prova tal-qerda totali jew parzjali għas-sodisfazzjon tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji;
il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni m'għandhomx jinħarġu jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jkunu naqsu milli juru li huma jkunu ħadu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex jipprevjenu l-qerda tal-liċenzja jew tal-estratt, jew fejn l-evidenza pprovduta mid-detentur titulari mhijiex sodisfaċenti;
il-garanzija li għandha tiġi ppreżentata għal-liċenzja jew għall-estratt ta' sostituzzjoni għandha tkun 150 % tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali, b'minimu ta' EUR 3 għal kull 100 kilogramm jew għal kull ettolitru jew ras, filwaqt li jitqies il-bilanċ tal-kwantità li tibqa' disponibbli fil-mument tal-qerda, u tat-tolleranza pożittiva, jekk applikabbli. Il-bilanċ tal-garanzija disponibbli għal-liċenzja oriġinali jista' jintuża meta tiġi ppreżentata l-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni. Kwalunkwe eċċess tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali mqabbel mal-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, filwaqt li titqies il-kwantità disponibbli li fadal, għandu jiġi rilaxxat minnufih.
Meta jinħarġu l-liċenzji jew l-estratti ta' sostituzzjoni, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni:
bin-numru ta' ħruġ tal-liċenzja tal-liċenzji jew tal-estratti ta' sostituzzjoni maħruġin u n-numru tal-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti ssostitwiti;
bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“Kodiċi NM”) tagħhom u bil-kwantità tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.
Fejn il-liċenzji jew l-estratti stampati huma mitlufin jew meqrudin, u d-dokument mitluf jew meqrud ikun intuża kollu kemm hu jew b'mod parzjali, għall-iskop uniku tal-ħruġ tal-garanzija li tkun għadha pendenti, li tikkonċerna l-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni li kienet diġà rreġistrata fuq il-liċenzja oriġinali, għandu japplika dan li ġej:
id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jistgħu jitolbu lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt duplikat li għandu jitfassal u jkun approvat bl-istess mod bħad-dokument oriġinali. Il-liċenzja jew l-estratt duplikati jistgħu jinħarġu darba biss;
l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarji b'liċenzja jew b'estratt duplikati, mmarkati b'mod ċar “duplikat” fuq kull kopja;
il-liċenzja jew l-estratt duplikati għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità doganali kompetenti għad-dikjarazzjoni għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew għall-esportazzjoni, fejn dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata taħt il-liċenzja jew l-estratt mitlufin. Dik l-awtorità doganali għandha tagħmel entrati fuq u tapprova d-duplikat dwar il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni mwettqa taħt il-liċenzja jew l-estratt oriġinali.
Artikolu 16
Force majeure
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja jew l-estratt tista' tirrikonoxxi każ ta' force majeure filwaqt li tqis l-Artikolu 50 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 ( 10 ) u tiddeċiedi li:
jew tikkanċella l-obbligu li l-prodotti u l-kwantità indikati fuq il-liċenzja jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, u toħroġ il-garanzija, jew testendi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja b'perjodu massimu ta' 180 jum wara l-iskadenza tal-perjodu oriġinali tal-validità tal-liċenzja, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ; jew
li testendi l-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament, fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni, mingħajr konfiska parzjali tal-garanzija.
Deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) għandha tirrelata biss mal-kwantità tal-prodotti li ma jistgħux jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew ma jistgħux jiġu esportati minħabba force majeure.
Dan l-estratt m'għandux ikun trasferibbli
Artikolu 17
Informazzjoni u notifiki relatati mal-qanneb.
Fejn jiġu skoperti irregolaritajiet matul il-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn l-importatur konċernat huwa awtorizzat.
Mhux iktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjonijiet bil-penali imposti jew bil-passi meħudin bħala riżultat ta' irregolaritajiet skoperti matul il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk l-ismijiet u l-indirizzi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 18
Notifiki relatati mat-tewm
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” sal-Erbgħa ta' kull ġimgħa fir-rigward tal-applikazzjonijiet riċevuti l-ġimgħa ta' qabel.
Il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jinqasmu skont il-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-oriġini u l-kodiċi NM. Għall-prodotti għajr it-tewm kif stabbilit fit-Taqsimiet E u F tal-Anness II, l-isem tal-prodott, kif muri fit-taqsima 14 tal-applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni, għandu jiġi kkomunikat ukoll.
Artikolu 19
Notifiki relatati mal-liċenzji ta' importazzjoni għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola
Artikolu 19a
Notifiki relatati mar-ross
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kuljum lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:
rigward il-liċenzji tal-importazzjoni minbarra dawk maħsuba għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni, il-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji maħruġa, skont l-oriġini u l-kodiċi tal-prodott.
▼M3 —————
Artikolu 20
Skambju ta' informazzjoni u notifiki lill-Kummissjoni
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mis-6 ta' Novembru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MUDELL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(1)
STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU
1. Il-formoli tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma' kopji addizzjonali tal-liċenzja, f'dik l-ordni.
Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' titlob lill-applikanti jimlew formola ta' applikazzjoni biss, minflok is-settijiet ipprovduti fl-ewwel sottoparagrafu.
2. Meta, bħala riżultat ta' miżura tal-Unjoni, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenzja jista' jkun li tkun anqas mill-kwantità li għaliha inizjalment kienet saret l-applikazzjoni għal-liċenzja, il-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni u l-ammont ta' garanzija li għandu x'jaqsam magħha għandhom jinkitbu biss fuq il-formola tal-applikazzjoni.
3. Il-formoli għall-estratti tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f'dik l-ordni.
4. Fit-taqsima 2, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi tal-pajjiż korrispondenti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' żżid numri li jidentifikaw id-dokument.
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Il-Belġju |
BE |
|
Il-Bulgarija |
BG |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
|
Id-Danimarka |
DK |
|
Il-Ġermanja |
DE |
|
L-Estonja |
EE |
|
L-Irlanda |
IE |
|
Il-Greċja |
EL |
|
Spanja |
ES |
|
Franza |
FR |
|
Il-Kroazja |
HR |
|
L-Italja |
IT |
|
Ċipru |
CY |
|
Il-Latvja |
LV |
|
Il-Litwanja |
LT |
|
Il-Lussemburgu |
LU |
|
L-Ungerija |
HU |
|
Malta |
MT |
|
In-Netherlands |
NL |
|
L-Awstrija |
AT |
|
Il-Polonja |
PL |
|
Il-Portugall |
PT |
|
Ir-Rumanija |
RO |
|
Is-Slovenja |
SI |
|
Is-Slovakkja |
SK |
|
Il-Finlandja |
FI |
|
L-Iżvezja |
SE |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
5. Meta jinħarġu, il-liċenzji u l-estratti jista' jkollhom numru tal-ħruġ fit-taqsima 23 (liċenzja tal-esportazzjoni) jew fit-taqsima 25 (liċenzja tal-importazzjoni) allokata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.
6. L-applikazzjonijiet, il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew b'test ittajpjat jew b'mezz kompjuterizzat.
7. L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' tippermetti li l-applikazzjonijiet jinkitbu bl-idejn, bil-linka u b'ittri kbar.
ANNESS II
PARTI I
OBBLIGU TA' LIĊENZJA — GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237
A. Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
1006 20 |
Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 30/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
1006 30 |
Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 30/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
1006 40 00 |
Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 1/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
1701 |
Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (1) (2) |
EUR 20/t |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
(1)
L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(2)
Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1). |
|||
C. Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
ex 1207 99 20 |
Żerriegħa ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
|
|
(1)
M'hemm bżonn l-ebda garanzija. |
|||
D. Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
5302 10 00 |
Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
|
|
(1)
M'hemm bżonn l-ebda garanzija. |
|||
E. Frott u ħaxix (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (1) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 0703 90 00 |
Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (1) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
(1)
L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017. |
|||
F. Prodotti tal-ħaxix u l-frott ipproċessat (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
ex 0710 80 95 |
Tewm (1) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (2) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 0710 90 00 |
Taħlita ta' ħaxix li fih it-tewm (1) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (2) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 0711 90 80 |
Tewm (1) u Allium ampeloprasum ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (2) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 0711 90 90 |
Taħlitiet ta' ħaxix li fih it-tewm (1) u/jew Allium ampeloprasum, ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (2) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 0712 90 90 |
Tewm imnixxef (1) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħaxix imnixxef li jkun fihom it-tewm (1) u/jew Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta', imqatta' flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (2) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
(1)
Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma “tewm” hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm “solo””, “tewm “elephant””, “tewm “single clove”” jew “tewm “great-headed””.
(2)
L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017. |
|||
G. Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
1207 99 91 |
Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
|
|
(1)
M'hemm bżonn l-ebda garanzija. |
|||
H. Etanol ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
ex 2207 10 00 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 2207 20 00 |
Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 2208 90 91 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
|
ex 2208 90 99 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
PARTI II
OBBLIGU TA' LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237
▼M3 —————
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
|
1701 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (1) |
EUR 11/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (2) |
|
1702 60 95 1702 90 95 |
Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż il-lattożju, il-glukożju, il-maltodestrina u l-isoglukożju (1) |
EUR 4,2/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (2) |
|
2106 90 59 |
Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra l-isoglukożju,il-lattożju, il-glukożju u l-ġuleppijiet tal-maltodestrina (1) |
EUR 4,2/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (2) |
|
(1)
L-obbligu ta' liċenzja għall-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(2)
Għal kwantitajiet ta' anqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta' dan it-tip għall-istess esportazzjoni. |
|||
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
( 4 ) Avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).
( 5 ) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
( 8 ) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/col/col_home.jsp?Lang=en&Screen=0
( 9 ) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ecs/ecs_home.jsp?Lang=en
( 10 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
( 12 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).