02016R1037 — MT — 08.06.2018 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2016/1037 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(kodifikazzjoni)

(ĠU L 176 30.6.2016, p. 55)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/2321 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2017

  L 338

1

19.12.2017

►M2

REGOLAMENT (UE) 2018/825 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 143

1

7.6.2018




▼B

REGOLAMENT (UE) 2016/1037 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(kodifikazzjoni)



Artikolu 1

Prinċipji

1.  Jista' jkun impost dazju kumpensatorju għat-tpaċija ta' kwalunkwe sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta' kwalunkwe prodott li r-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tikkawża dannu.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, fejn il-prodotti ma jkunux importati direttament mill-pajjiż tal-oriġini iżda jkunu esportati lejn l-Unjoni minn xi pajjiż intermedju, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ u t-transazzjoni jew transazzjonijiet għandhom, fejn ikun il-każ, ikunu meqjusa bħala li seħħew bejn il-pajjiż tal-oriġini u l-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) prodott huwa meqjus li jkun sussidjat jekk jibbenefika minn sussidju kumpensabbli kif definit fl-Artikoli 3 u 4. Tali sussidju jista' jingħata mill-gvern tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott importat, jew mill-gvern ta' pajjiż intermedju li minnu tkun saret l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, magħruf għall-finijiet ta' dan ir-Regolament bħala “l-pajjiż tal-esportazzjoni”;

(b) “gvern” tfisser gvern jew kull korp pubbliku fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni;

(c) “prodott simili” tfisser prodott li jkun identiku, jiġifieri, li jixbah f'kull aspett, lill-prodott ikkunsidrat, jew fin-nuqqas ta' tali prodott, prodott ieħor li għalkemm m'huwiex l-istess fl-aspetti kollha, għandu karatteristiċi li jixbħu mill-qrib lil dawk tal-prodott ikkunsidrat;

(d) “dannu”, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, tfisser dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, it-theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew dewmien materjali fit-twaqqif ta' tali industrija u għandha tkun interpretata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

Artikolu 3

Definizzjoni ta' sussidju

Sussidju għandu jkun meqjus li jeżisti jekk:

1.

 

(a) ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni, jiġifieri, fejn:

(i) teżisti prattika tal-gvern li tinvolvi trasferiment dirett ta' fondi (per eżempju, għoti, self, equity infusion), trasferimenti diretti potenzjali ta' fondi jew ta' passiv (per eżempju, garanziji għal xi self);

(ii) introjtu tal-gvern, li b'xi mod ieħor ikun dovut, ikun ġie stabbilit bħala mhux eżiġibbli jew ma jinġabarx (per eżempju, inċentivi fiskali bħal krediti ta' taxxa). F'dan ir-rigward, l-eżenzjoni ta' prodott esportat minn dazji jew taxxi imposti fuq prodotti simili meta jkunu maħsuba għall-konsum domestiku, jew ir-rifużjoni ta' tali dazji jew taxxi f'ammonti li ma jeċċedux dawk li jkunu rriżultaw, m'għandhomx ikunu meqjusa bħala sussidju, sakemm din l-eżenzjoni tkun ingħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III;

(iii) il-gvern jipprovdi oġġetti jew servizzi apparti mill-infrastruttura ġenerali, jew jixtri oġġetti;

(iv) il-gvern:

 jagħmel ħlasijiet lil mekkaniżmu ta' fondi, jew

 jinkariga jew jidderieġi korp privat biex iwettaq waħda jew iktar mit-tip ta' funzjonijiet deskritti fil-punti (i), (ii) u (iii) li normalment ikunu responsabbiltà tal-gvern, u l-prattika, fl-ebda sens, ma tkun differenti mill-prattiċi normali segwiti minn gvernijiet;

jew

(b) ikun hemm xi tip ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet fis-sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994; u

2. b'hekk jingħata benefiċċju.

Artikolu 4

Sussidji kumpensabbli

1.  Is-sussidji għandhom ikunu soġġetti għal miżuri kumpensatorji biss jekk ikunu speċifiċi, kif definiti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Sabiex jiġi determinat jekk xi sussidju jkunx speċifiku għal xi intrapriża jew industrija jew grupp ta' intrapriżi jew industriji ('ċerti intrapriżi') fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, għandhom ikunu applikabbli l-prinċipji li ġejjin:

(a) fejn l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġiżlazzjoni li taħtha topera l-awtorità li tagħtihom, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi, tali sussidju għandu jkun speċifiku;

(b) fejn l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġiżlazzjoni li taħtha topera l-awtorità li tagħtihom, tistabbilixxi kriterji jew kondizzjonijiet oġġettivi li jirregolaw l-eliġibbiltà għal, u l-ammont ta', sussidju, l-ispeċifiċità m'għandiex teżisti, sakemm tali eliġibbiltà tkun awtomatika u li tali kriterji u kondizzjonijiet ikunu strettament osservati;

(c) jekk, minkejja kwalunkwe dehra ta' non-speċifiċità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-punti (a) u (b), ikun hemm raġunijiet li wieħed jemmen li s-sussidju jista' fil-fatt ikun speċifiku, jistgħu jiġu kkunsidrati fatturi oħra. Tali fatturi huma: l-użu ta' programm ta' sussidju minn numru limitat ta' ċerti intrapriżi; l-użu predominanti minn ċerti intrapriżi; l-għoti ta' ammonti kbar b'mod sproporzjonat ta' sussidju lil ċerti intrapriżi; il-mod li bih id-diskrezzjoni ġiet eżerċitata mill-awtorità li tagħtihom fid-deċiżjoni tal-għoti ta' sussidju. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni dwar il-frekwenza li biha l-applikazzjonijiet għal sussidju jkunu miċħuda jew approvati u r-raġunijiet għal tali deċiżjonijiet għandhom, partikolarment, ikunu kkunsidrati.

Għall-finijiet tal-punt (b), “kriterji jew kondizzjonijiet oġġettivi” tfisser kriterji jew kondizzjonijiet li jkunu newtrali, li ma jiffavorixxux lil ċerti intrapriżi fuq oħrajn, u li jkunu ekonomiċi fin-natura tagħhom u orizzontali fl-applikazzjoni tagħhom, bħan-numru ta' impjegati jew id-daqs tal-intrapriża.

Il-kriterji jew kondizzjonjiet għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar minn liġi, regolament, jew xi dokument uffiċjali ieħor, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu vverifikati.

Fl-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandu jitqies kemm ikunu diversifikati l-attivitajiet ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, kif ukoll it-tul ta' żmien li matulu l-programm ta' sussidju kien fis-seħħ.

3.  Sussidju li jkun limitat għal ċerti intrapriżi li jinsabu f'reġjun ġeografiku magħżul, fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, għandu jkun speċifiku. L-iffissar jew it-tibdil fir-rati ta' taxxa ġeneralment applikabbli mil-livelli kollha tal-gvern li jkunu intitolati li jagħmlu dan m'għandux jitqies bħala sussidju speċifiku għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, is-sussidji li ġejjin għandhom jitqiesu bħala speċifiċi:

(a) sussidji dipendenti, fil-liġi jew fil-fatt, kemm jekk waħedhom jew bħala wieħed minn diversi kondizzjonijiet oħrajn, fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, inklużi dawk murija fl-Anness I;

(b) sussidji dipendenti, kemm waħedhom jew bħala wieħed minn diversi kondizzjonijiet oħrajn, fuq l-użu ta' oġġetti domestiċi flok importati.

Għall-finijiet tal-punt (a), is-sussidji għandhom jitqiesu bħala dipendenti fil-fatt fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni meta l-fatti juru li l-għoti ta' sussidju, mingħajr ma jkun sar legalment dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, jkun tassew marbut mal-esportazzjoni attwali jew antiċipata jew ma' dħul mill-esportazzjoni. Il-fatt biss li sussidju jingħata lil intrapriżi li jesportaw m'għandux, għal dik ir-raġuni biss, jitqies illi huwa sussidju tal-esportazzjoni fis-sens ta' din id-dispożizzjoni.

5.  Kwalunkwe determinazzjoni ta' speċifiċità taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandha tiġi sostanzjata b'mod ċar fuq il-bażi ta' evidenza pożittiva.

Artikolu 5

Kalkolu tal-ammont ta' sussidju kumpensabbli

L-ammont ta' sussidji kumpensabbli għandu jiġi kalkulat fit-termini tal-benefiċċji mogħtija lill-benefiċjarju, li jinstabu li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta' investigazzjoni dwar is-sussidjar. Normalment dan il-perjodu għandu jkun l-aktar sena fiskali riċenti għar-reċipjent, iżda jista' jkun kwalunkwe perjodu ieħor ta' mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-investigazzjoni li għalih ikun hemm disponibbli data finanzjarja affidabbli u data oħra relevanti.

Artikolu 6

Kalkolu tal-benefiċċju lir-reċipjent

Fir-rigward tal-kalkolu ta' benefiċċju lir-reċipjent, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) għotja minn gvern ta' equity capital m'għandhiex titqies li tagħti xi benefiċċju, sakemm l-investiment jista' jkun meqjus bħala inkonsistenti mal-prattika ta' investiment tas-soltu, inkluż għall-għotja ta' kapital ta' riskju, ta' investituri privati fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni;

(b) self minn gvern m'għandux jitqies li jagħti xi benefiċċju, sakemm ma jkunx hemm differenza bejn l-ammont li d-ditta li tkun tirċievi s-self tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li d-ditta jkollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet effettivament tikseb fis-suq. F'dak il-każ, il-benefiċċju għandu jkun id-differenza bejn dawk iż-żewg ammonti;

(c) garanzija ta' self minn gvern m'għandhiex titqies li tagħti xi benefiċċju, sakemm ma jkunx hemm differenza bejn l-ammont li d-ditta li tirċievi l-garanzija tħallas fuq self garantit mill-gvern u l-ammont li d-ditta jkollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli fin-nuqqas tal-garanzija governattiva. F'dak il-każ il-benefiċċju għandu jkun id-differenza bejn dawk iż-żewġ ammonti, b'aġġustament għal xi differenzi fil-miżati;

(d) l-għoti ta' oġġetti jew servizzi jew xiri ta' oġġetti minn gvern m'għandux jitqies bħala għoti ta' xi benefiċċju, sakemm l-għoti jsir għal remunerazzjoni li tkun anqas minn dik adegwata jew li x-xiri jsir għal remunerazzjoni li tkun aktar milli adegwata. L-adegwatezza ta' remunerazzjoni għandha tiġi determinata b'referenza għall-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti għall-prodott jew servizz in kwistjoni fil-pajjiż tal-għoti jew tax-xiri, inkluż il-prezz, il-kwalità, id-disponibbiltà, kemm hu kummerċabbli, it-trasport u kondizzjonijiet oħra tax-xiri jew tal-bejgħ.

Jekk m'hemmx tali termini u kondizzjonijiet tas-suq li jipprevalixxu għall-prodott jew is-servizz in kwistjoni fil-pajjiż fejn tingħata l-provvista jew isir ix-xiri, li jistgħu jintużaw bħala valuri indikattivi xierqa, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) it-termini u l-kondizzjonijiet li jipprevalixxu fil-pajjiż interessat għandhom jiġu aġġustati, fuq il-bażi ta' spejjeż attwali, prezzijiet u fatturi oħra disponibbli f'dak il-pajjiż, b'ammont xieraq li jirrifletti t-termini u l-kondizzjonijiet normali tas-suq; jew

(ii) fejn ikunu adatti, għandhom jintużaw it-termini u l-kondizzjonijiet li jeżistu fis-suq ta' pajjiż ieħor jew fis-suq dinji li huma disponibbli għar-reċipjent.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kalkoli

1.  L-ammont ta' sussidji kumpensabbli għandu jiġi determinat għal kull unità tal-prodott sussidjat esportat lejn l-Unjoni.

Biex jiġi stabbilit dak l-ammont jistgħu jitnaqqsu l-elementi li ġejjin mit-total tas-sussidju:

(a) kull miżata għall-applikazzjoni, jew spejjeż oħra magħmulin kif meħtieġ sabiex jikkwalifika għal, jew jingħata, is-sussidju;

(b) taxxi tal-esportazzjoni, dazji jew tariffi oħra imposti fuq l-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni speċifikament maħsuba biex ipaċu s-sussidju.

Fejn parti interessata tagħmel talba għal tnaqqis, hija għandha turi li t-talba tagħha hija ġustifikata.

2.  Fejn is-sussidju ma jingħatax b'referenza għall-kwantitajiet manufatturati, maħduma, esportati jew trasportati, l-ammont tas-sussidju kumpensabbli għandu jiġi determinat bl-allokazjoni tal-valur tas-sussidju totali, skont kif ikun il-każ, fuq il-livell ta' produzzjoni, bejgħ, jew esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni dwar is-sussidjar.

3.  Fejn is-sussidju jkun jista' jiġi marbut mal-akkwist jew l-akkwist futur ta' assi fissi, l-ammont ta' sussidju kumpensabbli għandu jkun kalkulat billi s-sussidju jkun mifrux fuq perjodu li jirrifletti d-deprezzament normali ta' tali assi fl-industrija kkonċernata.

L-ammont hekk kalkulat li jkun attribwibbli għall-perjodu tal-investigazzjoni, inkluż dak li jiġi mill-assi fissi akkwistati qabel dak il-perjodu, għandu jkun allokat kif deskritt fil-paragrafu 2.

Fejn l-assi ma jkollhomx deprezzament, is-sussidju għandu jkun valutat bħala self mingħajr imgħax, u jkun trattat skont l-Artikolu 6(b).

4.  Fejn is-sussidju ma jkunx jista' jiġi marbut mal-akkwist ta' assi fissi, l-ammont ta' benefiċċju riċevut matul il-perjodu tal-invetigazzjoni għandu, fil-prinċipju, jkun attribwit għal dak il-perjodu, u allokat kif deskritt fil-paragrafu 2, sakemm ma jirriżultawx ċirkostanzi speċjali li jiġġustifikaw l-attribuzzjoni fuq perjodu differenti.

Artikolu 8

Determinazzjoni tad-dannu

1.  Id-determinazzjoni tad-dannu għandha tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u għandha tinvolvi eżami oġġettiv ta':

(a) il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati u l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni għal prodotti simili; u

(b) l-impatt konsegwenti ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni.

2.  Fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, għandu jitqies jekk kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati, kemm jekk f'termini assoluti kif ukoll jekk relattivament għall-produzzjoni jew konsum fl-Unjoni. Fir-rigward tal-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet, għandu jitqies jekk kienx hemm tnaqqis sinifikanti li jwaqqa' l-prezzijiet permezz tal-importazzjonijiet sussidjati kif imqabbla mal-prezz ta' prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, jew jekk l-effett ta' tali importazzjonijiet ikunx li b'mod ieħor iwaqqa' l-prezzijiet b'mod sinifikanti jew jimpedixxi ż-żieda fil-prezzijiet, li kieku kienet isseħħ, sa livell sinifikanti. L-ebda wieħed jew aktar minn dawk il-fatturi ma jista' neċessarjament jagħti gwida deċiżiva.

3.  Fejn l-importazzjonijiet ta' prodott minn aktar minn pajjiż wieħed ikunu simultanjament soġġetti għal investigazzjonijiet konnessi ma' dazju kumpensatorju, l-effetti ta' tali importazzjonijiet għandhom jiġu kumulattivament stmati biss jekk jiġi determinat li:

(a) l-ammont ta' sussidji kumpensabbli stabbiliti b'relazzjoni mal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikun aktar milli de minimis fis-sens tal-Artikolu 14(5) u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u

(b) stima kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kondizzjonijiet ta' kompetittività bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni.

4.  L-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija kkonċernata tal-Unjoni għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi relevanti kollha u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija, inklużi l-fatt li industrija tkun għadha fil-proċess ta' rkupru mill-effetti ta' sussidji jew dumping fil-passat; il-kobor tal-ammont ta' sussidji kumpensabbli; id-deklin attwali u potenzjali ta' bejgħ, qliegħ, produzzjoni, sehem mis-suq, produttività, rikavat minn investimenti u l-utilizzar tal-kapaċità; fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Unjoni; effetti negattivi attwali u potenzjali fuq likwidità, inventarji, impjiegi, salarji, tkabbir, il-kapaċità ta' ġbir ta' kapital jew investimenti u, fil-każ tal-agrikoltura, jekk kienx hemm piż miżjud fuq programmi governattivi ta' appoġġ. Din il-lista m'hijiex eżawrjenti, u lanqas ma jista' xi wieħed minn dawn il-fatturi neċessarjament ikun ta' gwida deċiżiva.

5.  Għandu jintwera, mill-evidenza relevanti kollha preżentata f'relazzjoni mal-paragrafu 1, li l-importazzjonijiet sussidjati qed jikkawżaw dannu. Speċifikament, dan għandu jeħtieġ dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati bis-saħħa tal-paragrafu 2 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija tal-Unjoni kif previst fil-paragrafu 4, u li dak l-impatt jeżisti sa grad li jġiegħel li jkun klassifikat bħala materjali.

6.  Fatturi magħrufa, minbarra l-importazzjonijiet sussidjati, li jkunu qed jagħmlu dannu lill-industrija tal-Unjoni fl-istess żmien, għandhom jiġu eżaminati sabiex jassiguraw li d-dannu kkawżat minn dawk il-fatturi oħrajn ma jkunx attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati skont il-paragrafu 5. Fatturi li jistgħu jkunu kkunsidrati f'dan ir-rigward jinkludu: il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li ma jkunux sussidjati; deklin fit-talba jew tibdil fix-xejriet tal-konsum; prattiċi kummerċjali restrittivi ta', u kompetizzjoni bejn, produtturi ta' pajjiżi terzi u l-produtturi tal-Unjoni; żviluppi fit-teknoloġija; u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni; u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni.

7.  L-effett tal-importazzjonijiet sussidjati għandu jkun stmat b'relazzjoni mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili meta data disponibbli tippermetti l-identifikazzjoni separata ta' dik il-produzzjoni fuq il-bażi ta' kriterji bħall-proċess tal-produzzjoni, il-bejgħ u l-qliegħ tal-produtturi. Jekk tali identifikazzjoni separata ta' dik il-produzzjoni ma tkunx possibbli, l-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati għandhom ikunu stmati billi jsir eżami tal-produzzjoni tal-inqas grupp jew firxa ta' prodotti inkluż il-prodott simili, li għalihom tista tingħata l-informazzjoni meħtieġa.

8.  Id-determinazzjoni ta' theddida ta' dannu materjali għandha tkun ibbażata fuq fatti u mhux biss fuq allegazzjonijiet, suppożizzjonijiet jew xi possibbiltà remota. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq xi sitwazzjoni fejn is-sussidju jikkawża dannu għandha tkun b'mod ċar prevedibbli u għandu jkun imminenti.

Biex jiġi determinat jekk teżistix xi theddida ta' dannu materjali, għandu jittieħed kont ta' fatturi bħal:

(a) in-natura tas-sussidju jew sussidji in kwistjoni u l-effetti kummerċjali li aktarx jirriżultaw minnhom;

(b) xi rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

(c) jekk hekk kapaċità disponibbli b'mod liberu u suffiċjenti fuq il-parti tal-esportatur jew żieda imminenti u sostanzjali f'tali kapaċità li tindika l-probabbiltà ta' żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni, waqt li jittieħed kont tad-disponibbiltà ta' swieq oħra tal-esportazzjoni biex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali;

(d) jekk l-importazzjonijiet humiex deħlin bi prezzijiet li jkunu, sa grad sinifikanti, iwaqqgħu l-prezzijiet jew jimpedixxu żieda fil-prezzijiet li kieku kienet isseħħ, u li aktarx iżidu t-talba għal aktar importazzjonijiet;

(e) l-inventarji tal-prodott taħt investigazzjoni.

L-ebda wieħed mill-fatturi elenkati hawn fuq ma jista', waħdu, neċessarjament jagħti gwida deċiżiva iżda t-totalità tal-fatturi kkunsidrati għandhom iwasslu għall-konklużjoni li aktar esportazzjonijiet sussidjati huma imminenti u li, sakemm ma titteħidx azzjoni protettiva, se jseħħ dannu materjali.

Artikolu 9

Definizjoni ta' industrija tal-Unjoni

▼M2

1.  Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “industrija tal-Unjoni” għandu jiġi interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon maġġuri tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta’ dawk il-prodotti, għajr li:

▼B

(a) meta l-produtturi jkunu relatati mal-esportaturi jew l-importaturi, jew ikunu huma stess importaturi tal-prodott allegatament sussidjat, it-terminu “industrija tal-Unjoni” jista' jkun interpretat bħala li jirriferi għall-kumplament tal-produtturi;

(b) f'ċirkostanzi eċċezzjonali, t-territorju tal-Unjoni jista', għall-produzjoni in kwistjoni, jinqasam f'żewġt iswieq kompetittivi jew aktar u l-produtturi f'kull suq jistgħu jitqiesu bħala industrija separata jekk:

(i) il-produtturi f'tali suq ibiegħu jew kważi jbiegħu il-produzzjoni kollha tal-prodott in kwistjoni f'dak is-suq, u

(ii) id-domanda f'dak is-suq ma tkunx b'xi mod sostanzjali milħuqa mill-produtturi tal-prodott in kwistjoni li jinsabu x'imkien ieħor fl-Unjoni.

F'tali ċirkostanzi, id-dannu jista' jinstab li jeżisti anki fejn porzjoni maġġuri tal-industrija totali tal-Unjoni ma tkunx sofriet dannu, sakemm ikun hemm konċentrazzjoni ta' importazzjonijiet sussidjati f'tali suq iżolat u sakemm ukoll l-importazzjonijiet sussidjati jkunu qed jikkawżaw dannu lill-produtturi tal-produzzjoni kollha jew kważi kollha fi ħdan tali suq.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-produtturi għandhom jitqiesu bħala relatati mal-esportaturi jew l-importaturi biss jekk:

(a) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor;

(b) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament kontrollati minn terza persuna; jew

(c) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna, sakemm ikun hemm raġuni biex jitwemmen jew ikun suspettat li l-effett tar-relazzjoni hija tali li ġġiegħel lill-produttur ikkonċernat li jġib ruħu differenti minn produtturi li mhumiex relatati.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, wieħed għandu jitqies bħala li jikkontrolla lill-ieħor meta tal-ewwel ikun legalment jew operattivament f'qagħda li jeżerċita kontroll jew direzzjoni fuq it-tieni.

3.  Fejn l-industrija tal-Unjoni tkun ġiet interpretata bħala li tirriferi għall-produtturi f'reġjun partikolari, l-esportaturi jew il-gvern li jkun ikkonċeda s-sussidji kumpensabbli għandhom jingħataw l-opportunità li joffru impenji skont l-Artikolu 13 fir-rigward tar-reġjun ikkonċernat. F'tali każijiet, meta jkunu qed jiġi evalwat l-interess tal- Unjoni tal-miżuri, għandu jittieħed kont speċjali tal-interess tar-reġjun. Jekk ma jingħatax minnufih impenn adegwat jew jekk is-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(9) u (10) japplikaw, jista' jkun impost dazju kumpensatorju provviżorju jew definittiv fir-rigward tal-Unjoni kollha. F'tali każijiet id-dazji jistgħu, jekk prattikabbli, ikunu limitati għal produtturi jew esportaturi speċifiċi.

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(7) għandhom ikunu applikabbli għal dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Il-bidu tal-proċedimenti

1.  Ħlief kif previst fil-paragrafu 8, investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta' kwalunkwe allegat sussidju għandha tinbeda permezz ta' ilment bil-miktub minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni.

▼M2

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità ġuridika li taġixxi f’isimhom, u t-trade unions, jew ikunu appoġġati mit-trade unions. Dan ma jaffettwax il-possibbiltà li l-industrija tal-Unjoni tirtira l-ilment.

▼B

L-ilment jista' jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja ta' kull ilment li tkun irċeviet lill-Istati Membri. L-ilment għandu jitqies bħala li ġie ppreżentat fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jkun twassal lill-Kummissjoni b'posta reġistrata jew wara l-ħruġ ta' nota li tirrikonoxxi r-riċezzjoni mill-Kummissjoni.

Fejn, fin-nuqqas ta' xi ilment, Stat Membru jkollu pussess ta' evidenza suffiċjenti ta' sussidjar u tad-dannu li jirriżulta lill-industrija tal-Unjoni, huwa għandu jikkomunika tali evidenza immedjatament lill-Kummissjoni.

▼M2

1a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għad-difiża tal-kummerċ għal setturi diversi u frammentati tal-industrija, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmulin minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) permezz ta’ Help desk tal-SMEs iddedikat, pereżempju billi tqajjem kuxjenza, billi tagħti informazzjoni u spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri u dwar kif tippreżenta lment, billi toħroġ kwestjonarji standard bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u billi tirrispondi mistoqsijiet li huma ġenerali, u mhux speċifiċi għal każ.

Il-Help desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.

▼B

2.  Ilment taħt il-paragrafu 1 għandu jinkludi evidenza biżżejjed dwar l-eżistenza ta' sussidji kumpensabbli (inkluż, jekk possibbli, l-ammont tagħhom), id-dannu u r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament sussidjati u d-dannu allegat. L-ilment għandu jkun fih dik l-informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli għal dak li jagħmel l-ilment, dwar dan li ġej:

(a) l-identità ta' min jagħmel l-ilment u deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili minn min jagħmel l-ilment. Fejn isir ilment bil-miktub f'isem l-industrija tal-Unjoni, l-ilment għandu jidentifika l-industrija li f'isimha l-ilment ikun sar b'lista ta' dawk il-produtturi magħrufa kollha tal-prodott simili fl-Unjoni (jew assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili) u, safejn ikun possibbli, deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili vantati minn tali produtturi;

(b) deskrizzjoni sħiħa tal-prodott allegatament sussidjat, l-ismijiet tal-pajjiż jew pajjiżi tal-oriġini jew tal-esportazzjoni in kwestjoni, l-identità ta' kull wieħed mill-esportaturi jew produtturi barranin magħrufin u lista ta' persuni magħrufin li jimportaw il-prodott in kwistjoni;

(c) evidenza dwar l-eżistenza, l-ammont, in-natura u l-kumpensabbiltà tas-sussidji in kwistjoni;

(d) it-tibdil fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament sussidjati, l-effett ta' dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet ta' prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif murija minn fatturi relevanti u indiċi li jkollhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikolu 8(2) u (4).

3.  Il-Kummissjoni għandha, sa fejn hu possibli, teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza provduta fl-ilment, sabiex tiddetermina jekk hemmx evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

4.  Investigazzjoni tista' tinbeda sabiex jiġi determinat jekk l-allegati sussidji jkunux “speċifiċi” fis-sens tal-Artikolu 4(2) u (3).

5.  Investigazzjoni tista' wkoll tinbeda fir-rigward ta' miżuri tat-tip elenkat fl-Anness IV, sa fejn humajkollhom element ta' sussidju kif definit bl-Artikolu 3, sabiex jiġi determinat jekk il-miżuri in kwistjoni jkunux kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dak l-Anness.

6.  M'għandhiex tinbeda investigazzjoni taħt il-paragrafu 1 sakemm ma jkunx ġie stabbilit, fuq il-bażi ta' eżami dwar il-grad ta' appoġġ għal, jew ta' oppożizzjoni għal, l-ilment espress mill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, li l-ilment kien magħmul minn, jew f'isem, l-industrija tal-Unjoni. L-ilment għandu jitqies li jkun sar minn, jew f'isem, l-industrija tal-Unjoni jekk ikollu l-appoġġ ta' dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott minn dik il-porzjoni tal-industrija tal-Unjoni li tesprimi appoġġ jew oppożizzjoni għall-ilment. B'danakollu, l-ebda investigazzjoni m'għandha tinbeda fejn il-produtturi tal-Unjoni li espressament jappoġġaw l-ilment jammontaw għal anqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili magħmul mill-industrija tal-Unjoni.

7.  L-awtoritajiet għandhom jevitaw, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni biex tinbeda investigazzjoni, li jippubliċizzaw l-ilment li jitlob li tinbeda investigazzjoni. B'danakollu, kemm jista' jkun malajr wara r-riċezzjoni ta' ilment korrettament dokumentat skont dan l-Artikolu, u fi kwalunkwe każ qabel ma tinbeda investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tavża lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni kkonċernat, li għandu jkun mistieden għal konsultazzjonijiet bil-għan li tkun iċċarata s-sitwazzjoni dwar kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u li tinstab soluzzjoni bi ftehim reċiproku.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha toffri wkoll konsultazzjonijiet lill-pajjiż ta' oriġini u/jew esportazzjoni kkonċernat fir-rigward ta' sussidji oħrajn identifikati matul l-investigazzjoni. F'dawk is-sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-pajjiż ta' oriġini u/jew esportazzjoni sommarju tal-elementi prinċipali dwar sussidji oħrajn, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2. Jekk is-sussidji addizzjonali mhumiex koperti bin-notifika ta' bidu, in-notifika ta' bidu għandha tiġi emendata u l-verżjoni emendata ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw żmien addizzjonali u suffiċjenti biex jikkummentaw.

▼B

8.  Jekk, f'ċirkostanzi speċjali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn, jew f'isem, l-industrija tal-Unjoni sabiex tinbeda tali investigazzjoni, din għandha ssir abbażi ta' evidenza suffiċjenti tal-eżistenza ta' sussidji kumpensabbli, danni u rabta ta' kawżalità, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun iġġustifikat tali bidu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali investigazzjoni.

9.  Kemm l-evidenza tas-sussidji kif ukoll l-evidenza tad-danni għandhom jitqiesu simultanjament fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinbeda investigazzjoni jew le. Ilment għandu jkun miċħud fejn ma jkunx hemm evidenza suffiċjenti ta' sussidji kumpensabbli jew ta' dannu sabiex jiġġustifikaw it-tkomplija tal-każ. M'għandhomx jinbdew proċedimenti kontra pajjiżi li l-importazzjonijiet tagħhom jirrappreżentaw sehem mis-suq taħt il-1 %, sakemm dawn il-pajjiżi kollettivament ma jammontawx għal 3 % jew aktar tal-konsum tal-Unjoni.

10.  L-ilment jista' jiġi irtirat qabel il-bidu, f'liema każ għandu jitqies bħala li ma sarx.

11.  Fejn ikun jidher li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha ġie ppreżentat l-ilment u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata evidenza suffiċjenti, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha ġie ppreżentat l-ilment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-ilment normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha ġie ppreżentat l-ilment lill-Kummissjoni.

12.  L-avviż tal-bidu tal-proċedimenti għandu jħabbar il-bidu ta' investigazzjoni, jindika l-prodott u l-pajjiżi kkonċernati, jagħti riassunt tal-informazzjoni riċevuta, u jipprovdi li l-informazzjoni relevanti kollha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Għandu jsemmi l-perjodi li matulhom il-partijiet interessati jkunu jistgħu jidentifikaw irwieħhom, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jippreżentaw informazzjoni, jekk tali veduti u l-informazzjoni jkunu sejrin jiġu kkunsidrati fl-investigazzjoni. Għandu wkoll iħabbar il-perjodu li fih partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5).

13.  Il-Kummissjoni għandha tavża lill-esportaturi, lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-importaturi jew l-esportaturi lilha magħrufa li jkunu involuti, kif ukoll lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni u lil dawk li jkunu għamlu l-ilment, bil-bidu tal-proċeduri u, b'kont debitament meħud tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, tipprovdi t-test kollu tal-ilment bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 1 lill-esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, u fuq talba tagħmlu disponibbli lill-partijiet interessati oħra li jkunu involuti. Fejn in-numru ta' esportaturi involuti jkun partikolarment għoli, it-test kollu tal-ilment bil-miktub jista' minflok jingħata biss lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jew lill-assoċjazzjoni tal-kummerċ relevanti.

14.  Investigazzjoni konnessa ma' dazju kumpensatorju m'għandhiex timpedixxi l-proċeduri ta' rilaxx mid-dwana.

Artikolu 11

L-investigazzjoni

1.  Konsegwentement għall-bidu tal-proċedimenti, il-Kummissjoni, b'koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tibda investigazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Tali investigazzjoni għandha tkopri kemm is-sussidjar kif ukoll id-dannu, u huma għandhom jiġu investigati simultanjament.

Għall-finijiet ta' konklużjoni rappreżentattiva, għandu jintgħażel perjodu ta' investigazzjoni li fil-każ ta' sussidjar għandu, normalment, ikopri l-perjodu ta' investigazzjoni previst fl-Artikolu 5.

L-informazzjoni relatata ma' perjodu li jissussegwi l-perjodu tal-investigazzjoni m'għandhiex, normalment, tiġi kkunsidrata.

2.  Il-partijiet li jirċievu kwestjonarji wżati f'investigazzjoni konnessa ma' dazji kumpensatorji għandhom jingħataw mill-anqas 30 jum biex iwieġbu. Il-limitu ta' żmien għall-esportaturi għandu jingħadd mid-data tar-riċezzjoni tal-kwestjonarju, li għal dan il-għan għandu jitqies bħala riċevut fi żmien ġimgħa mill-jum li fih ikun intbagħat lir-rispondent jew trasmess lir-rappreżentant diplomatiku xieraq tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni. Tista' tingħata estensjoni għall-perjodu ta' 30 jum, b'kont debitament meħud tal-limiti ta' żmien tal-investigazzjoni, sakemm il-parti turi raġuni tajba għal tali estensjoni fit-termini taċ-ċirkostanzi partikolari tagħha.

3.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri sabiex jipprovdu informazzjoni, u l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex jissodisfaw dawn it-talbiet.

Huma għandhom jibagħtu l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni flimkien mar-riżultati tal-ispezzjonijiet, kontrolli jew investigazzjonijiet kollha li jkunu saru.

Fejn dik l-informazzjoni tkun ta' interess ġenerali jew fejn it-trasmissjoni tagħha tkun ġiet mitluba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħaddiha lill-Istati Membri, sakemm din ma tkunx kunfidenzjali, f'liema każ għandu jintbagħat sunt mhux kunfidenzjali.

4.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri sabiex jagħmlu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa, partikolarment fost l-importaturi, il-kummerċjanti u l-produtturi tal-Unjoni, u li jagħmlu investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi, sakemm id-ditti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u l-gvern tal-pajjiż in kwistjoni jkun ġie nnotifikat uffiċjalment u ma jsib ebda oġġezzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-passi kollha meħtieġa sabiex jissodisfaw tali talbiet mill-Kummissjoni.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikunu awtorizzati, jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru hekk jitlob, biex jgħinu lill-uffiċjali tal-Istati Membri sabiex iwettqu d-doveri tagħhom.

5.  Il-partijiet interessati li jkunu identifikaw irwieħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(12) għandhom jinstemgħu jekk huma, fiż-żmien tal-perjodu stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għamlu talba bil-miktub għal smigħ u wrew li huma parti interessata li aktarx tkun affettwata bir-riżultat tal-proċeduri u li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

6.  Fuq talba, għandhom jingħataw opportunitajiet lill-importaturi, l-esportaturi u lil dawk li jagħmlu l-ilment, li jkunu wrew l-interess tagħhom skont kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(12), u l-gvern tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, li jiltaqghu ma' dawk il-partijiet li jkollhom interessi kuntrarji, sabiex ikunu jistgħu jiġu preżentati veduti opposti u offruti argumenti kuntrarji.

Meta jingħataw tali opportunitajiet għandu jittieħed kont tal-ħtieġa tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità u tal-konvenjenza tal-partijiet.

M'għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq xi parti sabiex jattendi xi laqgħa, u n-nuqqas li tagħmel hekk m'għandux jippreġudika l-każ ta' dik il-parti.

L-informazzjoni verbali provduta taħt dan il-paragrafu għandha titqies mill-Kummissjoni sakemm din tkun sussegwentement konfermata bil-miktub.

▼M2

7.  Il-produtturi tal-Unjoni, il-gvern tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, it-trade unions, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-utenti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, li identifikaw irwieħhom skont kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(12), jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw l-informazzjoni kollha mogħtija lill-Kummissjoni minn kwalunkwe parti fl-investigazzjoni, b’distinzjoni minn dokumenti interni ppreparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha, li tkun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom u li ma tkunx kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 29, u li tintuża fl-investigazzjoni.

▼B

Tali partijiet jistgħu jwieġbu għal tali informazzjoni u l-kummenti tagħhom għandhom ikunu kkunsidrati kull fejn ikunu adegwatament sostanzjati fir-risposta.

8.  Ħlief fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 28, l-informazzjoni li tingħata minn partijiet interessati u li fuqha jkunu ġew ibbażati l-konklużjonijiet għandha tiġi eżaminata għall-eżattezza sakemm ikun possibbli.

▼M2

9.  Għal proċeduri li jinbdew skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, tali investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il xahar minn meta jibdew, f’konformità mal-konklużjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 13 għal impenji u l-konklużjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 15 għall-azzjoni definittiva. Il-perijodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b’mod speċjali fil-każ ta’ setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja.

▼B

10.  Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni opportunità raġonevoli biex ikompli bil-konsultazzjonijiet bil-għan li jikkjarifika s-sitwazzjoni fattwali u li jasal għal soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.

▼M2

11.  Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma mitluba jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjonijiet li jkunu nbdew skont l-Artikolu 10(8).

12.  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-uffiċċju tal-Uffiċjal tas-Seduta li s-setgħat u r-responsabbiltajiet tiegħu huma stabbiliti f’mandat adottat mill-Kummissjoni u li għandu jissalvagwardja l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati.

▼B

Artikolu 12

Miżuri provviżorji

▼M2

1.  Dazji proviżorji jistgħu jiġu imposti jekk:

(a) ikunu nbdew proċeduri skont l-Artikolu 10;

(b) tkun ingħatat notifika għal dak l-għan u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità suffiċjenti biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(12);

(c) tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja li l-prodott importat jibbenefika minn sussidji kumpensabbli u ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni; u

(d) l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi evitata ħsara bħal din.

Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux qabel 60 jum mill-bidu tal-proċedimenti iżda mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-proċedimenti.

L-ammont tad-dazju kumpensatorju proviżorju għandu jikkorrispondi mal-ammont totali ta’ sussidji kumpensabbli kif stabbilit b’mod proviżorju.

Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi proviżorjament u b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi dazju proviżorju b’dak l-ammont, id-dazju kumpensatorju proviżorju għandu jkun l-ammont adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, jekk dan ikun inqas mill-ammont totali tas-sussidji kumpensabbli.

Id-dazji proviżorji m’għandhomx jiġu imposti f’perijodu ta’ tliet ġimgħat wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 29a (perijodu ta’ żvelar minn qabel). L-għoti ta’ tali informazzjoni m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni relatata sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina sad-9 ta’ Ġunju 2020, jekk tkunx seħħet żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel, u jekk seħħet tali żieda, tkunx ikkawżat ħsara addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni, minkejja l-miżuri li l-Kummissjoni setgħet ħadet abbażi tal-Artikolu 24(5a) u l-Artikolu 15(1). Hija għandha tistrieħ b’mod partikolari fuq id-data miġbura abbażi tal-Artikolu 24(6) u kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 32b biex temenda t-tul tal-perijodu ta’ żvelar minn qabel għal ġimagħtejn f’każ ta’ żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara addizzjonali u għal erba’ ġimgħat meta dan ma jkunx il-każ.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-intenzjoni tagħha li timponi dazji proviżorji, inkluż informazzjoni dwar ir-rati ta’ dazju possibbli, fl-istess ħin li tipprovdi lill-partijiet interessati bl-informazzjoni skont l-Artikolu 29a.

▼M2

1a.  Fejn il-marġni ta’ dannu huwa kkalkulat abbażi ta’ prezz indikattiv, il-profitt fil-mira użat għandu jkun stabbilit b’kont meħud ta’ fatturi bħalma huma l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan ma għandux ikun anqas minn 6 %.

1b.  Meta jiġi stabbilit il-prezz indikattiv, l-ispejjeż reali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom, li għalihom hija parti l-Unjoni, jew mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament, għandhom ikunu riflessi kif xieraq. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-ispejjeż futuri, li mhumiex koperti fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet u konvenzjonijiet, u li l-industrija tal-Unjoni ser iġġarrab matul il-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 18(1).

▼B

2.  Id-dazji provviżorji għandhom jiġu assigurati b'garanzija u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għandu jkun bil-kondizzjoni li tingħata tali garanzija.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(4).

4.  Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni tat-talba, tiddeċiedi jekk għandux jiġi impost dazju kumpensatorju provviżorju.

5.  Id-dazji kumpensatorji provviżorji għandhom ikunu imposti għal perjodu massimu ta' erba' xhur.

Artikolu 13

Impenji

▼M2

1.  Fejn tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja ta’ sussidjar u ta’ ħsara, il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2), taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti li taħthom:

(a) il-pajjiż ta’ oriġini u/jew ta’ esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew li jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tagħhom; jew

(b) kwalunkwe esportatur jimpenja ruħu li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex jieqaf mill-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni dment li tali esportazzjoni tibbenefika minn sussidji kumpensabbli, jekk b’hekk jiġi eliminat l-effett ta’ dannu mis-sussidji.

F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3), jew id-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1), kif ikun il-każ, ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott inkwistjoni manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji, kif sussegwentement emendata.

Iż-żidiet fil-prezzijiet skont impenji ta’ dan it-tip ma għandhomx ikunu ogħla milli meħtieġ għat-tpaċija tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli.

Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi proviżorjament u b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina ż-żieda fil-prezz skont tali impenji, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iż-żieda skont tali impenji għandha tkun inqas mill-ammont tas-sussidji kumpensabbli jekk tali żieda tkun adegwata biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

▼B

2.  L-impenji jistgħu jiġu suġġeriti mill-Kummissjoni, iżda l-ebda pajjiż jew esportatur m'għandu jkun obbligat li jintrabat b'tali impenn. Il-fatt li pajjiżi jew esportaturi ma joffrux tali impenji, jew ma jaċċettawx stedina biex jagħmlu hekk, m'għandu bl-ebda mod jippreġudika l-konsiderazzjoni tal-każ.

B'danakollu, jista' jiġi determinat li jkun aktar probabbli li sseħħ theddida ta' dannu jekk l-importazzjonijiet sussidjati jkomplu. M'għandhomx ikunu mitluba jew aċċettati impenji minn pajjżi jew esportaturi sakemm ma tkunx saret determinazzjoni affermattiva provviżorja ta' sussidjar u dannu kaġunat minn tali sussidji.

▼M2

Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-impenji ma jistgħux jiġu offruti aktar tard minn ħamest ijiem qabel tmiem il-perijodu li fih jistgħu jsiru rappreżentazzjonijiet skont l-Artikolu 30(5), sabiex jiġi żgurat li partijiet oħrajn ikollhom l-opportunità li jikkummentaw.

3.  L-impenji offruti m’għandhomx għalfejn jiġu aċċettati jekk l-aċċettazzjoni tagħhom titqies li mhix prattika, bħal meta l-għadd ta’ esportaturi attwali jew potenzjali jkun kbir wisq, jew għal raġunijiet oħra, inkluż raġunijiet ta’ politika ġenerali li jinkludu b’mod partikolari l-prinċipji u l-obbligi stabbiliti fil-ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom, li għalihom hija parti l-Unjoni, u l-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament. L-esportatur u/jew il-pajjiż ta’ oriġini u/jew esportazzjoni kkonċernat jista’ jiġi pprovdut bir-raġunijiet li għalihom qed jiġi propost ir-rifjut tal-offerta ta’ impenn u jista jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti fuqhom. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jingħataw fid-deċiżjoni definittiva.

4.  Il-partijiet li joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dak l-impenn li tkun sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 29, sabiex din tkun disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe tali offerta, l-industrija tal-Unjoni għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-impenn.

▼B

5.  Fejn jiġu aċċettati impenji l-investigazzjoni għandha tiġi terminata. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).

6.  Jekk l-impenji jiġu aċċettati, l-investigazzjoni dwar is-sussidjar u d-dannu għandha normalment tiġi kompluta. F'tali każ, jekk issir determinazzjoni negattiva dwar sussidjar jew dannu, l-impenn għandu jiskadi awtomatikament, ħlief f'każijiet fejn tali determinazzjoni tkun dovuta b'mod prinċipali għall-eżistenza ta' impenn. F'tali każijiet, jista' jkun meħtieġ li impenn jinżamm għal perjodu raġonevoli.

Fil-każ li ssir determinazzjoni affermattiva dwar sussidjar u dannu, l-impenn għandu jibqa', konsistentement skont it-termini tiegħu u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

7.  Il-Kummissjoni għandha tesiġi minn kull pajjiż jew esportatur li minnu ġew aċċettati impenji li jipprovdi, perjodikament, informazzjoni relevanti għall-adempiment ta' dak l-impenn, u li jippermetti l-verifika ta' data pertinenti. In-nuqqas ta' konformità ma' tali rekwiżiti għandu jiġi interpretat bħala ksur tal-impenn.

8.  Fejn jiġu aċċettati impenji minn ċerti esportaturi tul il-kors ta' investigazzjoni, huma għandhom, għall-finijiet tal-Artikoli 18, 19, 20 u 22, jitqiesu bħala effettivi mid-data li fiha tġi konkluża l-investigazzjoni għall-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni.

9.  Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti għall-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandu jiġi rtirat mill-Kummissjoni, skont il-każ, u għandu japplika d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost f'konformità mal-Artikolu 15(1), sakemm l-esportatur ikkonċernat jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun, ħlief fil-każ tal-irtirar tal-impenn minn dak l-esportatur jew pajjiż, ingħata opportunità biex jikkummenta. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri meta tiddeċiedi li tirtira impenn.

Kwalunkwe parti interessata jew Stat Membru jistgħu jippreżentaw informazzjoni, li tkun evidenza prima facie ta' ksur ta' impenn. Il-verifika sussegwenti dwar jekk ikunx sar ksur ta' impenn jew le għandha normalment tiġi konkluża fi żmien sitt xhur, iżda f'ebda każ aktar tard minn disa' xhur wara li ssir talba debitament sostanzjata.

Il-Kummissjoni tista' titlob l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-monitoraġġ tal-impenji.

10.  Jista' jiġi impost dazju provviżorju f'konformità mal-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, fejn ikun hemm raġuni biex jitwemmen li qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, fejn l-investigazzjoni li tkun wasslet għall-impenn ma tkunx ġiet konkluża.

Artikolu 14

Terminazzjoni mingħajr miżuri

1.  Fejn l-ilment jiġi rtirat, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

2.  Fejn ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi, l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jiġu terminati. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).

3.  Għandhom jiġu terminati immedjatament il-proċedimenti fejn jiġi determinat li l-ammont ta' sussidji kumpensabbli jkun de minimis, skont il-paragrafu 5, jew fejn il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, attwali jew potenzjali, jew id-dannu, ikun negliġibbli.

4.  Għal proċeduri mibdija skont l-Artikolu 10(11), id-dannu għandu normalment jitqies bħala negliġibbli fejn is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet jkun anqas mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 10(9). Fir-rigward ta' investigazzjonijiet dwar importazzjonijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati għandu wkoll jitqies bħala negliġibbli jekk dan jirrappreżenta inqas minn 4 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott simili fl-Unjoni, sakemm l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li s-sehem individwali tagħhom mill-importazzjonijiet totali jirrappreżentaw anqas minn 4 % kollettivament ma jammontawx għal aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott simili fl-Unjoni.

▼M2

5.  L-ammont tas-sussidji kumpensabbli għandu jitqies bħala de minimis jekk tali ammont ikun inqas minn 1 % ad valorem. Madankollu fir-rigward tal-investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-limitu de minimis għandu jkun 2 % ad valorem.

▼B

Artikolu 15

Impożizzjoni ta' dazji definittivi

1.  Fejn il-fatti kif stabbiliti finalment juru l-eżistenza ta' sussidji kumpensabbli u ta' dannu kkawżat minnhom, u fl-interess tal-Unjoni jkun hemm lok għal intervent f'konformità mal-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artiklu 25(3). Fejn ikunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda dik il-proċedura mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta' tali dazji.

M'għandha tiġi imposta l-ebda miżura jekk is-sussidju jew is-sussidji jiġu rtirati jew jintwera li s-sussidji m'għadhomx jagħtu xi benefiċċju lill-esportaturi involuti.

▼M2

L-ammont tad-dazju kumpensatorju ma għandux jeċċedi l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbilit.

Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx irreġistrat importazzjonijiet, iżda fejn il-Kummissjoni ssib, abbażi ta’ analiżi tal-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha meta tadotta miżuri definittivi, li tkun seħħet żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel, il-Kummissjoni għandha tirrifletti l-ħsara addizzjonali li tirriżulta minn tali żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tal-ħsara għal perijodu li ma jkunx itwal minn dak imsemmi fl-Artikolu 18(1).

▼B

2.  Għandu jkun impost dazju kumpensatorju fl-ammonti adatti f'kull każ, fuq bażi mhux diskriminatorja, fuq l-importazzjonijiet ta' prodott minn dawk is-sorsi kollha li jkun instab li jgawdu minn sussidji kumpensabbli u li jikkaġunaw dannu, ħlief għall-importazzjonijiet minn dawk is-sorsi li mingħandhom ikunu ġew aċċettati impenji skont it-termini ta' dan ir-Regolament.

Ir-regolament li jimponi d-dazju għandu jispeċifika d-dazju għal kull fornitur, jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, il-pajjiż fornitur ikkonċernat.

3.  Meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-investigazzjoni tagħha skont l-Artikolu 27, kull dazju kumpensatorju applikat għall-importazzjonijiet minn esportaturi jew produtturi li jkunu identifikaw irwieħhom skont l-Artikolu 27 iżda li ma ġewx inklużi fl-investigazzjonijiet m'għandux jeċċedi l-ammont medju ppeżat tas-sussidji kumpensabbli stabbiliti għall-partijiet fil-kampjun.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinjora l-ammonti żero u de minimis ta' sussidji kumpensabbli u ammonti ta' sussidji kumpensabbli stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28.

Id-dazji individwali għandhom ikunu applikati għall-importazzjonijiet minn kwalunkwe esportatur jew produttur li għalih ġie kkalkulat ammont individwali ta' sussidjar kif previst fl-Artikolu 27.

Artikolu 16

Retroattività

1.  Il-miżuri provviżorji u d-dazji kumpensatorji definittivi għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera wara ż-żmien meta l-miżura meħuda skont l-Artikolu 12(1) jew l-Artikolu 15(1), skont il-każ, tidħol fis-seħħ, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Fejn ikun ġie applikat dazju provviżorju u l-fatti kif stabbiliti finalment juru l-eżistenza ta' sussidji kumpensabbli u ta' dannu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux ikun impost dazju kumpensatorju definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar definittivament.

Għal dak l-iskop, “dannu” m'għandux jinkludi dewmien materjali fit-twaqqif ta' industrija tal-Unjoni, lanqas theddid ta' dannu materjali, ħlief fejn jinstab li dan, fin-nuqqas ta' miżuri provviżorji, kien jiżviluppa f'dannu materjali. Fil-każijiet l-oħrajn kollha li jinvolvu tali theddid jew dewmien, kwalunkwe ammont provviżorju għandu jiġi rilaxxat u d-dazji definittivi jistgħu jkunu imposti biss mid-data li fiha ssir determinazzjoni finali ta' theddid jew dewmien.

3.  Jekk id-dazju kumpensatorju definittiv ikun ogħla mid-dazju provviżorju, id-differenza m'għandiex tinġabar. Jekk id-dazju definittiv ikun anqas mid-dazju provviżorju, id-dazju għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid. Fejn determinazzjoni finali tkun negattiva, id-dazju provviżorju m'għandux jiġi kkonfermat.

4.  Jista' jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji iżda mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni, sakemm:

(a) l-importazzjonijiet jkunu ġew reġistrati skont l-Artikolu 24(5);

(b) l-importaturi kkonċernati ngħataw opportunità mill-Kummissjoni li jikkummentaw;

(c) jeżistu ċirkostanzi kritiċi fejn, għall-prodott sussidjat in kwistjoni, ikun ġie kkawżat dannu, li jkun diffiċilment rimedjabbli, minn importazzjonijiet kbar ħafna, fi żmien relattivament qasir, ta' prodott li jkun gawda minn sussidji kumpensabbli skont it-termini ta' dan ir-Regolament; u

(d) jitqies bħala meħtieġ, sabiex tkun prekluża r-rikorrenza ta' tali dannu, li d-dazji kumpensatorji jkunu stmati fuq bażi retroattiva fuq dawk l-importazzjonijiet.

5.  F'każijiet ta' ksur jew irtirar ta' impenji, jistgħu jiġu imposti dazji definittivi fuq oġġetti li jidħlu għal ċirkolazzjoni libera mhux iktar tard minn 90 jum qabel l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji, sakemm l-importazzjonijiet ikunu ġew reġistrati skont l-Artikolu 24(5) u sakemm kwalunkwe tali stima retroattiva m'għandhiex tapplika għal importazzjonijiet li jkunu daħlu qabel il-ksur jew l-irtirar tal-impenn.

Artikolu 17

Tul ta' żmien

Miżura kumpensatorja għandha tibqa' fis-seħħ biss sakemm, u sa fejn, tkun meħtieġa biex tikkontrapponi s-sussidji kumpensabbli li jkunu qegħdin jikkawżaw dannu.

Artikolu 18

Reviżjonijiet ta' skadenza

1.  Miżura kumpensatorja definittiva għandha tiskadi fi żmien ħames snin mill-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tar-reviżjoni l-aktar riċenti li tkun kopriet kemm is-sussidjar kif ukoll id-dannu, sakemm ma jiġix stabbilit f'reviżjoni li l-iskadenza aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu. Tali reviżjoni ta' skadenza għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew f'isem, il-produtturi tal-Unjoni, u l-miżura għandha tibqa' fis-seħħ sa meta jkollha r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni.

▼M2

Jekk, wara investigazzjoni skont dan l-Artikolu, il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur mid-data tal-bidu ta’ tali investigazzjoni fuq merkanzija li ġiet rilaxxata mid-dwana għandu jitħallas lura dment li dan ikun rikjest mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u mogħti minn dawk l-awtoritajiet skont il-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-ħlas lura u remissjoni tad-dazju. Tali ħlas lura ma għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ mgħax mill-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonċernati.

▼B

2.  Għandha tinbeda reviżjoni ta' skadenza fejn it-talba tkun tinkludi evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu. Tali probabbiltà tista', per eżempju, tiġi indikata b'evidenza ta' sussidjar kontinwat u dannu jew evidenza li l-eliminazzjoni tad-dannu hija parzjalment jew unikament dovuta għall-eżistenza ta' miżuri jew evidenza li ċ-ċirkostanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li jindikaw il-probabbiltà ta' aktar sussidjar dannuż.

3.  Meta jsiru l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, l-esportaturi, l-importaturi, il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni għandhom jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-materji deskritti fit-talba għal reviżjoni, u l-konklużjonijiet għandhom jintlaħqu billi jittieħed kont tal-evidenza kollha li tkun relevanti u debitament dokumentata, li tkun ġiet preżentata fir-rigward tal-kwistjoni jekk ikunx probabbli, jew improbabbli, li l-iskadenza ta' miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu.

4.  Għandu jiġi ppubblikat avviż ta' skadenza imminenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien adatt fl-aħħar sena tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri kif definiti f'dan l-Artikolu. Sussegwentement, il-produtturi tal-Unjoni għandhom, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin, ikunu intitolati li jippreżentaw talba għal reviżjoni skont il-paragrafu 2. Għandu wkoll jiġi ppubblikat avviż li jħabbar l-iskadenza attwali tal-miżuri taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Reviżjonijiet interim

1.  Il-ħtieġa tal-kontinwazzjoni ta' impożizzjoni ta' miżuri tista' wkoll tiġi riveduta, fejn dan ikun meħtieġ, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew, sakemm ikun għadda żmien raġonevoli ta' mill-anqas sena minn mill-impożizzjoni tal-miżura definittiva, fuq it-talba ta' kwalunkwe esportatur, importatur jew tal-produtturi tal-Unjoni jew tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni li tkun tinkludi evidenza suffiċjenti biex tissostanzja l-ħtieġa ta' reviżjoni interim.

2.  Għandha tinbeda reviżjoni interim fejn it-talba tkun tinkludi evidenza suffiċjenti li l-kontinwazzjoni tal-impożizzjoni tal-miżura ma tkunx aktar meħtieġa biex tpaċi s-sussidju kumpensabbli u/jew li d-dannu aktarx li ma jkomplix jew ma jerġax iseħħ jekk il-miżura tiġi eliminata jew varjata, jew li l-miżura eżistenti m'hijiex, jew m'għadhiex aktar, suffiċjenti biex tikkontrapponi s-sussidju kumpensabbli li jkun qed joħloq id-dannu.

3.  Fejn id-dazji kumpensatorji imposti jkunu inqas mill-ammont ta' sussidji kumpensabbli skoperti, tista' tinbeda reviżjoni interim jekk il-produtturi tal-Unjoni jew xi parti interessata oħra jippreżentaw, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, evidenza suffiċjenti li, wara l-perjodu oriġinali tal-investigazzjoni u qabel jew wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment, jew moviment insuffiċjenti, ta' prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid tal-prodott importat fl-Unjoni. Jekk l-investigazzjoni turi li l-allegazzjonijiet kienu korretti, jistgħu jiżdiedu d-dazji kumpensatorji biex tinkiseb iż-żieda fil-prezz meħtieġa biex jiġi eliminat id-dannu. Madankollu, il-livell ta' dazju miżjud ma għandux jeċċedi l-ammont tas-sussidji kumpensabbli.

Ir-reviżjoni interim tista' tinbeda wkoll, taħt il-kondizzjonijiet hawn fuq stabbiliti, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

4.  Meta jsiru l-investigazzjoniet skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', inter alia, tikkunsidra jekk iċ-ċirkostanzi fir-rigward ta-s-sussidjar u d-dannu nbidlux b'mod sinifikanti, jew jekk il-miżuri eżistenti humiex jiksbu r-riżultati mistennija fl-eliminazzjoni tad-dannu li jkun ġie determinat qabel taħt l-Artikolu 8. F'dawk il-każijiet, għandu jittieħed kont, fid-determinazzjoni finali, tal-evidenza kollha li tkun relevanti u debitament dokumentata.

Artikolu 20

Reviżjonijiet aċċelerati

Kull esportatur li l-esportazzjonijiet tiegħu jkunu soġġetti għal dazju kumpensatorju definittiv iżda li ma kienx ġie individwalment investigat matul l-investigazzjoni oriġinali għal raġunijiet ħlief dik li kien ċaħad li jikkopera mal-Kummissjoni, għandu jkun intitolat, wara talba, għal reviżjoni aċċelerata sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi malajr rata ta' dazju kumpensatorju individwali għal dak l-esportatur.

Tali reviżjoni għandha tinbeda wara li l-produtturi fl-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom.

Artikolu 21

Rifużjonijiet

1.  Minkejja l-Artikolu 18, importatur jista' jitlob ir-rifużjoni ta' dazji miġbura fejn jintwera li l-ammont ta' sussidji kumpensabbli, li fuq il-bażi tagħhom kienu tħallsu d-dazji, ġew eliminati jew imnaqqsa għal livell li jkun taħt il-livell tad-dazju fis-seħħ.

2.  Meta jagħmel talba ta' rifużjoni tad-dazji kumpensatorji, l-importatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġew rilaxxati l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-ammont tad-dazji definittivi li jkunu sejrin jiġu imposti kien ġie debitament determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew mid-data li fiha kienet ittieħdet definittivament deċiżjoni li jinġabar l-ammonti garantiti permezz ta' dazju provviżorju. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talba lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3.  Applikazzjoni għal rifużjoni għandha titqies biss bħala debitament sostanzjata permezz ta' evidenza fejn tkun tinkludi informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta' rifużjoni mitluba ta' dazji kumpensatorji u d-dokumentazzjoni doganali kollha relatata mal-kalkolu u l-ħlas ta' tali ammont. Għandha tinkludi wkoll evidenza, għal perjodu rappreżentattiv, tal-ammont ta' sussidji kumpensabbli għall-esportatur jew produttur li għalih japplika d-dazju. Fil-każijiet fejn l-importatur ma jkunx assoċjat mal-esportatur jew produttur ikkonċernat u tali informazzjoni ma tkunx disponibbli immedjatament, jew fejn l-esportatur jew produttur ma jkunx irid jirrilaxxaha lill-importatur, l-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni mill-esportatur jew produttur li l-ammont ta' sussidju kumpensabbli ġie mnaqqas jew eliminat, kif speċifikat f'dan l-Artikolu, u li l-evidenza relevanti ta' appoġġ sejra tingħata lill-Kummissjoni. Fejn tibqa' ma tingħatax tali evidenza mill-esportatur jew mill-produttur fi żmien raġonevoli, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew le tiġi aċċettata l-applikazzjoni u, jekk tiġi aċċettata, sa liema punt, jew hija tista' tiddeċiedi fi kwalunkwe mument li tibda reviżjoni interim, fejn l-informazzjoni u l-konklużjonijiet minn tali reviżjoni, li tkun saret f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal tali reviżjonijiet, għandhom jintużaw biex jiġi determinat jekk tkunx ġustifikata jew le rifużjoni u, jekk ġustifikata, sa liema punt.

Ir-rifużjonijiet ta' dazji għandhom normalment isiru fi żmien 12-il xhar u taħt l-ebda ċirkostanzi aktar minn 18-il xahar wara d-data li fiha tkun saret talba għal rifużjoni, debitament appoġġata minn evidenza, minn importatur tal-prodott soġġett għad-dazju kumpensatorju.

Ikun normalment xieraq li l-ħlas ta' xi rifużjoni awtorizzata jsir mill-Istati Membri fi żmien 90 jum mid-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar reviżjonijiet u rifużjonijiet

1.  Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' proċeduri u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet, esklużi dawk relatati ma' limiti ta' żmien, għandhom japplikaw għal kull reviżjoni li ssir taħt l-Artikoli 18, 19 u 20.

Ir-reviżjonijiet li jsiru taħt l-Artikoli 18 u 19 għandhom isiru malajr u għandhom normalment jiġu konklużi fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Taħt kwalunkwe ċirkostanza, ir-reviżjonijiet taħt l-Artikoli 18 u 19 għandhom, fil-każijiet kollha, jiġu konklużi fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew.

Ir-reviżjonijiet taħt l-Artikolu 20 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien disa' xhur minn meta jinbdew.

Jekk tinbeda reviżjoni li ssir taħt l-Artikolu 18 waqt li tkun għaddejja reviżjoni taħt l-Artikolu 19 fl-istess proċedimenti, ir-reviżjoni taħt l-Artikolu 19 għandha tiġi konkluża fl-istess mument kif previst hawn fuq għar-reviżjoni taħt l-Artikolu 18.

Jekk l-investigazzjoni ma titlestiex fil-limiti ta' żmien speċifikati fit-tieni, it-tielet u r-rabà subparagrafu, il-miżuri għandhom:

(a) jiskadu f'investigazzjonijiet taħt l-Artikolu 18;

(b) jiskadu fil-każ ta' investigazzjonijiet li jsiru taħt l-Artikoli 18 u 19 b'mod parallel, fejn jew l-investigazzjoni taħt l-Artikolu 18 inbdiet waqt li kienet għaddejja reviżjoni taħt l-Artikolu 19 fl-istess proċedimenti jew fejn tali reviżjonijiet inbdew fl-istess mument; jew

(c) jibqgħu l-istess f'investigazzjonijiet taħt l-Artikoli 19 u 20.

Għandu jiġi ppubblikat avviż li jħabbar l-iskadenza attwali jew iż-żamma tal-miżuri meħudin taħt dan il-paragrafu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Ir-reviżjonijiet taħt l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex jew le reviżjonijiet taħt l-Artikolu 18 f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni lill-Istati Membri ladarba operatur jew Stat Membru jkun ippreżenta talba li tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni taħt l-Artikoli 19 u 20 u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' din, jew ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li l-ħtieġa li titkompla l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tiġi analizzata.

3.  Fejn hekk ikun ikkunsiljat mir-reviżjonijiet, il-miżuri għandhom, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), jitħassru jew jinżammu taħt l-Artikolu 18, jew jitħassru, jinżammu jew jiġu emendati taħt l-Artikoli 19 u 20.

4.  Fejn jitħassru miżuri għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu, tali esportaturi għandhom jibqgħu soġġetti għall-proċedimenti u jistgħu jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni sussegwenti li ssir għal dak il-pajjiż taħt dan l-Artikolu.

5.  Fejn tkun għaddejja reviżjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 19 fi tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta' miżuri kif definit fl-Artikolu 18, il-miżuri għandhom ukoll jiġu investigati taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18.

6.  Fl-investigazzjonijiet kollha ta' reviżjoni jew rifużjoni taħt l-Artikoli 18 sa 21, il-Kummissjoni għandha, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux inbidlu, tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, b'kont debitament meħud tal-Artikoli 5, 6, 7 u 27.

Artikolu 23

Evażjoni

1.  Id-dazji kumpensatorji imposti taħt dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-prodott simili, kemm jekk ftit modifikat kif ukoll jekk le, jew għal importazzjonijiet tal-prodott simili ftit modifikat mill-pajjiż li jkun soġġett għal miżuri, jew għal partijiet minnhom, meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ.

2.  Jistgħu jiġu estiżi dazji kumpensatorji, li ma jeċċedux id-dazju kumpensatorju residwu impost skont l-Artikolu 15(2), għal importazzjonijiet minn kumpanniji li jibbenefikaw minn dazji individwali fil-pajjiżi soġġetti għal miżuri meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ.

3.  Evażjoni hija definita bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għal miżuri u l-Unjoni, li tirriżulta minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom m'hemmx kawża dovuta suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti ħlief l-impożizzjoni tad-dazju, u fejn ikun hemm evidenza ta' dannu jew li l-effetti rimedjali tad-dazju jkunu qed jiġu mminatif'termini tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili u li l-prodott simili importat u/jew partijiet minnu għadhom jibbenefikaw mis-sussidju.

Il-prattika, proċess jew ħidma msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia:

(a) il-modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat biex b'hekk jaqa' taħt kodiċijiet doganali li normalment m'humiex soġġetti għall-miżuri, sakemm il-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzjali tiegħu;

(b) il-kunsinna tal-prodott soġġett għal miżuri tramite pajjiżi terzi;

(c) ir-riorganizzazzjoni mill-esportaturi jew produtturi tax-xejriet tagħhom u tal-kanali tal-bejgħ fil-pajjiż soġġett għal miżuri sabiex eventwalment il-prodotti tagħhom jiġu esportati lejn l-Unjoni permezz ta' produtturi li jibbenefikaw minn rata individwali ta' dazju li tkun inqas minn dik applikabbli għall-prodotti tal-fabbrikanti.

▼M2

4.  L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew taħt dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew ta’ kwalunkwe parti interessata abbażi ta’ evidenza suffiċjenti fir-rigward tal-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-bidu għandu jingħata permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni li għandu wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex l-importazzjonijiet jiġu soġġetti għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24(5) jew biex jintalbu garanziji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba parti interessata jew Stat Membru jippreżentaw talba li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta’ din, jew fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li jeħtieġ li tinbeda investigazzjoni.

▼B

L-investigazzjonijiet għandhom isiru mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiġi assistita minn awtoritajiet doganali u l-investigazzjonijiet għandhom jitlestew fi żmien disa' xhur.

Fejn il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).

L-estensjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 24(5) jew li fiha ntalbu l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu.

5.  L-importazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 24(5) jew għal miżuri fejn ikunu kummerċjalizzati minn kumpanniji li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet.

6.  It-talbiet għal eżenzjonijiet debitament appoġġati minn evidenza għandhom jiġu ppreżentati fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni li jibda' l-investigazzjoni.

▼M2

Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definiti fil-paragrafu 3.

Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definiti fil-paragrafu 3.

▼B

Dawk l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perijodu u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri hekk kif tlesti l-analiżi tagħha.

Sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20, jistgħu wkoll jingħataw eżenzjonijiet wara l-konklużjoni tal- investigazzjoni li twassal għall-estensjoni tal-miżuri.

7.  Sakemm tkun għaddiet mill-inqas sena mill-estensjoni tal-miżuri, u fil-każ fejn in-numru ta' partijiet li jitolbu jew x'aktarx jitolbu eżenzjoni jkun sinifikattiv, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda' reviżjoni tal-estensjoni tal-miżuri. Kwalunkwe tali reviżjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1) kif applikabbli għal reviżjonijiet taħt l-Artikolu 19.

8.  Xejn f'dan l-Artikolu ma jipprekludi l-applikazzjoni normali tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji doganali.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Id-dazji kumpensatorji provviżorji jew definittivi għandhom ikunu imposti b'Regolament, u miġbura mill-Istati Membri fil-forma, bir-rata speċifikata u skont il-kriterji l-oħra stabbiliti fir-Regolament li jimponi tali dazji. Tali dazji għandhom ukoll jinġabru indipendentement mid-dazji doganali, taxxi u piżijiet oħra normalment imposti fuq l-importazzjonijiet.

L-ebda prodott m'għandu jkun soġġett kemm għal dazju anti-dumping kif ukoll għal dazju kumpensatorju bil-għan li tiġi trattata l-istess sitwazzjoni li tirriżulta minn dumping jew minn sussidjar ta' esportazzjoni.

2.  Ir-Regolamenti li jimponu dazji kumpensatorji provviżorji jew definittivi, u r-Regolamenti jew Deċiżjonijiet li jaċċettaw impenji jew li jitterminaw investigazzjonijiet jew proċedimenti, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tali Regolamenti jew Deċiżjonijiet għandhom partikolarment jinkludu, u bil-konsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, l-ismijiet tal-esportaturi, jekk possibbli, jew tal-pajjiżi involuti, deskrizzjoni tal-prodott u sommarju tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet relevanti għad-determinazzjoni tas-sussidju u d-determinazzjoni tad-dannu. F'kull każ, għandha tintbagħat kopja tar-Regolament jew Deċiżjoni lil dawk il-partijiet interessati li jkunu magħrufin. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reviżjonijiet.

▼M2

3.  Dispożizzjonijiet speċjali, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni komuni tal-kunċett ta’ oriġini, kif tinsab fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u fir-rigward tal-applikazzjoni u l-ġbir ta’ dazju kumpensatorju fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew iż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament.

▼B

4.  Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perijodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).

Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss fejn il-kondizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament b'tali mod li jkun improbabbli li jirrikorri d-dannu bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawk il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu fi kwalunkwe żmien jiġu ristabbiliti f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli.

▼M2

5.  Mill-bidu tal-investigazzjoni u wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi adatti biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ tali reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba, mill-industrija tal-Unjoni, li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi introdotta permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni. Tali regolament għandu jispeċifika l-għan tal-azzjoni u, jekk adatt, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perijodu itwal minn disa’ xhur.

▼M2

5a.  Il-Kummissjoni għandha, dment li ma jkollhiex evidenza suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 10 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 16(4) ma jkunux issodisfati, tirreġistra l-importazzjonijiet skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel skont l-Artikolu 29a. Meta tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tanalizza l-informazzjoni miġbura abbażi tal-ħolqien tal-kodiċijiet tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC) għall-prodott li qed jiġi investigat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

▼M2

6.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar dwar il-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għall-investigazzjoni u għall-miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura skont dan ir-Regolament. Meta tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha toħloq kodiċijiet TARIC li jikkorrispondu għall-prodott li qed jiġi investigat. L-Istati Membri għandhom jużaw dawk il-kodiċijiet TARIC sabiex jirrappurtaw dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mid-data li tibda l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tista’, meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, tiddeċiedi li tipprovdilha sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-ammonti aggregati tal-prodotti kkonċernati.

▼B

7.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista' titlob l-Istati Membri, fuq bażi ta' każ b'każ, li jagħtu informazzjoni neċessarja biex isir monitoraġġ effiċjenti fuq l-applikazzjoni tal-miżuri. F'dan ir-rigward għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) u (4). Kull data ppreżentata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu tkun koperta bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29(6).

▼M2

8.  Kull meta l-Kummissjoni tkun biħsiebha tadotta xi dokument li tagħti gwida ġenerali lill-partijiet interessati possibbli dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 11(3) TUE. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu wkoll jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Artikolu 24a

Blata kontinentali ta’ Stat Membru jew żona ekonomika esklużiva

1.  Dazju kumpensatorju jista’ wkoll jiġi impost fuq kull prodott issussidjat li jinġieb fi kwantitajiet sinifikanti lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew iż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont UNCLOS, fejn dan ikun jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tiġrib ta’ dazji bħal dawn, kif ukoll il-proċeduri marbuta man-notifika u d-dikjarazzjoni ta’ dawn il-prodotti u l-ħlas ta’ tali dazji inkluż l-irkupru, il-ħlas lura u r-remissjoni (għodda doganali). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).

2.  Il-Kummissjoni għandha biss timponi dazji kif imsemmi fil-paragrafu 1 mid-data li ssir operazzjonali l-għodda doganali msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operaturi ekonomiċi kollha li l-għodda doganali tkun operazzjonali permezz ta’ pubblikazzjoni separata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼B

Artikolu 25

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

5.  Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fejn isir użu tal-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jew għat-teħid ta' deċiżjoni biex jinbdew jew ma jinbdewx reviżjonijiet ta' skadenza skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn maġġoranza ta' membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir użu tal-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn maġġoranza sempliċi ta' membri tal-kumitat. Fejn isir użu tal-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.

6.  Il-kumitat jista' jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, imqajma mill-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru. L-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni u jistgħu jiskambjaw fehmiet fil-kumitat jew direttament mal-Kummissjoni.

Artikolu 26

Żjarat ta' verifika

1.  Il-Kummissjoni għandha, fejn jidhrilha li jkun il-każ, tagħmel żjarat biex teżamina r-rekords ta' importaturi, esportaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet kummerċjali u organizzazzjonijiet kummerċjali, u biex tivverifika l-informazzjoni provduta dwar is-sussidjar u d-dannu. Fin-nuqqas ta' tweġiba adegwata u f'waqtha ma tistax issir żjara ta' verifika. Il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma' tagħmilx żjara ta' verifika.

2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi kif meħtieġ, sakemm dan isir bi ftehim mad-ditti kkonċernati, tavża lill-pajjiż in kwistjoni u dan tal-aħħar ma jagħmel l-ebda oġġezzjoni għall-investigazzjoni. Malli l-ftehim mad-ditti kkonċernati jinkiseb, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tad-ditti li tkun se ssirilhom iż-żjara u dwar id-dati miftehmin.

3.  Id-ditti kkonċernati għandhom jiġi mgħarrfa bin-natura tal-informazzjoni li trid tiġi vverifikata matul iż-żjarat tal-verifika u kull informazzjoni oħra li teħtieġ li tiġi provduta matul tali żjarat, għalkemm dan ma jżommx milli jsiru talbiet, għal aktar dettalji, matul il-verifika, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba.

4.  F'investigazzjonijiet magħmulin taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn uffiċjali ta' dawk l-Istati Membri li jitolbu hekk.

Artikolu 27

Teħid ta' kampjuni

▼M2

1.  F’każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni, tipi ta’ prodotti jew transazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tiġi limitata għal għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti, jew transazzjonijiet bl-użu ta’ kampjuni li huma statistikament validi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b’mod raġonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli.

2.  L-għażla finali tal-partijiet, tat-tipi ta’ prodotti jew ta’ transazzjonijiet li ssir skont dawk id-dispożizzjonijiet dwar il-kampjuni għandha tkun tal-Kummissjoni. Madankollu, sabiex ikun possibbli li jintgħażel kampjun rappreżentattiv, għandha tingħata preferenza għall-għażla ta’ kampjun b’konsultazzjoni ma’, u bl-approvazzjoni ta’, il-partijiet ikkonċernati, dment li dawn il-partijiet ikunu identifikaw irwieħhom u għamlu biżżejjed informazzjoni disponibbli, fi żmien ġimgħa mill-bidu tal-investigazzjoni.

▼B

3.  F'każijiet fejn l-investigazzjoni kienet limitata skont dan l-Artikolu, għandu jiġi kkalkulat ammont individwali ta' sussidjar kumpensabbli għal kwalunkwe esportatur jew produttur, mhux magħżul fil-bidu, li jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, ħlief fejn in-numru ta' esportaturi jew produtturi jkun hekk kbir li jagħmel ix-xogħol ta' eżamijiet individwali oneruż wisq u jimpedixxi l-investigazjoni milli tiġi konkluża fi żmien adegwat.

4.  Fejn ikun deċiż li jittieħed kampjun u jkun hemm livell ta' nuqqas ta' koperazzjoni minn uħud jew mill-partijiet kollha magħżula li probabbilment jaffettwa materjalment ir-riżultat tal-investigazzjoni, jista' jintgħażel kampjun ġdid.

B'danakollu, jekk jippersisti livell materjali ta' nuqqas ta' koperazzjoni jew jekk ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex jintgħażel kampjun ġdid, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 28 għandhom japplikaw.

Artikolu 28

Nuqqas ta' koperazzjoni

1.  Fil-każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix, l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, jew tostakola l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru konklużjonijiet provviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun forniet informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi mwarrba u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli.

Il-partijiet interessati għandhom jiġu mwissija dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' koperazzjoni.

2.  In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata m'għandux jitqies bħala nuqqas ta' koperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f'piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż żejda mhux raġonevoli.

3.  Fejn l-informazzjoni ppreżentata minn xi parti interessata ma tkunx ideali fl-aspetti kollha, din xorta m'għandhiex titwarrab, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux tali li jikkawżaw diffikultà żejda sabiex wieħed jasal għal konklużjoni raġonevolment eżatta u sakemm l-informazzjoni ġiet ippreżentata adegwatament fi żmien tajjeb u hija verifikabbli, u sakemm il-parti tkun aġixxiet bl-aħjar kapaċità tagħha.

4.  Jekk xi evidenza jew informazzjoni ma tiġix aċċettata, il-parti fornitriċi għandha tiġi mgħarrfa immedjatament bir-raġunijiet ta' dan u għandha tingħata opportunità li tipprovdi aktar spjegazzjonijiet fil-limitu ta' żmien speċifikat. Jekk l-ispjegazzjonijiet jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' tali evidenza jew informazzjoni għandhom jiġu żvelati u mogħtija fil-pubblikazzjoni ta' konklużjonijiet.

5.  Jekk id-determinazzjonijiet, inklużi dawk dwar l-ammont ta' sussidji kumpensabbli, ikunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni mogħtija fl-ilment, din għandha, fejn ikun prattikabbli u b'konsiderazzjoni għal-limiti ta' żmien tal-investigazzjoni, tiġi vverifikata b'referenza għall-informazzjoni minn sorsi oħra indipendenti li jistgħu jkunu disponibbli, bħal listi ta' prezzijiet ippubblikati, statistika uffiċjali tal-importazzjoni u prospetti doganali, jew informazzjoni miksuba minn partijiet oħra interessati matul l-investigazzjoni.

Tali informazzjoni tista' tinkludi data rilevanti li tappartjeni lis-suq dinji jew swieq rappreżentattivi oħra, fejn ikun il-każ.

6.  Jekk xi parti interessata ma tikkoperax, jew tikkopera biss parzjalment, hekk li tinżamm lura xi informazzjoni relevanti, ir-riżultat tal-investigazzjoni jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkoperat.

Artikolu 29

Kunfidenzjalità

1.  Kull informazzjoni li min-natura tagħha hija kunfidenzjali (per eżempju, minħabba li l-iżvelar tagħha jista' jkun ta' vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista' jkollu effett negattiv sinifikanti fuq xi persuna li tkun forniet l-informazzjoni jew fuq persuna li minnha l-persuna li tipprovdi l-informazzjoni tkun jkun ingħata l-informazzjoni), jew li tingħata fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għal investigazzjoni għandha, jekk tintwera raġuni valida, tiġi trattata bħala tali mill-awtoritajiet.

2.  Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni kunfidenzjali għandhom ikunu mitluba li jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha. Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jagħtu fehma raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, tali partijiet jistgħu jindikaw li tali informazzjoni ma tistax titqassar. F'tali ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha tingħata dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jkunx possibbli li jsir sommarju.

3.  Jekk jitqies li talba għal kunfidenzjalità m'hijiex ġustifikata u jekk il-fornitur tal-informazzjoni jew ma jkunx dispost li jforni l-informazzjoni jew ma jkunx iridx jawtorizza l-iżvelar tagħha f'forma ġeneralizzata jew sommarja, tali informazzjoni tista' tiġi injorata sakemm ma jistax jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi adegwati li l-informazzjoni hija korretta. It-talbiet għall-kunfidenzjalità m'għandhomx jiġu miċħuda arbitrarjament.

4.  Dan l-Artikolu m'għandux jipprekludi l-iżvelar ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u, partikolarment, tar-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament, u lanqas l-iżvelar tal-evidenza li qagħdu fuqha l-awtoritajiet tal-Unjoni sa fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu spjeġati dawk ir-raġunijiet fi proċedimenti tal-qorti. Tali żvelar għandu jieħu kont tal-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati li s-sigrieti tagħhom kummerċjali jew governattivi ma jiġux żvelati.

5.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inklużi l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom taħt dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku minn dak il-fornitur. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokument intern preparat mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati ħlief kif speċifikament previst f'dan ir-Regolament.

6.  L-informazzjoni riċevuta taħt dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta' investigazzjoni waħda għall-għan li jingħata bidu għal investigazzjonijiet oħrajn fl-istess proċedimenti li jikkonċernaw l-istess prodott simili.

▼M2

Artikolu 29a

Informazzjoni fl-istadju proviżorju

1.  Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż ta’ oriġini u/jew esportazzjoni, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fin-notifika tal-bidu. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet tliet ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji. Tali informazzjoni għandha tinkludi: sommarju tad-dazji proposti għall-finijiet ta’ informazzjoni biss, u dettalji tal-kalkolu tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u l-marġni adegwat biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 29. Il-partijiet għandu jkollhom perijodu ta’ tlett ijiem ta’ xogħol mill-għoti ta’ tali informazzjoni biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.

2.  Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji tliet ġimgħat qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji.

▼B

Artikolu 30

Żvelar

1.  Dawk li jagħmlu xi lment, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, jistgħu jitolbu l-iżvelar tad-dettalji li jkunu jsejsu l-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom il-miżuri provviżorji kienu ġew imposti. It-talbiet għal tali żvelar għandhom isiru bil-miktub immedjatament wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, u l-iżvelar għandu jsir bil-miktub kemm jista' jkun malajr wara dan.

2.  Il-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu l-iżvelar finali tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom jkun maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi, jew it-terminazzjoni ta' investigazzjoni jew proċedimenti mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-iżvelar ta' xi fatti jew konsiderazzjonijiet li jkunu differenti minn dawk użati għal kwalunkwe miżura provviżorja.

3.  It-talbiet għal żvelar finali għandhom isiru bil-miktub u jkunu indirizzati lill-Kummissjoni u għandhom jaslu, f'dawk il-każijiet fejn ġie impost dazju provviżorju, mhux aktar tard minn xahar mill-pubblikazzjoni tal-impożizzjoni ta' dak id-dazju. Fejn ma jkunx ġie impost dazju provviżorju, il-partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jitolbu l-iżvelar finali fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni.

4.  L-iżvelar finali għandu jingħata bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel ma jinbdew il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela ċerti fatti jew konsiderazzjonijiet f'dak il-mument, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara.

L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, iżda fejn tali deċiżjoni tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatt u konsiderazzjoni differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr.

5.  Ir-rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jsir l-iżvelar finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun ta' mill-inqas għaxart ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perijodu iqsar kull darba li jkun jrid isir żvelar finali addizzjonali.

Artikolu 31

L-interess tal-Unjoni

1.  Determinazzjoni dwar jekk l-interess tal-Unjoni jkunx jeħtieġ intervent għandha tkun ibbażata fuq stima tal-interessi varji kollha meħuda flimkien, inklużi l-interessi tal-industrija domestika u l-utenti u l-konsumaturi. Determinazzjoni taħt dan l-Artikolu għandha ssir biss fejn il-partijiet kollha jkunu ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont il-paragrafu 2. F'tali eżami, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali l-ħtieġa li jkunu eliminati l-effetti ta' distorsjoni tal-kummerċ ta' sussidjar dannuż u li tkun restawrata l-kompetizzjoni effettiva. Ma jistgħux jiġu applikati miżuri, kif determinat fuq il-bażi tas-sussidjar u d-dannu misjuba, fejn l-awtoritajiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha ppreżentata, jistgħu jikkonkludu b'mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li tali miżuri jiġu applikati.

▼M2

2.  Sabiex tiġi pprovduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jikkunsidraw il-fehmiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni dwar jekk l-impożizzjoni jew le ta’ miżuri tkunx fl-interess tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni, it-trade unions, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-proċedimenti ta’ dazju kumpensatorju, jidentifikaw irwieħhom, u jipprovdu informazzjoni, lill-Kummissjoni. Tali informazzjoni, jew sommarji adegwati tagħha, għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet l-oħra speċifikati f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal tali informazzjoni.

▼B

3.  Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li jinstemgħu. Tali talbiet għandhom jintlaqgħu meta jiġu ppreżentati fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, u meta jagħtu r-raġunijiet, fit-termini tal-interess tal-Unjoni, għaliex għandhom jinstemgħu l-partijiet.

▼M2

4.  Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dazju proviżorju. Tali kummenti għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mid-data tal-applikazzjoni ta’ tali miżuri biex jittieħed kont tagħhom u dawn, jew sommarji adegwati tagħhom, għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal tali kummenti.

▼B

5.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi korrettement ippreżentata u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' tali analiżi, flimkien ma' opinjoni dwar il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 bħala parti mill-abbozz ta' miżura ppreżentat skont l-Artikoli 14 u 15. Ikun xieraq li l-Kummissjoni tikkunsidra l-fehmiet espressi fil-kumitat taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.  Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom aktarx li jittieħdu d-deċiżjonijiet finali jsiru disponibbli għalihom. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli sa fejn ikun possibbli u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.

7.  L-informazzjoni għandha titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza attwali li tissostanzja l-validità tagħha.

Artikolu 32

Relazzjonijiet bejn miżuri ta' dazju kumpensatorju u rimedji multilaterali

Jekk prodott importat isir soġġett għal xi kontro-miżuri imposti wara li jkun sar użu tal-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim tal-Ftehim dwar is-Sussidji, u tali miżuri jkunu adegwati biex jeliminaw id-dannu kkawżat mis-sussidji kumpensabbli, kwalunkwe dazju kumpensatorju impost fir-rigward ta' dak il-prodott għandu jiġi immedjatament sospiż, jew imħassar, skont il-każ.

▼M2

Artikolu 32a

Rapport

1.  Il-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 29, għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni ta’ investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, rieżamijiet, distorsjonijiet sinifikanti u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u s-sodisfazzjon tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu ta’ strumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li huma mmirati lejn l-Unjoni u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-Rapport għandu jinkludi wkoll kif tqiesu u ttieħdu fil-kont l-istandards soċjali u ambjentali fl-investigazzjonijiet. Tali standards għandhom ikopru dawk inkorporati fi ftehimiet ambjentali multilaterali li għalihom hija parti l-Unjoni u fil-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament, kif ukoll il-leġislazzjoni nazzjonali ekwivalenti tal-pajjiż esportatur.

2.  Sad-9 ta’ Ġunju 2023 u kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rieżami tal-applikazzjoni tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 12(1), tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 13(1) u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 15(1), inkluż evalwazzjoni ta’ din l-applikazzjoni. Tali rieżami jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

Artikolu 32b

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sentejn mit-8 ta’ Ġunju 2018 u tista’ tiġi eżerċitata darba biss.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta':

(a) kwalunkwe regola speċjali stabbilita fi ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(b) ir-Regolamenti tal-Unjoni fis-settur agrikolu u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 ( 4 ), (KE) Nru 614/2009 ( 5 ) u (KE) Nru 1216/2009 ( 6 ). Dan ir-Regolament għandu jopera bħala komplementari għal dawk ir-Regolamenti u b'deroga mid-dispożizzjonijiet tagħhom li jipprekludu l-applikazzjoni ta' dazji kumpensatorji;

(c) miżuri speċjali, sakemm tali azzjoni ma tmurx kontra obbligi taħt il-GATT 1994.

Artikolu 34

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Artikolu 35

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LISTA ILLUSTRATTIVA TA' SUSSIDJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

(a) L-għoti minn gvernijiet ta' sussidji diretti lil xi ditta jew industrija, li jiddipendu mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni.

(b) Skemi ta' żamma ta' munita jew prattiċi simili li jinvolvu bonus fuq l-esportazzjonijiet.

(c) Imposti ta' trasport intern u ta' ġarr ta' merkanzija fuq vjeġġi ta' esportazzjoni, disposti jew mandati minn gvernijiet, taħt kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk għal vjeġġi domestiċi.

(d) L-għoti minn gvernijiet jew aġenziji tagħhom jew direttament jew indirettament permezz ta' skemi mandati mill-gvern, ta' prodotti jew servizzi importati jew domestiċi għall-użu fil-produzzjoni ta' oġġetti għall-esportazzjoni, taħt termini jew kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk provduti għal prodotti jew servizzi simili jew f'kompetizzjoni diretta għall-użu fil-produzzjoni ta' oġġetti għall-konsum domestiku, jekk (fil-każ ta' prodotti) tali termini jew kondizzjonijiet ikunu aktar favorevoli minn dawk kummerċjalment disponibbli ( 7 ) fis-swieq mondjali għall-esportaturi tagħhom.

(e) L-eżenzjoni sħiħa jew parzjali, ir-remissjoni, jew id-differiment ( 8 ) relatat b'mod speċifiku mal-esportazzjonijiet, ta' taxxi diretti ( 9 ) jew piżijiet ta' għajnuna soċjali mħallsa jew eżiġibbli minn intrapriżi industrijali jew kummerċjali.

(f) Il-konċessjoni ta' tnaqqis speċjali direttament relatat mal-esportazzjonijiet jew mal-prestazzjoni fl-esportazzjoni, lil hinn minn dawk mgħotija fir-rigward tal-produzzjoni għall-konsum domestiku, fil-kalkolu tal-bażi li fuqu jkunu imposti t-taxxi diretti.

(g) L-eżenzjoni jew ir-remissjoni, fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti esportati, ta' taxxi indiretti ( 10 ) b'eċċess ta' dawk imposti fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti simili meta jinbiegħu għall-konsum domestiku.

(h) L-eżenzjoni, ir-remissjoni jew id-differiment ta' taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni (10)  fuq oġġetti jew servizzi użati fil-produzzjoni ta' prodotti esportati b'eċċess tal-eżenzjoni, remissjoni jew differiment ta' taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni fuq oġġetti u servizzi użati fil-produzzjoni ta' prodotti simili meta mibjugħa għall-konsum domestiku; sakemm, madanakollu, it-taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni jistgħu jiġu eżentati, rimessi jew differiti fuq prodotti esportati anki meta mhux eżentati, rimessi jew differiti fuq prodotti simili meta mibjugħa għall-konsum domestiku, jekk it-taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni jkunu imposti fuq inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart) ( 11 ). Dan l-element għandu jiġi interpretat skont il-linji gwida fuq il-konsum ta' inputs fil-proċess tal-produzzjoni li jinsabu fl-Anness II.

(i) Ir-remissjoni jew l-irtirar ta' imposti fuq l-importazzjoni (10)  b'eċċess ta' dawk miġburin minn fuq inputs importati li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart); sakemm, madanakollu, li f'każijiet partikolari ditta tista' tagħmel użu minn kwantità ta' inputs mis-suq domestiku li jkunu ugwali għal, u li jkollhom l-istess kwalità u karatteristiċi bħal, inputs importati bħala sostituti għalihom sabiex tgawdi minn din id-dispożizzjoni jekk l-operazzjonijiet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni korrispondenti jseħħu t-tnejn matul perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jeċċedix is-sentejn. Dan l-element għandu jiġi interpretat skont il-linji gwida fuq il-konsum ta' inputs fil-proċess tal-produzzjoni li jinsabu fl-Anness II u l-linji gwida fid-determinazzjoni dwar sistemi sostituti ta' rtirar bħala sussidji għall-esportazzjoni li jinsabu fl-Anness III.

(j) Il-provvediment minn gvernijiet (jew minn istituzzjonijiet speċjali kontrollati minn gvernijiet) ta' programmi ta' garanzija ta' kreditu għall-esportazzjoni jew programmi ta' assigurazzjoni, ta' programmi ta' assigurazzjoni jew ta' garanziji kontra ż-żieda fl-ispejjeż tal-prodotti esportati jew ta' programmi ta' skambju ta' riskju, bl-aħjar rati li ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi fuq perjodu ta' żmien twil tal-programmi.

(k) L-għoti minn gvernijiet (jew minn istituzzjonijiet speċjali kontrollati minn u/jew li jaġixxu taħt l-awtorità tal-gvernijiet) ta' krediti għall-esportazzjoni b'rati inqas minn dawk li huma attwalment ikollhom iħallsu għall-fondi hekk użati (jew li kien ikollhom iħallsu kieku kellhom jissellfu fis-swieq internazzjonali tal-kapital sabiex jiksbu fondi tal-istess maturità u termini ta' kreditu oħra u denominati fl-istess munita bħall-kreditu għall-esportazzjoni), jew il-ħlas minnhom fl-intier jew parti mill-ispejjeż magħmulin minn esportaturi jew istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiksbu kreditu, sa fejn jintużaw sabiex jiġi akkwistat vantaġġ materjali fil-qasam tat-termini ta' kreditu għall-esportazzjoni.

Sakemm, madanakollu, li jekk Membru tal-WTO ikun parti għal xi impenn internazzjonali dwar il-krediti uffiċjali għall-esportazzjoni li għalih jagħmlu parti mill-anqas 12 minn tali Membru oriġinali mill-1 ta' Jannar 1979 (jew impenn suċċessiv li kien ġie adottat minn dawk il-Membri oriġinali), jew jekk fil-prattika Membru tal-WTO japplika d-dispożizzjonijiet tar-rati tal-imgħax tal-impenn relevanti, il-prattika ta' kreditu għall-esportazzjoni li tkun konformi ma' dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhiex titqies bħala sussidju għall-esportazzjoni.

(l) Kull imposta oħra fuq il-kontijiet pubbliċi li tikkostitwixxi sussidju għall-esportazzjoni fis- sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994.

▼M2




ANNESS Ia

IL-KONVENZJONIJIET TAL-ILO MSEMMIJA F’DAN IR-REGOLAMENT

1. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju, Nru 29 (1930)

2. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)

3. Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)

4. Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs, Nru 100 (1951)

5. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)

6. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, Nru 111 (1958)

7. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol, Nru 138 (1973)

8. Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

▼B




ANNESS II

LINJI GWIDA DWAR IL-KONSUM TA' INPUTS FIL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI ( 12 )

1. L-iskemi ta' tnaqqis ta' taxxa indiretta jistgħu jippermettu eżenzjoni, remissjoni jew differiment ta' taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni imposti fuq inpits li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart). B'mod simili, l-iskemi tal-irtirar jistgħu jippermettu r-remissjoni jew l-irtirar ta' imposti fuq l-importazzjoni imposti fuq inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart).

2. Il-lista illustrattiva ta' sussidji fuq l-esportazzjoni fl-Anness I tagħmel referenza għat-terminu “inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat” fil-punti (h) u (i). Skont il-punt (h), l-iskemi ta' tnaqqis ta' taxxi indiretti jistgħu jikkostitwixxu sussidju fuq l-esportazzjoni sal-punt li jirriżultaw f'eżenzjoni, remissjoni jew differiment ta' taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni li jkun jeċċedi l-ammont ta' tali taxxi li jkunu attwalment imposti fuq inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Skont il-punt (i), l-iskemi ta' rtirar jistgħu jikkostitwixxu sussidju fuq l-esportazzjoni sal-punt li huma jirriżultaw f'remissjoni jew irtirar ta' imposti fuq l-importazzjoni li jkun jeċċedi dawk attwalment imposti fuq inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Iż-żewġ punti jistipulaw li għandha ssir il-konċessjoni normali għall-iskart fil-konklużjonijiet dwar il-konsum ta' inputs fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Il-punt (i) jipprovdi wkoll għal sostituzzjoni, fejn ikun il-każ.

3. Meta jiġi eżaminat jekk jiġux ikkunsmati inputs fil-produzzjoni tal-prodott esportat, bħala parti minn investigazzjoni konnessa ma' dazju kumpensatorju skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni normalment għandha tipproċedi fuq il-bażi segwenti.

4. Fejn jiġi allegat li xi skema ta' tnaqqis ta' taxxa indiretta, jew skema ta' irtirar, tkun tagħti sussidju permezz ta' tnaqqis żejjed jew irtirar żejjed ta' taxxi indiretti jew ta' imposti tal-importazzjoni fuq inputs ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat, il-Kummissjoni trid normalment l-ewwel tistabbilixxi jekk il-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni jkollux eżistenti, u japplikax, sistema jew proċedura biex ikun aċċertat liema inputs jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. Fejn jiġi ddeterminat li tali sistema jew proċedura hija tapplikata, il-Kummissjoni għandha mbagħad normalment teżamina s-sistema jew il-proċedura biex tara jekk hijiex raġonevoli, effettiva għall-iskop maħsub, u hijiex ibbażata fuq prattiċi kummerċjali ġeneralment aċċettati fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni jista' jidhrilha li huwa neċessarju li tagħmel, taħt l-Artikolu 26(2), ċerti testijiet prattiċi sabiex tivverifika xi informazzjoni jew sabiex tissodisfa ruħha li s-sistema jew proċedura qiegħda tiġi applikata effettivament.

5. Fejn ma jkunx hemm tali sistema jew proċedura, fejn ma tkunx raġonevoli, jew fejn tkun istitwita u kkunsidrata raġonevoli iżda jinstab li ma tkunx applikata jew li ma tkunx applikata effettivament, ikun normalment meħtieġ li jsir eżami ulterjuri mill-pajjiż tal-esportazzjoni bbażat fuq l-inputs attwali involuti fil-kuntest tad-determinazzjoni jekk sarx xi pagament eċċessiv. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun meħtieġ, jista' jsir eżami ieħor taħt il-punt 4.

6. Il-Kummissjoni għandha normalment titratta l-inputs bħala fiżikament inkorporati jekk tali inputs jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni u jkunu fiżikament preżenti fil-prodott esportat. Mhuwiex meħtieġ li input li jkun preżenti fil-prodott finali jkun fl-istess forma li biha jkun daħal fil-proċess tal-produzzjoni.

7. Meta jiġi determinat l-ammont ta' xi input partikolari li jiġi kkunsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat, għandha normalment tiġi kkunsidrata “konċessjoni normali għall-iskart”, u tali skart għandu normalment jitqies bħala kkunsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat. It-terminu “skart” jirriferi għal dik il-parti ta' input partikolari li ma sservix funzjoni indipendenti fil-proċess tal-produzzjoni, ma tiġix ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (għal raġunijiet bħall-ineffiċjenza) u ma tkunx irkuprata, użata jew mibjugħa mill-istess fabbrikant.

8. Id-determinazzjoni li ssir mill-Kummissjoni dwar jekk il-konċessjoni mitluba għall-iskart hijiex “normali” għandha normalment tieħu kont tal-proċess tal-produzzjoni, l-esperjenza medja tal-industrija fil-pajjiż tal-esportazzjoni, u fatturi oħra tekniċi, skont il-każ. Il-Kummissjoni għandha dejjem tiftakar li kwistjoni importanti hija jekk l-awtoritajiet fil-pajjiż tal-esportazzjoni ikkalkulawx raġonevolment tal-ammont ta' skart, meta tali ammont ikun maħsub biex jiġi inkluż fit-tnaqqis jew fir-remissjoni tat-taxxa jew dazju.




ANNESS III

LINJI GWIDA FID-DETERMINAZZJONI TA' SISTEMI TA' RTIRAR B'SOSTITUZZJONI BĦALA SUSSIDJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

I

Is-sistemi ta' rtirar jistgħu jippermettu r-rifużjoni jew l-irtirar ta' imposti tal-importazzjoni fuq inputs li jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni ta' prodott ieħor u fejn l-esportazzjoni ta' dan il-prodott tal-aħħar tkun tinkludi inputs domestiċi li jkollhom l-istess kwalità u karatteristiċi bħal dawk preżentati għall-inputs importati. Skont il-punt (i) tal-Anness I, is-sistemi ta' rtirar ta' sostituzzjoni jistgħu jikkostitwixxu sussidju fuq l-esportazzjoni sa fejn jirriżultaw f'irtirar li jeċċedi l-imposti tal-importazzjoni li nġabru inizjalment minn fuq l-inputs importati li għalihom ikun qed jintalab l-irtirar.

II

Fl-eżami ta' kwalunkwe sistema ta' rtirar ta' sostituzzjoni bħala parti minn investigazzjoni konnessa ma' dazju kumpensatorju taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha normalment tipproċedi fuq il-bażi li ġejja:

1. il-punt (i) tal-Anness I jistipula li inputs mis-suq domestiku jistgħu jissostitwixxu inputs importati fil-produzzjoni ta' prodott għall-esportazzjoni sakemm tali inputs ikunu ugwali fil-kwantità għal, u jkollhom l-istess kwalità u karatteristiċi bħal, l-inputs importati li jkunu qed jiġu sostitwiti. L-eżistenza ta' sistema jew proċedura ta' verifikazzjoni hija importanti għaliex tagħmilha possibbli għall-gvern ta' pajjiż tal-esportazzjoni li jassigura u juri li l-kwantità ta' inputs li għalihom jintalab l-irtirar ma teċċedix il-kwantità ta' prodotti simili esportati, fi kwalunkwe forma, u li ma jkunx hemm l-irtirar ta' imposti fuq l-importazzjoni li jeċċedu lil dawk oriġinarjament miġburin fuq l-inputs importati in kwistjoni;

2. fejn jiġi allegat li sistema tal-irtirar ta' sostituzzjoni tagħti sussidju, il-Kummissjoni għandha normalment l-ewwel tipproċedi biex tiddetermina jekk il-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni jkollux fis-seħħ, u japplikax, sistema jew proċedura ta' verifika. Fejn jiġi determinat li hija applikata sistema jew proċedura, il-Kummissjoni għandha normalment sussegwentement teżamina l-proċeduri ta' verifika sabiex tara jekk dawn ikunux raġonevoli, effettivi għall-iskop maħsub, u bbażati fuq prattiċi kummerċjali ġeneralment aċċettati fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Sa fejn jiġi determinat li l-proċeduri jissodisfaw dan it-test u li huma applikati b'mod effettiv, l-ebda sussidju ma jiġi preżunt li jeżisti. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li jkun meħtieġ li tagħmel, skont l-Artikolu 26(2), ċerti testijiet prattiċi sabiex tivverifika l-informazzjoni jew tissodisfa lilha nnfisha li l-proċeduri ta' verifika huma applikati effettivament;

3. fejn ma jeżistux proċeduri ta' verifika, fejn ma jkunux ragonevoli, jew fejn tali proċeduri jkunu istitwiti u kkunsidrati raġonevoli iżda jinstab li ma jkunux attwalment qegħdin jiġu applikati jew applikati effettivament, jista' jkun hemm sussidju. F'tali każijiet, ikun meħtieġ eżami ulterjuri, mill-pajjiż tal-esportazzjoni, ibbażat fuq it-transazzjonijiet attwali involuti sabiex jiġi determinat jekk ikunx sar ħlas eċċessiv. Jekk il-Kummissjoni tħoss li jkun meħtieg, jista' jsir eżami ieħor skont il-punt 2;

4. l-eżistenza ta' dispożizzjoni ta' rtirar b'sostituzzjoni li taħtha l-esportaturi jistgħu jagħżlu l-vjeġġi ta' importazzjoni partikolari li fuqhom jintalab l-irtirar m'għandhiex minnha nfisha titqies li tagħti sussidju;

5. jitqies bħala li jeżisti l-irtirar eċċessiv ta' imposti fuq l-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I fejn l-gvernijiet ħallsu l-imgħax fuq xi flejjes li tħallsu lura taħt l-iskemi tal-irtirar tagħhom, sa fejn ikun attwalment tħallas jew eżiġibbli l-imgħax.




ANNESS IV

(Dan l-Anness jirriproduċi l-Anness 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Kwalunkwe terminu jew espressjoni mhux spjegati hawnhekk jew li ma jispjegawx lilhom infushom għandhom jiġu interpretati fil-kuntest ta' dak il-Ftehim.)

APPOĠĠ DOMESTIKU: IL-BAŻI TA' EŻENZJONI MILL- IMPENJI TA' TNAQQIS

1.

Il-miżuri ta' appoġġ domestiku li għalihom ikun hemm talba għal eżenzjoni mill-impenji ta' tnaqqis għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit fundamentali li ma jkollhom ebda, jew għall-aktar minimalment, effetti ta' distorsjoni tal-kummerċ jew effetti fuq il-produzzjoni. Għaldaqstant, il-miżuri kollha li għalihom issir talba għall-eżenzjoni għandhom ikunu konformi mal-kriterji bażiċi li ġejjin:

(a) l-appoġġ in kwistjoni għandu jingħata permezz ta' programm governattiv finanzjat minn fondi pubbliċi (inkluż introjtu governattiv ikkunsidrat bħala mhux eżiġibbli) li ma jinvolvix trasferimenti minn konsumaturi; u

(b) l-appoġġ in kwistjoni ma jkollux l-effett li jipprovdi appoġġ fil-prezz għall-fabbrikanti;

kif ukoll ma' kriterji ta' linja politika speċifika u ma' kondizzjonijiet kif stabbiliti hawn taħt.

Programmi ta' servizzi governattivi

2.   Servizzi ġenerali

Il-linji politiċi f'din il-kategorija jinvolvu nfiq (jew introjtu kkunsidrat bħala ineżiġibbli) relattivament għal programmi li jipprovdu servizzi jew benefiċċji lill-agrikoltura jew lill-komunitajiet rurali. M'għandhomx jinvolvu pagamenti diretti lill-produtturi jew lil dawk li jipproċessaw. Tali programmi, li jinkludu iżda li m'humiex ristretti għal-lista li ġejja, għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali fil-punt 1 u l-kondizzjonijiet ta' linja politika speċifika fejn ikunu stabbiliti hawn taħt:

(a) ir-riċerka, inkluża r-riċerka ġenerali, ir-riċerka konnessa ma' programmi ambjentali, u programmi ta' riċerka relatati ma' prodotti partikolari;

(b) il-kontroll ta' organiżmi pestiferi u ta' mard, inklużi miżuri ta' kontroll, ġenerali u speċifiċi għall-prodott, ta' organiżmi pestiferi u ta' mard, bħal sistemi ta' twissija bikrija, kwarantina u qerda;

(c) servizzi ta' taħriġ, inklużi faċilitajiet ta' taħriġ kemm ġenerali kif ukoll speċifiku;

(d) servizzi ta' estensjoni u konsultattivi, inkluż l-għoti ta' mezzi sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta' informazzjoni u r-riżultati tar-riċerka lil produtturi u konsumaturi;

(e) servizzi ta' ispezzjoni, inklużi servizzi ta' ispezzjoni ġenerali u l-ispezzjoni ta' prodotti partikolari għall-finijet ta' saħħa, sigurtà, gradazzjoni jew standardizzazzjoni;

(f) servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni, inklużi informazzjoni dwar is-suq, konsulenza u promozzjoni dwar prodotti partikolari iżda eskluż infiq għal skopijiet mhux speċifikati li jistgħu jintużaw mill-bejjiegħa biex inaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom jew biex jagħtu benefiċċju ekonomiku dirett lix-xerrejja; u

(g) servizzi infrastrutturali, inklużi: ir-retikolat tad-distribuzzjoni tal-elettriku, it-toroq u mezzi oħra ta' trasport, il-faċilitajiet tas-swieq u l-portijiet, il-faċilitajiet tal-provvista tal-ilma, l-iskemi ta' digi u drenaġġi, u x-xogħol infrastrutturali marbut ma' programmi ambjentali. Fil-każijiet kollha l-infiq għandu jkun dirett lejn il-provvista jew kostruzzjoni ta' xogħolijiet kapitali biss, u għandha teskludi l-provvista sussidjata ta' faċilitajiet tal-irziezet ħlief għal dawk tar-retikolat tad-distribuzzjoni ta' bżonnijiet pubbliċi ġeneralment disponibbli. M'għandhiex tinkludi sussidji għal inputs jew spejjeż operattivi, jew imposti preferenzjali ta' użu.

3.   Ħażna pubblika għal skopijiet ta' sigurtà tal-ikel ( 13 )

L-infiq (jew l-introjtu kkunsidrat bħala ineżiġibbli) relatat mal-akkumulazzjoni u l-ħażna ta' stokkijiet ta' prodotti li jkunu jagħmlu parti integrali minn programm ta' sigurtà tal-ikel li jkun identifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan jista' jinkludi għajnuna governattiva għal ħażniet privati ta' prodotti bħala parti minn tali programm.

Il-volum u l-akkumulazzjoni ta' tali ħażniet għandhom jikkorrispondu għal miri predeterminati relatati biss mas-sigurtà tal-ikel. Il-proċess tal-akkumulazzjoni ta' ħażniet u l-użu tagħhom għandu jkun finanzjarjament trasparenti. Ix-xiri ta' ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet kurrenti tas-suq u l-bejgħ mill-ħażniet ta' sigurtà tal-ikel għandu jsir bi prezz li ma jkunx anqas minn dak kurrenti fis-suq domestiku għall-prodott u l-kwalità applikabbli.

4.   Għajnuna għal ikel domestiku ( 14 )

L-infiq (jew l-introjtu kkunsidrat bħala ineżiġibbli) relatat mal-għoti ta' għajnuna domestika ta' ikel lil sezzjonijiet tal-popolazzjoni li jkunu fil-bżonn.

L-eliġibbiltà għar-riċezzjoni tal-għajnuna ta' ikel għandha tkun soġġetta għal kriterji definiti b'mod ċar relatati ma' għanijiet ta' nutriment. Tali għajnuna għandha tkun fil-forma ta' għotja diretta ta' ikel lil dawk ikkonċernati jew l-għotja ta' mezzi li jippermettu lir-reċipjenti eliġibbli li jixtru ikel bi prezzijiet tas-suq jew sussidjati. Ix-xiri ta' ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet kurrenti tas-suq u l-iffinanzjar u l-amministrazjoni tal-għajnuna għandhom ikunu trasparenti.

5.   Pagamenti diretti lill-produtturi

Appoġġ provdut permezz ta' pagamenti diretti (jew introjtu kkunsidrat bħala ineżiġibbli, inklużi pagamenti in natura) lill-produtturi li għalih l-eżenzjoni, kif mitluba, minn impenji ta' tnaqqis, għandha tissodisfa l-kriterji bażiċi stabbiliti fil-punt 1, kif ukoll kriterji speċifiċi li japplikaw għal tipi individwali ta' pagament dirett kif stabbilit fil-punti 6 sa 13. Fejn tintalab eżenzjoni minn tnaqqis għal kwalunkwe tip eżistenti jew ġdid ta' pagament dirett barra dawk speċifikati fil-punti 6 sa 13, din għandha tkun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punti 6(b) sa (e), minbarra l-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt 1.

6.   Appoġġ għal dħul separat

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata permezz ta' kriterji definiti b'mod ċar bħal dħul, status bħala produttur jew sid l-art, użu fattorjali jew livell ta' produzzjoni f'perjodu ta' żmien bażiku li jkun definit u fiss.

(b) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta' annimali ħajjin) li ssir mill-produttur fi kwalunkwe sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku.

(c) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li jkunu applikabbli għal xi produzzjoni magħmula matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku.

(d) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandu jkollu ebda relazzjoni ma', jew ikun ibbażat fuq, il-fatturi tal-produzzjoni użati matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku.

(e) M'għandha tkun meħtieġa ebda produzzjoni għar-riċezzjoni ta' tali pagamenti.

7.   Parteċipazzjoni finanzjarja governattiva f'assigurazzjoni tad-dħul u programmi għas-sigurtà tad-dħul

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata b'telf fid-dħul, wara li jittieħed kont biss tad-dħul derivat mill-agrikoltura, li jeċċedi 30 % tal-medja tad-dħul globali jew l-ekwivalenti f'termini ta' dħul nett (eskluż kwalunkwe pagamenti mill-istess skema jew minn skemi simili) matul il-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew il-medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, eskluż l-għola u l-anqas entrata. Kull produttur li jissodisfa din il-kondizzjoni għandu jkun eliġibbli biex jirċievi l-pagamenti.

(b) L-ammont ta' tali pagamenti għandu jikkompensa għal anqas minn 70 % tat-telf fid-dħul tal-produttur fis-sena li l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-għajnuna.

(c) L-ammont ta' kwalunkwe tali pagament għandu jkun relatat biss ma' dħul; m'għandux ikun relatat mat-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta' annimali ħajjin) li ssir mill-produttur; jew mal-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal tali produzzjoni; jew għall-fatturi tal-produzzjoni użati.

(d) Fejn produttur jirċievi pagamenti matul l-istess sena taħt dan il-puntu u taħt il-punt 8 (għajnuna ta' solliev minn diżastri naturali), it-total ta' tali pagamenti għandu jkun inqas minn 100 % tat-telf totali tal-produttur.

8.   Pagamenti (magħmula direttament jew permezz ta' parteċipazzjoni finanzjarja governattiva fi skemi ta' assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba') għal għajnuna ta' solliev minn diżastri naturali

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tirriżulta biss wara rikonoxximent formali mill-awtoritajiet governattivi li seħħ jew li jkun qed iseħħ diżastru naturali jew diżastru simili (inkluż it-tixrid ta' mard, infestazzjoni pestifera insetti, inċidenti nukleari, u gwerra fit-territorju tal-Membru kkonċernat); u għandha tkun determinata b'telf fil-produzzjoni li jaqbeż it-30 % tal-medja tal-produzzjoni matul il-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew il-medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla u l-anqas entrata.

(b) Il-pagamenti li jsiru wara diżastru għandhom jiġu applikati biss fir-rigward ta' telf ta' dħul, annimali ħajjin (inklużi pagamenti relatati mat-trattament veterinarju tal-annimali), art jew fatturi oħra tal-produzzjoni kawżati mid-diżastru naturali in kwistjoni.

(c) Il-pagamenti għandhom jikkumpensaw għal mhux aktar mill-ispiża totali għall-bdil ta' dak it-telf u m'għandhomx jeħtieġu jew jispeċifikaw it-tip jew kwantità ta' produzzjoni futura.

(d) Il-pagamenti magħmula matul diżastru m'għandhomx jeċċedu l-livell meħtieġ biex ikun impedut jew imnaqqas aktar telf kif definit fil-kriterju stabbilit fil-punt (b).

(e) Fejn produttur jirċievi pagamenti matul l-istess sena taħt dan il-punt u taħt il-punt 7 (programmi ta' assigurazzjoni tad-dħul u sigurtà fuq id-dħul), it-total ta' tali pagamenti għandu jkun anqas minn 100 % tat-telf totali tal-produttur.

9.   Assistenza għal aġġustament strutturali provduta permezz ta' programmi għall-irtirar ta' produtturi

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata b'referenza għal kriterji definiti b'mod ċar fi programmi mfassla biex jiffaċilitaw l-irtirar mix-xogħol ta' persuni li jaħdmu fil-produzzjoni agrikola kummerċjabbli, jew li jbiddlu għal attivitajiet mhux agrikoli.

(b) Il-pagamenti għandhom isiru bil-kondizzjoni li r-reċipjenti jirtiraw mix-xogħol b'mod totali u permanenti mill-produzzjoni agrikola kummerċjabbli.

10.   Assistenza għal aġġustament strutturali provduta permezz ta' programmi għall-irtirar ta' riżorsi

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata b'referenza għal kriterji definiti b'mod ċar fi programmi mfassla għat-tneħħija tal-art u ta' riżorsi oħra, inklużi annimali ħajjin, mill-produzzjoni agrikola kummerċjabbli.

(b) Il-pagamenti għandhom isiru bil-kondizzjoni tal-irtirar tal-art mill-produzzjoni agrikola kummerċjabbli għal minimu ta' tliet snin, u fil-każ ta' annimali ħajjin, fuq il-qatla tagħhom jew it-tneħħija tagħhom fuq bażi permanenti u definittiva.

(c) Il-pagamenti m'għandhomx jeħtieġu jew jispeċifikaw xi użu alternattiv għal dik l-art jew kwalunkwe riżorsa oħra li jinvolvu l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(d) Il-pagamenti m'għandhomx ikunu relatati la mat-tip u lanqas mal-kwantità tal-produzzjoni jew relatati mal-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li jkunu japplikaw għall-produzzjoni li ssir bl-użu tal-art jew kwalunkwe riżorsa oħra li jkunu għadhom fil-produzzjoni.

11.   Assistenza għal aġġustament strutturali provduta permezz ta' għajnuna fl-investiment

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata b'referenza għal kriterji definiti b'mod ċar fi programmi governattivi mfassla biex jgħinu r-ristrutturazzjoni finanzjarja jew fiżika tal-operat ta' produttur b'risposta għal żvantaġġi strutturali murija b'oġġettività. L-eliġibbiltà għal tali programmi tista' wkoll tkun ibbażata fuq programm governattiv definit b'mod ċar għall-privatizzazzjoni mill-ġdid ta' art agrikola.

(b) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ikun ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta' annimali ħajjin) li ssir mill-produttur matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku barra minn dak previst taħt il-kriterju (e).

(c) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ikun ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal xi produzzjoni li ssir matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku.

(d) Il-pagamenti għandhom jingħataw biss għall-perjodu ta' żmien meħtieġ sabiex jitwettaq l-investiment li għalih ikunu ġew provduti.

(e) Il-pagamenti m'għandhomx jawtorizzaw jew b'xi mod jiddenominaw, il-prodotti agrikoli li jkunu sejrin jiġu prodotti mir-reċipjenti ħlief sabiex dawn ikunu meħtieġa li ma jipproduċux xi prodott partikolari.

(f) Il-pagamenti għandhom ikunu limitati għall-ammont meħtieġ biex jikkumpensa għall-iżvantaġġ strutturali.

12.   Pagamenti taħt programmi ambjentali

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun determinata bħala parti minn programm ambjentali jew ta' konservazzjoni governattiv definit b'mod ċar u tkun dipendenti fuq l-adempiment ta' kondizzjonijiet speċifiċi taħt il-programm governattiv, inklużi kondizzjonijiet relatati ma' metodi jew inputs ta' produzzjoni.

(b) L-ammont ta' pagament għandu jkun limitat għall-ispejjeż żejda jew għat-telf ta' dħul involuti fl-adempiment mal-programm governattiv.

13.   Pagamenti taħt programmi ta' assistenza reġjonali

(a) L-eliġibbiltà għal tali pagamenti għandha tkun limitata għal produtturi f'reġjuni żvantaġġati. Kull wieħed minn tali reġjuni għandu jkun żona ġeografika kontigwa denominata b'mod ċar b'identità ekonomika u amministrattiva definibbli, meqjusa bħala żvantaġġata fuq il-bażi ta' kriterji newtrali u oġġettivi stabbiliti b'mod ċar f'liġi jew regolament u li jindikaw li d-diffikultajiet tar-reġjun joriġinaw minn ċirkostanzi li jkunu aktar milli temporanji.

(b) L-ammont ta' tali pagamenti matul sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta' annimali ħajjin) li ssir mill-produttur matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku ħlief sabiex titnaqqas dik il-produzzjoni.

(c) L-ammont ta' tali pagamenti matul kwalunkwe sena partikolari m'għandux ikun relatat ma', jew ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal kwalunkwe produzzjoni li ssir matul xi sena wara l-perjodu ta' żmien bażiku.

(d) Il-pagamenti għandhom ikunu disponibbli biss lil produtturi fir-reġjuni eliġibbli, iżda ġeneralment disponibbli lill-produtturi kollha f'dawk ir-reġjuni.

(e) Fejn ikunu relatati ma' fatturi ta' produzzjoni, il-pagamenti għandhom isiru f'rata digressiva 'il fuq minn livell ta' limitu tal-fattur konċernat.

(f) Il-pagamenti għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż żejda jew għat-telf ta' dħul involuti fil-produzzjoni agrikola li ssir fiż-żona stabbilita.




ANNESS V

REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MAL-EMENDA TIEGĦU



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

(ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93)

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Il-punt 18 tal-Anness biss




ANNESS VI

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Regolament (KE) Nru 597/2009

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 11

Artikoli 1 sa 11

Artikolu 12(1) sa (4)

Artikolu 12(1) sa (4)

Artikolu 12(6)

Artikolu 12(5)

Artikoli 13 u 14

Artikoli 13 u 14

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(2), it-tieni sentenza

Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(3)

Artikoli 16 sa 27

Artikoli 16 sa 27

Artikolu 28(1) sa (4)

Artikolu 28(1) sa (4)

Artikolu 28(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 28(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(5), it-tieni sentenza

Artikolu 28(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 28(6)

Artikolu 28(6)

Artikoli 29 sa 33

Artikoli 29 sa 33

Artikolu 33a

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 35

Artikolu 36

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

Anness V

Anness VI

Anness V

Anness VI



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ara l-paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas-7 ta' Novembru 2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (ĠU L 312, 11.11.2006, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8).

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10).

( 7 ) “Kummerċjalment disponibbli” tfisser li l-għażla bejn prodotti domestiċi u importati mhijiex ristretta u tiddipendi biss minn konsiderazzjonijiet kummerċjali.

( 8 ) Id-differiment jista' ma jammontax għal sussidju tal-esportazzjoni fejn, per eżempju, jinġabru imposti adegwati fuq imgħaxijiet

( 9 ) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

 “taxxi diretti” tfisser taxxi fuq pagi, qligħ, imgħaxijiet, kirjiet, jeddijiet ta1-awtur, u kull forma oħra ta' dħul, kif ukoll taxxi fuq proprjetà immobbli,

 “imposti fuq l-importazzjoni” tfisser tariffi, dazji, u imposti fiskali oħrajn mhux elenkati band' oħra f'din in-nota li jinġabru minn fuq importazzjonijiet,

 “taxxi indiretti” tfisser bejgħ, sisa, fatturat, valur miżjud, franchise, boll,taxxi fuq transferimenti, fuq inventarji u fuq tagħmir, taxxi tal-fruntiera u kull taxxa minbarra taxxi diretti u imposti fuq l-importazzjoni,

 taxxi indiretti “fi stadju aktar kmieni” huma t-taxxi li jinġabru fuq oġġetti jew servizzi użati direttament jew indirettament fil-manifattura tal-prodott,

 taxxi indiretti “kumulattivi” huma taxxi imposti f'diversi stadji fejn m'hemmx mekkaniżmu għall-ikkreditar sussegwenti ta' taxxa jekk l-oġġetti jew servizzi soġġetti għat-taxxa fi stadju partikolari tal-produzzjoni jintużaw fi stat suċċessiv tal-produzzjoni,

 “remissjoni” ta' taxxi tinkludi r-rifużjoni jew it-tnaqqis ta' taxxi,

 “remissjoni jew 1-irtirar” tinkludi 1-eżenzjoni parzjali jew totali jew id-differiment ta' imposti fuq l-importazzjoni.

( 10 ) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2 tal-punt (e).

( 11 ) Il-punt (h) ma japplikax għal sistemi ta' taxxa fuq il-valur miżjud u aġġustament ta' taxxa fuq il-fruntiera minflok; il-problema ta' remissjoni eċċessiva ta' taxi fuq il-valur miżjud hija esklużivament koperta bil-punt (g).

( 12 ) Inputs li jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni huma inputs fiżikament inkorporati, enerġija, karburanti u żejt użati fil-proċess tal-produzzjoni u katalisti li jiġu kkunsmati tul l-użu tagħhom biex jinkiseb il-prodott esportat.

( 13 ) Għall-iskop tal-punt 3 ta' dan l-Anness, programmi governattivi ta' stockholding għal skopijiet ta' sigurtà tal-ikel f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-operazzjoni tagħhom hija trasparenti u mmexxija skont kriterji jew linji gwida oġġettivi uffiċjalment ippubblikati għandhom jitqiesu bħala konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt, inklużi programmi li taħthom ħażniet ta' prodotti tal-ikel għal skopijiet ta' sigurtà tal-ikel huma akkwistati u rilaxxati bi prezzijiet amministrati, sakemm jittieħed kont fl-AMS tad-differenza bejn il-prezz ta' akkwist u l-prezz estern ta' referenza.

( 14 ) Għall-iskopijiet tal-punti 3 u 4 ta' dan l-Anness, il-provvista ta' prodotti tal-ikel bi prezzijiet sussidjati bl-objettiv li jiġu sodisfatti ħtiġijiet tal-ikel ta' foqra urbani u rurali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw fuq bażi regolari bi prezzijiet raġonevoli għandhom jitqiesu bħala konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt.