2016R0559 — MT — 10.09.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA'' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/559

tal-11 ta'' April 2016

li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

(ĠU L 096 12.4.2016, p. 20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA'' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1615 tat-8 ta'' Settembru 2016

  L 242

17

9.9.2016




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/559

tal-11 ta' April 2016

li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib



▼M1

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 152(3)(b)(i) u l-Artikolu 209(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma hawnhekk awtorizzati:

(a) matul perjodu ta' sitt xhur li jibda fit-13 ta' April 2016 jew it-13 ta' Ottubru 2016 li jikkonkludu ftehim konġunt volontarj u jieħdu deċiżjonijiet komuni b'validità li tintemm sa mhux aktar tard mit-12 ta' Ottubru 2016 jew it-12 ta' April 2017, rispettivament, dwar l-ippjanar tal-volum tal-ħalib li għandu jiġi prodott; jew

(b) li tiġi estiża l-validità ta' tali ftehimiet jew deċiżjonijiet konklużi jew mittieħda matul il-perjodu li jibda mit-13 ta' April 2016 għal perjodu li ma jaqbiżx it-12 ta' April 2017.

▼B

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jkunu strettament immirati lejn l-istabbilizzazzjoni tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

Artikolu 3

L-ambitu ġeografiku ta' din l-awtorizzazzjoni huwa t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 4

1.  Hekk kif il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu konklużi jew meħuda, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali kkonċernati għandhom jikkomunikaw dawk il-ftehimiet jew deċiżjonijiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li għandu l-ogħla proporzjon tal-volum stmat tal-produzzjoni tal-ħalib kopert minn dawk il-ftehimiet jew deċiżjonijiet, billi jindikaw dan li ġej:

(a) il-volum tal-produzzjoni stmat kopert;

(b) il-perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni mistenni.

▼M1

2.  Sa mhux aktar tard minn 25 jum wara tmiem kull perjodu ta' sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 1, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali kkonċernati għandhom jikkomunikaw il-volum tal-produzzjoni attwalment kopert mill-ftehimiet jew mid-deċiżjonijiet lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

3.  F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 1 ) l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a) sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara tmiem kull xahar, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet ikkomunikati lilhom f'konformità mal-paragrafu 1 matul dak il-perjodu;

▼M1

(b) sa mhux aktar tard minn 30 jum wara tmiem kull perjodu ta' sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 1, ħarsa ġenerali lejn il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet implimentati matul dak il-perjodu.

▼B

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).