02016R0480 — MT — 25.10.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/480

tal-1 ta' April 2016

li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 087 2.4.2016, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1440 tat-8 ta' Awwissu 2017

  L 206

3

9.8.2017

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2381 tad-29 ta’ Settembru 2023

  L 

1

5.10.2023




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/480

tal-1 ta' April 2016

li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti rigward il-konnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq mas-sistema tal-messaġġi tal-ERRU, kif stipulat fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“ERRU (Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq)” tfisser sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, stabbilita skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(b) 

“Interfaċċa asinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal talba jiġi rritornat fuq konnessjoni HTTP ġdida.

(c) 

“Tfittxija ġenerali” tfisser messaġġ ta' talba mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lill-Istati Membri l-oħra kollha.

(d) 

“Hub ċentrali” tfisser is-sistema ta' informazzjoni li tippermetti r-routing tal-messaġġi tal-ERRU bejn l-Istati Membri.

(e) 

“CPC” tfisser ċertifikat ta' kompetenza professjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(f) 

“Stat Membru tal-ksur” tfisser l-Istat Membru li fih impriża tat-trasport tkun wettqet ksur.

(g) 

“Stat Membru ta' stabbiliment” tfisser l-Istat Membru li fih impriża tat-trasport tkun stabbilita.

(h) 

“Sistema nazzjonali” tfisser is-sistema ta' informazzjoni stabbilita f'kull Stat Membru sabiex il-messaġġi tal-ERRU jkunu jistgħu jintbagħtu, jiġu pproċessati u jitwieġbu.

(i) 

“Interfaċċa sinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal talba jiġi rritornat fuq l-istess konnessjoni HTTP li kienet intużat għat-talba.

(j) 

“Stat Membru tat-talba” tfisser l-Istat Membru li jibgħat talba jew notifika, li mbagħad tiġi routed lill-Istati Membri xierqa tat-tweġiba.

(k) 

“Stat Membru tat-tweġiba” tfisser l-Istat Membru li lilu kienet diretta t-talba jew in-notifika tal-ERRU.

▼M2

(l) 

“Kontroll mingħajr ksur” tfisser kontroll fejn ma jinstab l-ebda ksur

▼B

Artikolu 3

Obbligu ta' konnessjoni mal-ERRU

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 mal-ERRU skont il-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament.

▼M1

Il-konnessjoni mal-ERRU ta' Stat Membru għandha titqies li tkun ġiet stabbilita meta jitlestew it-testijiet tal-konnessjoni, tal-integrazzjoni u tal-prestazzjoni skont l-istruzzjonijiet u bis-sorveljanza tal-Kummissjoni. It-tul massimu ta' dawn it-testijiet għandu jkun sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri f'każ ta' falliment tat-testijiet imsemmija hawn fuq. Jekk dawk il-miżuri ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni tista' tirtira l-appoġġ tal-ittestjar sakemm l-Istat Membru jagħti prova li jkun sar progress biżżejjed fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-konnessjoni mal-ERRU.

▼B

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-ERRU għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Annessi I sa VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Użu tal-ERRU

1.  
Meta jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-ERRU, l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

▼M2

2.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess lill-korpi ta’ kontroll inkarigati mill-kontrolli mal-ġenb tat-triq għall-funzjonalità tad-Data tal-Impriża ta’ Kontroll tat-Trasport.

▼B

3.  
F'każijiet li fihom diversi korpi nazzjonali tal-kontroll ikunu involuti fil-kontrolli f'ġenb it-triq, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema minn dawk il-korpi għandu jingħata l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

Tħassir

B'hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 jitħassar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-30 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

ASPETTI ĠENERALI TAL-ERRU

1.   ARKITETTURA

L-ERRU se tkun magħmula mill-partijiet li ġejjin:

1.1. 

Hub ċentrali, li jkun jista' jirċievi talba mingħand l-Istat Membru tat-talba, jivvalidaha u jipproċessaha billi jgħaddiha lill-Istati Membri tat-tweġiba. Il-hub ċentrali jistenna biex kull Stat Membru tat-tweġiba jwieġeb, jikkonsolida t-tweġibiet kollha u jgħaddi t-tweġiba kkonsolidata lill-Istat Membru tat-talba.

1.2. 

Sistema nazzjonali għal kull Stat Membru, li se tkun mgħammra b'interfaċċa li tkun kapaċi tibgħat it-talbiet lill-hub ċentrali kif ukoll tirċievi t-tweġibiet korrispondenti. Is-sistemi nazzjonali jistgħu jużaw softwer tagħhom stess jew softwer kummerċjali biex jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi mill-hub ċentrali.

▼M1

1.3. 

Il-messaġġi kollha għandhom jingħaddu mis-sistema ċentrali.

▼B

2.   ĠESTJONI

2.1.

Il-hub ċentrali se jiġi ġestit mill-Kummissjoni, li se tkun responsabbli għat-tħaddim tekniku u għall-manutenzjoni tal-hub ċentrali.

▼M1

2.2.

Is-sistema ċentrali m'għandhiex taħżen id-dejta għal iżjed minn sitt (6) xhur, għajr id-dejta tal-illoggjar, statistika u tad-direzzjonar kif stabbilit fl-Anness VII.

2.3.

Is-sistema ċentrali mhux se tipprovdi aċċess għad-dejta personali, ħlief lill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-operazzjoni teknika, il-manutenzjoni u s-sejbien ta-soluzzjonijiet.

▼B

2.4.

L-Istati Membri se jkunu responsabbli:

2.4.1. 

Għat-twaqqif u għall-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom, inkluża l-interfaċċa mal-hub ċentrali.

2.4.2. 

Għall-installazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom, kemm tal-ħardwer kif ukoll tas-softwer, u sewwasew jekk tkun sistema tagħhom stess jew sistema kummerċjali.

2.4.3. 

Għall-interoperabbiltà korretta tas-sistema nazzjonali tagħhom mal-hub ċentrali, inkluża l-ġestjoni tal-messaġġi tal-iżbalji li jirċievi l-hub ċentrali.

2.4.4. 

Sabiex jieħdu l-miżuri kollha biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni.

2.4.5. 

Għat-tħaddim tas-sistemi nazzjonali skont il-livelli ta' servizz stabbiliti fl-Anness VI.

2.5.

Il-portal tal-web MOVEHUB

Il-Kummissjoni se tipprovdi applikazzjoni bbażata fuq il-web b'aċċess f'qafas sigur, imsejħa “l-portal tal-web MOVEHUB”, filwaqt li tipprovdi minn tal-inqas is-servizzi li ġejjin:

(a) 

L-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-Istati Membri

(b) 

In-notifika tal-manutenzjoni fuq il-hub ċentrali u fuq is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.

(c) 

Rapporti aggregati

(d) 

Ġestjoni tal-kuntatti

(e) 

Skemi XSD

▼M1

2.6.

Ġestjoni tal-kuntatti

Il-funzjonalità tal-ġestjoni tal-kuntatti se tipprovdi l-kapaċità lil kull Stat Membru biex imexxi d-dettalji tal-kuntatt fir-rigward tal-kategoriji kummerċjali, operazzjonali, tekniċi u ta' politika ta' dak l-Istat Membru, għax l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru hi responsabbli għaż-żamma tal-kuntatti tagħha stess. Se jkun possibbli li wieħed jara, iżda mhux jeditja, id-dettalji tal-kuntatt tal-Istati Membri l-oħra.

▼B




ANNESS II

FUNZJONALITAJIET TAL-ERRU

▼M2

1. Il-funzjonalitajiet li ġejjin għandhom jiġu pprovduti permezz tal-ERRU:

1.1. 

Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba (CGR): jippermetti lill-Istat Membru tat-talba jibgħat mistoqsija lil Stat Membru wieħed tat-tweġiba jew lil kollha kemm huma, sabiex tiġi ddeterminata l-qagħda medika ta’ maniġer tat-trasport u b’hekk l-awtorizzazzjoni li jmexxi impriża tat-trasport.

1.2. 

Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll (NCR): tippermetti lill-Istat Membru fejn ikun sar il-kontroll jinnotifika r-riżultat tal-kontroll lill-Istat Membru ta’ stabbiliment. Meta jinstab ksur serju waqt il-kontroll, l-Istat Membru fejn jinstab il-ksur jinnotifika lill-Istat Membru ta’ stabbiliment permezz tal-NCR li l-impriża tat-trasport wettqet ksur serju, u jista’ jitlob li jiġu applikati penali lill-impriża tat-trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Meta ma jkun instab l-ebda ksur matul il-kontroll, l-NCR tippermetti lill-Istat Membru fejn ikun twettaq il-kontroll jinnotifika lill-Istat Membru ta’ stabbiliment bir-riżultat pożittiv tal-kontroll.

1.3. 

Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport (CTUD): jippermetti lill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba jibgħat mistoqsija lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar id-data li ġejja li hija speċifika għal impriża tat-trasport:

— 
l-informazzjoni dwar il-Liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentiċi ċċertifikati,
— 
il-klassifikazzjoni tar-riskju u n-notazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju,
— 
l-għadd ta’ vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriża tat-trasport,
— 
in-numru tar-reġistrazzjoni u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriża tat-trasport,
— 
l-għadd ta’ impjegati.
1.4. 

Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina (NU): tippermetti lil Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha li maniġer tat-trasport ġie ddikjarat b’qagħda medika ħażina u li b’riżultat ta’ dan, iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali tiegħu ma għadux validu fl-ebda Stat Membru.

▼B

2. Se jiġu inklużi tipi oħra ta' messaġġi li jitqiesu li huma adattati għall-funzjonament effiċjenti tal-ERRU, pereżempju, notifiki tal-iżbalji.




ANNESS III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-MESSAĠĠI TAL-ERRU

1.   REKWIŻITI TEKNIĊI ĠENERALI

1.1.

Il-hub ċentrali se tipprovdi interfaċċa sinkronika u oħra asinkronika għall-iskambju ta' messaġġi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar teknoloġija adattata għall-interfaċċa mal-applikazzjonijiet tagħhom stess.

1.2.

Il-messaġġi kollha skambjati bejn il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali jridu jkunu enkowdjati UTF-8.

1.3.

L-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom jistgħu jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi li jkun fihom ittri Griegi jew Ċirilliċi.

2.   STRUTTURA TAL-MESSAĠĠI U DEFINIZZJONI TAL-ISKEMA XML (XSD)

2.1.

L-istruttura ġenerali tal-messaġġi XML issegwi l-format definit mill-iskemi XSD installati fil-hub ċentrali.

2.2.

Il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali jittrażmettu u jirċievu messaġġi li jikkonformaw mal-iskema XSD tal-messaġġi.

2.3.

Is-sistemi nazzjonali se jkunu kapaċi jibagħtu, jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha li jikkorrispondu ma' kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet stabbiliti fl-Anness II.

2.4.

Minn tal-inqas il-messaġġi XML jinkludu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

▼M2




Appendiċi

Rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML



Intestatura Komuni

Obbligatorji

Verżjoni

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML se tiġi speċifikata permezz tal-ispazju tal-isem definit fil-messaġġ XSD u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-Intestatura ta’ kwalunkwe messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) se jiġi definit bħala valur fiss f’kull rilaxx tal-fajl tad-Definizzjoni ta’ Skema XML (xsd).

Iva

Identifikatur tat-Test

ID fakultattiv għall-ittestjar. L-oriġinatur tat-test jimla l-ID u l-parteċipanti kollha fil-workflow jittrażmettu/jirritornaw l-istess ID. Fil-produzzjoni dan għandu jiġi injorat u mhux se jintuża jekk jiġi pprovdut.

Le

Identifikatur tat-Test

UUID li jidentifika b’mod uniku kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ jiġġenera UUID u jimla dan l-attribut. Din id-data ma tintużax f’xi kapaċità kummerċjali.

Iva

Identifikatur tal-Workflow

Il-workflowId huwa UUID u għandu jiġi ġġenerat mill-Istat Membru li jagħmel it-talba. Dan l-ID imbagħad jintuża fil-messaġġi kollha għall-korrelazzjoni tal-workflow.

Iva

Mibgħut Fi

Id-data u l-ħin (UTC) meta ntbagħat il-messaġġ.

Iva

Skadenza

Dan hu attribut fakultattiv tad-data u tal-ħin (fil-format ta’ UTC). Dan il-valur tiffissah biss is-sistema ċentrali għat-talbiet li jintbagħtu u jiġi kkalkulat skont id-data/il-ħin meta s-sistema ċentrali tirċievi l-ewwel talba. Dan jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar il-ħin meta tiskadi t-talba. Dan il-valur mhux meħtieġ fl-ewwel talbiet mibgħuta lis-sistema ċentrali u fil-messaġġi kollha tat-tweġiba.

Le

Minn

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alfa 2 tal-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ jew “UE”.

Iva

Lil

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alfa 2 tal-Istat Membru li lilu jintbagħat il-messaġġ jew “UE”.

Iva

Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba



Talba għal Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba

Obbligatorju

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Talba

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet talba għal tfittxija.

Iva

Dettalji tal-Maniġer tat-Trasport

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tas-CPC

Kunjom

Kunjom(ijiet) tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq is-CPC.

Iva

Isem

L-isem sħiħ tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali.

Iva

Data tat-Twelid

Id-data tat-twelid tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Post tat-Twelid

Il-post tat-twelid tal-maniġer tat-trasport.

Le

Indirizz

L-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali u l-pajjiż tal-maniġer tat-trasport.

Le

Dettalji tas-CPC

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tal-maniġer tat-trasport

Numru tas-CPC

In-numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Iva

Data tal-Ħruġ tas-CPC

Id-data tal-ħruġ tas-CPC, fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Pajjiż tal-Ħruġ tas-CPC

Il-pajjiż tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 3166-1 Alfa 2.

Iva



Tweġiba għall-Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tat-talba.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Talba

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet talba għal tfittxija.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Tweġiba

L-awtorità kompetenti li tkun wieġbet it-talba għal tfittxija.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tat-tfittxija (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Deskrizzjoni ta’ spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Instabu Dettalji tal-Maniġer tat-Trasport

Iva, jekk Instab il-Kodiċi tal-Istatus

Kunjom

Il-kunjom(ijiet) tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat/i fir-reġistru.

Iva

Isem

L-isem sħiħ tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Data tat-Twelid

Id-data tat-twelid tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Post tat-Twelid

Il-post tat-twelid tal-maniġer tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Le

Numru tas-CPC

In-numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Data tal-Ħruġ tas-CPC

Id-data tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Pajjiż tal-Ħruġ tas-CPC

Il-pajjiż tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 3166-1 Alfa 2 kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Validità tas-CPC

Dikjarazzjoni ta’ ‘Validu‘ jew “Mhux validu”

Iva

Total ta’ Impriżi Ġestiti

L-għadd ta’ impriżi tat-trasport li magħhom ikun assoċjat il-maniġer tat-trasport.

Iva

Total ta’ Vetturi Ġestiti

L-għadd totali ta’ vetturi li magħhom ikun assoċjat il-maniġer tat-trasport.

Iva

Qagħda medika

Dikjarazzjoni ta’ “Qagħda Medika Tajba” jew ta’ “Qagħda Medika Ħażina”.

Iva

Data tal-Bidu tal-Qagħda Medika Ħażina

Id-data tal-bidu tal-qagħda medika ħażina tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva jekk il-“Qagħda Medika” hija “Qagħda Medika Ħażina”.

Data tat-Tmiem tal-Qagħda Medika Ħażina

Id-data tat-tmiem tal-qagħda medika ħażina tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva jekk il-“Qagħda Medika” hija “Qagħda Medika Ħażina”.

Metodu tat-Tfittxija

Il-metodu li jintuża biex jinstab il-maniġer tat-trasport: NYSIIS, CPC jew wieħed Apposta.

Iva

Impriża tat-Trasport (għal kull Maniġer tat-Trasport li jinstab)

Iva jekk l-Impriżi Ġestiti > 0

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport (l-isem u l-forma ġuridika) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Indirizz tal-Impriża tat-Trasport

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20).

Iva

Status tal-Liċenzja Komunitarja

L-istatus tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Vetturi Ġestiti

L-għadd ta’ vetturi ġestiti kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll



Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jidentifika kull notifika individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ in-notifika.

Iva

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport li hija soġġetta għall-kontroll.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja jew tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-impriża tat-trasport (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20).

Iva

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura kkontrollata

Iva

Pajjiż tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura

Il-pajjiż li fih tkun irreġistrata l-vettura kkontrollata

Iva

Informazzjoni ġenerali dwar il-kontroll

 

Data tal-kontroll

Id-data tal-kontroll fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Kontroll mingħajr ksur

Iva/Le

Iva

Ksur minuri

Iva, jekk instab ksur minuri wieħed jew iktar waqt il-kontroll

Data tal-ksur minuri

Id-data tal-ksur fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Iva

Għadd ta’ ksur minuri

L-għadd ta’ ksur minuri li nstabu.

Iva

Ksur serju

Iva, jekk instab ksur serju waqt il-kontroll

Data tal-Ksur

Id-data tal-ksur fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Iva

Kategorija

Il-kategorija tal-ksur:

— MSI: L-iktar ksur serju

— VSI: Ksur serju ħafna

— SI: Ksur serju

Iva

Tip ta’ Ksur

F’konformità mal-klassifikazzjoni pprovduta fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 (1)

Iva

Appell Possibbli

Jekk appell kontra l-ksur ikun għadu possibbli fil-ħin tan-notifika.

Iva / Le

Iva

Penali Imposta (għal kull ksur serju)

Iva, jekk rilevanti

Identifikatur tal-Penali Imposta

In-numru tas-serje tal-penali individwali imposta.

Iva

Data tad-Deċiżjoni Finali

Id-data tad-deċiżjoni finali tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Tip ta’ Penali Imposta

Dikjarazzjoni ta’ waħda minn dawn:

— 101: “Twissija”

— 201: “Projbizzjoni temporanja fuq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ”

— 202: “Multa”

— 203: “Projbizzjoni”

— 204: “Immobilizzazzjoni”

— 102: “Oħrajn”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Le

Data tat-Tmiem

Id-data tat-tmiem tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Le

Esegwit

Iva / Le

Iva

Penali Mitluba (għal kull Ksur Serju)

Le

Identifikatur tal-Penali Mitluba

In-numru tas-serje tal-penali individwali mitluba.

Iva

Tip ta’ Penali Mitluba

Dikjarazzjoni ta’ waħda minn dawn:

— 101: “Twissija”

— 301: “Irtirar temporanju ta’ xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

— 302: “Irtirar permanenti ta’ xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

— 303: “Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”.

— 304: “Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”.

— 305: “Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

— 306: “Irtirar tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

— 307: “Ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq soġġett għall-kundizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin”

Iva

Durata

Id-durata tal-penali mitluba (jiem kalendarji).

Le

(1)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jaf iwassal għat-telf tar-reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq, u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8)



Notifika tat-Tweġiba tar-Riżultat tal-Kontroll

Obbligatorja, jekk instab ksur wieħed jew iktar waqt il-kontroll

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tan-notifika.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Ħruġ tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li ħarġet in-notifika ta’ ksur oriġinali.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Liċenzjar

L-awtorità kompetenti li twieġeb in-notifika ta’ ksur.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba għall-ksur (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Deskrizzjoni ta’ spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

Isem l-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Indirizz tal-Impriża tat-Trasport

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż) kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20).

Iva

Status tal-Liċenzja Komunitarja

L-istatus tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Penali Imposta

Le

Identifikatur tal-Penali Imposta

In-numru tas-serje tal-penali individwali imposta (mogħti fl-Identifikatur tal-Penali Mitluba tan-Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll).

Iva

Awtorità Kompetenti li Timponi l-Penali

Isem l-awtorità kompetenti li timponi l-penali.

Iva

Ġiet Imposta

Iva/Le

Iva

Tip ta’ Penali Imposta

Dikjarazzjoni ta’ waħda minn dawn:

— 101: “Twissija”

— 301: “Irtirar temporanju ta’ xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

— 302: “Irtirar permanenti ta’ xi wħud mill-kopji awtentiċi ċċertifikati tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

— 303: “Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”.

— 304: “Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”.

— 305: “Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

— 306: “Irtirar tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq”

— 307: “Ħruġ tal-attestazzjonijiet tas-sewwieq soġġett għall-kundizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin”

— 102: “Oħrajn”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Le

Data tat-Tmiem

Id-data tat-tmiem tal-penali imposta fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Le

Raġuni

Raġuni jekk il-penali ma tiġix imposta.

Le



Notifika tal-Konferma ta’ Riċevuta tar-Riżultat tal-Kontroll

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tan-notifika jew tat-tweġiba.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tal-konferma ta’ riċevuta.

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Sekwenza tal-Messaġġ tal-Istatus

Le

Awtorità Kompetenti tal-Ħruġ tan-Notifika

Għal NCRN_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tad-Destinazzjoni”.

Għal NCRR_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tal-Konferma ta’ Riċevuta”.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Liċenzjar

Għal NCRN_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tal-Konferma ta’ Riċevuta”.

Għal NCRR_Ack: fil-leġiżlazzjoni, dan il-qasam huwa rrappreżentat bħala “Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti tad-Destinazzjoni”.

Iva

Tip ta’ Konferma ta’ Riċevuta

Definizzjoni ta’ Tip ta’ Konferma ta’ Riċevuta

Valuri Possibbli:

— “NCRN_Ack”

— “NCRR_Ack”

Iva

Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport



Talba għal Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Ħruġ tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ it-talba għal tfittxija.

Iva

Identifikazzjoni tal-Impriża tat-Trasport

Iva

Isem l-Impriża tat-Trasport

L-isem tal-impriża tat-trasport.

Huma meħtieġa mill-inqas tnejn mill-entrati tat-tfittxija.

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja jew tal-kopja awtentika ċċertifikata (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20).

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura

In-numru tar-reġistrazzjoni ta’ waħda mill-vetturi tal-impriża tat-trasport

Pajjiż tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura

Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Iva, jekk jiġi pprovdut in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Talba għall-Vetturi Kollha

Sabiex jintalbu n-numri tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kollha ġestiti mill-impriża.

Iva/Le

Iva



Tweġiba tal-Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jidentifika kull talba individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Ħruġ tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ it-talba għal tfittxija.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Tweġiba

L-awtorità kompetenti li tipprovdi t-tweġiba.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba (eż. instabet, ma nstabitx, żball, eċċ.).

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Deskrizzjoni ta’ spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Informazzjoni Ġenerali dwar l-Impriża tat-Trasport

Iva, jekk instab il-kodiċi tal-istatus

Isem l-Impriża tat-Trasport

L-isem tal-impriża tat-trasport (l-isem u l-forma ġuridika).

Iva

Indirizz tal-Impriża tat-Trasport

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż) kif irreġistrat fir-reġistru

Iva

Għadd ta’ Vetturi Ġestiti

L-għadd ta’ vetturi ġestiti kif irreġistrat fir-reġistru.

Iva

Għadd ta’ Persuni Impjegati

L-għadd ta’ persuni impjegati fl-impriża fil-31 ta’ Diċembru li għadda.

Iva

Klassifikazzjoni tar-Riskju

Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża.

Iva

Kulur tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju

Il-kulur tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża (aħdar, oranġjo, aħmar, griż).

Iva

Dettalji tal-Liċenzja Komunitarja

Iva, jekk instab il-kodiċi tal-istatus

Awtorità Kompetenti tal-Liċenzjar

L-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja Komunitarja lill-impriża tat-trasport.

Iva

Numru tal-Liċenzja Komunitarja

In-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20)

Iva

Status tal-Liċenzja

L-istatus tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru

Iva

Tip ta’ Liċenzja

It-tip tal-liċenzja Komunitarja kif irreġistrat fir-reġistru. Dikjarazzjoni ta’:

— “Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri”

— “Liċenzja nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri”

— “Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-oġġetti”

— “Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-oġġetti, esklużivament ≤ 3,5 t”

— “Liċenzja nazzjonali għat-trasport tal-oġġetti”

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu tal-liċenzja Komunitarja

Iva

Data tal-Iskadenza

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja Komunitarja

Iva

Data tal-Irtirar

Id-data tal-irtirar tal-liċenzja Komunitarja

Iva, jekk instabet

Data tas-Sospensjoni

Id-data tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja

Iva, jekk instabet

Data tal-Iskadenza tas-Sospensjoni

Id-data li fiha tiskadi s-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja.

Iva, jekk instabet

Dettalji tal-Kopja Awtentika Ċċertifikata

Iva

Numru tal-Kopja Awtentika Ċċertifikata

In-numru tas-serje ta’ kull kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja tal-impriża tat-trasport kif irreġistrat fir-reġistru (entrata alfanumerika għal test liberu, twil minn 1 sa 20)

Iva

Data tal-Bidu

Id-data tal-bidu ta’ kull kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data tal-iskadenza

Id-data tal-iskadenza ta’ kull kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva

Data tal-Irtirar

Id-data tal-irtirar ta’ kull kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva, jekk instabet

Data tas-Sospensjoni

Id-data tas-sospensjoni tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva, jekk instabet

Data tal-Iskadenza tas-Sospensjoni

Id-data li fiha tiskadi kull sospensjoni tal-kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja.

Iva, jekk instabet

Dettalji tal-Vettura

Iva, jekk il-valur ta’ “Talba għall-Vetturi Kollha” fit-Talba tas-CTUD huwa “Iva”.

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura

In-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura tal-impriża tat-trasport

Iva

Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura tal-impriża tat-trasport.

Iva

Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina



Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jidentifika kull notifika individwali.

Iva

Awtorità Kompetenti tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ in-notifika.

Iva

Dettalji tal-Maniġer tat-Trasport

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tas-CPC

Kunjom

Kunjom(ijiet) tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq is-CPC.

Iva

Isem

L-isem sħiħ tal-maniġer tat-trasport kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali.

Iva

Data tat-Twelid

Id-data tat-twelid tal-maniġer tat-trasport fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Post tat-Twelid

Il-post tat-twelid tal-maniġer tat-trasport.

Le

Dettalji tas-CPC

Iva, jekk ma jkunx hemm dettalji tal-maniġer tat-trasport

Numru tas-CPC

In-numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Iva

Data tal-Ħruġ tas-CPC

Id-data tal-ħruġ tas-CPC, fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva

Pajjiż tal-Ħruġ tas-CPC

Il-pajjiż tal-ħruġ tas-CPC fil-format ISO 3166-1 Alfa 2.

Iva

Dikjarazzjoni ta’ Qagħda Medika Ħażina

Iva

Data tal-Bidu tal-Qagħda Medika Ħażina

Id-data tal-bidu tal-qagħda medika ħażina, fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

Iva



Konferma ta’ Riċevuta tan-Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta’ referenza li jaqbel mal-identifikatur tal-każ tan-negozju tan-notifika.

Iva

Awtorità Kompetenti tal-Ħruġ tan-Notifika

L-awtorità kompetenti li toħroġ in-notifika.

Iva

Awtorità Kompetenti tat-Tweġiba

L-awtorità kompetenti li tipprovdi l-konferma ta’ riċevuta.

Iva

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tal-konferma ta’ riċevuta.

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Sekwenza tal-Messaġġ tal-Istatus

Le

▼B




ANNESS IV

SERVIZZI TA' TRAŻLITTERAZZJONI U TA' NYSIIS

1.

L-algoritmu tan-NYSIIS implimentat fil-hub ċentrali se jintuża sabiex jiġu enkowdjati l-ismijiet tal-maniġers kollha tat-trasport fir-reġistru nazzjonali.

2.

L-Istati Membri għandhom dejjem jużaw il-kjavi tan-NYSIIS bħala l-mekkaniżmu primarju ta' tfittxija meta jfittxu fir-reġistru għal maniġer tat-trasport permezz tal-funzjonalità tas-CGR.

3.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw algoritmu apposta biex jagħtihom riżultati addizzjonali.

4.

Ir-riżultati tat-tfittxija jindikaw b'liema mekkaniżmu ta' tfittxija nstab rekord, jekk hux bin-NYSIIS, jew bis-CPC jew b'wieħed apposta.




ANNESS V

REKWIZITI TA' SIGURTÀ

1.

Dejjem irid jintuża l-HTTPS għall-iskambju ta' messaġġi bejn il-hub ċentrali u s-sistemi nazzjonali.

2.

Is-sistemi nazzjonali se jużaw iċ-ċertifikati tal-PKI pprovduti mill-Kummissjoni sabiex it-trażmissjoni tal-messaġġi bejn is-sistema nazzjonali u l-hub issir f'qafas sigur.

3.

Bħala minimu, is-sistemi nazzjonali se jimplimentaw iċ-ċertifikati li jużaw l-algoritmu tal-hash tal-firma SHA-2 (SHA-256) u tul tal-kjavi pubblika ta' 2 048 bit.




ANNESS VI

LIVELLI TA' SERVIZZ

1.

Is-sistemi nazzjonali se jissodisfaw il-livell minimu ta' servizz li ġej:

1.1. 

Se jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat (7) ijiem fil-ġimgħa.

1.2. 

Id-disponibbiltà tagħhom għandha tiġi ssorveljata b'messaġġ pulsanti li jinħareġ mill-hub ċentrali.

1.3. 

Ir-rata ta' disponibbiltà tagħhom se tkun ta' 98 %, skont it-tabella li ġejja (iċ-ċifri ġew aġġustati 'l fuq għall-eqreb unità konvenjenti):



Disponibbiltà ta'

tfisser nuqqas ta' disponibbiltà ta'

Kuljum

Kull xahar

Kull sena

98 %

0,5 sigħat

15-il siegħa

7,5 ijiem

L-Istati Membri mħeġġa jirrispettaw ir-rata ta' disponibbiltà ta' kuljum, madankollu, huwa rikonoxxut li ċerti attivitajiet neċessarji, bħall-manutenzjoni tas-sistema, jeħtieġu perjodu ta' waqfien ta' iżjed minn 30 minuta. Madankollu, ir-rati ta' disponibbiltà ta' kull xahar u ta' kull sena jibqgħu obbligatorji.

1.4. 

L-Istati Membri se jwieġbu minimu ta' 98 % tat-talbiet li jintbagħtulhom f'xahar kalendarju wieħed.

▼M2

1.5. 

Meta jintbagħtu t-tweġibiet tal-Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba, konfermi ta’ riċevuta tan-Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll, it-tweġibiet tal-Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport u l-konfermi ta’ riċevuta tad-Dikjarazzjoni ta’ Qagħda Medika Ħażina f’konformità mal-Anness VIII:

1.5.1. 

Għandhom iwieġbu għat-talbiet fi żmien 10 sekondi.

1.5.2. 

It-timeout tat-talba globali (iż-żmien meta min jagħmel it-talba jkun qed jistenna tweġiba) ma għandhiex taqbeż l-20 sekonda.

1.5.3. 

Għandhom ikunu kapaċi jipprovdu rata ta’ talbiet ta’ sitt messaġġi kull sekonda.

▼B

1.6. 

Is-sistemi nazzjonali mhumiex se jibagħtu talbiet lill-hub tal-ERRU b'rata li tkun iżjed minn żewġ talbiet kull sekonda.

1.7. 

Kull sistema nazzjonali se tkun kapaċi tlaħħaq mal-problemi tekniċi potenzjali tal-hub ċentrali jew tas-sistemi nazzjonali fi Stati Membri oħra. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

Telf tal-konnessjoni mal-hub ċentrali

(b) 

Ebda tweġiba għal talba

(c) 

Riċevuta tat-tweġibiet wara li jiskadi ż-żmien ta' messaġġ

(d) 

Riċevuta ta' messaġġi mhux mitluba

(e) 

Riċevuta ta' messaġġi mhux validi

2.

Il-hub ċentrali se:

2.1. 

Jkollu rata ta' disponibbiltà ta' 98 %.

2.2. 

Jipprovdi notifika ta' kwalunkwe żball lis-sistemi nazzjonali, permezz tal-messaġġ ta' tweġiba jew inkella permezz ta' messaġġ dedikat ta' żball. Is-sistemi nazzjonali, min-naħa tagħhom, se jirċievu dawn il-messaġġi dedikati ta' żbalji u jkollhom fis-seħħ eskalazzjoni fil-fluss tax-xogħol sabiex jieħdu kwalunkwe azzjoni li tkun xierqa biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji nnotifikati. ►M1  Meta jintalbu, il-Kummissjoni għandha tingħata dettalji dwar din il-proċedura tal-eskalazzjoni. ◄

3.

Manutenzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe attività ta' manutenzjoni ta' rutina permezz tal-applikazzjoni tal-web, minn tal-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta' dawk l-attivitajiet, jekk dan ikun possibbli teknikament.




ANNEX VII

REĠISTRAZZJONI U STATISTIKA

1.

Dan l-Anness jipprovdi dettalji dwar id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-dejta statistika miġbura fil-hub ċentrali, mhux fl-Istati Membri.

▼M1

2.

Sabiex tkun żgurata l-privatezza, id-dejta għall-finijiet statistiċi u tad-direzzjonar għandha tkun anonima. Id-dejta li tidentifika meniġer tat-trasport speċifiku, impriża tat-trasport speċifika, liċenzja Komunitarja speċifika jew CPC speċifika mhux se tkun disponibbli għall-finijiet statistiċi.

▼B

3.

L-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni żżomm amment tat-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' debugging, u tippermetti l-ġenerazzjoni tal-istatistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet.

▼M1

4.

Id-dejta personali mhux se tinżamm fir-reġistri għal iżjed minn sitt (6) xhur minn meta titlesta tranżazzjoni. L-informazzjoni statistika u tad-direzzjonar għandha tinżamm indefinittivament.

5.

Id-dejta statistika li tintuża għar-rappurtar tista' tinkludi, fost l-oħrajn:

(a) 

L-Istat Membru tat-talba.

(b) 

L-Istat Membru tat-tweġiba.

(c) 

It-tip ta' messaġġ.

(d) 

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

(e) 

Id-data u l-ħin tal-messaġġi.

(f) 

Il-ħin tat-tweġiba.

▼B




ANNESS VIII

UŻU TAL-ERRU

▼M2

1.   KONTROLL TAR-REPUTAZZJONI TAJBA TAL-MANIĠERS TAT-TRASPORT

Meta ssir il-verifika permezz tal-ERRU, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, dwar jekk maniġer tat-trasport ġiex iddikjarat b’qagħda medika ħażina biex iġestixxi l-attivitajiet tat-trasport ta’ impriża f’wieħed mill-Istati Membru, l-Istati Membri għandhom iwettqu tfittxija ġenerali ta’ CGR billi jibagħtu Talba għal Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba. L-Istati Membri tat-tweġiba għandhom iwieġbu għat-talba billi jibagħtu Tweġiba għall-Kontroll tar-Reputazzjoni Tajba.

2.   NOTIFIKA TAR-RIŻULTATI TAL-KONTROLL

2.1. Għan-notifika ta’ ksur serju permezz tal-ERRU, l-Istat Membru tal-ksur għandu jibgħat Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll lill-Istat Membru ta’ stabbiliment bl-informazzjoni dwar il-ksur. Il-ksur mhux ikkategorizzat fid-Direttiva 2006/22/KE jew fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 ma għandux jiġi nnotifikat.

2.2. Meta ma jinstab l-ebda ksur waqt il-kontroll, għandha tintbagħat Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll lill-Istat Membru ta’ stabbiliment li tikkonsisti mill-informazzjoni dwar il-kontroll mingħajr ksur kif stabbilit fl-Anness III.

2.3. Kontroll ma għandux jitqies bħala kontroll mingħajr ksur meta jkun ġie identifikat xi ksur minuri. Meta jinstab ksur minuri biss waqt il-kontroll, għandha tintbagħat Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll lill-Istat Membru ta’ stabbiliment li tikkonsisti minn informazzjoni dwar id-data u l-għadd ta’ ksur minuri li nstabu.

2.4. In-Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll għandha tintbagħat malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard minn 6 ġimgħat mid-deċiżjoni finali dwar il-ksur identifikat, jekk ikun hemm, filwaqt li tiġi pprovduta l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III.

2.5. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jwieġeb in-Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll billi jibgħat Notifika ta’ Tweġiba tar-Riżultat tal-Kontroll, mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard minn 6 ġimgħat mid-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni, li biha jagħti informazzjoni dwar liema mill-penali mitluba mill-Istat Membru tal-ksur ġew imposti, jekk ikun il-każ. Jekk penali bħal dawn ma jiġux imposti, in-Notifika tat-Tweġiba tar-Riżultat tal-Kontroll għandha tinkludi r-raġunijiet għalfejn dan kien il-każ. In-Notifika tat-Tweġiba tar-Riżultat tal-Kontroll ma għandhiex tkun meħtieġa meta n-Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll tirreferi għal kontroll mingħajr ksur.

2.6. Fil-każijiet kollha, Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll u Notifika ta’ Tweġiba tar-Riżultat tal-Kontroll għandhom jiġu kkonfermati permezz ta’ Konferma ta’ Riċevuta ta’ Notifika tar-Riżultat tal-Kontroll.

3.   KONTROLL TAD-DATA TAL-IMPRIŻA TAT-TRASPORT

3.1. Meta jikkontrolla permezz tal-ERRU kwalunkwe data tal-impriża tat-trasport imsemmija fil-punt 1.3 tal-Anness II, Stat Membru għandu jibgħat Talba għall-Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport lill-Istat Membru ta’ stabbiliment.

3.2. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jwieġeb billi jibgħat Tweġiba għall-Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport.

3.3. Il-mistoqsijiet li jintbagħtu permezz tal-funzjonalità tas-CTUD għandhom isiru billi jiddaħħlu l-isem tal-impriża tat-trasport, in-numru tal-liċenzja Komunitarja tagħha jew in-numru ta’ kwalunkwe waħda mill-kopji awtentiċi ċċertifikati, jew in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-vetturi tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir tfittxija billi jiġu ttajpjati iktar minn tnejn mill-entrati msemmija hawn fuq.

3.4. L-Istati Membri tat-tweġiba, meta jfittxu ir-riżultat ta’ talba tas-CTUD fir-reġistri tagħhom abbażi tal-liċenzja Komunitarja jew tan-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, għandhom jieħdu miżuri biex jadattaw il-format tad-data fit-talba għat-tfittxija għall-format tad-data fir-reġistru nazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri tat-tweġiba, meta jfittxu r-riżultat ta’ talba tas-CTUD fir-reġistri tagħhom abbażi tal-liċenzja Komunitarja jew tan-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, għandhom jinjoraw karattri speċjali bħal sing jew żbarra. It-test inbjank għandu jiġi injorat ukoll.

3.5. L-Istati Membri tat-tweġiba għandhom jirritornaw l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli permezz tal-messaġġi XML definiti fl-Anness III lill-Istati Membri tat-talba. Jekk parti mill-informazzjoni mitluba ma tkunx instabet, dan ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri tat-tweġiba milli jipprovdu l-bqija tal-informazzjoni mitluba li tkun disponibbli fir-reġistru, inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vetturi mingħajr ebda kopja awtentika ċċertifikata assoċjata.

4.   NOTIFIKA TAL-QAGĦDA MEDIKA ĦAŻINA TA’ MANIĠER TAT-TRASPORT

4.1. Meta maniġer tat-trasport ikun ġie ddikjarat b’qagħda medika ħażina fi Stat Membru wieħed, dak l-Istat Membru jista’ jibgħat Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina lill-Istati Membri l-oħra kollha.

4.2. Fil-każijiet kollha, Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ Konferma ta’ Riċevuta tan-Notifika ta’ Qagħda Medika Ħażina.