02016R0068 — MT — 02.03.2018 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/68

tal-21 ta' Jannar 2016

dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa

(ĠU L 015 22.1.2016, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1503 tal-25 ta' Awwissu 2017

  L 221

10

26.8.2017




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/68

tal-21 ta' Jannar 2016

dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti rigward il-konnessjoni obbligatorja tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-kards tas-sewwieqa mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “interfaċċa asinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal rikjesta jiġi ritornat fuq konnessjoni HTTP ġdida;

(b) “tfittxija ġenerali” tfisser messaġġ ta' rikjesta mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lill-Istati Membri kollha;

(c) “awtorità emittenti tal-kards” (“CIA”) tfisser l-entità awtorizzata minn Stat Membru għall-ħruġ u l-ġestjoni tal-kards tat-takografu;

(d) “sistema ċentrali” tfisser is-sistema tal-informazzjoni li tippermetti r-routing tal-messaġġi TACHOnet bejn l-Istati Membri;

(e) “sistema nazzjonali” tfisser is-sistema tal-informazzjoni stabbilita f'kull Stat Membru biex il-messaġġi TACHOnet ikunu jistgħu jintbagħtu, jiġu pproċessati u mwieġba;

(f) “interfaċċa sinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal rikjesta jiġi ritornat fuq l-istess konnessjoni HTTP li kienet intużat għar-rikjesta;

(g) “Stat Membru tar-rikjesta” tfisser l-Istat Membru li jibgħat rikjesta jew notifika, li mbagħad tiġi routed lill-Istat Membru jew l-Istati Membri xierqa għat-tweġiba;

(h) “Stat Membru tat-tweġiba” tfisser l-Istat Membru li lilu kienet indirizzata r-rikjesta jew in-notifika ta' TACHOnet;

(i) “tfittxija mmirata” tfisser messaġġ ta' rikjesta mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lil Stat Membru wieħed;

(j) “kard tat-takografu” tfisser kard tas-sewwieqa jew kard tal-workshop, kif iddefinit fl-Artikolu 2(f) u (k) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014;

▼M1

(k) “Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (‘TESTA’)” tfisser pjattaforma tal-interkonnessjoni tat-telekomunikazzjoni għal skambju sigur tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni.;

(l) “aċċess dirett għas-sistema TACHOnet” tfisser il-konnessjoni mas-sistema ta'messaġġi TACHOnet ta' reġistru elettroniku nazzjonali permezz ta' konnessjoni TESTA ġestita mill-Istat Membru li jospita r-reġistru;

(m) “aċċess indirett għas-sistema TACHOnet” tfisser il-konnessjoni mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet ta' reġistru elettroniku nazzjonali permezz ta' konnessjoni TESTA ġestita minn Stat Membru li ma jospitax ir-reġistru.

▼B

Artikolu 3

Obbligu tal-konnessjoni ma' TACHOnet

L-Istati Membri għandhom jikkollegaw ir-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet.

▼M1

Artikolu 3a

Il-konnessjoni minn pajjiżi terzi

Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, pajjiżi terzi jistgħu jagħmlu konnessjoni tar-reġistri elettroniċi tagħhom mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet, jekk jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3b

Testijiet preliminari

Il-konnessjoni ta' reġistru elettroniku nazzjonali mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet, kemm b'aċċess dirett jew indirett, għandha tiġi stabbilita wara li jitlestew b'suċċess it-testijiet tal-konnessjoni, tal-integrazzjoni u tal-prestazzjoni skont l-istruzzjonijiet u taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni.

Jekk it-testijiet preliminari jfallu, il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament il-fażi tal-ittestjar. It-testjar għandu jissokta meta l-awtorità nazzjonali responsabbli tikkomunika lill-Kummissjoni l-adozzjoni tat-titjib tekniku meħtieġ fil-livell nazzjonali li jippermetti s-suċċess tat-testijiet preliminarji.

It-tul massimu tat-testijiet preliminari għandu jkun sitt xhur.

▼B

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa VII.

Artikolu 5

Użu ta' TACHOnet

L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness VIII.

L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-sistema ta' messaġġi TACHOnet lill-awtoritajiet nazzjonali emittenti tal-kards tagħhom u lill-uffiċjali tal-kontroll li jwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli effettivi tal-validità, tal-istatus u tal-uniċità tal-kards tas-sewwieqa.

▼M1

Artikolu 5a

Aċċess indirett għat-TACHOnet

1.  Awtorità nazzjonali li titlob aċċess indirett għat-TACHOnet għandha tressaq dawn id-dokumenti segwenti lill-Kummissjoni:

(a) ittra ffirmata minn rappreżentant tal-awtorità nazzjonali li titlob lill-Kummissjoni biex tibda l-fażi tal-ittestjar sabiex jingħata aċċess indirett għat-TACHOnet;

(b) applikazzjoni għal aċċess indirett għat-TACHOnet fil-format stabbilit fl-Anness IX;

(c) il-kuntratt bilaterali bejn l-awtorità nazzjonali li qed titlob l-aċċess indirett u l-awtorità nazzjonali li tipprovdi dan l-aċċess permezz tal-konnessjoni TESTA tagħha, iffirmat minn rappreżentanti taż-żewġ awtoritajiet nazzjonali.

2.  Sa mhux aktar tard minn xahrejn mis-sottomissjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtorità nazzjonali kkonċernata biex-tippreżenta l-informazzjoni teknika meħtieġa sabiex jinbdew it-testijiet preliminari msemmija fl-Artikolu 3b.

3.  L-aċċess indirett għat-TACHOnet ma għandux jingħata sakemm ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma jkunux ġew issodisfati.

▼B

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Aspetti ġenerali tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.    Arkitettura

Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet se tkun magħmula mill-partijiet li ġejjin:

1.1. Sistema ċentrali, li se tkun tista' tirċievi rikjesta mingħand l-Istat Membru tar-rikjesta, tivvalidaha u tipproċessaha billi tgħaddiha lill-Istati Membri tat-tweġiba. Is-sistema ċentrali għandha tistenna lil kull Stat Membru tat-tweġiba biex iwieġeb, imbagħad tikkonsolida t-tweġibiet kollha u tibgħat ir-risposta kkonsolidata lill-Istat Membru tar-rikjesta.

▼M1

Il-messaġġi kollha tat-TACHOnet għandhom jingħaddu mis-sistema ċentrali.

1.2. Is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, li għandhom jiġu mgħammra b'interfaċċa li tkun kapaċi tibgħat ir-rikjesti lis-sistema ċentrali u, ukoll, tirċievi t-tweġibiet korrispondenti. Is-sistemi nazzjonali jistgħu jużaw software tagħhom stess jew software kummerċjali biex jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi mis-sistema ċentrali.

2.    Ġestjoni

2.1.

Is-sistema ċentrali se titmmexxa mill-Kummissjoni, li se tkun responsabbli għat-tħaddim tekniku u l-manutenzjoni tas-sistema ċentrali.

▼M1

2.2.

Is-sistema ċentrali m'għandhiex taħżen id-dejta għal iżjed minn sitt xhur, għajr id-dejta tal-illoggjar, statistika u r-routing kif stabbilit fl-Anness VII.

▼B

2.3.

Is-sistema ċentrali mhux se tipprovdi aċċess għad-dejta personali, ħlief lill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' monitoraġġ, ta' manutenzjoni u ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet.

2.4.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli:

2.4.1. Għat-twaqqif u l-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom, inkluż l-interfaċċa mas-sistema ċentrali.

2.4.2. Għall-installazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom, kemm tal-hardware u kif ukoll tas-software, u kemm jekk tagħhom stess jew sistema kummerċjali.

2.4.3. Għall-interoperabbiltà korretta tas-sistema nazzjonali tagħhom mas-sistema ċentrali, inkluża l-ġestjoni tal-messaġġi ta' żball li jaslu mis-sistema ċentrali.

2.4.4. Biex jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni.

2.4.5. Għat-tħaddim tas-sistemi nazzjonali skont il-livelli ta' servizz stabbiliti fl-Anness VI.

2.5.

Il-portal tal-web MOVEHUB

Il-Kummissjoni se tipprovdi applikazzjoni bbażata fuq il-web b'aċċess sikur, imsejħa “l-portal tal-web MOVEHUB”, li tipprovdi tal-inqas dawn is-servizzi li ġejjin:

(a) l-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-Istati Membri;

(b) in-notifika tal-manutenzjoni fuq is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri;

(c) rapporti aggregati;

(d) il-ġestjoni tal-kuntatti;

(e) skemi XSD.

2.6.

Il-ġestjoni tal-kuntatti

▼M1

2.6.1.

Il-funzjonalità tal-ġestjoni tal-kuntatti għandha tipprovdi lil kull Stat Membru bil-kapaċità li jamministra d-dettalji ta' kuntatt fir-rigward tal-kategoriji politiċi, kummerċjali, operazzjonali u tekniċi ta' dak l-Istat Membru, bl-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tkun responsabbli għaż-żamma tal-kuntatti tagħha stess. Għandu jkun possibbli li wieħed jara, iżda mhux jeditja, id-dettalji ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra.

▼M1 —————

▼B




ANNESS II

Funzjonalitajiet tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.

Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet li ġejjin:

1.1. Verifika tal-kards maħruġa (Check Issued Cards, CIC): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta biex jibgħat Rikjesta għal Verifika tal-Kards Maħruġa lil Stat Membru tat-tweġiba wieħed jew aktar, biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant diġà għandux kard tas-sewwieqa maħruġa mill-Stati Membri tat-tweġiba. L-Istati Membri tat-tweġiba għandhom iwieġbu għar-rikjesta billi jibagħtu Tweġiba għall-Verifika tal-kards maħruġa.

1.2. Verifika tal-istatus tal-kard (Check Card Status, CCS): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta li jistaqsi lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar id-dettalji ta' kard maħruġa minn dan tal-aħħar billi jibgħat Rikjesta għal Verifika tal-istatus tal-kard. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb għar-rikjesta billi jibgħat Tweġiba għall-Verifika tal-istatus tal-kard.

▼M1

1.3. Modifika tal-Istatus tal-Kard (Modify Card Status, MCS): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta tinnotifika lill-Istat Membru tat-tweġiba, permezz ta' Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard, li nbidel l-istatus ta' kard maħruġa mill-Istat Membru tat-tweġiba. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb it-talba għal Modifika tal-Istatus tal-Kard billi jibgħat Tweġiba għall-Modifika tal-Istatus tal-Kard malli jiġi aġġornat ir-reġistru jew meta n-notifika tiġi rrifjutata, filwaqt li jagħti l-eżitu tal-aġġornament u jindika l-istatus attwali tal-kard (kif irreġistrat fir-reġistru tal-kard tat-takografu). Din it-tweġiba għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem kalendarji wara li tkun intbagħtet ir-rikjesta għal notifika. F'kull każ, ir-Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard jew it-Tweġiba tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard għandha tiġi rikonoxxuta b'Rikonoxximent tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard.

▼B

1.4. Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan (Issued Card Driving License, ICDL): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta li jinnotifika lill-Istat Membru tat-tweġiba, permezz ta' Rikjesta għal kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan, li nħarġet kard minn dan tal-ewwel abbażi tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan tal-aħħar. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb bi Tweġiba għal Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan.

2.

Għandhom jiġu inklużi tipi oħrajn ta' messaġġi li jitqiesu li huma xierqa għall-funzjonament effiċjenti ta' TACHOnet, pereżempju notifiki tal-iżbalji.

3.

Is-sistemi nazzjonali għandhom jirrikonoxxu l-istatuses tal-kards elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness, meta jkun qiegħed jiġi użat wieħed mill-funzjonalitajiet deskritti fil-punt 1. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jimplimentaw proċedura amministrattiva li tagħmel użu mill-istatuses kollha elenkati.

4.

Meta Stat Membru jirċievi tweġiba jew notifika li tagħti status li ma jintużax fil-proċeduri amministrattivi tiegħu, dan l-istatus fil-messaġġ li jasal, is-sistema nazzjonali għandha tittraduċih għall-valur xieraq f'dik il-proċedura. Il-messaġġ ma għandhux jiġi miċħud mill-Istat Membru tat-tweġiba, kemm-il darba l-istatus fil-messaġġ ikun elenkat fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

▼M1

5.

L-istatus tal-kard elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness ma għandhomx jintużaw biex jiġi stabbilit jekk kard tas-sewwieqa hix valida għas-sewqan. Meta Stat Membru jistaqsi dwar ir-reġistu tal-Istat Membru tal-ħruġ tal-kard permezz tal-funzjonalità CCS jew CIC, it-tweġiba għandha tinkludi entrata apposta “valida għas-sewqan”. Il-proċeduri amministrattivi nazzjonali għandhom ikunu tali li t-tweġibiet CCS jew CIC ikollhom dejjem il-valur xieraq segwenti “valida għas-sewqan”.

▼B




Appendiċi

Statuses tal-kards



Status tal-kard

Definizzjoni

Applikazzjoni

Is-CIA rċeviet applikazzjoni biex tinħareġ kard tas-sewwieqa. Din l-informazzjoni ġiet irreġistrata u maħżuna fil-bażi tad-dejta mal-kjavi tat-tiftix iġġenerati.

Approvata

Is-CIA approvat l-applikazzjoni għall-kard tat-takografu.

Irrifjutata

Is-CIA ma approvatx l-applikazzjoni.

Ippersonalizzata

Il-kard tat-takografu ġiet ippersonalizzata.

Mibgħuta

L-Awtorità Nazzjonali bagħtet il-kard tas-sewwieqa lis-sewwieq jew lill-aġenzija tat-twassil rilevanti.

Mogħtija

L-Awtorità Nazzjonali tat il-kard tas-sewwieqa lis-sewwieq rilevanti.

Ikkonfiskata

Il-kard tas-sewwieqa ittieħdet mingħand is-sewwieq mill-awtorità kompetenti.

Sospiża

Il-kard tas-sewwieqa ttieħdet temporanjament mingħand is-sewwieq.

Irtirata

Is-CIA ddeċidiet li tirtira l-kard tas-sewwieqa. Il-kard ġiet invalidata definittivament.

Ċeduta

Il-kard tat-takografu ngħatat lura lis-CIA, u ġiet iddikjarata li ma għadhiex aktar meħtieġa.

Mitlufa

Il-kard tat-takografu ġiet iddikjarata mitlufa lis-CIA.

Misruqa

Il-kard tat-takografu ġiet iddikjarata misruqa lis-CIA. Kard misruqa titqies bħala mitlufa.

Bil-Ħsara

Il-kard tat-takografu ġiet irrappurtata li ma għadhiex taħdem sewwa lis-CIA.

Skadiet

Il-perjodu tal-validità tal-kard tat-takografu skada.

Mibdula

Il-kard tat-takografu, li ġiet irrapportata mitlufa, misruqa jew li ma għadiex taħdem sewwa, inbidlet b'kard ġdida. Id-dejta fuq il-kard il-ġdida hija l-istess, bl-eċċezzjoni tal-indiċi tas-sostituzzjoni tan-numru tal-kard, li ġie miżjud b'wieħed.

Imġedda

Il-kard tat-takografu ġiet imġedda minħabba xi tibdil fid-dejta amministrattiva jew minħabba li l-perjodu tal-validità se jintemm. In-numru tal-kard il-ġdida huwa l-istess wieħed, bl-eċċezzjoni tal-indiċi tas-sostituzzjoni tan-numru tal-kard, li ġie miżjud b'wieħed.

Fi skambju

Is-CIA li tkun ħarġet il-kard tas-sewwieqa rċeviet notifika li nbdiet il-proċedura għall-iskambju ta' dik il-kard ma' kard tas-sewwieqa maħruġa mis-CIA ta' Stat Membru ieħor.

Skambjata

Is-CIA li tkun ħarġet il-kard tas-sewwieqa rċeviet notifika li tlestiet il-proċedura għall-iskambju ta' dik il-kard ma' kard tas-sewwieqa maħruġa mis-CIA ta' Stat Membru ieħor.




ANNESS III

Dispożizzjonijiet tal-messaġġi tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.    Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.

Is-sistema ċentrali għandha tipprovdi interfaċċa sinkronika u oħra asinkronika għall-iskambju tal-messaġġi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-aktar teknoloġija adatta għall-interfaċċa mal-applikazzjonijiet tagħhom stess.

1.2.

Il-messaġġi kollha skambjati bejn is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kkowdjati UTF-8.

1.3.

Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi li jkun fihom il-karattri Griegi jew Ċirilliċi.

2.    Struttura tal-messaġġi XML u definizzjoni tal-Iskema (XSD)

2.1.

L-istruttura ġenerali tal-messaġġi XML għandha ssegwi l-format definit mill-iskemi XSD installati fis-sistema ċentrali.

2.2.

Is-sistema ċentrali u s-sistema nazzjonali għandhom jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi li jikkonformaw mal-iskema XSD tal-messaġġi.

▼M1

2.3.

Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jibagħtu, jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha li jikkorrispondu għal xi waħda mill-funzjonalitajiet stipulati fl-Anness II.

▼B

2.4.

Il-messaġġi XML għandhom mill-inqas jinkludu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

▼M1




Appendiċi

Ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML



Common Heading (Intestatura komuni)

Obbligatorji

Version (verżjoni)

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML se tiġi speċifikata fl-ispazju tal-isem definit fil-messaġġ XSD u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-Intestazzjoni ta' kwalunkwe messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) għandu jiġi definit bħala valur fiss f'kull rilaxx tal-fajl tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (xsd).

Iva

Test Identifier (identifikatur tat-Test)

ID fakultattiv għall-ittestjar. L-oriġinatur tat-test għandu jimla l-identifikatur u kull parteċipant fil-work flow għandu jittrażmetti/jirritorna l-istess identifikatur. Fil-produzzjoni dan għandu jiġi injorat, u jekk jingħata m'għandux jintuża.

Le

Technical Identifier (identifikatur Tekniku)

UUID li jidentifika b'mod uniku kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ għandu jiġġenera UUID u għandu jimla dan l-attribut. Din id-dejta m'għandhiex tintuża f'xi kapaċità kummerċjali.

Iva

Workflow Identifier (identifikatur tal-Workflow)

Il-workflowID hu UUID u għandu joħolqu l-Istat Membru tar-rikjesta. Imbagħad dan lidentifikatur għandu jintuża fil-messaġġi kollha biex jikkorrelaw il-workflow.

Iva

Sent at (mibgħut Fi)

Id-data u l-ħin (f'format UTC) meta ntbagħat il-messaġġ.

Iva

Timeout (skadenza)

Dan hu attribut fakultattiv tad-data u tal-ħin (fil-format ta' UTC). Dan il-valur għandha tiffissah biss is-sistema ċentrali għat-talbiet li jintbagħtu u jiġi kkalkulat skont id-data/ħin meta s-sistema ċentrali tirċievi l-ewwel rikjesta. Dan għandu jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar il-ħin meta tiskadi r-rikjesta. Dan il-valur mhux meħtieġ fl-ewwel rikjesti mibgħuta lis-sistema ċentrali u fil-messaġġi kollha tat-tweġiba.

Le

From (mingħand)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ jew “l-UE”.

Iva

To (lil)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li lilu jintbagħat il-messaġġ jew “l-UE”.

Iva



Check Issued Cards Request (Rikjesta għal Verifika tal-Kards Maħruġa)

Obbligatorji

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq.

Iva

First name (isem)

L-isem mogħti/tas-sewwieq.

Le

Date of birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq.

Le

Driving license number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le

Check Issued Cards Response (Tweġiba tal-Verifika tal-Kards Maħruġa)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Search Mechanisms (il-mekkaniżmu tat-tfittxija)

Il-kard instabet bit-tfittxija NYSIIS jew bi tfittxija adattata speċifikament.

Iva

Found Driver Details (Dettalji dwar is-Sewwieq Misjub)

Iva jekk jinstab is-sewwieq

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom ta' kull sewwieq misjub.

Iva

First Name (l-isem)

L-isem ta' kull sewwieq misjub.

Le

Date of birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid ta' kull sewwieq misjub.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid ta' kull sewwieq misjub.

Le

Card Details (Dettalji dwar il-Kard)

Iva jekk jinstab is-sewwieq

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard misjub.

Iva

Card Status (l-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard misjub.

Iva

Valid for driving (valida għas-sewqan)

Il-kard hi/mhix valida għas-sewqan.

Iva

Card Issuing Authority (l-awtorità li ħarġet il-kard)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard misjuba.

Iva

Card Start Validity of date (id-data tal-bidu tal-validità tal-kard)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard misjuba.

Iva

Card Expiry date (id-data tal-iskadenza tal-kard)

Id-data tal-iskadenza tal-kard misjuba.

Iva

Card Status Modified date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data meta l-kard misjuba nbidlet l-aħħar.

Iva

Temporary card (il-kard temporanja)

Il-kard misjuba hi kard temporanja.

Le

Driving License Details (Dettalji dwar il-Liċenzja tas-Sewqan)

Iva jekk tinstab kard tas-sewwieq

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Iva

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Iva

Driving License Status (l-istatus tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Driving License Issuing Date (id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Driving License Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq misjub.

Le

Workshop Card Details (Dettalji dwar il-Kard tal-Workshop)

Iva jekk tinstab kard tal-workshop

Workshop name (l-isem tal-workshop)

L-isem tal-workshop li għalih inħarġet il-kard tal-workshop misjuba.

Iva

Workshop address (indirizz tal-workshop)

L-indirizz tal-workshop li għalih inħarġet il-kard tal-workshop misjuba.

Iva

Check Card Status Request (Rikjesta għal Verifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard li hemm bżonn id-dettalji dwarha.

Iva



Check Card Status Response (Tweġiba tal-Verifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Requested Card Details (Dettalji dwar il-Kard Mitluba)

Iva jekk tinstab il-kard mitluba

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard mitluba.

Iva

Card Status (l-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard mitluba.

Iva

Valid for driving (Valida għas-sewqan)

Il-kard mitluba hi/mhix valida għas-sewqan.

Iva

Card Issuing Authority (l-awtorità li ħarġet il-kard)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard mitluba.

Iva

Card Start of validity date (id-data tal-bidu tal-validità tal-kard)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard mitluba.

Iva

Card Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-kard)

Id-data tal-iskadenza tal-kard mitluba.

Iva

Card Status Modified Date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data meta l-kard mitluba nbidlet l-aħħar.

Iva

Temporary card (il-kard temporanja)

Il-kard mitluba hi kard temporanja.

Le

Workshop Card Details (Dettalji tal-Kard tal-Workshop)

Iva jekk tinstab kard tal-workshop

Workshop name (l-isem tal-workshop)

L-isem tal-workshop li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Workshop address (l-indirizz tal-workshop)

L-indirizz tal-workshop li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Card Holder Details (Dettalji dwar id-Detentur tal-Kard)

 

Family name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

First name (l-isem)

L-isem tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Date of birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Place of birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Details (Dettalji dwar il-Liċenzja tas-Sewqan)

Iva jekk tinstab kard tas-sewwieq

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Driving License Issuing Country (il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ in-numru tal-liċenzja tas-sewqan lis-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Driving License Status (l-istatus tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Issuing Date (id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Driving License Expiry Date (id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le



Modify Card Status Request (Rikjesta għal Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

Il-numru tal-kard li nbidel l-istatus tagħha.

Iva

New Card Status (l-istatus il-ġdid tal-kard)

L-istatus li għalih inbidlet il-kard.

Iva

Card Status Modified date (id-data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data u l-ħin meta nbidel l-istatus tal-kard.

Iva

Declared by (Dikjarata Minn)

 

Authority (awtorità)

L-isem tal-awtorità li biddlet l-istatus tal-kard.

Iva

Authority address (l-indirizz tal-awtorità)

L-indirizz tal-awtorità li biddlet l-istatus tal-kard.

Iva

Family Name (il-kunjom)

Il-kunjom tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

First Name (l-isem)

L-isem tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

Phone (tel.)

In-numru tat-telefown tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le

Email

L-email tal-persuna li biddlet l-istatus tal-kard.

Le



Modify Card Status Acknowledgement (Rikonoxximent tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tar-rikonoxximent.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Acknowlegement type (it-tip tar-rikonoxximent)

It-tip tar-rikonoxximent: għar-rikjesta jew għal tweġiba.

Iva



Modify Card Status Response (Tweġiba tal-Modifika tal-Istatus tal-Kard)

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni tal-istatus spjegatorju.

Le

Card Number (In-numru tal-kard)

In-numru tal-kard tas-sewwieq mitluba.

Iva

Card Status (L-istatus tal-kard)

L-istatus tal-kard mitluba kif jidher fir-reġistru tal-kard tat-takografu.

Iva



Issued Card Driving License Request (Rikjesta għall-Ħruġ tal-Karta tas-Sewwieq abbażi tal-Liċenzja tas-Sewqan)

Obbligatorji

Card Number (in-numru tal-kard)

In-numru tal-kard li nħarġet.

Iva

Driving License Number (in-numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan barranija li ntużat għall-applikazzjoni għall-kard tas-sewwieq.

Iva

Family Name (il-kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

First Name (l-isem)

L-isem tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le

Date of Birth (id-data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Iva

Place of Birth (il-post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq li għalih inħarġet il-kard.

Le



Issued Card Driving License Response (Tweġiba rigward il-Ħruġ tal-Karta tas-Sewwieq abbażi tal-Liċenzja tas-Sewqan).

Obbligatorji

Status Code (il-kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba.

Iva

Status Message (il-messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni spjegatorju tal-istatus.

Le

▼B




ANNESS IV

Servizzi ta' transliterazzjoni u NYSIIS (Is-sistema tal-identifikazzjoni u tal-intelliġenza tal-Istat ta' New York)

1.

Biex jiddaħħlu l-ismijiet tas-sewwieqa kollha fir-reġistru nazzjonali għandu jintuża l-algoritmu NYSIIS implimentat fis-sistema ċentrali.

2.

Fit-tiftixa għal kard permezz tal-funzjonalità CIC, il-kjavi NYSIIS għandha tintuża bħala l-mekkaniżmu primarju tat-tiftix.

3.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw algoritmu tagħhom stess biex jirritornalhom riżultati addizzjonali.

4.

Ir-riżultati tat-tiftixa għandhom jindikaw il-mekkaniżmu tat-tiftix li ntuża biex instab reġistru, jew NYSIIS jew tal-Istat Membru stess.

5.

Jekk Stat Membru jagħżel li jirreġistra n-notifiki ICDL, allura l-kjavi NYSIIS li jkunu fin-notifika għandhom jiġu rreġistrati bħala parti mid-dejta ICDL.

5.1.

Meta jfittex id-dejta ICDL, l-Istat Membru għandu juża l-kjavi NYSIIS tal-isem tal-applikant.




ANNESS V

Rekwiziti tas-sigurtà

1.

L-HTTPS għandu jintuża għall-iskambju tal-messaġġi bejn is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali.

2.

Is-sistemi nazzjonali għandhom jużaw iċ-ċertifikati PKI ipprovduti mill-Kummissjoni biex jintbagħtu l-messaġġi bejn is-sistema nazzjonali u s-sistema ċentrali.

3.

Is-sistemi nazzjonali għandhom jimplimentaw, bħala minimu, iċ-ċertifikati li jużaw l-algoritmu SHA-2 (SHA-256) u b'tul tal-kjavi pubblika ta' 2 048 bit.




ANNESS VI

Livelli ta' servizz

1.

Is-sistemi nazzjonali għandhom jissodisfaw il-livell minimu ta' servizz li ġej:

1.1.

Għandhom ikunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

1.2.

Id-disponibbiltà tagħhom għandha tiġi mmonitorjata b'messaġġ pulsanti maħruġ mis-sistema ċentrali.

1.3.

Ir-rata tad-disponibbiltà tagħhom għandha tkun ta' 98 %, skont it-tabella li ġejja (iċ-ċifri ġew imqarrba għall-eqreb unità konvenjenti):



Disponibbiltà ta'

tfisser in-nuqqas ta' disponibbiltà ta'

Kuljum

Kull xahar

Kull sena

98 %

nofs siegħa

15-il siegħa

sebat ijiem u nofs

L-Istati Membri huma mħeġġa jirrispettaw ir-rata tad-disponibbiltà ta' kuljum, madankollu, huwa rikonoxxut li ċerti attivitajiet, bħall-manutenzjoni tas-sistema, jeħtieġu aktar minn 30 minuta. Madankollu, ir-rati ta' disponibilità ta' kull xahar u ta' kull sena jibqgħu obbligatorji.

▼M1

1.4.

Dawn għandhom iwieġbu għal minimu ta' 98 % tat-talbiet mibgħuta lilhom f'xahar kalendarju wieħed u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu rata ta'rikjesti ta' sitt (6) messaġġi kull sekonda.

1.5.

It-Tweġibiet CIC, CCS, u ICDL u r-Rikonoxximenti MCS skont l-Anness VIII għandhom iwieġbu r-rikjesti fi żmien għaxar (10) sekondi.

L-iskadenza ġenerali tat-talbiet (iż-żmien meta min jagħmel ir-rikjesta jkun qed jistenna tweġiba) ma għandux jaqbeż l-20 sekonda.

1.6.

It-Tweġibiet MCS għandhom isiru fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji minn meta tintbagħat ir-Rikjesta MCS.

1.7.

Is-sistemi nazzjonali m'għandhomx jibagħtu rikjesti lis-sistema TACHOnet b'rata iżjed minn żewġ (2) rikjesti kull sekonda.

1.8.

Kull sistema nazzjonali għandha tkun kapaċi tindirizza l-problemi tekniċi potenzjali tas-sistema ċentrali jew tas-sistemi nazzjonali fi Stati Membri oħra. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal meta:

(a) tintilef il-konnessjoni mas-sistema ċentrali;

(b) ma tasal l-ebda tweġiba għal rikjesta;

(c) t-tweġibiet jaslu wara l-iskadenza tal-messaġġ;

(d) jaslu messaġġi mhux mitluba;

(e) jaslu messaġġi invalidi.

▼M1 —————

▼B

2.

Is-sistema ċentrali għandha:

2.1.

ikollha rata ta' disponibbiltà ta' 98 %;

2.2.

tipprovdi lis-sistemi nazzjonali bin-notifika ta' kull żball, permezz tal-messaġġ ta' tweġiba jew permezz ta' messaġġ ta' żball apposta. Is-sistemi nazzjonali, min-naħa tagħhom, għandhom jirċievu dawn il-messaġġi ta' żball apposta u jkollhom fis-seħħ sistema ta' eskalazzjoni tax-xogħol biex jieħdu kwalunkwe azzjoni xierqa biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji nnotifikati.

▼M1

Meta jintalab, il-Kummissjoni għandha tingħata dettalji dwar il-proċedura ta' eskalazzjoni.

▼B

3.

Manutenzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe attività ta' manutenzjoni ta' rutina permezz tal-applikazzjoni tal-web, mill-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta' dawn l-attivitajiet, jekk dan ikun possibbli teknikament.




ANNESS VII

▼M1

Dan l-Anness jagħti dettalji dwar id-dejta tal-illoggjar, statistika u tar-routing miġbura fis-sistema ċentrali, mhux fl-Istati Membri.

▼B

Reġistrazzjoni u statistika tad-dejta miġbura fis-sistema ċentrali

1.

Sabiex tiġi żgurata l-privatezza, id-dejta għall-finijiet tal-istatistika għandha tkun anonima. Id-dejta li tidentifika kard speċifika, sewwieq speċifiku jew liċenzja tas-sewqan speċifika ma għandhiex tkun disponibbli għal finijiet tal-istatistika.

2.

L-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għandha ssegwi t-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' debugging, u għandha tippermetti l-ġenerazzjoni tal-istatistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet.

▼M1

3.

Id-dejta personali mhux se tinżamm fir-reġistri għal iżjed minn sitt (6) xhur minn meta titlesta tranżazzjoni. L-informazzjoni statistika u anonimizzata tar-routing għandha tinżamm indefinittivament.

▼B

4.

►M1  Id-dejta statistika li tintuża għar-rappurtar tista' tinkludi, fost l-oħrajn: ◄

(a) l-Istat Membru tar-rikjesta;

(b) l-Istat Membru tat-tweġiba;

(c) it-tip ta' messaġġ;

(d) il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba;

(e) id-data u l-ħin tal-messaġġi;

(f) il-ħin tat-tweġiba.




ANNESS VIII

Użu tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.    Ħruġ tal-kards tas-sewwieqa

1.1.

Meta l-applikant għal kard tas-sewwieqa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-applikazzjoni, għandha ssir tfittxija ġenerali għal Check Issued Card (Verifika tal-kard maħruġa) mill-Istat Membru tal-applikazzjoni.

1.2.

L-Istati Membri li joħorġu kard tas-sewwieqa lil sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor, għandhom jinnotifikaw minnufih lil dan tal-aħħar, permezz tal-funzjoni Issued Card Driving Licence (Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan), li tkun inħarġet kard tas-sewwieqa.

▼M1

1.3.

Meta l-applikant għal kard tas-sewwieqa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fl-Istat Membru tal-applikazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jivverifika jekk in-notifika tal-ICDL tkunx diġà ġiet irreġistrata fir-reġistru nazzjonali tiegħu. Din il-verifika għandha ssir b'tiftix fin-notifiki, l-ewwel bin-numru tal-liċenzja tas-sewqan, u mbagħad bil-kjavi NYSIIS u bid-data tat-twelid. Jekk tinstab notifika, l-Istat Membru għandu jagħmel tfittxija mmirata ta' CIC jew tfittxija mmirata ta' CCS indirizzata lill-Istat Membru li bagħat in-notifika tal-ICDL.

▼B

1.4.

Kull notifika ICDL għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru li jirċeviha.

1.5.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali CIC, mill-inqas, għal 30 % tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn sewwieqa li jkollhom liċenzja maħruġa f'dak l-Istat Membru.

▼M1

1.6.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirreġistrawx in-notifiki tal-ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom b'konformità mal-punti 1.3, 1.4 u 1.5. F'dan il-każ, dawn għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali ta' CIC għal kull applikazzjoni li tasal.

▼B

1.7.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar jekk hux se jirreġistraw in-notifiki ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom jew se jsegwu l-proċedura fil-punt 1.6.

1.8.

L-Istati Membri li, ħames snin jew inqas qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma rreġistrawx in-notifiki ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom kif stipulat fil-punt 1.4, għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali CIC għal 100 % tal-applikazzjonijiet, ħlief għal-liċenzji tas-sewqan li għalihom tkun ġiet irreġistrata notifika ICDL, f'liema każ għandu japplika l-punt 1.3.

1.9.

L-obbligu tal-punt 1.8 japplika għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha r-reġistrazzjoni tan-notifiki ICDL tkun ġiet implimentata b'mod effettiv fir-reġistru nazzjonali ta' kull Stat Membru.

2.    Kards tas-sewwieqa rtirati, sospiżi jew misruqin

2.1.

Jekk, skont l-Artikolu 26(7) u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, kard tas-sewwieqa tkun ġiet irtirata, sospiża jew iddikjarata misruqa fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru emittenti, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha:

▼M1

(a) tivverifika l-istatus attwali tal-kard billi tibgħat rikjesta CCS lill-Istat Membru tal-ħruġ. Jekk in-numru tal-kard ma jkunx magħruf, minflok għandha tintbagħat rikjesta mmirata ta' CIC;

▼B

(b) tibgħat notifika MCS permezz tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet lill-Istat Membru emittenti.

3.    Skambju tal-kards tas-sewwieqa

3.1.

Meta d-detentur ta' kard tas-sewwieqa japplika għall-iskambju tal-kard tas-sewwieqa fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru emittenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-ewwel għandha tivverifika l-istatus attwali tal-kard billi tibgħat rikjesta CCS lill-Istat tal-aħħar.

▼M1

3.2.

Ladarba ssir il-verifika tal-istatus tal-kard tas-sewwieq u jkun validu għall-iskambju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni, għandha tibgħat notifika MCS bis-sistema ta'messaġġi TACHOnet lill-Istat Membru tal-ħruġ.

▼B

3.3.

L-Istati Membri li jkunu qed iġeddu jew jiskambjaw kard tas-sewwieqa lil sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Istat Membru emittenti, permezz tal-funzjoni ICDL, li l-kard tas-sewwieqa iġġeddet jew ġiet skambjata.

▼M1




ANNESS IX

Applikazzjoni għal aċċess indirett għas-sistema TACHOnet

[L-isem fil-qosor tal-awtorità nazzjonali li qed titlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] ta' [l-isem tal-pajjiż li jkun qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] iffirmat kuntratt ma' [l-isem fil-qosor tal-awtorità nazzjonali li qed tipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] biex tikseb aċċess indirett għas-sistema TACHOnet permezz ta' [l-isem tal-pajjiż li qed jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet].

Il-kuntratt fejn [l-isem tal-pajjiż li qed jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] jipprovdi aċċess indirett għas-sistema TACHOnet lil [l-isem tal-pajjiż li qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet] hu mehmuż ma' din l-applikazzjoni.

Għandha tingħata din l-informazzjoni:

(a) l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-aċċess għas-sistema TACHOnet fi [l-isem tal-pajjiż li qed jitlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet];

(b) persuna ta' kuntatt għas-sistema TACHOnet fi [l-awtorità nazzjonali msemmija fil-punt (a)] (l-isem, ir-rwol, l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown u l-indirizz postali);

(c) l-isem u r-rwol ta' entitajiet oħra responsabbli fir-rigward tas-sistema TACHOnet;

(d) persuni ta' kuntatt fl-entitajiet responsabbli imsemmija fil-punt (c) (l-isem, ir-rwol, l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown).

Iffirmata minn:

[ir-rappreżentant tal-awtorità nazzjonali li qed titlob aċċess indirett għas-sistema TACHOnet].