02016L0797 — MT — 28.05.2020 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2016/797 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

(riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 138 26.5.2016, p. 44)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2020/700 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Mejju 2020

  L 165

27

27.5.2020


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 458, 22.12.2021, p.  539 (2016/797)




▼B

DIRETTIVA (UE) 2016/797 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

(riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, b'tali mod li tkun kompatibbli mad-Direttiva (UE) 2016/798 sabiex jiġi definit livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika, u jkun possibbli l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u tikkontribwixxi għat-tkomplija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u l-kisba progressiva tas-suq intern. Dawk il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-servizz, l-immodernizzar, it-tiġdid, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' partijiet ta' dik is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali ta', u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sigurtà li japplikaw għall-persunal li jikkontribwixxi għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tagħha.
2.  
Din id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, għal kull subsistema, il-kostitwenti tal-interoperabbiltà, l-interfaċċi u l-proċeduri, u l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà globali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni meħtieġa sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà tagħha.
3.  

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) 

il-metro;

(b) 

trammijiet u vetturi ta' ferrovija ħfief, u infrastruttura użata esklużivament minn dawk il-vetturi;

(c) 

netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u li huma maħsuba biss għall-operazzjoni ta' servizzi tal-passiġġieri lokali, urbani jew suburbani, flimkien ma' impriżi li joperaw biss fuq dawk in-netwerks.

4.  

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:

(a) 

infrastruttura ferrovjarja privata, inklużi binarji, użata mis-sid jew minn operatur għall-fini tal-attivitajiet rispettivi tagħhom tat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport ta' persuni għal finijiet mhux kummerċjali, u vetturi użati esklużivament fuq infrastruttura bħal din;

(b) 

infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku;

(c) 

infrastruttura ferrovjarja ħafifa li kultant tintuża minn vetturi ta' ferrovija tqal skont il-kundizzjonijiet operattivi tas-sistema ta' ferrovija ħafifa, fejn ikun neċessarju għall-finijiet ta' konnettività ta' dawk il-vetturi biss; u

(d) 

vetturi li primarjament jintużaw fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa iżda mgħammra bi ftit komponenti ta' ferrovija tqal neċessarji biex jippermettu li jsir tranżitu jiġi effettwat fuq sezzjoni ristretta u limitata ta' infrastruttura ta' ferrovjarja tqila għal finijiet ta' konnettività biss.

5.  

Fil-każ ta' tramm-ferroviji li joperaw fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, fejn ma jkunx hemm TSIs li japplikaw għal dawk it-tramm-ferroviji, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali jew miżuri oħra rilevanti aċċessibbli jiġu adottati sabiex jiġi żgurat li tali tramm-ferroviji jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti;

(b) 

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali sabiex jispeċifikaw il-proċedura ta' awtorizzazzjoni applikabbli għal tali tramm-ferroviji. L-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha tikkonsulta l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti sabiex tiżgura li l-operat imħallat tat-tramm-ferroviji u l-ferroviji tqal jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha kif ukoll il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) rilevanti;

(c) 

B'deroga mill-Artikolu 21, fil-każ ta' operazzjoni transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi.

Dan il-paragrafu ma japplikax għal vetturi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(1) 

“sistema ferrovjarja tal-Unjoni” tfisser l-elementi elenkati fl-Anness I;

(2) 

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' ferroviji li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji;

(3) 

“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti fuq linji ferrovjarji, b'ġibda jew mingħajr; vettura hija komposta minn subsistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar;

(4) 

“netwerk” tfisser il-linji, stazzjonijiet, terminali, u kwalunkwe tip ta' tagħmir fiss meħtieġ sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

(5) 

“subsistemi” tfisser il-partijiet strutturali jew funzjonali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness II;

(6) 

“subsistema mobbli” tfisser is-subsistema ta' vetturi ferrovjarji u s-subsistema ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord;

(7) 

“kostitwenti tal-interoperabbiltà” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-subsistema li fuqha l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, inkluż kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli;

(8) 

“prodott” tfisser prodott miksub permezz ta' proċess ta' manifattura, inklużi l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà;

(9) 

“rekwiżiti essenzjali” tfisser il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, mis-subsistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabbiltà, inkluż l-interfaċċi;

(10) 

“speċifikazzjoni Ewropea” tfisser speċifikazzjoni li taqa' taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

— 
speċifikazzjoni teknika komuni, kif iddefinit fl-Anness VIII għad-Direttiva 2014/25/UE;
— 
approvazzjoni teknika Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE; jew
— 
standard Ewropew kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(11) 

“speċifikazzjoni teknikagħall-interoperabbiltà” (TSI), tfisser speċifikazzjoni adottata f'konformità ma' din id-Direttiva li biha subsistema jew parti minn subsistema tkun koperta biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali u biex tassigura l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

(12) 

“parametru bażiku” tfisser kwalunkwe kundizzjoni regolatorja, teknika jew operattiva li tkun essenzjali għall-interoperabbiltà u li trid tkun speċifikata fit-TSIs rilevanti;

(13) 

“każ speċifiku” tfisser kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja konvenzjonali li jkollha bżonn dispożizzjonijiet speċjali fit-TSIs, jew temporanji inkella permanenti, minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi, topografiċi jew tal-ambjent urban jew minħabba dawk li jaffettwaw il-kompatibbiltà mas-sistema eżistenti, b'mod partikolari linji ferrovjarji u netwerks iżolati mill-bqija tal-Unjoni, il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju bejn il-linji u l-vetturi strettament maħsub għall-użu lokali, reġjonali jew storiku, flimkien mal-vetturi li joriġinaw minn jew li jkunu ddestinati lejn pajjiżi terzi;

(14) 

“immodernizzar” tfisser kull tibdil maġġuri f'subsistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” jekk dak il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema;

(15) 

“tiġdid” tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali f'subsistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema;

(16) 

'sistema ferrovjarja eżistenti tfisser l-infrastruttura magħmula minn linji jew stallazzjonijiet fissi ta' netwerk ferrovjarju eżistenti flimkien mal-vetturi tal-kategoriji u l-oriġini kollha li jivvjaġġaw fuq dik l-infrastruttura;

(17) 

“sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni” tfisser kull tibdil ta' komponenti b'oħrajn li jagħmlu l-istess funzjoni u prestazzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva;

(18) 

“tramm-ferrovija” tfisser vettura maħsuba għal użu kombinat kemm fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa kif ukoll fuq infrastruttura ferrovjarja tqila;

(19) 

“tqegħid fis-servizz” tfisser l-operazzjonijiet kollha li permezz tagħhom is-subsistema titqiegħed fis-servizz operattiv tagħha;

(20) 

“entità kontraenti” tfisser entità, pubblika jew privata, li tordna d-disinn u/jew il-kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzarta' subsistema;

(21) 

“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 47;

(22) 

“applikant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li titlob awtorizzazzjoni, kemm jekk impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura jew kwalunkwe persuna jew entità legali oħra, bħal manifattur, sid jew detentur. Għall-fini tal-Artikolu 15, “applikant” tfisser entità kontraenti jew manifattur, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu; għall-fini tal-Artikolu 19, “applikant” tfisser fiżika naturali jew ġuridika li titlob id-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-approvazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti għall-proġetti mat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS.

(23) 

“proġett fi stadju avvanzat ta' żvilupp” tfisser kwalunkwe proġett li l-fażi ta' ippjanar jew ta' kostruzzjoni tiegħu hija fi stadju fejn modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista' tikkomprometti l-vijabilità tal-proġett kif ippjanat;

(24) 

“standard armonizzat” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(25) 

“awtorità nazzjonali tas-sikurezza” tfisser awtorità tas-sikurezza kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(26) 

“tip” tfisser tip ta' vettura li tiddefinixxi l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tal-vettura kif koperta minn ċertifikat tal-eżami tat-tip jew disinn deskritt fil-modulu ta' verifika rilevanti;

(27) 

“serje” tfisser numru ta' vetturi ta' tip ta' disinn identiku;

(28) 

“entità inkarigata mill-manutenzjoni” (“ECM”) tfisser entità inkarigata mill-manutenzjoni kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(29) 

“ferrovija ħafifa” tfisser sistema tat-trasport ferrovjarja urbana u/jew suburbana b'reżistenza ta' C-III jew C-IV għall-ħabtiet (f'konformità mal-EN 15227:2011) u saħħa massima tal-vettura ta' 800 kN (forza kompressiva lonġitudinali fiż-żona ta' agganċjament); is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u s-soltu ma jpartux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal;

(30) 

“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli vinkolanti kollha adottati fi Stat Membru, irrispettivament mill-korp li joħroġhom, li fihom ir-rekwiżiti tas-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi, ħlief dawk stabbiliti mill-Unjoni jew regoli internazzjonali li huma applikabbli f'dak l-Istat Membru għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura jew partijiet terzi;

(31) 

“l-istat ta' operazzjoni skont kif ippjanat” tfisser il-mod normali ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet degradati li jistgħu jiġu previsti (inkluż tkagħbir bl-użu) fil-firxa u l-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati fil-fajl tekniku u ta' manutenzjoni;

(32) 

“żona tal-użu ta' vettura” tfisser netwerk jew netwerks fi Stat Membru, jew grupp ta' Stati Membri li fihom il-vettura hija maħsuba li tintuża;

(33) 

“mezzi aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali;

(34) 

“mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Istati Membri biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-regoli nazzjonali;

(35) 

“tqegħid fis-suq” tfisser li l-ewwel kummerċjalizzazzjoni, fi stat ta' funzjonament, ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, ta' subsistema jew ta' vettura fis-suq tal-Unjoni;

(36) 

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott fil-forma ta' kostitwenti, subsistemi jew vetturi interoperabbli jew tqabbad lil min jiddisinjah jew jimmanifatturah, u li tikkummerċjalizzah taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

(37) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur jew entità kontraenti sabiex taġixxi f'isem il-manifattur jew entità kontraenti fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;

(38) 

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, subsistema, proċess jew servizz;

(39) 

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(40) 

“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(41) 

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li permezz tiegħu jintwera jekk ir-rekwiżiti speċifikati li jirrigwardaw prodott, proċess, servizz, subsistema, persuna jew korp ġewx issodisfati;

(42) 

“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li ġie nnotifikat jew innominat biex ikun responsabbli mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala “korp notifikat” wara li tkun saret notifika minn Stat Membru; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala korp nominat wara li tkun saret nomina minn Stat Membru;

(43) 

'persuna b'diżabilità u persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimita l-użu sħiħ u effettiv, minn dik il-persuna, tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobbiltà tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età;

(44) 

“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(45) 

“impriża ferrovjarja” tfisser l-impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija dik li tipprovdi trasport tal-oġġetti u/jew tal-passiġġieri bil-ferroviji fuq il-bażi li l-impriża għandha tiżgura t-trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu biss trazzjoni.

Artikolu 3

Rekwiżiti essenzjali

1.  
Is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, is-subsistemi u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà inklużi l-interfaċċi għandhom jilħqu r-rekwiżiti rilevanti essenzjali.
2.  
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE li huma meħtieġa biex jikkompletaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħrajn li jintużaw fl-Unjoni, ma għandhomx ikunu konfliġġenti mar-rekwiżiti essenzjali.



KAPITOLU II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA' INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 4

Kontenut tat-TSIs

1.  
Kull waħda mis-subsistemi definiti fl-Anness II għandha tkun koperta minn TSI. Fejn meħtieġ, subsistema tista' tkun koperta minn numru ta' TSIs u TSI waħda tista' tkopri diversi subsistemi.
2.  
Is-subsistemi fissi għandhom jikkonformaw mat-TSIs u r-regoli nazzjonali fis-seħħ meta ssir it-talba għal awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-paragrafu 3.

Il-vetturi għandhom jikkonformaw mat-TSIs u r-regoli nazzjonali fis-seħħ meta ssir it-talba għal awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-paragrafu 3.

Il-konformità u osservanza tas-subsistemi fissi u vetturi għandhom jinżammu b'mod permanenti sakemm ikunu qed jintużaw.

3.  

Sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva imsemmija fl-Artikolu 1, kull TSI għandha:

(a) 

tindika l-kamp ta' applikazzjoni maħsub tagħha (parti min-netwerk jew vetturi msemmija fl-Anness I subsistema jew parti ta' subsistema msemmija fl-Anness II);

(b) 

tistipula rekwiżiti essenzjali għal kull subsistema involuta u l-interfaċċi tagħha b'rabta ma' subsistemi oħra;

(c) 

tistabbilixxi speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaċċi tagħha b'rabta mas-subsistemi l-oħra. Jekk meħtieġ, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-subsistema, per eżempju skont il-kategoriji tal-linja, tal-hub u/jew tal-vetturi kif previst fl-Anness I;

(d) 

tistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-interfaċċi li jridu jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li jinħtieġu biex jakkwistaw l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

(e) 

tgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà, min-naħa waħda, jew il-verifika “KE” tas-subsistemi, min-naħa l-oħra. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli mfissra fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE ( 2 );

(f) 

tindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSI. B'mod partikolari, jeħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati u r-riperkussjonijiet mistennija għall-partijiet interessati affettwati sabiex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSI għandha tkun in-norma; Fejn ikun jinħtieġ l-implimentazzjoni koordinata tat-TSI, bħal tul kuritur jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-istrateġija tista' tinkludi proposti għal twettieq fi stadji;

(g) 

tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistema ta' hawn fuq, kif ukoll għall-applikazzjoni tat-TSIs;

(h) 

tindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi u vetturi eżistenti, b'mod partikolari fil-każ ta' immodernizzar u tiġdid u, f'każijiet bħal dawn, il-ħidma ta' titjieb li jeħtieġ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida;

(i) 

tindika l-parametri tal-vetturi u s-subsistemi fissi li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-ewwel darba li tintuża l-vettura sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom ser joperaw.

4.  
Kull TSI għandha ssir fuq il-bażi ta' eżami tas-subsistema eżistenti u tindika bħala mira subsistema li tista' tinkiseb gradwalment f'perijodu ta' żmien raġonevoli. B'hekk, l-adozzjoni gradwali tat-TSIs u l-konformità magħhom għandhom jiffaċilitaw gradwalment il-ksib tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
5.  
It-TSIs għandhom iżommu, b'mod xieraq, il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' kull Stat Membru. Għal dak il-għan, jistgħu jiġu previsti każijiet speċifiċi għal kull TSI, kemm fir-rigward tan-netwerk kif ukoll tal-vetturi, u b'mod partikolari għal-loading gauge, il-wisa' bejn il-linji jew l-ispazju ta' bejn il-binarji u l-vetturi li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn pajjiżi terzi. Għal kull każ speċifiku, it-TSIs għandhom jistipulaw regoli għall-implimentazzjoni tal-elementi tat-TSIs previsti f'punti (c) sa (g) tal-paragrafu 3.
6.  
Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu espliċitament koperti f'TSI, għandhom ikunu identifikati biċ-ċar bħala punti miftuħa f'anness tat-TSI.
7.  
It-TSIs ma għandhomx jipprevjenu lill- Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs.
8.  
It-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita u ċara għal standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, jew għal dokumenti tekniċi ppubblikati mill-Aġenzija, meta dan hu strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. F'każ bħal dan, dawn l-istandards jew speċifikazzjonijiet Ewropej (jew il-partijiet rilevanti tagħhom) jew id-dokumenti tekniċi għandhom jitqiesu bħala annessi tat-TSI kkonċernata u għandhom isiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. Fin-nuqqas ta' standards jew speċifikazzjonijiet, jew ta' dokumenti tekniċi, u sakemm dawn jiġu żviluppati, tista' ssir referenza għal dokumenti normattivi identifikati biċ-ċar; li jkunu faċilment aċċessibbli u li jappartjenu lill- pubbliku.

Artikolu 5

Abbozzar, adozzjoni u reviżjoni ta' TSIs

1.  

Sabiex tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi ta' kull TSI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadottaatti delegati skont l-Artikolu 50 rigward, b'mod partikolari u fejn xieraq:

(a) 

il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u tekniku tat-TSIs;

(b) 

ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli;

(c) 

il-lista ta' kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali li għandhom jiġu armonizzati fuq il-livell tas-subsistemi u fuq il-livell tal-interfaċċi bejn is-subsistemi u l-livell ta' armonizzazzjoni mistenni tagħhom;

(d) 

il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà;

(e) 

il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-verifika “KE” tas-sottosistemi;

(f) 

il-kategoriji ta' persunal involut fl-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistemi kkonċernati u l-objettivi ġenerali għall-ħolqien ta' rekwiżiti minimi għall-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sikurezza għall-persunal ikkonċernat;

(g) 

kull element meħtieġ ieħor li għandu jitqies biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 1(1) u (2) fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, bħall-allinjament tat-TSI ma' standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ħtieġa għal TSI ġdida jew sostanzjalment emendata, inkluż l-impatt tagħha fuq ir-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti.

2.  
Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li dik l-Aġenzija tabbozza TSIs u emendi għalihom u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni.

Kull abbozz ta' TSI għandu jitfassal fl-istadji li ġejjin:

(a) 

l-Aġenzija għandha tidentifika l-parametri bażiċi għat-TSI kif ukoll l-interfaċċi mas-subsistemi l-oħra u kull każ speċifiku ieħor li jaf ikun meħtieġ;

(b) 

l-Aġenzija għandha tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi tal-parametri bażiċi msemmija fil-punt (a). Fejn xieraq, l-Aġenzija għandha tqis il-progress tekniku, ix-xogħol ta' standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħidma diġà fis-seħħ u x-xogħol rikonoxxut ta' riċerka.

3.  
Fl-abbozzar jew ir-reviżjoni ta' kull TSI, inklużi l-parametri bażiċi, l-Aġenzija għandha tqis l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha kkunsidrati, flimkien mal-interfaċċi ta' bejniethom, sabiex tistabbilixxi u timplimenta l-aktar soluzzjonijiet vijabbli. Dik il-valutazzjoni għandha tindika l-impatt mistenni fuq l-operaturi u l-atturi ekonomiċi kollha involuti u għandha tqis ir-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem f'din il-valutazzjoni billi jagħtu, fejn xieraq, l-informazzjoni meħtieġa.
4.  
L-Aġenzija għandha tabbozza t-TSIs u l-emendi għalihom, skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 filwaqt li tissodisfa l-kriterji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza kif iddefiniti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
5.  
Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 (“il-kumitat”) għandu jinżamm infurmat regolarment dwar il-ħidma preparatorja fuq it-TSIs. Matul dik il-ħidma, biex tikkonforma mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tifformula kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-infiq. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' teżiġi jiġu eżaminati soluzzjonijiet alternattivi u li l-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dawk is-soluzzjonijiet alternattivi tkun tinsab fir-rapport mehmuż mal-abbozz ta' TSI.
6.  
Meta subsistemi differenti jkunu jridu jitqiegħdu fis-servizz simultanjamentgħal raġunijiet ta' kompatibbiltà teknika, id-dati tal-applikazzjoni tat-TSIs rilevanti għandhom ikunu l-istess.
7.  
Fl-abbozzar, l-adozzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSIs, l-Aġenzija għandha tqis l-opinjoni tal-utenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi li għandhom impatt dirett fuq il-kundizzjonijiet li fihom jużaw is-subsistemi. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta assoċjazzjonijiet u korpi li jirrappreżentaw lill-utenti waqt il-fażijiet tal-abbozzar u r-reviżjoni tat-TSIs. Mal-abbozz tat-TSI għandha tinkludi rapport dwar ir-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni.
8.  
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/796, il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-kumitat, għandha tfassal u perjodikament taġġorna l-lista tal-assoċjazzjonijiet u l-korpi tal-passiġġieri li għandhom jiġu kkonsultati. Dik il-lista tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
9.  
Meta tkun qed tabbozza jew teżamina mill-ġdid it-TSIs, l-Aġenzija għandha tqis il-fehma tas-sħab soċjali f'dak li għandhom x'jaqsmu l-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(3). Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta s-sħab soċjali qabel ma tressaq ir-rakkomandazzjonijiet dwar it-TSIs u l-emendi tagħhom quddiem il-Kummissjoni. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati fil-Kumitat ta' Djalogu Settorjali mwaqqaf f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE ( 3 ). Is-sħab soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-konsultazzjoni.
10.  
Meta r-reviżjoni ta' TSI twassal għal bidla fir-rekwiżiti, il-verżjoni l-ġdida tat-TSI għandha tiżgura l-kompatibbiltà ma' subsistemi li diġà tqegħdu fis-servizz f'konformità ma' verżjonijiet ta' TSIs ta' qabel.
11.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, TSIs biex jimplimentaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1.Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3). Dawn għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 4(3) u jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikoli 4(4) sa (6) u (8).

Artikolu 6

Defiċjenzi fit-TSIs

1.  
Jekk, wara l-adozzjoni tat-TSI, ikun jidher li din ikollha defiċjenza, dik it-TSI għandha tiġi emendata f'konformità mal-Artikolu 5(11). Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tapplika din il-proċedura mingħajr dewmien. Nuqqasijiet bħal dawn għandhom jinkludu każijiet li jistgħu jirriżultaw f' operazzjonijiet mhux sikuri fi Stat Membru.
2.  
Sakemm issir ir-reviżjoni ta' TSI, il-Kummissjoni tista' titlob opinjoni mill-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-opinjoni tal-Aġenzija u tinforma lill-kumitat bil-konklużjonijiet tagħha.
3.  
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-opinjoni tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun mezz aċċettabbli ta' konformità u għalhekk tista' tintuża għall-valutazzjoni ta' proġetti, sakemm tiġi adottata TSI riveduta.
4.  
Kull membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 jista' jgħarraf lill-Kummissjoni bil-possibbiltà ta' nuqqasijiet fit-TSIs.

Artikolu 7

Nonapplikazzjoni ta' TSIs

1.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikant ma japplikax TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

għal subsistema ġdida proposta jew parti minnha, għat-tiġdid jew l-immodernizzar ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, jew għal kwalunkwe element imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jkun fi stat ta' żvilupp avvanzat jew li jkun is-suġġett ta' kuntratt li jkun qiegħed jiġi eżegwit fid-data tal-applikazzjoni tat-TSIs ikkonċernati;

(b) 

meta, wara aċċident jew diżastru naturali, il-kundizzjonijiet tar-restawrazzjoni rapida tan-netwerk ma tippermettix ekonomikament jew teknikament l-applikazzjoni parzjali jew totali tat-TSIs rilevanti; f'liema każ in-nonapplikazzjoni tat-TSIs għandha tkun limitata għall-perijodu ta' qabel ir-restawrazzjoni tan-netwerk;

(c) 

għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni tat-TSI(s) ikkonċernat(i) tkun tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett u/jew il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Istat Membru kkonċernat, pereżempju b'rabta mal-loading guage, il-wisa' bejn il-linji, l-ispazju ta' bejn il-binarji jew il-voltaġġ tal-elettrifikazzjoni;

(d) 

għal vetturi li jaslu minn, jew sejrin lejn, pajjiżi terzi li l-wisa' bejn il-linji tagħhom ikun differenti minn dik tan-netwerk prinċipali fi ħdan l-Unjoni;

(e) 

għal subsistema ġdida proposta jew għat-tiġdid jew l-immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat meta n-netwerk ferrovjarju tiegħu jkun separat jew iżolat bil-baħar jew separat minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċjali, min-netwerk ferrovjarju tal-bqija tal-Unjoni.

2.  
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' kull TSI, lista ta' proġetti li jkunu qed iseħħu fit-territorju tiegħu u li jkunu qegħdin fi stadju avvanzat ta' żvilupp u li minħabba l-Istat Membru kkonċernat, ikunu fi stadju avvanzat ta' żvilupp.
3.  
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni tiegħu li ma japplikax TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom.
4.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) taal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba għan-nonapplikazzjoni tat-TSIs jew partijiet minnhom, li jkollha magħha fajl li jkun fih il-ġustifikazzjoni tat-talba, u fejn jispeċifika d-dispożizzjonijiet alternattivi li dak l-Istat Membru beħsiebu japplika minflok it-TSIs. Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba u tiddeċiedi jekk taċċettahiex jew le abbażi tal-kompletezza u l-koerenza tal-informazzjoni li fih il-fajl. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni abbażi ta' tali analiżi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).

Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(6), l-applikant għandu jissottometti l-fajl lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tikkonsulta l-awtoritajiet tas-sikurezza rilevanti u tagħti l-opinjoni finali tagħha lill-Kummissjoni.

5.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-fajl imsemmi fil-paragrafu 4, il-format meħtieġ ta' dak il-fajl u l-metodu li għandu jintuża għat-trasmissjoni tiegħu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
6.  
Sakemm tasal id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' japplika, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet alternattivi msemmija fil-paragrafu 4.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien erba' xhur minn mindu ssir it-talba akkumpanjata mill-fajl komplut. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni bħal din, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.
8.  
L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultati tal-analiżi u dwar ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.



KAPITOLU III

KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà

1.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà:

(a) 

jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma jagħmluha possibbli li l-interoperabbiltà tintlaħaq fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali;

(b) 

jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni kif xieraq.

Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni t-tqegħid fis-suq ta' dawk il-kostitwenti għal applikazzjonijiet oħra.

2.  
L-Istati Membri ma għandhomx, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà għall-użu tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni meta dawn il-kostitwenti jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma għandhomx jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura għad-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu kif previst fl-Artikolu 10.

Artikolu 9

Konformità jew idoneità għall-użu

1.  
L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkunsidraw li kostitwent tal-interoperabbiltà jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali jekk ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti mit-TSI korrispondenti jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej żviluppati biex ikunu konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet. Id-dikjarazzjoni ta' konformità jew idoneità għall-użu tal-“KE” għandha tikkonferma li l-kostitwenti tal-interoperabilitá kienu soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fit-TSI korrispondenti li jevalwaw il-konformità jew l-idoneità għall-użu.
2.  

Fejn it-TSI tirrikjedi dan, id-dikjarazzjoni “KE” għandha tkun akkumpanjata minn:

(a) 

ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-konformità intrinsika ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat għalih, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti;

(b) 

ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat fl-ambjent ferrovjarju tiegħu, b'mod partikolari f'każijiet ta' rekwiżiti funzjonali kkonċernati.

3.  
Id-dikjarazzjoni “KE” għandha tiġi datata u ffirmata mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-lista ta' dokumenti li jakkumpanjawha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
5.  
Spare parts għal subsistemi li jkunu diġà tpoġġew fis-servizz meta t-TSI korrispondenti jidħol fis-seħħ jistgħu jiġu installati f'dawk is-subsistemi mingħajr ma jkollhom jgħaddu mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.
6.  
It-TSIs jistgħu jistipulaw perijodu ta' transizzjoni għall-prodotti ferrovjarji identifikati minn dawk it-TSIs bħala kostitwenti tal-interoperabbiltà li huma diġà mqiegħda fis-suq meta t-TSIs jidħlu fis-seħħ. Kostitwenti bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 8(1).

Artikolu 10

Proċedura għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu

1.  
Biex tiġi stabbiltà d-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika d-dispożizzjonijiet stabbiliti mit-TSIs rilevanti.
2.  
Fejn mitlub mit-TSI korrispondenti, il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà għandha ssir mill-korp notifikat lil liema l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun ressaq l-applikazzjoni.
3.  
Meta l-kostitwenti tal-interoperabbiltà jkunu soġġetti għal atti legali oħra tal-Unjoni li jkopru materji oħra, id-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu għandha tgħid li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti ta' dawk l-atti legali l-oħra.
4.  
Fejn la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun issodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, dawk l-obbligi għandhom jaqgħu fuq kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq kostitwenti tal-interoperabbiltà. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-istess obbligi għandhom jgħoddu għal kwalunkwe persuna li timmonta kostitwenti tal-interoperabbiltà, jew kostitwenti ta' partijiet tal-interoperabbiltà li jkollhom diversi oriġini, jew min jimmanifattura kostitwenti tal-interoperabbiltà għall-użu tiegħu.
5.  
Jekk Stat Membru jsib li d-dikjarazzjoni “KE” ma tkunx imtliet b'mod tajjeb, huwa għandu jiżgura li l-kostitwent tal-interoperabbiltà ma jitqiegħedx fis-suq. F'każ bħal dan, il-manifattur jew r-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandu jintalab jirritorna l-kostitwent tal-interoperabbiltà għal stat ta' konformità skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 11

Nuqqas ta' konformità ta' kostitwenti tal-interoperabilitá ma' rekwiżiti essenzjali

1.  

Fejn Stat Membru jsib li l-kostitwent tal-interoperabbiltà kopert bid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u li jkun tqiegħed fis-suq, meta jintuża kif maħsub, probabbilment ma jkunx jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jillimita l-qasam tal-applikazzjoni tiegħu, jipprojbixxi l-użu tiegħu, jirtirah mis-suq jew jirkuprah. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda u jagħtu raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, waqt li jgħidu b'mod partikolari jekk in-nuqqas fil-konformità jkunx dovut għal:

(a) 

il-fatt li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti essenzjali;

(b) 

applikazzjoni skorretta tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej fejn l-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ikunu joqogħdu fuqha;

(c) 

inadegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej.

2.  
L-aġenzija, fuq mandat mill-Kummissjoni, għandha tibda l-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet konċernati mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum mid-data tar-riċeviment ta' dak il-mandat. Fejn, wara dik il-konsultazzjoni, l-Aġenzija tistabbilixxi li l-miżura ma tkunx iġġustifikata, din għandha tinforma mill-ewwel lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva kif ukoll Stati Membri oħra, u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Fejn l-Aġenzija tistabbilixxi li l-miżura hija ġġustifikata għandha tinforma lill-Istati Membri.
3.  

Fejn id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta minn inadegwatezza fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija, kif ikun xieraq, għandhom japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

l-irtirar parzjali jew totali tal-ispeċifikazzjoni kkonċernata mill-pubblikazzjoni li tinsab fiha;

(b) 

jekk l-ispeċifikazzjoni rilevanti tkun waħda standard armonizzat, ir-restrizzjoni jew l-irtirar ta' dak l-istandard f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(c) 

rieżami tat-TSI skont l-Artikolu 6.

4.  
Fejn kostitwent tal-interoperabbiltà li jkollu d-dikjarazzjoni tal-konformità “KE” jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-miżuri xierqa kontra kwalunkwe entità li tkun fasslet id-dikjarazzjoni u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.



KAPITOLU IV

SUBSISTEMI

Artikolu 12

Moviment liberu ta' subsistemi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V, l-Istati Membri ma għandhomx, fit-territorju tagħhom u għal raġunijiet li jirrigwardaw din id-Direttiva, jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu l-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u l-operazzjoni tas-subsistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. B'mod partikulari, ma għandhomx jirrikjedu kontrolli li diġà jkunu saru:

(a) 

bħala parti mill-proċedura li twassal għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika; jew

(b) 

fi Stati Membri oħra, qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti identiċi f'kundizzjonijiet operattivi identiċi.

Artikolu 13

Konformità ma' TSIs u regoli nazzjonali

1.  
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkunsidraw bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali, dawk is-subsistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li huma koperti, kif ikun xieraq, mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” stabbilita b'referenza għat-TSIs, f'konformità mal-Artikolu 15, jew mid-dikjarazzjoni ta' verifika stabbilita b'referenza għar-regoli nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 15(8), jew mit-tnejn.
2.  

Ir-regoli nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali u, fejn rilevanti, mezzi ta' konformità nazzjonali aċċettabbli, għandhom japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn it-TSIs ma jkoprux, jew ma jkoprux għalkollox, ċerti aspetti li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali, inklużi l-punti ta' ftuħ kif imsemmi fl-Artikolu 4(6);

(b) 

fejn ikun ġie nnotifikat nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom skont l-Artikolu 7;

(c) 

fejn każ speċifiku ikun jitlob l-applikazzjoni ta' regoli tekniċi mhux inklużi fit-TSI rilevanti;

(d) 

regoli nazzjonali użati biex jiġu speċifikati sistemi eżistenti, limitati għall-għan li jivverifikaw il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk;

(e) 

netwerks u vetturi mhux koperti mit-TSIs;

(f) 

bħala miżura preventiva temporanja urġenti, b'mod partikolari wara aċċident.

Artikolu 14

Notifika tar-regoli nazzjonali

1.  

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar ir-regoli nazzjonali eżistenti imsemmija fl-Artikolu 13(2) fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn ir-regola jew regoli nazzjonali ma jkunux ġew innotifikati sal-15 ta' Ġunju 2016. F'dak il-każ, huma għandhom jiġu nnotifikati sas-16 ta' Diċembru 2016;

(b) 

kull darba li jinbidlu r-regoli;

(c) 

meta ssir talba ġdida f'konformità mal-Artikolu 7 għan-nonapplikazzjoni tat-TSI;

(d) 

fejn ir-regoli nazzjonali ma jibqgħux meħtieġa wara l-pubblikazzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSI kkonċernata.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-test sħiħ tar-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, inklużi dawk li jkopru l-interfaċċi bejn il-vetturi u n-netwerks, ikunu faċilment aċċessibbli, fil-qasam pubbliku u fformulati f'terminoloġija li jistgħu jifhmu l-partijiet interessati kollha. L-Istati Membri jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar dawk ir-regoli nazzjonali.
4.  

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali ġodda fil-każijiet li ġejjin biss:

(a) 

meta TSI ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti essenzjali;

(b) 

bħala miżura preventiva urġenti, partikolarment wara aċċident.

5.  
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw, permezz ta' sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796 l-abbozzi ta' regoli nazzjonali ġodda lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni għall-konsiderazzjoni qabel id-dħul mistenni fis-sistema legali nazzjonali tar-regola ġdida proposta, fi żmien debitu u fl-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 u jagħtu ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni ta' dik ir-regola ġdida proposta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbozz ikun żviluppat biżżejjed biex jippermetti lill-Aġenzija twettaq l-eżami tagħha skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
6.  
Meta jadottaw regola nazzjonali ġdida, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawha lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796.
7.  
Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti, l-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw regola nazzjonali ġdida minnufih. Dik ir-regola għandha tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u tiġi soġġetta għall-valutazzjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 26(1), (2) u (5) ta' dak ir-Regolament.
8.  
Meta jinnotifikaw regola nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jew regola nazzjonali ġdida, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni tal-ħtieġa għal dik ir-regola sabiex jissodisfaw rekwiżit essenzjali li ma jkunx diġà kopert mit-TSI rilevanti.
9.  
L-abbozzi tar-regoli nazzjonali u r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1għandhom jiġu eżaminati mill-Aġenzija skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/796.
10.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċettazzjoni trasversali fi Stati Membri differenti u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, inkluża l-kompatibbiltà bejn it-tagħmir fiss u mobbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-progress li nkiseb mill-Aġenzija fil-qasam tal-aċċettazzjoni trasversali u għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).

L-Aġenzija għandha tikklassifika, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-regoli nazzjonali li huma notifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu.

11.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinnotifikawx regoli u restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jindikaw dawk ir-regoli u restrizzjonijiet fir-reġistri tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 49.
12.  
Ir-regoli nazzjonali nnotifikati taħt dan l-Artikolu mhumiex soġġetti għall-proċedura ta' notifika stipulata fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
13.  
Ir-regoli nazzjonali mhux innotifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 15

Proċedura għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”

1.  
Sabiex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” meħtieġa għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz imsemmija fil-Kapitolu V, l-applikant għandu jitlob lill-korp jew il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkun għażel għal dak l-iskop biex japplikaw il-proċedura ta' verifika “KE” stipulata fl-Anness IV.
2.  
L-applikant għandu jistabbilixxi id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” ta' subsistema. L-applikant għandu jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li s-subsistema kkonċernata kienet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti u li tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti. Id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom jiġu ddatati u ffirmati mill-applikant.
3.  
Ix-xogħol tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika “KE” tas-subsistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-subsistema titqiegħed fis-suq jew fis-servizz. Dan għandu, f'konformità mat-TSI rilevanti, ikopri wkoll il-verifika tal-interfaċċi tas-subsistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata.
4.  
L-applikant għandu jkun responsabbli għall-kompilazzjoni tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”. Dak il-fajl tekniku għandu jkollu fih id-dokumenti kollha meħtieġa li jirrigwardaw il-karatteristiċi tas-subsistema u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà. Dan għandu jkollu fih ukoll l-elementi kollha li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu u mal-istruzzjonijiet rigward is-servizz, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni.
5.  
Fil-każ tat-tiġdid jew immodernizzar ta' subsistema li jirriżulta f'emenda tal-fajl tekniku u li jaffettwa l-validità tal-proċeduri ta' verifika li diġà saru, l-applikant għandu jivvaluta l-ħtieġa għal dikjarazzjoni ta' verifika “KE” ġdida.
6.  
Il-korp notifikat jista' joħroġ ċertifikazzjonijiet ta' verifiki intermedji sabiex ikopri ċerti stadji taċ-ċiklu tal-produzzjoni jew ċerti partijiet ta' subsistema.
7.  
Jekk it-TSIs rilevanti jippermettu, il-korp notifikat jista' joħroġ ċertifikati ta' verifika għal subsistema waħda jew aktar jew ċerti partijiet ta' dawk is-subsistemi.
8.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi responsabbli mit-twettiq tal-proċedura ta' verifika b'osservanza għar-regoli nazzjonali. F'dak ir-rigward, il-korpi nominati għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti involuti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, Stat Membru jista' jaħtar korp notifikat bħala korp nominat, u f'dak il-każ il-proċess kollu jista' jsir minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità uniku.
9.  

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:

(a) 

id-dettalji tal-proċeduri ta' verifika “KE” għas-subsistemi, fosthom il-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u d-dokumenti li għandhom jitressqu mill-applikant għall-iskopijiet tal-proċedura;

(b) 

il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”, fosthom fil-każ ta' modifika tas-subsistema jew fil-każ ta' verifiki addizzjonali, id-dikjarazzjoni intermedja ta' verifika, u l-mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lil dawk id-dikjarazzjonijiet kif ukoll mudelli għaċ-ċertifikat ta' verifika.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).

Artikolu 16

Nuqqas ta' konformità ta' subsistemi ma' rekwiżiti essenzjali

1.  
Meta Stat Membru jsib li subsistema strutturali koperta mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” li jkollha magħha fajl tekniku ma tkunx tikkonforma għalkollox ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, ma tkunx tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dan jista' jitlob li jsiru kontrolli addizzjonali.
2.  
L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni b'xi kontrolli addizzjonali mitluba u jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati.
3.  

L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddikjara jekk in-nuqqas ta' konformità sħiħa ma' din id-Direttiva hijiex riżultat ta':

(a) 

nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' TSI, jew applikazzjoni mhux korretta ta' TSI, f'liema każ il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru fejn tgħix il-persuna li fasslet id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” b'mod żbaljat u għandha titlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu l-miżuri adegwati;

(b) 

inadegwatezza ta' TSI, f'liema każ għandha tapplika l-proċedura għall-emenda tat-TSI kif imsemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 17

Preżunzjoni ta' konformità

Għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew ma' partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.



KAPITOLU V

TQEGĦID FIS-SUQ U TQEGĦID FIS-SERVIZZ

Artikolu 18

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi

1.  
Is-subsistemi tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, tal-enerġija u l-infrastruttura jistgħu jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali, u l-awtorizzazzjoni rilevanti tasal f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.
2.  
Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistemi tal-enerġija, l-infrastruttura u l-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji li huma lokalizzati jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.
3.  
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jipprovdu gwida dettaljata dwar kif jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għal dawk l-awtorizzazzjonijiet u li jelenka d-dokumenti meħtieġa għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw sabiex ixerrdu din l-informazzjoni.
4.  

L-applikant għandu jressaq talba għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jinkludi evidenza dokumentata ta':

(a) 

id-dikjarazzjonijiet ta' verifika msemmija fl-Artikolu 15;

(b) 

il-kompatibbiltà teknika tas-subsistemi mas-sistema li fiha qed jiġu integrati, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali;

(c) 

l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza (“CSMs”) imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(d) 

fil-każ ta' subsistemi tal-kmand-kontroll sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u/jew it-tagħmir ferrovjarju tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM-R), id-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva; u, fil-każ ta' bidla għall-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta jew għad-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti li seħħew wara d-deċiżjoni pożittiva, il-konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.

5.  
Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tingħata.

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivverifika l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, u, fil-każ ta' tagħmir tal-binarji ERTMS, konformità mad-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 Wara din il-verifika, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.

6.  

Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzartas-subsistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat fajl li jiddeskrivi l-proġett lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tingħata. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija fil-każ ta' proġetti tal- mal-binarji, għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi jekk hix meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-subsistema kkonċernata jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti;

(b) 

tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti;

(c) 

tkun meħtieġa mill-pjanijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri; jew

(d) 

isir tibdil fil-valuri tal-parametri li abbażi tagħhom diġà tkun ingħatat awtorizzazzjoni.

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.

7.  
Deċiżjoni li tirrifjuta talba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi għandha tkun debitament sostnuta mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-applikant jista', fi żmien xahar mir-riċeviment tad-deċiżjoni negattiva, jagħmel talba biex dik l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tirrevedi d-deċiżjoni tagħha. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba għal rieżami li fih tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha. Jekk id-deċiżjoni negattiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-korp ta' appell nominat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

Artikolu 19

Implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni

1.  
Fil-każ tas-subsistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu l-ETCS) u/jew it-tagħmir tal-GSM-R, l-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni.
2.  
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS u l-interoperabbiltà fuq il-livell tal-Unjoni, qabel kull sejħa għall-offerti li tirrigwarda tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS, l-Aġenzija għandha tivverifika li s-soluzzjonijiet tekniċi previsti huma kompletament konformi mat-TSIs rilevanti u għaldaqstant huma kompletament interoperabbli.
3.  

L-applikant għandu jressaq talba għal approvazzjoni tal-Aġenzija. L-applikazzjoni li tirrigwarda proġetti individwali tal-ERTMS jew għal kombinazzjoni ta' proġetti, linja, grupp ta' linji jew netwerk, għandu jiġi akkumpanjat minn fajl li jinkludi:

(a) 

l-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew id-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

(b) 

evidenza dokumentarja tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompatibbiltà teknika u operazzjonali tas-subsistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fuq in-netwerk rilevanti;

(c) 

evidenza dokumentarja tal-konformità mat-TSIs rilevanti tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti.

(d) 

kull dokumenti rilevanti ieħor, bħal opinjonijiet tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, dikjarazzjonijiet ta' verifika jew ċertifikati ta' konformità.

Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.

L-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza jistgħu joħorġu opinjoni dwar it-talba għal approvazzjoni jew lill-applikant qabel ma ssir it-talba jew lill-Aġenzija wara li tkun saret.

4.  
Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, u tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tiġi pprovduta.

L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjoni pożittiva, jew tinforma lill-applikant b'nuqqasijiet possibbli, f'perijodu ta' żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien zahrejn mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha. L-Aġenzija għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-fajl tal-applikant u fuq opinjonijiet possibbli mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Jekk l-applikant jaqbel man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, l-applikant għandu jikkoreġi d-disinn tal-proġett u jintroduċi talba ġdida għall-approvazzjoni tal-Aġenzija.

Jekk l-applikant ma jaqbilx man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-applikant ma għandux jitlob valutazzjoni ġdida.

5.  
Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija ma tkunx pożittiva, hija għandha tiġi sostnuta kif meħtieġ mill-Aġenzija. L-applikant jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi deċiżjoni bħal din, jagħmel talba motivata biex l-Aġenzija terġa' teżamina d-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija għandha tikkonferma jew tirrevoka id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba. Jekk l-Aġenzija tikkonferma d-deċiżjoni inizjali tagħha, l-applikant huwa intitolat li jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.
6.  
Fil-każ ta' bidla għall-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta jew għad-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti li seħħew wara deċiżjoni pożittiva, l-applikant għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 30(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 20

Tqegħid fis-suq ta' subsistemi mobbli

1.  
Subsistemi mobbli għandhom jitqiegħdu fis-suq mill-applikant biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali.
2.  
B'mod partikolari, l-applikant għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ta' verifika rilevanti tkun ġiet ipprovduta.

Artikolu 21

Awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq

1.  
L-applikant għandu jqiegħed vettura fis-suq biss wara li jkun irċieva awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-Aġenzija f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-paragrafu 8.
2.  
Fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni ta' vettura għat-tqegħid fis-suq, l-applikant għandu jispeċifika ż-żona tal-użu ta' vettura. L-applikazzjoni għandha tinkludi evidenza li ġiet ivverifikata l-konformità teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu.
3.  

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jikkonċerna l-vettura jew it-tip ta' vettura u tinkludi evidenza dokumentata ta':

(a) 

it-tqegħid fis-suq tas-subsistemi mobb“KE” li li minnhom tkun magħmula l-vettura f'konformità mal-Artikolu 20, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”;

(b) 

il-kompatibbiltà teknika ta' dawn is-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali;

(c) 

l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali u s-CSMs imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(d) 

il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu msemmija fil-paragrafu 2, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali, ir-reġistri ta' infrastruttura u s-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.

Kull meta jkunu meħtieġa testijiet sabiex tinkiseb evidenza dokumentata tal-kompatibbiltà teknika msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vettura għal verifiki prattiċi fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant. Fejn ikun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li jsiru t-testijiet.

4.  
L-Aġenzija jew, fil-każ tal-paragrafu 8, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq jew tinforma l-applikant dwar id-deċiżjoni negattiva tagħha fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u fi kwalunkwe każ fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha mill-applikant. L-Aġenzija, jew, fil-każijiet previsti fl-paragrafu 8, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, għandha tapplika l-arranġamenti prattiċi rigward il-proċedura ta' awtorizzazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 9. Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jippermettu li l-vetturi jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
5.  

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-vetturi li għandhom żona tal-użu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex toħroġ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, l-Aġenzija għandha:

(a) 

tivvaluta l-elementi tal-fajl speċifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 biex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl fir-rigward tat-TSIs rilevanti; u

(b) 

tirreferi l-fajl tal-applikant lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati maż-żona tal-użu maħsuba għall-valutazzjoni tal-fajl sabiex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-elementi speċifikati fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-regoli nazzjonali rilevanti.

Bħala parti mill-valutazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) u fil-każ ta' dubji ġustifikati, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jitolbu li jitwettqu testijiet fuq in-netwerk. Sabiex jiffaċilitaw dawk it-testijiet, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vetturi għat-testijiet fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe test isir fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

6.  
Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa komplut jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, u tistabbilixxi data ta' skadenza raġonevoli sabiex din tingħata. Fir-rigward tal-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, l-Aġenzija tista' tivvaluta wkoll l-elementi speċifikati fil-punt (d) tal-paragrafu 3.

L-Aġenzija għandha tieħu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet skont il-paragrafu 5 qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. L-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.

Fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.

L-Aġenzija għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa minnha.

7.  
Meta l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva li tkun saret minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, din għandha tinforma lill-awtorità jew awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li tintlaħaq valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma jkun hemm qbil dwar ebda valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li ma taqbilx, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dment li l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jkunux irreferew il-kwistjoni għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien xahar mit-talba tal-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien.

Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-valutazzjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni b'żona tal-użu li teskludi l-partijiet tan-netwerk li rċevew valutazzjoni negattiva.

Fejn l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni pożittiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, hija għandha tinforma lill-awtorità jew awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jaqblu dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma jkun hemm qbil dwar ebda valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li ma taqbilx, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha.

8.  
Fejn iż-żona tal-użu hija limitata għal netwerk jew netwerks fi Stat Membru wieħed biss, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dak l-Istat Membru tista' toħroġ, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u meta l-applikant jitlob dan, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vettura. Sabiex toħroġ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivvaluta l-fajl fir-rigward tal-elementi speċifikati fil-paragrafu 3 u f'konformità mal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl hu komplut jew titlob l-informazzjoni supplimentari rilevanti. L-awtorizzazzjoni għandha wkoll tkun valida mingħajr estensjoni taż-żona tal-użu għall-vetturi li jivvjaġġaw lejn stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi ta' netwerk simili, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza. Din il-konsultazzjoni tista' ssir skont il-każ jew tkun stabbilita fi ftehim transkonfinali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Jekk iż-żona tal-użu hija limitata għat-territorju ta' Stat Membru wieħed u fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet li toħroġ.

9.  

Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni arranġamenti prattiċi li jispeċifikaw:

(a) 

kif ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u għall-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati mill-applikant u jelenkaw id-dokumenti meħtieġa;

(b) 

id-dettalji tal-proċess ta' awtorizzazzjoni, bħall-istadji proċedurali u l-perijodi ta' żmien għal kull stadju tal-proċess;

(c) 

kif l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu matul l-istadji differenti tal-proċess ta' applikazzjoni u awtorizzazzjoni inkluż matul il-valutazzjoni ta' fajls tal-applikanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3). Huma għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba matul it-tħejjija tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu.

10.  

L-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiddikjaraw:

(a) 

iż-żona/i tal-użu;

(b) 

il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, fejn applikabbli, fir-regoli nazzjonali, għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u ż-żona tal-użu;

(c) 

il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u s-settijiet ta' regoli nazzjonali, li jirrigwardaw il-parametri msemmija fil-punt (b);

(d) 

il-kondizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.

11.  
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' vettura għat-tqegħid fis-suq jew li teskludi parti min-netwerk f'konformità ma' valutazzjoni negattiva kif imsemmija fil-paragrafu 7 għandha tiġi debitament sostanzjata. L-applikant jista', fi żmien perijodu ta' xahar mir-riċeviment tad-deċiżjoni negattiva, jitlob li l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kif adatt, tirrieżamina d-deċiżjoni. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba għal rieżami sabiex tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha.

Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.

Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem korp ta' appell f'konformità mal-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

12.  

Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tal-vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vettura, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq tal-vettura jekk:

(a) 

isiru tibdiliet fil-valuri tal-parametri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 10 li jinsabu barra mill-medda ta' parametri aċċettabbli kif definiti fit-TSIs;

(b) 

il-livell ġenerali ta' sikurezza tal-vettura kkonċernata jkun jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; jew

(c) 

din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti.

13.  
Fejn l-applikant ikun jixtieq jestendi ż-żona tal-użu ta' vettura li tkun diġà ġiet awtorizzata, huwa għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali ta' użu. L-applikant għandu jippreżenta l-fajl lill-Aġenzija, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 4 sa 7, toħroġ awtorizzazzjoni aġġornata li tkopri ż-żona tal-użu estiża.

Jekk l-applikant ikun irċieva awtorizzazzjoni tal-vettura f'konformità mal-paragrafu 8 u jkun jixtieq jestendi ż-żona tal-użu f'dak l-Istat Membru, huwa għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali tal-użu. Huwa għandu jippreżenta l-fajl lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 8, toħroġ awtorizzazzjoni aġġornata li tkopri ż-żona tal-użu estiża.

14.  
Għall-iskopijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2016/796. Dawk il-ftehimiet jistgħu jkunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Huma għandu jkun fihom deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti u l-kondizzjonijiet għall-istrumenti, il-limiti ta' żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom, u t-tqassim tal-ħlasijiet pagabbli mill-applikant. Huma jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti ta' kooperazzjoni speċifiċi fil-każ ta' netwerks li jeħtieġu għarfien espert speċifiku għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu il-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-applikant. Fejn tali netwerks huma iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, ftehimiet ta' kooperazzjoni speċifiċi bħal dawn jistgħu jinkludu l-possibbiltà li l-kompiti jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti u proporzjonata ta' riżorsi għall-awtorizzazzjoni. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu stabbiliti qabel ma l-Aġenzija tassumi l-kompiti ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 54(4) ta' din id-Direttiva.
15.  
Fil-każ ta' dawk l-Istat Membru li n-netwerks ferrovjarji tagħhom għandhom distanza bejn il-binarji li hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li jikkondividu rekwiżiti tekniċi u operazzjonali identiċi ma' pajjiżi terzi ġirien, minbarra l-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 14, l-awtoritajiet nazzjonali kollha tas-sikurezza kkonċernati f'dawk l-Istati Membri għandhom jikkonkludu mal-Aġenzija ftehim multilaterali bil-għan li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni ta' vettura maħruġa f'wieħed minn dawk l-Istati Membri tkun ukoll valida għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
16.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-vaguni tal-merkanzija jew kowċis tal-passiġġieri b'użu kondiviż ma' pajjiżi terzi, li l-wisa' bejn il-linji tagħhom tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li jkunu awtorizzati f'konformità ma' proċedura differenti ta' awtorizzazzjoni tal-vettura. Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi bħal dawn għandhom ikunu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-konformità ta' dawk il-vetturi mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tkun żgurata mill-impriża ferrovjarja kkonċernata fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha. Il-Kummissjoni, abbażi tar-rapport mill-Aġenzija, tista' tagħti opinjoni dwar jekk tali regoli humiex konformi mal-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk tali regoli ma jkunux konformi, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw sabiex jistabbilixxu azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu, li jinvolvu korpi internazzjonali rilevanti, jekk dan ikun meħtieġ.
17.  
Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu għal lokomotivi jew ferroviji b'awtopropulsjoni li jaslu minn pajjiżi terzi u maħsuba li jiċċirkolaw sa stazzjon li jinsab qrib il-fruntiera fit-territorju tiegħu u deżinjat għal operazzjonijiet transkonfinali. Il-konformità ta' tali vetturi mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tkun żgurata mill-impriża ferrovjarja kkonċernata fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u, fejn rilevanti, f'konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

Artikolu 22

Reġistrazzjoni tal-vetturi awtorizzati li jitqiegħdu fis-suq

1.  
Qabel ma vettura tintuża għall-ewwel darba, u wara li tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-Artikolu 21, din għandha tiġi rreġistrata f'reġistru tal-vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 47 fuq talba tad-detentur.
2.  
Meta ż-żona tal-użu ta' vettura tkun limitata għat-territorju ta' Stat Membru wieħed, din għandha tkun reġistrata f'dak l-Istat Membru.
3.  
Meta ż-żona tal-użu tal-vettura tkopri t-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din għandha tkun reġistrata f'wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 23

Verifiki qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati

1.  

Qabel ma impriża ferrovjarja tuża vettura fiż-żona tal-użu speċifikata fl-awtorizzazzjoni tagħha għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tivverifika:

(a) 

li l-vettura ġiet awtorizzata għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21 u li tkun debitament reġistrata;

(b) 

li l-vettura hija kompattibbli mar-rotta abbażi tar-reġistru tal-infrastruttura, it-TSIs rilevanti it-TSIs rilevanti jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta bla ħlas mill-amministratur tal-infrastruttura u f'perijodu ta' żmien raġonevoli, fejn reġistru bħal dan ma jeżistix jew mhux komplut; u

(c) 

li l-vettura hija integrata b'mod xieraq fil-kompożizzjoni tal-ferrovija fejn maħsuba li topera, b'kont meħud tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u t-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-impriża ferrovjarja tista' tagħmel testijiet f'kooperazzjoni mal-amministratur tal-infrastruttura.

L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant.

Artikolu 24

Awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi

1.  
L-Aġenzija jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista', fejn ikun xieraq, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21, tagħti awtorizzazzjonijiet ta' tip ta' vettura. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
2.  
Jekk l-Aġenzija jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, din għandha fl-istess ħin tat-talba tal-applikant toħroġ awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, li tkun relatata mal-istess żona tal-użu ta' vettura.
3.  
Fil-każ ta' tibdil fi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tat-TSIs jew tar-regoli nazzjonali, li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, it-TSI jew ir-regola nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura li tkun diġà ngħatat, tibqax valida jew għandhiex bżonn tiġġedded. Jekk dik l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tiġġedded, il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza jkunu jistgħu biss jikkonċernaw ir-regoli mibdula.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
5.  

Id-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip għandha tkun stabbilita f'konformità ma':

(a) 

il-proċeduri ta' verifika tat-TSIs rilevanti; jew

(b) 

fejn ma japplikawx it-TSIs, il-valutazzjoni tal-konformità kif iddefinita fil-moduli B+D, B+F u H1 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

6.  
Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-moduli ad hoc għall-valutazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
7.  
L-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi għandhom ikunu reġistrati fir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati imsemmi fl-Artikolu 48.

Artikolu 25

Konformità tal-vetturi ma' tip ta' vettura awtorizzata

1.  
Vettura jew serje ta' vetturi li jkunu konformi ma' tip ta' vettura awtorizzata għandhom, mingħajr kontrolli ulterjuri, jirċievu awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21, abbażi tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' dak it-tip ta' vettura ppreżentat mill-applikant.
2.  
It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura msemmi fl-Artikolu 24(3) ma għandux jaffettwa l-awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq li jkunu diġà ngħataw abbażi tal-awtorizzazzjoni preċedenti għat-tqegħid ta' dak it-tip ta' vettura fis-suq.

Artikolu 26

Nuqqas ta' konformità ta' vetturi jew tipi ta' vetturi mar-rekwiżiti essenzjali

1.  
Meta impriża ferrovjarja ssib, waqt l-operazzjoni, li vettura li qed tuża ma tissodisfax waħda mir-rekwiżiti essenzjali applikabbli, hija għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-vettura ssir konformi. Barra minn hekk, hija tista' tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata bil-miżuri meħuda. Jekk l-impriża ferrovjarja jkollha provi li n-nuqqas ta' konformità kien diġà jeżisti fil-mument meta nħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza oħra kkonċernata.
2.  
Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssir konxja, pereżempju fil-proċess ta' superviżjoni previst fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798, li vettura jew tip ta' vettura, li l-awtorizzazzjoni tagħha għat-tqegħid fis-suq tkun ingħatat jew mill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 21(5) jew l-Artikolu 24, jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, f'konformità mal-Artikolu 21(8) jew l-Artikolu 24, meta tintuża kif maħsub, ma tilħaqx waħda mir-rekwiżiti essenzjali applikabbli, hija għandha tinforma lill-impriża ferrovjarja li tuża l-vettura jew it-tip ta' vettura u titlobha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex il-vettura/i ssir/jsiru konformi. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza oħra kkonċernata, inklużi dawk f'territorju fejn tkun għaddejja l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura tal-istess tip.
3.  
Meta, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, il-miżuri korrettivi applikati mill-impriża ferrovjarja ma jiżgurawx konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli u li n-nuqqas ta' konformità jwassal għal riskju serju għas-sikurezza, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata tista' tapplika miżuri temporanji ta' sikurezza skont il-kompiti ta' superviżjoni tagħha, f'konformità mal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Miżuri temporanji ta' sikurezza fil-forma ta' sospensjoni ta' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura jistgħu jiġu applikati b'mod parallel mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew mill-Aġenzija u għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u l-proċedura ta' arbitraġġ stabbilita fl-Artikolu 21(7).
4.  
Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li ħarġet l-awtorizzazzjoni, wara rieżami tal-effettività ta' kwalunkwe miżura meħuda biex jindirizzaw ir-riskju serju għas-sikurezza, tista' tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni meta jiġi ppruvat li xi rekwiżit essenzjali ma ġiex issodisfat fil-mument tal-awtorizzazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew tal-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, waqt li jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. Id-detentur jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi d-deċiżjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, jitlobha tirrieżamina d-deċiżjoni. F'dak il-każ, id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiġi temporanjament sospiża. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahar mid-data meta tirċievi t-talba għal rieżami biex tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha.

Fejn rilevanti, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali ta' sikurezza rigward il-ħtieġa li tiġi ristretta jew revokata l-awtorizzazzjoni, għandha tiġi segwita l-proċedura ta' arbitraġġ prevista fl-Artikolu 21(7). Jekk ir-riżultat ta' dik il-proċedura jkun li l-awtorizzazzjoni tal-vettura la mhi ser tiġi ristretta u lanqas revokata, il-miżuri ta' sikurezza temporanji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu sospiżi.

5.  
Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796 fil-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament. Jekk id-deċiżjoni ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura jista' jressaq appell, fi żmien xahrejn min-notifika ta' dik id-deċiżjoni, taħt ir-reviżjoni ġudizzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-korp regolatorju stabbilit fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell.
6.  
Meta l-Aġenzija tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni li hija tkun tat għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma direttament lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kollha, u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiddeċiedi li tirrevoka awtorizzazzjoni li hija tkun tat għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija b'dan u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija mbagħad għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza l-oħra.

7.  
Id-Deċiżjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li tirrevoka l-awtorizzazzjoni għandha tiġi riflessa fir-reġistru tal-vetturi adegwat, f'konformità mal-Artikolu 22 jew, fil-każ ta' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, fir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 24(7). L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji li jużaw vetturi tal-istess tip bħall-vettura jew it-tip soġġett għar-revoka jiġu informati kif suppost. Dawk l-impriżi ferrovjarji għandhom l-ewwel jivverifikaw jekk tapplikax l-istess problema ta' nuqqas ta' konformità. F'dik l-eventwalità, għandha tapplika l-proċedura prevista f'dan l-Artikolu.
8.  
Meta awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiġi revokata, il-vettura kkonċernata ma għandhiex tibqa' tintuża u ż-żona tal-użu tagħha ma għandhiex tiġi estiża. Meta awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura tiġi revokata, vetturi mibnija abbażi tagħha ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew, jekk ikunu diġà tqiegħdu fis-suq, dawn għandhom jiġu rtirati. Tista' tintalab awtorizzazzjoni ġdida fuq il-bażi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 21 fil-każ ta' vetturi individwali jew l-Artikolu 24 fil-każ ta' tip ta' vettura.
9.  
Meta, fil-każijiet previsti fil-paragrafi 1 jew 2, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali huwa limitat għal parti miż-żona tal-użu tal-vettura kkonċernata u tali nuqqas ta' konformità kien jeżisti diġà meta nħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi emendata biex teskludi l-partijiet taż-żona tal-użu kkonċernata.



KAPITOLU VI

KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 27

Awtoritajiet notifikanti

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet notifikanti li għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu u jesegwixxu l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluża l-konformità mal-Artikolu 34.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni u korpi oħrajn tal-Istati Membri awtorizzati li jwettqu kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' parti terza kif previsti fl-Artikoli 10(2) u 15(1). Dawn għandhom jiżguraw ukoll li jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra tal-korpi nominati msemmija fl-Artikolu 15(8).
3.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ser jitwettqu minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f'konformità miegħu.
4.  
Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew inkella tinkariga l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun persuna ġuridika u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28. Għandu jkollu arranġamenti biex ikopri r-responsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.
5.  
L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 28

Rekwiżiti li jirrigwardaw l-awtoritajiet notifikanti

L-awtorità notifikanti:

(a) 

għandha tiġi stabbilita b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

għandha tkun organizzata u operata b'tali mod li jkunu salvagwardati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha;

(c) 

għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni li tirrigwarda n-notifika ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni;

(d) 

ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva;

(e) 

għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba;

(f) 

għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti għat-twettiq adegwat tal-kompiti tagħha.

Artikolu 29

L-obbligu tal-awtoritajiet notifikanti li jagħtu informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, u dwar kull tibdil għal dawk il-proċeduri.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 30

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  
Għall-finijiet ta' notifika, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 31 u 32.
2.  
Għandu jkun stabbilit korp tal-valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.
3.  
Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu mit-TSI rilevanti u li jkun ġie notifikat dwarhom, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità stess u kemm jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Fi kwalunkwe ħin u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' prodott li jkun ġie notifikat dwaru, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:

(a) 

il-persunal meħtieġ b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

id-deskrizzjonijiet rilevanti ta' proċeduri, li skonthom għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità li jiġu applikati dawk il-proċeduri. Dan għandu jkollu fis-seħħ politiki u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat u attivitajiet oħra;

(c) 

proċeduri xierqa għat-twettiq ta' attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq b'mod xieraq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

4.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
5.  
Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-TSI rilevanti jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlet fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom jiġu protetti.
6.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tagħhom għall-valutazzjoni jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti u, bħala gwida ġenerali, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
7.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li huma nnotifikati għal subsistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord u/jew maġenb il-binarji għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-grupp tal-ERTMS imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/796 jew jiżguraw li l-persunal ta' valutazzjoni tagħhom ikun infurmat b'tali attivitajiet. Għandhom isegwu linji gwida prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta' dak il-grupp. Fl-eventwalità li jqisu li l-applikazzjoni tagħhom mhijiex xierqa jew hija impossibbli, il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernati għandhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom biex dawn jiġu diskussi lill-grupp tal-ERTMS b'mod li dawn il-linji gwida jkomplu jitjiebu dejjem aktar.

Artikolu 31

Imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-manifattur tal-prodott li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti li huwa jivvaluta jista', bil-kondizzjoni li jkun hemm prova tal-indipendenza tiegħu flimkien man-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess, jitqies li jkun tali korp.

2.  
Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' ġestjoni tagħhom u tal-persunal tal-valutazzjoni tagħhom.
3.  
Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, jew ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma neċessarji għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' prodotti bħal dawn għal għanijiet personali.
4.  
Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dawk il-prodotti, l-anqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista' tkun f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni ta' konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Din il-projbizzjoni għandha tapplika, b'mod partikolari, għas-servizzi ta' konsulenza.
5.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
6.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

Artikolu 32

Persunal tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  

Il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn il-ħiliet li ġejjin:

(a) 

taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità xierqa biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c) 

għarfien xieraq u fehim tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;

(d) 

il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

2.  
Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

Artikolu 33

Preżunzjoni tal-konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità

Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f'partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 34

Sussidjarji ta' korpi notifikati u sottokuntrattar minnhom

1.  
Fejn korp notifikat jagħti b'sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.
2.  
Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-ħidmiet imwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3.  
L-attivitajiet tal-korpi nnotifikati jistgħu jingħataw b'sottokuntratt jew jiġu esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.
4.  
Il-korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom fil-kuntest tat-TSI rilevanti.

Artikolu 35

Korpi interni akkreditati

1.  
L-applikanti jistgħu jużaw korp intern akkreditat sabiex iwettqu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex jiġu implimentati l-proċeduri stipulati fil-moduli A1, A2, C1 jew C2 stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u l-moduli CA1 u CA2 stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/713/UE. Dak il-korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-applikant ikkonċernat u ma għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti vvalutati minnu.
2.  

Il-korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b) 

il-korp u l-persunal tiegħu għandhom, fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, ikunu identifikabbli mil-lat organizzattiv u jkollhom metodi ta' rapportar li jiżguraw l-imparzjalità tagħhom, u għandhom jagħtu prova ta' dan lill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kompetenti;

(c) 

la l-korp u lanqas il-persunal tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-installazzjoni, l-operazzjoni jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jivvalutaw, u lanqas ma għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom;

(d) 

il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklużivament lill-impriża li jkun jagħmel parti minnha.

3.  
Il-korp intern akkreditat ma għandux jiġi nnotifikat lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tiegħu għandha tingħata mill-impriża li huwa parti minnha jew mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni lill-awtorità notifikanti fuq talba ta' dik l-awtorità.

Artikolu 36

Applikazzjoni għal notifika

1.  
Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit.
2.  
Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li fil-konfront tagħhom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, flimkien ma' ċertifikat ta' akkreditazzjoni, fejn ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
3.  
Fejn il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista' jipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità notifikanti l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.

Artikolu 37

Proċedura tan-notifika

1.  
L-awtoritajiet notifikanti għandhom biss jinnotifikaw lil dawk il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
2.  
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw il-korpi msemmija fil-paragrafu 1lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-mezz elettroniku ta' notifika żviluppat u mħaddem mill-Kummissjoni.
3.  
In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew il-prodotti kkonċernati, flimkien maċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni jew affermazzjoni oħra rilevanti tal-kompetenza previsti fil-paragrafu 4.
4.  
Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri x-xhieda dokumentata li tikkonferma l-kompetenza tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru sabiex ikun żgurat li dak il-korp jiġi mmonitorjat perjodikament u li ser ikompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
5.  
Il-korp ikkonċernat jista' jwettaq l-attivitajiet ta' korp notifikat biss fejn ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn tan-notifika fejn jintuża ċertifikat ta' akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li ma tintużax l-akkreditazzjoni.
6.  
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe bidliet rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 38

Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati

1.  
Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp notifikat.

Korp notifikat għandu jiġi assenjat numru ta' identifikazzjoni uniku anke fejn ikun notifikat skont diversi atti legali tal-Unjoni.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li kienu allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 39

Tibdil fin-notifiki

1.  
Fejn awtorità notifikanti tkun aċċertat ruħha jew tkun ġiet informata li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward tal-issodisfar ta' dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
2.  
Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità ta' sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġett għat-talba tagħhom.

Artikolu 40

Kontestazzjonijiet dwar il-kompetenza tal-korpi notifikati

1.  
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha xi dubju, jew fejn issir taf b'dubju rigward il-kompetenza ta' korp notifikat jew l-osservanza kontinwa, minn korp notifikat, tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa jkun soġġett għalihom.
2.  
L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, jekk mitlub jagħmel dan, l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-bażi għan-notifika jew il-ħarsien tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba tul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi trattata b'mod kunfidenzjali.
4.  
Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 41

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.  
Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet ta' konformità f'konformità mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fit-TSI rilevanti.
2.  
Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b'mod proporzjonat, filwaqt li jevitaw piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Meta jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tagħhom, il-korpi notifikati għandhom iqisu debitament id-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

Filwaqt li jagħmlu dan, huma għandhom xorta waħda joperaw bil-għan li jivverifikaw il-konformità tal-prodott ma' din id-Direttiva.

3.  
Fejn korp notifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fit-TSI rilevanti jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew irrispettati mill-manifattur, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.
4.  
Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi mat-TSI rilevanti jew mal-istandards tal-armonizzazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti, il-korp notifikat għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.
5.  
Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 42

Obbligu tal-korpi notifikati li jagħtu informazzjoni

1.  

Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat;

(b) 

kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu tan-notifika u l-kondizzjonijiet għaliha;

(c) 

kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;

(d) 

meta mitluba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li twettqu fil-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti għandhom ukoll jiġu infurmati dwar kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat taħt il-punt (a).

2.  
Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati taħt din id-Direttiva li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità u li jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta' valutazzjoni tal-konformità u, meta mitluba, riżultati pożittivi.
3.  
Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu l-Aġenzija b'ċertifikati “KE” ta' verifika tas-subsistemi, ċertifikati “KE” ta' konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u ċertifikati “KE” tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà.

Artikolu 43

Skambji tal-aħjar prattika

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki.

Artikolu 44

Koordinazzjoni ta' korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva permezz tal-istabbiliment ta' grupp settorjali ta' korpi notifikati. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-attivitajiet ta' korpi notifikati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/796.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti nominatri.

Artikolu 45

Korpi nominati

1.  

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jidhru fl-Artikoli 30 sa 34 għandhom japplikaw ukoll għall-korpi nominati skont l-Artikolu 15(8), ħlief:

(a) 

fil-każ ta' ħiliet meħtieġa mill-persunal tiegħu skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), fejn il-korp nominat għandu jkollu l-għarfien u l-fehim adatt tal-liġi nazzjonali;

(b) 

fil-każ ta' dokumenti li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti skont l-Artikolu 34(4), fejn il-korp nominat għandu jinkludi dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma mwettqa minn sussidjarji jew sottokuntratturi skont ir-regoli nazzjonali rilevanti.

2.  
L-obbligi operattivi stipulati fl-Artikolu 41 għandhom japplikaw ukoll għall-korpi nominati skont l-Artikolu 15(8), ħlief fejn dawk l-obbligi jirreferu għal regoli nazzjonali minflok għal TSIs.
3.  
L-obbligu ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 42(1) għandu japplika wkoll għall-korpi nominati li għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri kif adatt.



KAPITOLU VII

REĠISTRI

Artikolu 46

Sistema ta' numerazzjoni tal-vetturi

1.  
Meta tiġi rreġistrata f'konformità mal-Artikolu 22, kull vettura għandha tiġi assenjata Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni. Kull vettura għandha tkun immarkata b'NEV assenjat.
2.  
L-ispeċifikazzjonijiet tan-NEV għandhom ikunu stabbiliti fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(2), f'konformità mat-TSI rilevanti.
3.  
Kull vettura għandha tiġi assenjata NEV darba biss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(2), f'konformità mat-TSI rilevanti.
4.  
Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta' vetturi mħaddma jew maħsuba biex jitħaddmu minn jew għal pajjiżi terzi li l-wisa' bejn il-linji tagħhom hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw vetturi identifikati biċ-ċar f'konformità ma' sistema ta' kodifikazzjoni differenti.

Artikolu 47

Reġistri tal-vetturi

1.  

Sakemm ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi msemmi fil-paragrafu 5 jsir operazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru nazzjonali tal-vetturi. Dak ir-reġistru għandu:

(a) 

jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2;

(b) 

jinżamm aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja;

(c) 

ikun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi investigattivi msemmija fl-Artikoli 16 u 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798; għandu wkoll ikun aċċessibbli, fuq kwalunkwe talba leġittima, għall-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE, u għall-Aġenzija, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, kif ukoll għal dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' operazzjoni, inkluż arranġamenti għall-iskambju tad-data, u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni tagħhom, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).

3.  

Ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-NEV;

(b) 

referenzi għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” u l-korp emittenti;

(c) 

referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 48;

(d) 

identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u d-detentur;

(e) 

restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża;

(f) 

referenzi lill-entità responsabbli għall-manutenzjoni.

4.  
Sakemm ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tal-Istati Membri ma jkunux marbutin f'konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu, fir-rigward tad-data li tikkonċernah, bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess.
5.  
Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż eċċessivi għall-Istati Membri u l-partijiet interessati, sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tar-riżultat ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi li jkun jinkorpora r-reġistri nazzjonali tal-vetturi bil-ħsieb li tiġi pprovduta interfaċċa armonizzata għall-utenti kollha għar-reġistrazzjoni ta' vetturi u l-ġestjoni tad-data. Il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1u l-paragrafu 3 għandhom japplikaw. Speċifikazzjoni bħal din għandha tinkludi l-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' operazzjoni, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-data, u r-regoli għall-input tad-data, u l-konsultazzjoni, kif ukoll l-istadji tal-migrazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3) u abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.

Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jiġi żviluppat b'kont meħud tal-applikazzjonijiet tal-IT u r-reġistri diġà stabbiliti mill-Aġenzija u l-Istati Membri, bħar-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi konness mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jkun operazzjonali sas-16 ta' Ġunju 2021.

6.  
Id-detentur għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-data mdaħħla fir-reġistri tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-Istat Membru fejn il-vettura tkun ġiet irreġistrata.
7.  
Fil-każ tal-vetturi awtorizzati għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement użati fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-data tal-vettura, inkluża tal-inqas id-data li tirrigwarda d-detentur tal-vettura kkonċernata, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tagħha u r-restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża, tkun tista' tinstab permezz ta' reġistru tal-vetturi jew inkella jitqiegħdu mingħajr dewmien għad-dispożizzjoni f'format li jista' jinqara faċilment u f'konformità mal-istess prinċipji nondiskriminatorji li japplikaw għal data simili minn reġistru tal-vetturi.

Artikolu 48

Reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati

1.  

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq maħruġa f'konformità mal-Artikolu 24. Dak ir-reġistru għandu:

(a) 

ikun pubbliku u aċċessibbli b'mod elettroniku;

(b) 

jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2;

(c) 

ikun kollegat mar-reġistri tal-vetturi rilevanti.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tat-tipi ta' vetturi awtorizzati li jirrigwardaw il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tal-operazzjoni u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
3.  

Ir-reġistru għandu jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin għal kull tip ta' vettura:

(a) 

karatteristiċi tekniċi, inklużi dawk relatati mal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, tat-tip ta' vettura kif definit fit-TSIs rilevanti;

(b) 

l-isem tal-manifattur;

(c) 

id-data tal-awtorizzazzjonijiet relatati maż-żona tal-użu għal tip ta' vettura, inkluż kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar.

Artikolu 49

Reġistru tal-infrastruttura

1.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġi ppubblikat reġistru tal-infrastruttura, li jiddikjara l-valuri tal-parametri tan-netwerk ta' kull subsistema jew parti mis-subsistema kkonċernata, kif stabbilit fit-TSI rilevanti.
2.  
Il-valuri tal-parametri mniżżla fir-reġistru tal-infrastruttura għandhom jintużaw flimkien mal-valuri tal-parametri mniżżla fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk.
3.  
Ir-reġistru tal-infrastruttura jista' jistipula l-kondizzjonijiet għall-użu ta' stallazzjonijiet fissi u restrizzjonijiet oħrajn.
4.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistru tal-infrastruttura jiġi aġġornat f'konformità mal-paragrafu 5.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura li jirrigwardaw il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tal-operazzjoni u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 50

Eżerċizzju ta' delega

1.  
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3.  
Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
4.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 51

Proċedura tal-kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE ( 6 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 52

Motivazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont din id-Direttiva rigward il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà jew il-verifika tas-subsistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni jew kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 7, 12 u 17 għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Din għandha tiġi nnotifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti kkonċernata, flimkien ma' indikazzjoni tar-rimedji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-iskadenzi permessi għall-eżerċitar ta' tali rimedji.

Artikolu 53

Rapporti u informazzjoni

1.  
Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fit-tħejjija għar-rwol imsaħħaħ tal-Aġenzija taħt din id-Direttiva. Barra minn hekk, kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali previst fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar biex tinkiseb l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija f'dan il-kuntest. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-użu tar-reġistri skont il-Kapitolu VII u analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u tal-applikazzjoni tal-Kapitolu V, li jivvalutaw b'mod partikolari l-funzjonament tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Għall-għanijiet tal-ewwel rapport, wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati rilevanti u għandha tistabbilixxi programm li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, tipproponi miżuri leġislattivi inklużi miżuri għar-rwol futur tal-Aġenzija fit-tisħiħ tal-interoperabbiltà.
2.  
L-Aġenzija għandha tiżviluppa u taġġorna perjodikament għodda li kapaċi tipprovdi, fuq it-talba ta' Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni, ħarsa ġenerali lejn il-livell tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fil-Kapitolu VII.

Artikolu 54

Reġim transizzjonali għall-użu ta' vetturi

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, vetturi li jeħtieġ li jiġu awtorizzati bejn il-15 ta' Ġunju 2016 u s-16 ta' Ġunju 2019 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE.
2.  
L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi li ngħataw skont il-paragrafu 1 u l-awtorizzazzjonijiet l-oħrajn kollha li ngħataw qabel il-15 ta' Ġunju 2016, inklużi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija fil-kuntest ta' ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari l-RIC (Regolamento Internazionale Carrozze) u l-RIV (Regolamento Internazionale Veicoli), għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kondizzjonijiet li taħthom ingħataw l-awtorizzazzjonijiet.
3.  
Vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-servizz skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jirċievu awtorizzazzjoni tal-vettura ġdida għat-tqegħid fis-suq sabiex joperaw fuq netwerk wieħed jew aktar li għad mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom. It-tqegħid fis-suq f'dawk in-netwerks addizzjonali għandu jkun soġġett għall-Artikolu 21.

▼M1

4.  
Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 21 u 24 u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 19 fir-rigward ta' żoni tal-użu fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2). B'deroga mill-Artikoli 21 u 24, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE sas-16 ta' Ġunju 2020. B'deroga mill-Artikoli 21 u 24, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE sal-31 ta' Ottubru 2020.

▼B

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet transizzjonali oħra

1.  
L-Annessi IV, V, VII u IX għad-Direttiva 2008/57/KE għandhom japplikaw sad-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni korrispondenti msemmija fl-Artikolu 7(5), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 14(10) u l-Artikolu 15(9) ta' din id-Direttiva.
2.  
Id-Direttiva 2008/57/KE għandha tibqa' tapplika fir-rigward tal-proġetti ERTMS maġenb il-binarji li għandhom jitqiegħdu fis-servizz bejn il-15 ta' Ġunju 2016 u s-16 ta' Ġunju 2019.
3.  
Il-proġetti li jkunu temmew il-fażi ta' sejħa għall-offerti jew dik kuntrattwali qabel is-16 ta' Ġunju 2019 mhumiex soġġetti għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19.
4.  
Sas-16 ta' Ġunju 2031 l-alternattivi inklużi fil-kuntratti li ġew iffirmati qabel il-15 ta' Ġunju 2016 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19, anke jekk dawn jiġu eżerċitati wara l-15 ta' Ġunju 2016.
5.  
Qabel ma jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz ta' kwalunkwe tagħmir ERTMS maġenb il-binarji li ma kienx soġġett għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija sabiex jiżguraw li s-soluzzjonijiet tekniċi huma kompletament interoperabbli, f'konformità mal-Artikoli 30(3) u 31(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.

Artikolu 56

Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija

L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 sabiex tiġi applikata din id-Direttiva. Fejn rilevanti, għandu jittieħed kont ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet meta jkunu qed jitfasslu atti ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva.

Artikolu 57

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 7(1) sa (4) u (6), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(1), (3) u (4), l-Artikoli 12, 13 u 14, l-Artikolu 15(1) sa (8), l-Artikolu 16, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(3), l-Artikoli 21 sa 39, l-Artikolu 40(2), l-Artikoli 41, 42, 44, 45 u 46, l-Artikolu 47(1), (3), (4) u (7), l-Artikolu 49(1) sa (4), l-Artikolu 54 u l-Annessi I, II, III u IV sas-16 ta' Ġunju 2019. Huma għandhom immedjatament jikkomunikaw t-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 b'sena. Għal dak l-iskop, sas-16 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri li ma idaħħlux fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fi żmien il-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b'dan u jippreżentaw ir-raġunijiet għal tali estensjoni.

▼M1

2a.  
L-Istati Membri li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni skont il-paragrafu 2 jistgħu jerġgħu jestenduh sal-31 ta' Ottubru 2020. Il-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom għandhom japplikaw minn dik id-data. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b’dan sad-29 ta’ Mejju 2020.

▼B

3.  
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn tal-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din u kif għandha tiġi fformulata dikjarazzjoni bħal din.
4.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
5.  
L-obbligu għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1) sa (8), (11) u (12), l-Artikolu 15(1) sa (9), l-Artikolu 16(1), l-Artikoli 19 sa 26, l-Artikoli 45, 46 u 47, l-Artikolu 49(1) sa (4) u l-Artikolu 54 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Madankollu, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tinbena linja ferrovjarja bil-ħsieb li tkun operata minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien sentejn mir-riċeviment tal-applikazzjoni.

Artikolu 58

Tħassir

Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra b'effett mis- ►M1  31 ta' Ottubru 2020 ◄ , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jinsabu fl-Anness V, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 60

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Elementi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni

1.    Netwerk

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

linji ta' veloċità għolja mibnijin apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/h jew ogħla,

(b) 

linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ta' 200 km/h,

(c) 

linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità trid tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi linji ta' interkonnessjoni bejn netwerks ta' veloċità għolja u dawk konvenzjonali, linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, aċċessi għat-terminals, depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' “veloċità għolja” b'veloċità konvenzjonali,

(d) 

linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri,

(e) 

linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija),

(f) 

linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija,

(g) 

ċentri għal passiġġieri,

(h) 

ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminals intermodali,

(i) 

linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq.

Dan in-netwerk jinkludi l-ġestjoni tat-traffiku, l-ittrakkjar, u s-sistemi tan-navigazzjoni: l-installazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- data u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri u servizzi tal-merkanzija għal distanzi twal fuq in-netwerk biex jiggarantixxu s-sikurezza u l-operazzjoni armonjuża tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.

2.    Vetturi

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-vetturi tal-Unjoni għandhom jinkludu l-vetturi kollha li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk kollu tal-Unjoni jew fuq parti minnu:

— 
lokomotivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, inkluż magni tat-trazzjoni termali jew elettriċi, ferroviji tal-passiġġieri bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, u kowċis tal-passiġġieri;
— 
vaguni tal-merkanzija, inklużi vetturi baxxi ddisinjati għan-netwerk kollu u vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet;
— 
vetturi speċjali, bħal magni ta' fuq il-binarji.

Din il-lista ta' vetturi għandha tinkludi dawk li huma ddisinjati apposta biex joperaw fuq it-tipi differenti ta' linji ta' veloċità għolja deskritti fil-punt 1.




ANNESS II

SUBSISTEMI

1.    Lista ta' subsistemi

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni tista' tinqasam fis-subsistemi li ġejjin, jew:

(a) 

iż-żoni strutturali:

— 
l-infrastruttura,
— 
l-enerġija,
— 
il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji,
— 
il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord,
— 
il-vetturi ferrovjarji; jew inkella
(b) 

iż-żoni funzjonali:

— 
l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku,
— 
il-manutenzjoni,
— 
l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u l-merkanzija.

2.    Deskrizzjoni tas-subsistemi

Għal kull subsistema jew parti minn subsistema, il-lista ta' kostitwenti u l-aspetti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jew l-ordni li biha huma jkunu ser jiġu soġġetti għat-TSIs, is-subsistemi inklużi jinkludu li ġej:

2.1.    Infrastruttura

Il-binarji, il-punti, il-livelli ta' qsim, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ), l-elementi tal-istazzjon relatati mal-ferroviji (inkluż l-entrati, il-pjattaformi, iż-żoni ta' aċċess, punti tas-servizz, toilets u sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), is-sikurezza u t-tagħmir protettiv.

2.2.    Enerġija

Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-ajru u s-sistema maġenb il-binarji għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum tal-elettriku.

2.3.    Kmand-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji

It-tagħmir kollu maġenb il-binarji meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ta' ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.

2.4.    Kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord

It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti tal-ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.

2.5.    Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku

Il-proċeduri u t-tagħmir relatat li jippermettu l-operazzjoni koerenti tad-diversi subsistemi strutturali, kemm matul l-operazzjoni normali kif ukoll matul dak imnaqqas, inklużi b'mod partikolari il-kompożizzjoni tal-ferrovija u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.

Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' kwalunkwe tip ta' servizz ferrovjarju.

2.6.    Applikazzjonijiet telematiċi

F'konformità mal-Anness I, din is-subsistema tikkonsisti f'żewġ elementi:

(a) 

l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport;

(b) 

l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali), is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma' mezzi oħra ta' trasport u l-produzzjoni ta' dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija.

2.7.    Vetturi ferrovjarji

▼C1

Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-agganċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.

▼B

2.8.    Manutenzjoni

Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta' manutenzjoni u r-riservi li jipprovdu l-manutenzjoni kollettiva u preventiva ta' natura mandatorja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tiġi ggarantita l-kwalità meħtieġa.




ANNESS III

REKWIŻITI ESSENZJALI

1.    Rekwiżiti ġenerali

1.1.    Sikurezza

1.1.1.

Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti ta' sikurezza kritika, u b'mod aktar partikolari, tal-komponenti involuti fil-movimenti ferrovjarji, għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sikurezza fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti għan-netwerk, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet speċifiċi degradati.

1.1.2.

Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarju għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar l-istabbiltà meħtieġa biex jiggarantixxu s-sikurezza taċ-ċaqliq fil-veloċità massima awtorizzata. Il-parametri jridu jiggarantixxu li jkun possibbli li tieqaf f'distanza speċifika ta' brake bil-veloċità massima awtorizzata.

1.1.3.

Il-komponenti użati għandhom ikunu jifilħu għal xi strapazzi normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perijodu tagħhom fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sikurezza ta' kwalunkwe mankanza aċċidentali għandhom jiġu limitati b'mezzi approprjati.

1.1.4.

Id-disinn ta' stallazzjonijet u l-vetturi ferrovjarji fissi u l-għażla tal-materjal użat għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan f'każ ta' ħruq.

1.1.5.

Kwalunkwe apparat maħsub biex jitħaddem mill-utenti jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li ma jfixkilx l-operazzjoni sikura tal-apparat jew is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti jekk jintuża b'mod prevedibbli, għalkemm mhux f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti.

1.2.    Affidabbiltà u disponibbiltà

Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tal-ferroviji għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b'tali mod li jkomplu jaħdmu skont il-kondizzjonijiet maħsuba.

1.3.    Saħħa

1.3.1.

Il-materjali li x'aktarx, minħabba l-mod ta' kif jintużaw, jikkostitwixxu periklu għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom ma għandhomx jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura ferrovjarja.

1.3.2.

Dawn il-materjali għandhom jintgħażlu, jitqiegħdu u jintużaw b'tali mod li jrażżnu l-ħruġ ta' dħaħen jew ta' gassijiet li jagħmlu ħsara u huma perikolużi, partikolarment f'każ ta' ħruq.

1.4.    Protezzjoni tal-ambjent

1.4.1.

L-impatt ambjentali tal-istabbiliment u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja jrid jiġi vvalutat u kkunsidrat fl-istadju tal-iddisinjar tas-sistema f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

1.4.2.

Il-materjali li jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura għandhom jipprevjenu l-ħruġ ta' dħaħen jew gassijiet li jistgħu jkunu noċivi u perikolużi għall-ambjent, partikolarment f'każ ta' ħruq.

1.4.3.

Il-vetturi ferrovjarji u s-sistemi għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu ddisinjati u fabbrikati b'tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli mal-installazzjonijiet, mat-tagħmir u man-netwerk pubbliku jew privat li miegħu jistgħu jinterferixxu.

1.4.4.

Id-disinn u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhomx iwasslu għal livell inammissibbli ta' storbju maħluq minnha stess:

— 
f'żoni li jinsabu qrib infrastrutturi tal-ferroviji, kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u
— 
fil-kabina tas-sewwieq.

1.4.5.

L-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhiex twassal għal livell inammissibbli ta' vibrazzjonijiet tal-art fl-attivitajiet u ż-żoni viċin l-infrastruttura u fi stat normali ta' manutenzjoni.

1.5.    Kompatibbiltà teknika

Il-karatteristiċi tekniċi tal-infrastruttura u l-installazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma' xulxin u ma' dawk tal-ferroviji li għandhom jintużaw fis-sistema ferrovjarja. Dan ir-rekwiżit jinkludi l-integrazzjoni sikura tas-subsistema tal-vettura mal-infrastruttura.

Jekk il-konformità ma' dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f'ċerti taqsimiet tan-netwerk, soluzzjonijiet temporanji, li jiżguraw kompatibbiltà fil-futur, għandhom jiġu implimentati.

1.6.    Aċċessibbiltà

1.6.1.

Is-subsistemi tal-“infrastruttura” u l-“vetturi ferrovjarji” jridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa sabiex ikun żgurat aċċess fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati. Dan għandu jinkludi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-immodernizzar, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-partijiet rilevanti tas-subsistemi li l-pubbliku għandu aċċess għalihom.

1.6.2.

Is-subsistemi tal-“operazzjonijiet” u l-“applikazzjonijiet telematiċi tal-passiġġieri” jridu jipprevedu l-funzjonalità neċessarja meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati.

2.    Rekwiżiti speċifiċi għal kull subsistema

2.1.    Infrastruttura

2.1.1.    Sikurezza

Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex ma jitħalliex l-aċċess għal, jew id-dħul mhux mixtieq, fl-installazzjonijiet.

Iridu jittieħdu passi biex jiġi limitat il-periklu li għalih il-persuni jiġu esposti, partikolarment meta l-ferroviji jgħaddu mill-istazzjonijiet.

L-infrastruttura li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess għandha tkun iddisinjata u magħmula b'tali mod li tillimita kwalunkwe periklu għas-sikurezza umana (l-istabbiltà, il-ħruq, l-aċċess, l-evakwazzjoni, il-pjattaformi, eċċ.).

Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna u l-vijadotti.

2.1.2.    Aċċessibbiltà

Is-subsistemi tal-infrastruttura li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.

2.2.    Enerġija

2.2.1.    Sikurezza

L-operazzjoni tas-sistemi li jfornu l-enerġija ma għandhiex timpedixxi s-sikurezza kemm tal-ferroviji kif ukoll tal-persuni (l-utenti, il-persunal operattiv, ir-residenti ta' ħdejn il-binarji u l-partijiet terzi).

2.2.2.    Protezzjoni tal-ambjent

Il-funzjonament tas-sistemi li jfornu l-enerġija elettrika jew termali ma għandhomx jinterferixxu fl-ambjent lil hinn mil-limiti speċifikati.

2.2.3.    Kompatibbiltà teknika

Is-sistemi għall-provvista tal-enerġija elettrika/termali użati għandhom:

— 
jippermettu li l-ferroviji jilħqu l-livelli speċifikati ta' prestazzjoni,
— 
fil-każ ta' sistemi għall-provvista tal-enerġija elettrika, dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-apparat tal-ġbir immuntat fuq il-ferroviji.

2.3.    Kmand-kontroll u sinjalazzjoni

2.3.1.    Sikurezza

L-installazzjonijet u l-proċeduri ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni użati għandhom jagħmluha possibbli li l-ferroviji jivvjaġġaw b'livell ta' sikurezza li jikkorrispondi mal-objettivi stabbiliti għan-netwerk. Is-sistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni iridu jkomplu jipprovdu għal transitu bla periklu ta' ferroviji permessi biex jaħdmu taħt kondizzjonijiet degradati.

2.3.2.    Kompatibbiltà teknika

L-infrastruttura l-ġdida kollha u l-vetturi ferrovjarji ffabbrikati jew żviluppati wara l-adozzjoni tas-sistemi kompatibbli ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni għandhom jiġu adattati apposta għall-użu f'dawk is-sistemi.

It-tagħmir ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni installat fil-kabini tax-xufiera tal-ferroviji għandhom jippermettu operat normali, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, fis-sistema ferrovjarja kollha kemm hi.

2.4.    Vetturi ferrovjarji

2.4.1.    Sikurezza

L-istrutturi tal-vetturi ferrovjarji u tal-agganċamenti bejn il-vetturi jridu jkunu ddisinjati b'tali mod li jitħarsu l-passiġġieri u l-kompartimenti tas-sewqan fil-każ ta' kolliżjoni jew ta' ferrovija li taqbeż il-linji.

It-tagħmir elettriku ma għandux idgħajjef is-sikurezza u l-funzjonament tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.

It-tekniki tal-brejkijiet u l-istrapazzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istrutturi tal-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalazzjoni.

Passi għandhom jittieħdu biex jiġi evitat aċċess għal kostitwenti mnejn ikun għaddej il-kurrent elettriku biex ma tiġix ipperikolata is-sikurezza tal-persuni.

Fil-każ ta' periklu, l-apparat irid jippermetti lill-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u l-persunal li jikkuntattjahom.

Trid tiġi żgurata s-sikurezza tal-passiġġieri waqt l-imbarkazzjoni u l-inżul mill-ferroviji. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinkorporaw sistema ta' ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sikurezza tal-passiġġieri.

Il-ħruġ ta' emerġenza għandu jiġi pprovdut u indikat.

Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna.

Sistema ta' dawl ta' emerġenza ta' intensità u dewmien suffiċjenti hija obbligatorja abbord il-ferroviji.

Il-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t'abbord u mill-kontroll tal-art.

Il-passiġġieri jridu jingħataw informazzjoni komprensiva li tinftiehem faċilment dwar ir-regoli li japplikaw għalihom kemm fl-istazzjonijiet ferrovjarji kif ukoll fuq il-ferroviji.

2.4.2.    Affidabbiltà u disponibbiltà

Id-disinn tat-tagħmir vitali u tat-tagħmir tas-sewqan, t-trazzjoni u l-ibbrejkjar kif ukoll tas-sistema ta; kmand-kontroll irid, f'sitwazzjoni degradata speċifika, ikun tali li jippermetti li l-ferrovija tkompli miexja mingħajr konsegwenzi ħżiena għat-tagħmir li jkun baqa' jaħdem.

2.4.3.    Kompatibbiltà teknika

It-tagħmir tal-elettriku għandu jkun kompatibbli mal-operazzjoni tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.

Fil-każ ta' trazzjoni elettrika, il-karatteristiċi tal-apparati li jiġbru l-kurrent għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli biex il-ferroviji jivvjaġġaw bis-sistemi tal-forniment tal-enerġija għas-sistema ferrovjarja.

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet klimatiċi rilevanti.

2.4.4.    Kontrolli

Il-ferroviji iridu jkunu mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjoni. Id-data miġbura minn dak l-apparat u l-ipproċessar tal-informazzjoni jridu jiġu armonizzati.

2.4.5.    Aċċessibbiltà

Is-subsistemi tal-vetturi ferrovjarji li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.

2.5.    Manutenzjoni

2.5.1.    Saħħa u sikurezza

L-installazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri għandhom jassiguraw li sikurezza taloperazzjoni tas-subsistema ma tkunx tikkostitwixxi periklu għas-saħħa u għas-sikurezza.

2.5.2.    Protezzjoni tal-ambjent

L-installazzjonijet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni ma għandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta' inkonvenjent fir-rigward tal-ambjent ta' madwarhom.

2.5.3.    Kompatibbiltà teknika

L-installazzjonijet tal-manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li jsiru operazzjonijiet għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-kumdità fuq il-vetturi kollha li għalihom ikunu ġew iddisinjati.

2.6.    Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku

2.6.1.    Sikurezza

L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera u tal-persunal t'abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassigura s-sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi.

L-operazzjonijiet u l-intervalli tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-manutenzjoni u taċ-ċentri tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u l-kontroll għandhom ikunu tali li jassikuraw livell għoli ta' sikurezza.

2.6.2.    Affidabbiltà u disponibbiltà

L-operazzjonijiet u l-perijodi tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal taċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidabbiltà u disponibbiltà tas-sistema.

2.6.3.    Kompatibbiltà teknika

L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera, tal-persunal t'abbord u tal-amministraturi tat-traffiku għandu jkun tali li jassigura l-effiċjenza tal-operat tas-sistema ferrovjarja, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u domestiċi.

2.6.4.    Aċċessibbiltà

Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu żgurati li r-regoli tal-operazzjoni jipprovdu l-funzjonament meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

2.7.    Applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija u l-passiġġieri

2.7.1.    Kompatibbiltà teknika

Ir-rekwiżiti essenzjali għall-applikazzjonijiet telematiċi jiggarantixxu l-kwalità minima tas-servizz għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-oġġetti, partikolarment f'termini ta' kompatibbiltà teknika.

Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw:

— 
li l-bażijiet ta' data, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data jiġu żviluppati b'mod li jippermettu l-massimu tal-iskambji tad-data bejn id-diversi applikazzjonijiet u operaturi, eskluża d-data kummerċjali konfidenzjali,
— 
aċċess faċli tal-informazzjoni għall-utenti.

2.7.2.    Affidabbiltà u disponibbiltà

Il-metodi dwar kif jintużaw, jiġu ġestiti, immodernizzati u miżmuma dawn il-bażijiet ta' data, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data għandhom jiggarantixxu l-effiċjenza ta' dawn is-subsistemi u l-kwalità tas-servizz.

2.7.3.    Saħħa

L-interfaċċi bejn is-sistemi u l-utenti għandhom jikkonformaw mar-regoli minimi tal-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa.

2.7.4.    Sikurezza

Livelli approprjati ta' integrità u affidabbiltà għandhom jiġu provduti għall-ħażna jew it-trażmissjoni ta' informazzjoni relatati mas-sikurezza.

2.7.5.    Aċċessibbiltà

Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistemi tal-passiġġieri jipprevedu l-funzjonament neċessarju meħtieġ għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.




ANNESS IV

PROĊEDURA TA' VERIFIKA “KE” GĦAL SUBSISTEMI

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

“Verifika ‘KE’” tfisser proċedura mwettqa mill-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 15 biex jintwera li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti li tirrigwarda subsistema u li s-subsistema tista' tiġi awtorizzata għat-tqegħid fis-servizz.

2.   ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOTIFIKAT

2.1.    Introduzzjoni

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-verifika b'referenza għat-TSIs hija l-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti ta' interoperabbiltà (TSI).

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-applikant li jikkonforma mal-atti legali l-oħra tal-Unjoni applikabbli u kwalunkwe verifika mill-korpi ta' valutazzjoni meħtieġa mir-regoli l-oħra.

2.2.    Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika (ISV)

2.2.1    Prinċipji

Fuq it-talba tal-applikant, il-verifiki jistgħu jsiru għal partijiet ta' subsistema jew jistgħu jkunu limitati għal ċerti stadji tal-proċedura ta' verifika. F'dawn il-każijiet, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jiġu ddokumentati f'“dikjarazzjoni intermedja ta' verifika” (ISV) maħruġa mill-korp notifikat magħżul mill-applikant.

L-ISV trid tipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità.

2.2.2    Partijiet tas-subsistema

L-applikant jista' japplika għal ISV għal kwalunkwe parti li fiha jiddeċiedi li jaqsam is-subsistema. Kull parti għandha tiġi ċċekkjata f'kull stadju kif stipulat fil-punt 2.2.3.

2.2.3    Stadji tal-proċedura ta' verifika

Is-subsistema, jew ċerti partijiet tas-subsistema, għandhom jiġu ċċekkjati f'kull wieħed mill-istadji li ġejjin:

(a) 

disinn globali,

(b) 

produzzjoni: kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, attivitajiet ta' inġinerija ċivili, manifattura, assemblaġġ tal-kostitwenti u aġġustament globali,

(c) 

ittestjar finali.

L-applikant jista' japplika għal ISV għall-istadju ta' disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju ta' produzzjoni għas-subsistema kollha jew għal kwalunkwe parti li fiha l-applikant iddeċieda li jaqsamha (ara l-punt 2.2.2).

2.3.    Ċertifikat ta' verifika

2.3.1.

Il-korpi notifikati responsabbli għall-verifika jivvalutaw id-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-subsistema u jfasslu ċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant li min-naħa tiegħu jfassal id-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”. Iċ-ċertifikat ta' verifika jrid jipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità.

Meta subsistema ma ġietx ivvalutata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (eż. fil-każ ta' deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal immodernizzar jew tiġdid, perijodu transizzjonali f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat ta' verifika għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika.

2.3.2.

Meta jkunu nħarġu ISVs, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika tas-subsistema jieħu kont ta' dawn l-ISVs, u, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat ta' verifika tiegħu:

(a) 

jivverifika li l-ISVs ikopru b'mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s),

(b) 

jiċċekkja l-aspetti kollha li mhumiex koperti mill-ISVs, u

(c) 

jiċċekkja l-ittestjar finali tas-subsistema kollha kemm hi.

2.3.3.

Fil-każ ta' modifika għal subsistema diġà koperta minn ċertifikat ta' verifika, il-korp notifikat għandu jwettaq biss dawk l-eżamijiet u t-testijiet li huma rilevanti u neċessarji, jiġifieri l-valutazzjoni għandha tikkonċerna biss il-partijiet tas-subsistema li nbidlu u l-interfaċċi tagħhom għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema.

2.3.4

Kull korp notifikat li huwa involut fil-verifika ta' subsistema għandu jfassal fajl f'konformità mal-Artikolu 15(4) li jkopri l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu.

2.4.    Fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”

Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” għandu jiġi kkompilat mill-applikant u jrid jinkludi dan li ġej:

(a) 

karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati rigward l-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi taċ-ċirkwit tal-kontroll, deskrizzjoni ta' sistemi għall-ipproċessar ta' data u sistemi awtomatiċi b'livell ta' dettall li huwa biżżejjed għad-dokumentazzjoni tal-verifika tal-konformità mwettqa, dokumentazzjoni dwar l-operazzjoni u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-subsistema kkonċernata,

(b) 

lista ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(3), inkorporati fis-subsistema,

(c) 

il-fajls imsemmija fl-Artikolu 15(4), ikkompilati minn kull korp notifikat involut fil-verifika tas-subsistema, li għandhom jinkludu:

— 
kopji tad-dikjarazzjonijiet tal-verifika “KE” u, fejn applikabbli, dikjarazzjonijiet tal-idoneità “KE” għall-użu stabbilit għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(3) u akkumpanjati, fejn xieraq, min-noti ta' kalkolu korrispondenti u kopja tar-rekords tat-testijiet u l-eżamijiet imwettqa mill-korpi notifikati abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni,
— 
fejn disponibbli, l-ISVs li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat ta' verifika, inkluż ir-riżultat tal-verifika mill-korp notifikat tal-validità tal-ISVs,
— 
iċ-ċertifikat ta' verifika, akkumpanjat min-noti ta' kalkolu korrispondenti u ffirmat mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika, li jiddikjara li s-subsistema hi konformi mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti u li jsemmi kwalunkwe riżerva rreġistrata waqt it-twettiq tal-attivitajiet u li ma ġietx irtirata; iċ-ċertifikat ta' verifika għandu jiġi akkumpanjat ukoll mir-rapporti tal-ispezzjoni u l-awditjar imfasslin mill-istess korp marbut mal-kompitu tiegħu, kif speċifikat fil-punti 2.5.2 u 2.5.3,
(d) 

iċ-ċertifikati ta' verifika maħruġa f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni,

(e) 

meta tkun meħtieġa verifika ta' integrazzjoni sikura skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(4) u l-punt (c) tal-Artikolu 21(3), il-fajl tekniku rilevanti għandu jinkludi r-rapport(i) tal-assessuri dwar is-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

2.5.    Sorveljanza minn korpi notifikati

2.5.1.

Il-korp notifikat li huwa responsabbli biex jiċċekkja l-produzzjoni irid ikollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, il-workshops tal-produzzjoni, iż-żoni tal-ħażna u, fejn xieraq, il-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni jew l-ittestjar u, b'mod aktar ġenerali, għall-proprjetà kollha li jqis neċessarja għall-kompitu tiegħu. Il-korp notifikat irid jirċievi mill-applikant id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak il-għan u, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-subsistema.

2.5.2.

Il-korp innotifikat responsabbli biex jiċċekkja l-implimentazzjoni irid iwettaq perjodikament awditi sabiex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Hu jrid jipprovdi rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni. Il-preżenza tiegħu tista' tkun meħtieġa f'ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini.

2.5.3.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista' jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-workshops tal-produzzjoni. Matul żjarat bħal dawn, il-korp notifikat jista' jwettaq awditi kompleti jew parzjali. Huwa jrid jipprovdi rapport tal-ispezzjoni u, jekk xieraq, rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni.

2.5.4.

Il-korp notifikat għandu jkun jista' jissorvelja subsistema li fuqha jiġi mmuntat kostitwent tal-interoperabbiltà sabiex jivvaluta, fejn meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-idoneità tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub għaliha.

2.6.    Preżentazzjoni

Kopja tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” trid tinżamm mill-applikant) tul il-ħajja operattiva kollha tas-subsistema. Din trid tintbagħat lil kwalunkwe Stat Membru jew lill-Aġenzija, fuq it-talba tagħhom.

Id-dokumentazzjoni ppreżentata għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità fejn tintalab l-awtorizzazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu li parti(jiet) mid-dokumenti ppreżentati flimkien mal-awtorizzazzjoni tiġi/jiġu tradotta/i fil-lingwa tagħhom.

2.7.    Pubblikazzjoni

Kull korp notifikat irid jippubblika perjodikament l-informazzjoni rilevanti rigward:

(a) 

talbiet għall-verifika u ISVs li rċieva,

(b) 

talbiet għal valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu ta' ICs,

(c) 

ISVs maħruġa jew miċħuda,

(d) 

ċertifikati ta' verifika u ċertifikati tal-idoneità “KE” għall-użu, maħruġa jew miċħuda,

(e) 

ċertifikati ta' verifika maħruġa jew miċħuda.

2.8.    Lingwa

Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.

3.   ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOMINAT

3.1.    Introduzzjoni

Fil-każ fejn japplikaw regoli nazzjonali, il-verifika għandha tinkludi proċedura li biha l-korp nominat skont l-Artikolu 15(8), (il-korp nominat) jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema hi konformi mar-regoli nazzjonali nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 14 għal kull Stat Membru li fih hu maħsub li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tas-subsistema.

3.2.    Ċertifikat ta' verifika

Il-korp nominat ifassal iċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant.

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi referenza preċiża għar-regola/i nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp nominat fil-proċess ta' verifika.

Fil-każ ta' regoli nazzjonali relatati mas-subsistemi li jifformaw vettura, il-korp nominat għandu jaqsam iċ-ċertifikat f'żewġ partijiet, parti waħda tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b'mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk ikkonċernat, u l-parti l-oħra għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.

3.3.    Fajl

Il-fajl ikkompilat mill-korp nominat u li jakkumpanja ċ-ċertifikat ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali jrid jiġi inkluż fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” msemmija fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-data teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-subsistema ma' dawk ir-regoli nazzjonali.

3.4.    Lingwa

Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.

4.   VERIFIKA TA' PARTIJIET TAS-SUBSISTEMI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 15(7)

Jekk irid jinħareġ ċertifikat ta' verifika għal ċerti partijiet ta' subsistema, id-dispożizzjonijiet għal dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-partijiet.




ANNESS V

PARTI A

Direttivi mħassra b'lista tal-emendi suċċessivi tagħhom

(imsemmija fl-Artikolu 58)



Direttiva 2008/57/KE

ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

Direttiva 2009/131/KE

ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12.

Direttiva 2011/18/UE

ĠU L 57, 2.3.2011, p. 21.

PARTI B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 57)



Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

2008/57/KE

19 ta' Lulju 2010

2009/131/KE

19 ta' Lulju 2010

2011/18/UE

31 ta' Diċembru 2011




ANNESS VI



Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 2008/57/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a) sa (z)

Artikolu 2(1) sa (5), (7) sa (17) u (19) sa (28)

-

Artikolu 2(6), (18) u (29) sa (45)

Artikolu 3

-

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5(1) sa (3)(g)

Artikolu 4(1) sa (3)(g)

-

Artikolu 4(3)(h) u (i)

Artikolu 5(4) sa (8)

Artikolu 4(4) sa (8)

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

-

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 15(2) u (3)

-

Artikolu 16

Artikolu 12

Artikolu 17

Artikoli 13 u 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 16

-

Artikolu 17

-

Artikolu 18 (apparti minn 18(3))

-

Artikoli 19, 20, 21, 22 u 23

Artikolu 20

-

Artikolu 21

-

Artikoli 22 sa 25

-

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 14(10)

-

Artikolu 26

Artikolu 28 u l-Anness VIII

Artikoli 27 sa 44

-

Artikolu 45

Artikolu 29

Artikolu 51

Artikoli 30 u 31

-

Artikolu 32

Artikolu 46

Artikolu 33

Artikolu 47(3), (4), (6) u (7)

-

Artikolu 47(1), (2) u (5)

Artikolu 34

Artikolu 48

Artikolu 35

Artikolu 49

Artikolu 36

-

-

Artikolu 50

Artikolu 37

Artikolu 52

Artikolu 38

Artikolu 57

Artikolu 39

Artikolu 53

-

Artikoli 54 u 55

-

Artikolu 56

Artikolu 40

Artikolu 58

Artikolu 41

Artikolu 59

Artikolu 42

Artikolu 60

Anness I sa III

Anness I sa III

Anness IV

Artikolu 9(2)

Anness V

Artikolu 15(9)

Anness VI

Anness IV

Anness VII

Artikolu 14(10)

Anness VIII

Artikoli 30, 31 u 32

Anness IX

Artikolu 7(5)

Anness X

Anness V

Anness XI

Anness VI



( 1 ) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

( 2 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezzagħall-użu u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-il-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).

( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).

( 4 ) Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

( 5 ) Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).

( 7 ) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).