02016L0097 — MT — 09.01.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA (UE) 2016/97 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 026 2.2.2016, p. 19) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2018/411 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Marzu 2018 |
L 76 |
28 |
19.3.2018 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1935 tat-13 ta’ Mejju 2019 |
L 301 |
3 |
22.11.2019 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2023/2864 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
20.12.2023 |
|
DIRETTIVA (UE) 2016/97 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2016
dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva ma tapplikax għal intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-prodott jew is-servizz ipprovdut minn fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri:
ir-riskju ta’ ħsara, telf jew dannu lill-prodott jew in-nuqqas ta’ użu tas-servizz ipprovdut minn dak il-fornitur; jew
dannu, jew telf, ta’ bagalji u riskji oħra marbuta mal-ivvjaġġar ibbukkjat ma’ dak il-fornitur;
l-ammont tal-primjum imħallas għall-prodott tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx EUR 600 ikkalkulat pro-rata fuq bażi annwali;
b’deroga mill-punt (b), meta l-assigurazzjoni hija komplementari għal servizz imsemmi fil-punt (a) u t-tul ta’ dak is-servizz huwa ta’ tliet xhur, jew inqas, l-ammont tal-primjum imħallas għal kull persuna ma jaqbiżx EUR 200.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni permezz ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari li huwa eżenti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 3, l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jiżgura li:
il-klijent jingħata informazzjoni, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar l-identità u l-indirizz tiegħu u dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14, biex b’hekk il-klijenti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jagħmlu lment;
ikun hemm arranġamenti adegwati u proporzjonati biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 17 u 24 u biex jitqiesu d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent qabel ma ssir il-proposta għall-kuntratt;
id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(5) ikun ipprovdut lill-klijent qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f’pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jeżerċitaw jew li jkunu awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f’dak is-suq.
Din id-Direttiva ma għandhiex tirregola attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f’pajjiżi terzi.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha d-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
“distribuzzjoni tal-assigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew it-twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew prestazzjoni ta’ dawk il-kuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ pretensjoni, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti permezz ta’ websajt jew tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-assigurazzjoni, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, meta l-klijent ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-assigurazzjoni bl-użu ta’ websajt jew tip ieħor ta’ midja;
“distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ pretensjoni, inkluż meta mwettqa minn impriża tar-riassugurazzjoni mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju tar-riassigurazzjoni;
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika għajr impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħhom u li ma tkunx intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, li għal fini ta’ rimunerazzjoni tibda jew twettaq attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni;
“intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, għajr istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), li għal fini ta’ rimunerazzjoni tibda jew twettaq attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fuq bażi anċillari, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin;
l-attività professjonali ewlenija ta’ dik il-persuna fiżika jew ġuridika ma tkunx id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni;
il-persuna fiżika jew ġuridika tqassam biss ċerti prodotti tal-assigurazzjoni li jikkumplementaw prodott jew servizz;
il-prodotti tal-assigurazzjoni kkonċernati ma jkoprux assigurazzjoni fuq il-ħajja jew riskji ta’ responsabbiltà, sakemm dik il-kopertura ma tikkumplementax il-prodott jew is-servizz li l-intermedjarju joffri bħala l-attività professjonali ewlenija tiegħu;
“intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, għajr impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħha, li, bi ħlas, tibda jew issegwi l-attività ta’ distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni;
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 1 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/138/KE;
“distributur tal-assigurazzjoni” tfisser kull intermedjarju tar-riassigurazzjoni, intermedjarju tar-riassigurazzjoni anċillari jew impriża tal-assigurazzjoni;
“rimunerazzjoni” tfisser kull kummissjoni, tariffa, imposta jew ħlas ieħor, inkluż kwalunkwe tip ta’ benefiċċju ekonomiku jew vantaġġ jew inċentiv finanzjarju u mhux finanzjarju ieħor, li jiġi offrut jew jingħata fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni;
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser:
fejn l-intermedjarju huwa persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu jew tagħha;
fejn l-intermedjarju jkun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollu preżenza jew stabbiliment permanenti jew jipprovdi servizzi, u li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu;
“fergħa” tfisser aġenzija jew fergħa ta’ intermedjarju li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru tad-domiċilju;
“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 17 tad-Direttiva 2009/138/KE;
“post ewlieni tan-negozju” tfisser il-post mnejn jiġi ġġestit in-negozju ewlieni;
“konsulenza” tfisser l-għoti ta’ rakkomandazzjoni personali lil klijent, jew fuq talba tiegħu jew b’inizjattiva tad-distributur tal-assigurazzjoni, fir-rigward ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar;
“riskji kbar” tfisser riskji kbar kif definit fl-Artikolu 13, il-punt 27 tad-Direttiva 2009/138/KE;
“prodott ta’ investiment fl-assigurazzjoni” tfisser prodott tal-assigurazzjoni li joffri valur ta’ maturità jew ta’ ċessjoni u fejn il-valur ta’ maturità jew ta’ ċessjoni ikun espost kompletament jew parzjalment, b’mod dirett jew indirett għal varjazzjonijiet fis-suq, u li ma jinkludix:
prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2009/138/KE (Klassijiet ta’ Assigurazzjoni mhux fuq il-Ħajja);
kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja fejn il-benefiċċji skont il-kuntratt jitħallsu biss mal-mewt jew fir-rigward ta’ inkapaċità minħabba korriment, mard jew diżabilità;
prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;
skemi għall-pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE jew id-Direttiva 2009/138/KE;
prodotti tal-pensjoni individwali li skont il-liġi nazzjonali jkunu jeħtieġu kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem, u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott tal-pensjoni jew il-fornitur;
“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li:
jippermetti lil klijent jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u
jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna.
Għall-finijiet tal-punti (1) u (2) tal-paragrafu 1, dan li ġej ma għandux jitqies li jikkostitwixxi distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni:
l-għoti ta’ informazzjoni fuq bażi inċidentali fil-kuntest ta’ attività oħra professjonali fejn:
il-fornitur ma jieħu l-ebda pass addizzjonali sabiex jassisti fil-konklużjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni;
l-iskop ta’ dik l-attività ma jkunx li jassisti lill-klijent fil-konklużjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ riassigurazzjoni;
il-ġestjoni tal-pretensjonijiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni fuq bażi professjonali, u l-aġġustament tat-telf u l-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet;
is-sempliċi provvista ta’ data u informazzjoni dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni, fejn il-fornitur ma jieħu l-ebda pass addizzjonali sabiex jassisti fil-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
is-sempliċi għoti ta’ informazzjoni dwar prodotti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni, intermedjarju tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni lil detenturi potenzjali ta’ poloz, fejn il-fornitur ma jieħu l-ebda pass addizzjonali sabiex jassisti fil-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew kuntratt tar-riassigurazzjoni.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA’ REĠISTRAZZJONI
Artikolu 3
Reġistrazzjoni
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba jirreġistraw taħt din id-Direttiva.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u intermedjarji fl-assigurazzjoni anċillari u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10.
B’mod partikolari, intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni oħra jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew minn assoċjazzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti.
Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarju ieħor. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor għandu r-responsabbiltà jiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragafu 6.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor li huwa responsabbli għall-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jirreġistra lil dak l-intermedjarju jew intermedjarju anċillari.
L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-persuni kollha fiżiċi li jaħdmu f’intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, u li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri jispeċifikaw l-ismijiet tal-persuni fiżiċi fi ħdan l-amministrazzjoni tad-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
Ir-reġistri għandhom jindikaw ukoll l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn reġistru wieħed għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari sakemm jippreskrivu l-kriterji li skonthom l-intermedjarji għandhom ikunu reġistrati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni onlajn. Dik is-sistema għandha tkun faċilment aċċessibbli u għandha tippermetti li l-formola ta’ reġistrazzjoni tkun tista’ timtela direttament onlajn.
L-EIOPA għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw negozju transkonfinali skont il-Kapitolu III. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA fil-pront. Ir-reġistru għandu jkollu links għall-websajts tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u għandu jkun aċċessibbli minn dawk il-websajts.
L-EIOPA għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għad-data maħżuna fir-reġistru imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw tali data. Is-suġġetti tad-data li d-dettalji personali tagħhomhuma maħżuna fir-reġistru u skambjati għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal tali data maħżuna u d-dritt li jkunu infurmati b’mod xieraq.
L-EIOPA għandha tistabbilixxi websajt b’hyperlinks għal kull punt uniku ta’ informazzjoni jew, fejn applikabbli, reġistru stabbilit mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3.
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti stipulatii fl-Artikolu 10.
Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10 jitneħħew mir-reġistru. Fejn applikabbli, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b’dik it-tneħħija.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li ġejja tintalab bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari:
l-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, ikunux persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni fl-intermedjarju li jaqbeż l-10 %, u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet;
l-identità ta’ persuni li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju;
informazzjoni li dawk il-parteċipazzjonijiet jew rabtiet mill-qrib ma jfixklux it-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni prevista taħt dan il-paragrafu.
KAPITOLU III
IL-LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U L-LIBERTÀ TA’ STABBILIMENT
Artikolu 4
Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
Kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita negozju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:.
l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju;
l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju beħsiebu jopera;
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;
il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;
Artikolu 5
Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi
Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha bażi għalfejn tqis li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jaġixxi fit-territorju tagħha skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi qiegħed jikser xi obbligu stabbilit f’din id-Direttiva, din għandha tikkomunika dawn il-kunsiderazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Wara li tivvaluta l-informazzjoni li tkun irċiviet skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fejn applikabbli, u, f’ dak il-każ, mal-ewwel opportunità, tieħu l-miżuri adegwati biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura meħuda.
Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw li mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed, jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jibqa’ jaġixxi b’mod li huwa biċ-ċar ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti fuq skala kbira, jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu miżuri adegwati biex tevita aktar irregolaritajiet, inkluż jekk ikun strettament neċessarju, iżżomm lil dak l-intermedjarju milli jkompli jeżerċita negozju ġdid fit-territorju tagħha.
Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak l-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-EIOPA tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
Artikolu 6
Eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta’ stabbiliment tiegħu billi jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, u jipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:
l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju;
l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu fejn l-intermedjarju qed jippjana li jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti;
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;
il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;
l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti mnejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
l-isem ta’ kwalunkwe persuna responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa jew tal-preżenza permanenti.
Kull preżenza permanenti ta’ intermedjarju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li hija ekwivalenti għal fergħa, għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, sakemm l-intermedjarju ma jistabbilixxix b’mod leġittimu tali preżenza permanenti f’forma ġuridika oħra.
Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhiex raġunijiet li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura organizzattiva jew il-qagħda finanzjarja tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari, b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni fil-mira, għandha tikkomunika dik l-informazzjoni fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika li tkun irċevietha mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tikkomunika d-dispożizzjonijiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) permezz tal-modi msemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) li huma applikabbli fit-territorju tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-intermedjarju u jinforma l-intermedjarju li jkun jista’ jibda bin-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti jekk ikun jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ġuridiċi.
Fejn ma tasal l-ebda komunikazzjoni fi żmien il-perjodu previst fit-tieni subparagrafu, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jistabbilixxi l-fergħa u jibda n-negozju tiegħu.
Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.
Rifjut kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe nuqqas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal dritt ta’ appell fil-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 7
Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha r-responsabbiltà li tiżgura li s-servizzi pprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha jkunu konformi mal-obbligi stipulati fil-Kapitoli V u VI, kif ukoll bil-miżuri li jiġu adottati b’konsegwenza tagħhom.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-istabbiliment, kif ukoll li tirrikjedi l-bidliet li jkunu meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tinforza l-obbligi tal-Kapitoli V u VI u l-miżuri li jiġu adottati b’konsegwenza tagħhom, fir-rigward tas-servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha.
Artikolu 8
Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw li mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed, jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jibqa’ jaġixxi b’mod li huwa biċ-ċar ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti fuq skala kbira jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu miżuri adegwati biex tevita aktar irregolaritajiet, inkluż, jekk ikun strettament neċessarju, żżomm lil dak l-intermedjarju milli jkompli jeżerċita negozju ġdid fiit-territorju tagħha.
Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-EIOPA tista’ taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu.
Artikolu 9
Setgħat fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-interess tal-ġid komuni
KAPITOLU IV
REKWIŻITI ORGANIZZATTIVI
Artikolu 10
Rekwiżiti professjonali u organizzattivi
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti għal taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu, sabiex ikunu jistgħu jżommu livell adegwat ta’ prestazzjoni li jikkorrispondi mar-rwol li jaqdu u s-suq rilevanti.
Għal dak il-għan, l-Istati Membri tad-domiċilju għandu jkollhom stabbiliti u jippubblikaw mekkaniżmi biex jikkontrollaw b’mod effikaċi u jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, abbażi mill-anqas ta’ 15-il siegħa taħriġ jew żvilupp professjonali fis-sena, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa, it-tip ta’ distributur, ir-rwol li għandhom, u l-attività li jeżerċitaw fi ħdan id-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
L-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jitolbu li tingħata prova tat-tmiem b’suċċess tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u żvilupp permezz tal-għoti ta’ ċertifikat.
L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b’konformità mal-attività partikulari tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-prodotti mqassma, partikolarment fil-każ ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li fil-każi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u fir-rigward tal-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f’konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, għandu jipprovdi lil dawk l-intermedjarji b’taħriġ jew mezzi għall-iżvilupp professjonali li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, madanakollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti fi ħdan l-istruttura ta’ amministrazzjoni ta’ dawn l-impriżi li huma responsabbli għad-distribuzzjoni fir-rigward ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f’distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom juru li huma konformi mar-rekwiżiti dwar l-għarfien professjonali u l-kompetenza rilevanti stabbilit fl-Anness I.
Persuni fiżiċi li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettaq distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta kriminali nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b’relazzjoni ma’ offiżi kriminali serji marbuta ma’ reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma’ attivitajiet finanzjarji, u ma jridux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jivverifika r-reputazzjoni tajba tal-impjegati tiegħu, u fejn xieraq, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, sakemm dawk il-persuni fiżiċi ma jkunux involuti direttament fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjoni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll il-persunal kollu involut direttament fiha jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
Fir-rigward tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-klijenti kontra l-inabbiltà tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jittrasferixxi l-primjum ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew li jittrasferixxi l-ammont ta’ pretensjoni jew jirritorna l-primjum lill-persuna assigurata.
Dawk il-miżuri għandu jkollhom xi waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:
dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi jew kuntratt li skonthom flus imħallsa mill-klijent lill-intermedjarju jitqiesu bħala mħallsa lill-impriża, filwaqt li flus imħallsa mill-impriża lill-intermedjarju ma jitqisux li tħallsu lill-klijent sa ma l-klijent ikun effettivament irċevihom;
rekwiżit li l-intermedjarju jkollu kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievi, soġġett għal minimu ta’ EUR 19 510 ;
rekwiżit li l-flus tal-klijenti jiġu trasferiti permezz ta’ kontijiet tal-klijenti strettament segregati u li dawk il-kontijiet ma jintużawx għar-rimborż ta’ kredituri oħra fil-każ ta’ falliment;
rekwiżit li jiġi stabbilit fond ta’ garanzija.
L-EIOPA għandha tirrevedi regolarment l-ammonti msemmija fil-paragrafi 4 u 6 sabiex jittieħed kont tal-bidliet tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha ssir sal-31 ta’ Diċembru 2017 u r-reviżjonijiet suċċessivi għandhom isiru kull ħames snin wara dan.
L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammont bażi f’euro msemmi fil-paragrafi 4 u 6 bil-perċentwal tal-bidla fl-indiċi msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017 jew bejn id-data tal-aħħar reviżjoni u d-data tar-reviżjoni l-ġdida, aġġustat sal-eqreb multiplu ta’ EUR 10.
L-EIOPA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018 u l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji suċċessivi kull ħames snin wara dan.
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japprovaw, jimplimentaw u jirrevedu regolarment il-politiki interni tagħhom u l-proċeduri interni xierqa.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidentifikaw funzjoni biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u l-proċeduri approvati.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jistabbilixxu, iżommu u jaġġornaw ir-rekords tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli l-isem tal-persuna responsabbli għal dik il-funzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 11
Pubblikazzjoni ta’ regoli “ta’ interess ġenerali”
Artikolu 12
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 13
Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
Artikolu 14
Ilmenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra, speċjalment assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, li jirreġistraw ilmenti dwar distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.
Artikolu 15
Rimedji barra l-qrati
Artikolu 16
Restrizzjoni fuq l-użu tal-intermedjarji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jintużaw is-servizzi tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari, l-impriżi u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jużaw is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biss ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni rreġistrati jew intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 1(3).
KAPITOLU V
REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI U REGOLI DWAR IL-KONDOTTA TAL-OPERAZZJONIJIET
Artikolu 17
Prinċipju ġenerali
Artikolu 18
Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jiżvela li ġej lill-klijenti:
l-identità u l-indirizz tiegħu, u l-fatt li huwa intermedjarju tal-assigurazzjoni;
jekk jipprovdix konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;
il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14 li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 15.
ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih u l-mezzi għall-verifika li jkun ġie rreġistrat; u
jekk l-intermedjarju jkunx qed jirrappreżenta l-klijent jew inkella jkunx qed jaġixxi għal u f’isem l-impriża tal-assigurazzjoni;
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni għandha tiżvela li ġej lill-klijenti:
l-identità u l-indirizz tagħha, u l-fatt li hija impriża tal-assigurazzjoni;
jekk tipprovdix konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;
il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14 li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra jirreġistraw ilmenti dwar impriżi ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 15.
Artikolu 19
Kunflitti ta’ interess u trasparenza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien xieraq qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jipprovdi lill-klijent b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f’impriża partikolari tal-assigurazzjoni;
jekk impriża partikolari tal-assigurazzjoni jew impriża principali ta’ impriża partikolari tal-assigurazzjoni jkollha parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni;
rigward il-kuntratti proposti, jew li ngħatat konsulenza dwarhom jekk:
jagħtix parir abbażi ta’ analiżi ġusta u personali;
hux qiegħed taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni esklussivament ma’ impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni, f’ liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni; jew
ma jkunx taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni esklussivament ma’ impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni u ma jagħtix parir abbażi ta’ analiżi ġusta u personali, f’ liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni li magħhom jista’, u fil-fatt iwettaq, in-negozju tiegħu;
in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni;
jekk, b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni, jaħdimx:
abbażi ta’ tariffa, jiġifieri r-rimunerazzjoni mħallsa direttament mill-klijent;
abbażi ta’ kwalunkwe tip ta’ kummissjoni, jiġifieri r-rimunerazzjoni inkluża fil-primjum tal-assigurazzjoni;
abbażi ta’ kwalunkwe tip ieħor ta’ rimunerazzjoni, inkluż benefiċċju ekonomiku ta’ kwalunkwe tip offrut jew mogħti f’konnessjoni mal-kuntratt tal-assigurazzjoni; jew
abbażi ta’ kombinazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ rimunerazzjoni stipulat fil-punti (i), (ii) u (iii).
Artikolu 20
Konsulenza, u standards għall-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza
Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jispeċifika, fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-klijent, id-domandi u l-bżonnijiet ta’ dak il-klijent u għandu jipprovdi lill-klijent b’informazzjoni oġġettiva dwar il-prodott tal-assigurazzjoni f’forma komprensibbli biex dak il-klijent ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.
Kwalunkwe kuntratt propost għandu jkun konsistenti mad-domandi u l-bżonnijiet tal-assigurazzjoni tal-klijent.
Fejn huwa pprovdut parir qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-klijent b’rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega għaliex prodott partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod id-domandi u l-bżonnijiet tal-klijent.
Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu:
ikun qasir u dokument waħdieni;
għandu jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;
ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur, jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;
jinkiteb fil-lingwi uffiċjali, jew f’wieħed mil-lingwi uffiċjali, użat fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott tal-assigurazzjoni huwa offrut jew, jekk ikun hemm qbil mill-konsumatur u d-distributur, f’lingwa oħra;
ikun preċiż u mhux qarrieqi;
ikun fih it-titlu “dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni” fil-parti ta’ fuq tal-ewwel paġna;
jinkludi dikjarazzjoni li l-informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali kompluta dwar il-prodott tkun ipprovduta f’dokumenti oħrajn.
L-Istati Membri jista’ jistipula li d-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jingħata flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati.
Id-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni dwar it-tip ta’ assigurazzjoni;
sommarju tal-kopertura tal-assigurazzjoni, inklużi r-riskji ewlenin assigurati, is-somma assigurata u, fejn ikun applikabbli, l-ambitu ġeografiku u sommarju tar-riskji esklużi;
il-mezzi ta’ pagament ta’ primjums u t-tul ta’ żmien tal-pagamenti;
l-esklużjonijiet ewlenin fejn il-pretensjonijiet ma jistgħux isiru;
l-obbligi fil-bidu tal-kuntratt;
l-obbligi tul l-perjodu tal-kuntratt;
l-obbligi fil-każ li ssir pretensjoni;
il-perjodu tal-kuntratt inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt;
il-mezzi biex jispiċċa l-kuntratt.
L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar tal-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward format ta’ preżentazzjoni standardizzata tad-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.
L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-23 ta' Frar 2017.
Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 21
Informazzjoni provduta minn intermedjarji ta’ assigurazzjoni anċillari
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni anċillari jikkonformaw mal-punti (i), (iii) u (iv) tal-Artikolu 18(a) u l-punt (d) tal-Artikolu 19(1).
Artikolu 22
Eżenzjonijiet għall-informazzjoni u klawżola ta’ flessibbiltà
L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19 u 20 mhix meħtieġa li tingħata meta d-distributur tal-assigurazzjoni jwettaq l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ riskji kbar.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 29 u 30 ta’ din id-Direttiva ma għandhiex għalfejn tkun provduta lil klijent professjonali kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, bil-kundizzjoni li tali dispożizzjonijiet ikunu jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA u lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni dwar jekk u kif l-Istati Membri jkunu għażlu li japplikaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi taħt dan il-paragrafu.
B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(1) obbligatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni, jew għal ċertu tipi ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. F’tali każ, id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw ma’ tali dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 23
Kundizzjonijiet ta’ informazzjoni
L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 18, 19, 20 u 29 għandha tiġi kkomunikata lill-klijent:
fuq il-karta;
b’mod ċar u preċiz, li jiftiehem mill-klijent;
f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju, jew tal-Istat Membru tal-impenn, jew f’xi lsien ieħor miftiehem bejn il-partijiet; u
bla ħlas.
B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz minn dawn li ġejjin:
mezz durabbli, għajr il-karta, fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati; jew
websajt, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-użu tal-mezz durabbli huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent; u
il-klijent ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni fuq il-karta u fuq mezz durabbli, u jkun għażel dak il-mezz tal-aħħar.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ websajt jekk tkun indirizzata personalment lill-klijent, jew jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-għoti ta’ dik l-informazzjoni permezz ta’ websajt huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent;
il-klijent ikun qabel li dik l-informazzjoni tingħata permezz ta’ websajt;
il-klijent ikun ġie notifikat b’mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-paġna tal-istess websajt minn fejn jista’ jsir l-aċċess għal dik l-informazzjoni;
jiġi żgurat li dik l-informazzjoni tibqa’ aċċessibbli fuq il-websajt tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-konsumatur jista’ jkollu bżonn jikkonsultha.
Artikolu 24
Bejgħ inkroċjat
Artikolu 25
Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza
Impriżi tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu xi prodott tal-assigurazzjoni għall-bejgħ lill-klijenti, għandhom iżommu, iħaddmu u jeżaminaw mill-ġdid proċess għall-approvazzjoni ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni jew adattamenti sinifikanti ta’ prodott tal-assigurazzjoni eżistenti, qabel ma dan jiġi kkummerċjalizzat jew imqassam lill-klijenti.
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-prodott tal-assigurazzjoni.
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull prodott, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-prodott tal-assigurazzjoni jitqassam għas-suq fil-mira identifikat.
L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tifhem u tirrevedi fuq bażi regolari l-prodotti tal-assigurazzjoni li toffri jew tikkummerċjalizza, filwaqt li tqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-anqas tivvaluta jekk il-prodott jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.
Impriża tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu prodotti tal-assigurazzjoni, għandhom jagħmlu disponibbli lid-distributuri l-informazzjoni adegwata kollha dwar il-prodott tal-assigurazzjoni u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-prodott tal-assigurazzjoni.
Meta distributur ta’ assigurazzjoni jagħti parir dwar, jew jirrakkomanda, prodotti tal-assigurazzjoni li ma jipproduċix hu stess, dan għandu jkollu arranġamenti adegwati biex jikseb l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u biex jifhem il-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikat ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni.
KAPITOLU VI
REKWIŻITI ADDIZZJONALI B’RABTA MAL-PRODOTTI TA’ INVESTIMENT IBBAŻATI FUQ ASSIGURAZZJONI
Artikolu 26
Kamp ta’ applikazzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal dawk applikabbli għad-distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni skont l-Artikoli 17, 18, 19 u 20, fejn id-distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq b’rabta mal-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq investiment fl-assigurazzjoni minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
intermedjarju tal-assigurazzjoni;
impriża tal-assigurazzjoni.
Artikolu 27
Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effikaċi bil-ħsieb li jieħdu l-passi raġonevoli kollha maħsuba sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess, kif determinati taħt l-Artikolu 28, milli jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu proporzjonati għall-attivitajiet imwettqa, il-prodotti tal-assigurazzjoni mibjugħa u t-tip tad-distributur.
Artikolu 28
Kunflitti ta’ interess
B’deroga mill-Artikolu 23(1), l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu:
isir fuq mezz durabbli; u
jinkludi dettall suffiċjenti, billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-klijent, sabiex ikun possibbli li l-klijent jieħu deċiżjoni infurmata rigward l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni li fil-kuntest tiegħu jinħoloq il-kunflitt ta’ interess.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 sabiex:
tiddefinixxi l-passi li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni jew l-impriżi ta’ assigurazzjoni jistgħu raġonevolment jiġu mistennija jieħdu għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-iżvelar ta’ kunflitti ta’ interess fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni;
tistabbilixxi l-kriterji xierqa biex jiġu determinati t-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti jew il-klijenti potenzjali tal-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni.
Artikolu 29
Informazzjoni għall-klijenti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(1) u (2), għandha tiġi pprovduta informazzjoni xierqa f’waqtha, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, lill-klijenti jew lil klijenti potenzjali fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, u fir-rigward tal-ispejjeż kollha u l-imposti relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
fejn tingħata konsulenza, jekk l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni humiex se jipprovdu lill-klijent b’valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni rakkomandati għal dak il-klijent, kif imsemmi fl-Artikolu 30;
fir-rigward tal-informazzjoni dwar prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni u strateġiji proposti ta’ investiment, dan għandu jinkludi gwida xierqa, u twissijiet dwar, ir-riskji assoċjati ma’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew f’dak li jirrigwarda strateġiji partikulari ta’ investiment proposti;
fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż kollha u l-imposti relatati li għandhom jiġu żvelati, l-informazzjoni rigward id-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, inkluż l-ispiża tal-konsulenza, fejn ikun rilevanti, l-ispiża tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni rakkomandat jew ikkummerċjalizzat lill-klijent u dwar kif il-klijent jista’ jħallsu, filwaqt li tiġbor fiha wkoll kwalunkwe pagament ta’ parti terza.
L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha, inklużi l-ispejjeż u l-imposti b’rabta mad-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, li mhumiex maħluqa mill-okkorrenza ta’ riskju sottostanti tas-suq, għandha tkun f’forma aggregata biex tippermetti lill-klijent jifhem l-ispiża globali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq il-qligħ mill-investiment, u meta l-klijent jitlob dan, għandu jiġi pprovdut sommarju dettaljat tal-ispejjeż u l-imposti. Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, tal-anqas kull sena, tul il-perjodu ta’ validità tal-investiment.
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta b’mod li jista’ jinftiehem, b’tali mod li l-klijenti jew klijenti potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji rigward il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni offrut, u b’konsegwenza ta’ dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Mingħajr preġudizzju għall-punti (d) u (e) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 19(3), u l-Artikolu 22(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jitqiesu li qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 28 meta dawn iħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux fi flus b’rabta mad-distribuzzjoni ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew servizz anċillari lil jew minn kwalunkwe parti għajr il-klijent jew persuna li taġixxi f’isem il-klijent, ħlief fejn il-pagament jew il-benefiċċju:
ma jkollhomx impatt detrimentali fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti għall-klijent; u
ma jfixklux il-konformità mad-dmir tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar rigorużi fuq id-distributuri fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu aktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux fi flus minn partijiet terzi b’rabta mal-għoti ta’ konsulenza dwar assigurazzjoni.
Rekwiżiti aktar rigorużi jistgħu jinkludu l-obbligu li kull tali tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux fi flus jintradd lura lill-klijenti jew jiġi bbilanċjat b’tariffi mħallsa mill-klijent.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fl-Artikolu 30 mandatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew għal ċerti tipi tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li, fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jgħarraf lill-klijent li l-konsulenza tkun qiegħda tingħata b’mod indipendenti, l-intermedjarju għandu jivvaluta għadd kbir biżżejjed ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq li jkunu ddiversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u l-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod adatt u ma jiġux limitati għall-prodotti tal-assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi ta’ Stat Membru, inkluż dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 38, sabiex tispeċifika:
il-kriterji biex jiġi evalwat jekk l/inċentivi mħallsa jew irċevuti minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni għandhomx impatt detrimentali fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti għall-klijent;
il-kriterji biex tiġi evalwata l-konformità ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni li jħallsu jew jirċievu inċentivi mal-obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijent.
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iqisu:
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-klijent jew lill-klijenti potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
in-natura tal-prodotti offruti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investment ibbażati fuq assigurazzjoni.
Artikolu 30
Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), meta jipprovdu konsulenza dwar prodott tal-investiment ibbażat fuq assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiksbu wkoll l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam ta’ investiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluż il-kapaċità ta’ dik il-persuna li ġġarrab telf, u l-għanijiet ta’ investiment ta’ dik il-persuna, inkluża t-tolleranza ta’ dik il-persuna għar-riskju, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-klijent jew lill-klijent potenzjali l-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li huma xierqa għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, ikunu konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju ta’ dik il-persuna u l-abilità li jġarrab it-telf.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jipprovdu konsulenza dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta’ servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24, il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien ikun xieraq.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mal-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza, għandhom jitolbu lill-klijent jew klijent potenzjali li jipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz offrut jew mitlub, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk is-servizz jew prodott ta’ assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-klijent. Meta pakkett ta’ servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24, il-valutazzjoni għandha tqis jekk il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien huwiex xieraq.
Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott ma jkunx xieraq għall-klijent jew klijent potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija għal dak l-effett lill-klijent jew klijent potenzjali. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Fejn il-klijenti jew klijenti potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li mhumiex f’qagħda li jiddeterminaw jekk prodott fil-mira huwiex xieraq għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), fejn ma tingħata l-ebda konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li tippermetti l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fit-territorji tagħhom mingħajr il-bżonn li jakkwistaw informazzjoni jew li jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:
kuntratti li jipprovdu biss l-esponiment tal-investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont id-Direttiva 2014/65/UE u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskji involuti; jew
investimenti oħra bbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-fini ta’ dan il-paragrafu;
l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-klijent jew klijent potenzjali;
il-klijent jew klijent potenzjali jkunu ġew informati b’mod ċar, li fl-għoti tal-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-klijent jew il-klijent potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat;
l-intermedjarju jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 27 u 28.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li għandhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru li ma jagħmilx użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’dak l-Istat Membru.
L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut fuq mezz durabbli. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent, u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent.
Meta tiġi pprovduta konsulenza dwar prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jipprovdu lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli billi tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23(1) sa (4) għandhom japplikaw.
Fejn il-kuntratt huwa konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tad-dikjarazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun intrabat b’xi ftehim, sakemm jiġu sodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
il-klijent ta l-kunsens tiegħu biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt; u
l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu taw lill-klijent l-għażla li jdewwem il-konklużjoni tal-kuntratt sabiex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza qabel tali konkluzjoni.
Fejn intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jkunu infurmaw lill-klijent li se jwettqu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 biex tispeċifika ulterjoment kif l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stipulati f’dan l-Artikolu fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni mal-klijenti tagħhom, inkluża fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi akkwistata meta jiġu vvalutati l-adegwatezza u kemm huma xierqa l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għall-klijenti tagħhom, il-kriterji biex jiġu vvalutati l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-iskop tal-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-kontenut u l-format tar-rekords u l-ftehimiet għall-għoti ta’ servizzi għall-klijenti u ta’ rapporti perjodiċi għall-klijenti dwar is-servizzi pprovduti. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
in-natura tal-prodotti offruti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
in-natura konsumistika jew professjonali tal-klijent jew il-klijent potenzjali.
KAPITOLU VII
SANZJONIJIET U MIŻURI OĦRA
Artikolu 31
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom, inklużi s-setgħat investigattivi u s-setgħat li jimponu sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu, skont il-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali, filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex:
jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fit-territorju tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli taħt din id-Direttiva; u
jipprovdu tali informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhomli jikkooperaw ma’ xulxin u mal-EIOPA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 32
Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri oħra
Artikolu 33
Ksur, u sanzjonijiet u miżuri oħra
Dan l-Artikolu għandu japplika għal tal-inqas dan li ġej:
persuni li ma jirreġistrawx l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 3;
impriża jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jużaw is-servizzi ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni ta’ persuni msemmija fil-punt (a);
intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkun kiseb reġistrazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 3;
distributur tal-assigurazzjoni li jonqos milli jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10;
impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitoli V u VI, fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
distributur ta’ assigurazzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V, fir-rigward ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (e).
Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:
stqarrija pubblika, li tindika l-persuna responsabbli naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur;
ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3;
projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni imposti li jinżammu responsabbli;
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
tal-inqas EUR 5 000 000 jew sa 5 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 6 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali; jew
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; jew
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.
Fil-każ ta’ xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:
ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-assigurazzjoni anċillari, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 34
Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u miżuri oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell ta’ sanzjonijiet amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fejn adatt:
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli jew mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli;
l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna naturali jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
it-telf għall-klijenti u l-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, dment li dan ikun jista’ jiġi determinat;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;
miżuri meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tipprevjeni li jiġi ripetut il-ksur; u
kwalunkwe ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
Artikolu 35
Rappurtar ta’ ksur
Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
proċeduri speċifiċi għall-wasla ta’ rapporti u s-segwitu tagħhom;
protezzjoni xierqa, tal-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament mhux ġust, tal-impjegati tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u, fejn ikun possibbli, għal persuni oħra, li jirrappurtaw ksur imwettaq f’dawk l-entitajiet; u
protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri dment li tali żvelar ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.
Artikolu 36
Preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-EIOPA li tirrigwarda sanzjonijiet u miżuri oħra
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b’informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra kollha imposti skont l-Artikolu 31.
L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 37
Protezzjoni tad-data
Artikolu 38
Atti ddelegati
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 39, li jikkonċernaw l-Artikoli 25, 28, 29 u 30.
Artikolu 39
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 40
Perjodu tranżitorju
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji diġà rreġistrati skont id-Direttiva 2002/92/KE jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva sat-23 ta' Frar 2019.
Artikolu 40a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) u (2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolamemt (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-entità li magħha hija relatata l-informazzjoni;
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entita, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (EU) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Artikolu 41
Reviżjoni u evalwazzjoni
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jeżamina, mill-inqas, il-kwistjonijiet li ġejjin:
kwalunkwe bidliet fl-istruttura tas-suq tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni;
kwalunkwe bidliet fix-xejriet tal-attività transkonfinali;
it-titjib tal-kwalità tal-konsulenza u tal-metodi ta’ bejgħ, kif ukoll dwar l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar u medji.
Artikolu 42
Transpożizzjoni
Sal-1 ta' Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir, u kif dik l-istqarrija għandha tiġi fformulata.
Artikolu 43
Emenda għad-Direttiva 2002/92/KE
Il-Kapitolu IIIA tad-Direttiva 2002/92/KE jitħassar b’effett mit-23 ta' Frar 2016.
Artikolu 44
Tħassir
Id-Direttiva 2002/92/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness II għal din id-Direttiva, titħassar b'effett mill-1 ta' Ottubru 2018, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jinsabu fil-Parti B tal-Anness II għal din id-Direttiva.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 45
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 46
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI TA’ GĦARFIEN U KOMPETENZI PROFESSJONALI
(kif imsemmi fl-Artikolu 10(2))
Riskji mhux tal-ħajja klassifikati skont il-klassijiet 1 sa 18 fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2009/138/KE:
għarfien minimu neċessarju għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-poloz offruti, inklużi riskji anċillari jekk ikunu koperti minn tali poloz;
għarfien minimu neċessarju tal-liġijiet applikabbli li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni, bħal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-liġi tat-taxxa rilevanti u l-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti;
għarfien minimu neċessarju tat-trattament tal-pretensjonijiet;
għarfien minimu neċessarju tat-trattament tal-ilmenti;
għarfien minimu neċessarju tal-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-klijenti;
għarfien minimu neċessarju tas-suq tal-assigurazzjoni;
għarfien minimu neċessarju tal-istandards tal-etika kummerċjali; u
kompetenza finanzjarja minima neċessarja.
Il-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni:
għarfien minimu neċessarju tal-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet u l-primjums nett u, fejn ikun applikabbli, benefiċċji garantiti u mhux garantiti;
għarfien minimu neċessarju tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ għażliet tal-investiment differenti għad-detenturi tal-polza;
għarfien minimu neċessarju tar-riskji finanzjarji mġarrba mid-detenturi tal-polza;
għarfien minimu neċessarju tal-poloz li jkopru r-riskji tal-ħajja u prodotti ta’ tfaddil oħra;
għarfien minimu neċessarju tal-organizzazzjoni u l-benefiċċji garantiti mis-sistema tal-pensjoni;
għarfien minimu neċessarju tal-liġijiet applikabbli li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni, bħal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi u l-liġi tat-taxxa rilevanti;
għarfien minimu neċessarju tas-suq tal-assigurazzjoni u tas-suq tal-prodotti ta’ tfaddil;
għarfien minimu neċessarju tat-trattament tal-ilmenti;
għarfien minimu neċessarju tal-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-klijenti;
ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;
għarfien minimu neċessarju tal-istandards tal-etika kummerċjali; u
kompetenza finanzjarja minima neċessarja.
Riskji tal-ħajja klassifikati fl-Anness II għad-Direttiva 2009/138/KE:
għarfien minimu neċessarju tal-poloz inklużi t-termini, il-kundizzjonijiet, il-benefiċċji ggarantiti u, fejn applikabbli, ir-riskji anċillari;
għarfien minimu neċessarju tal-organizzazzjoni u l-benefiċċji garantiti mis-sistema tal-pensjoni tal-Istat Membru rilevanti;
għarfien tal-liġi applikabbli tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, il-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-liġi tal-protezzjoni tad-data, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus u, fejn ikun applikabbli, il-liġi tat-taxxa rilevanti u l-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti;
għarfien minimu neċessarju tal-assigurazzjoni u swieq ta’ servizzi finanzjarji rilevanti oħra;
għarfien minimu neċessarju tat-trattament tal-ilmenti;
għarfien minimu neċessarju tal-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-konsumatur;
ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;
għarfien minimu neċessarju tal-istandards tal-etika kummerċjali; u
kompetenza finanzjarja minima neċessarja.
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3)
Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)
Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19)
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 44
|
Direttiva |
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi emendatorji |
|
2014/65/UE (UE) 2016/97 |
3.7.2016 22.2.2016 (fir-rigward tal-emenda tad-Direttiva 2002/92/KE skont l-Artikolu 43 ta’ din id-Direttiva) 23.2.2018 (fir-rigward tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva skont l-Artikolu 42) |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 2002/92/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) u (2) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) u (4) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(6) |
|
Artikolu 2 punt (1) |
Artikolu 2(1) punt (6) |
|
Artikolu 2 punt (2) |
Artikolu 2(1) punt (7) |
|
Artikolu 2 punt (3) |
Artikolu 2(1) punt (1) u Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2 punt (4) |
Artikolu 2(1) punt (2) u Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2 punt (5) |
Artikolu 2(1) punt (3) |
|
Artikolu 2 punt (6) |
Artikolu 2(1) punt (5) |
|
Artikolu 2 punt (7) |
— |
|
Artikolu 2 punt (8) |
Artikolu 2(1) punt (16) |
|
Artikolu 2 punt (9) |
Artikolu 2(1) punt (10) |
|
Artikolu 2 punt (10) |
Artikolu 2(1) punt (11) |
|
Artikolu 2 punt (11) |
— |
|
Artikolu 2 punt (12) |
Artikolu 2(1) punt (18) |
|
Artikolu 2 punt (13) |
Artikolu 2(1) punt (17) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) u (3) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 3(4) |
— |
|
Artikolu 3(5) |
— |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 10(1) u (2) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 10(3) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 10(4) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 10(6) |
|
Artikolu 4(5) |
— |
|
Artikolu 4(6) |
— |
|
Artikolu 4(7) |
Artikolu 10(7) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 40 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikoli 4 u 6 |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 8 |
Artikoli 5, 7, 31 sa 36 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 12(1) punt (a) |
Artikolu 18 punti (a)(i), (b)(i) |
|
Artikolu 12(1) punt (b) |
Artikolu 18 punti (a)(iv) |
|
Artikolu 12(1) punt (c) |
Artikolu 19(1) punt (a) |
|
Artikolu 12(1) punt (d) |
Artikolu 19(1) punt (b) |
|
Artikolu 12(1) punt (e) |
Artikoli 18 punti (a)(iii), (b)(iii) u 19(1) punt (c) |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 20(3) |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 20(1) |
|
Artikolu 12(4) |
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 12(5) |
Artikolu 22(2) u (4) |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 14 |
— |
|
Artikolu 15 |
— |
|
Artikolu 16 |
— |
|
Artikolu 17 |
— |
( ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( ) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( ) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
( ) Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
( ) Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).
( ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà li tkun disponibbli għall-pubbliku (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).