02016D2008 — MT — 29.11.2019 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2016) 7023) (ĠU L 310 17.11.2016, p. 51) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 170 |
98 |
1.7.2017 |
||
|
L 208 |
42 |
11.8.2017 |
||
|
L 123 |
119 |
18.5.2018 |
||
|
L 18 |
43 |
21.1.2019 |
||
|
L 308 |
107 |
29.11.2019 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2008
tal-15 ta' Novembru 2016
dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2016) 7023)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Istati Membri jew f'partijiet minnhom kif elenkat fl-Anness I (l-Istati Membri konċernati) inkluż ir-rekwiżiti minimi għal programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda preżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għal finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“annimal bovin” tfisser ungulati tal-ispeċijiet Bos taurus, Bos indicus, Bison bison u Bubalus bubalis;
“ruminanti selvaġġi mrobbija” tfisser ruminanti selvaġġi ta' speċijiet magħrufa li huma involuti fit-trasmissjoni u t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda skont l-aktar għarfien xjentifiku reċenti disponibbli;
“żona infettata” hija l-parti mit-territorju ta' Stat Membru kif elenkat fil-Parti II tal-Anness I għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żona fejn il-marda tal-infafet fil-ġilda kienet konfermata u kull protezzjoni u żoni ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE, u fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jista' jiġi implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim mill-Kummissjoni;
“żona ħielsa bit-tilqim” hija l-parti tat-territorju ta' Stat Membru kif elenkat fil-Parti I tal-Anness I għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żoni barra ż-żona infettata għall-marda tal-infafet fil-ġilda, fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Restrizzjonijiet fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija u ċerti prodotti tal-annimali miż-żoni elenkati fl-Anness I
L-Istati Membri konċernati għandhom jipprojbixxu l-ispedizzjoni ta' konsenji ta':
annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;
is-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;
il-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija maħsuba għall-għalf tal-annimali miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I;
il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, minbarra dawk imsemmija fil-punt (e), miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;
il-ġlud u l-ġilda mhux maħdumin u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew il-ġlud u l-ġilda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I.
Artikolu 4
Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I diment li dawk l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas wieħed mis-settijiet ta' kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali huma mibgħuta lejn żoni elenkati fil-Parti I jew II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni, u ġejjin minn impriża ta' oriġini fejn ikunu ilhom residenti għal perjodu ta' mill-anqas 28 jum. F'din l-impriża ta' oriġini l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;
l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u hija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu tal-programm ta' tilqim tagħha; u
ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali jkunu trasportati b'mod sigur u li ma jiġux sussegwentement mibgħuta lil Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; jew
l-annimali huma mibgħuta lejn iż-żoni tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-l-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;
L-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal perjodu ta' mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet ikkonfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwati. Din l-impriża trid tkun f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I fi Stat Membru fejn l-annimali kollha fiż-żoni kollha tagħha elenkati fil-Parti I tal-Anness I ġew imlaqqma jew imlaqqma mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, skont l-Anness II, mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u għadhom fil-perjodu ta' żmien ta' immunità mniżżel fl-ispeċifikazzjonijiet tat-tilqima mill-manifattur;
l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini implimentat programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li kkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha;
ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali jkunu trasportati b'mod sigur u li ma jiġux sussegwentement mibgħuta lil Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; jew
l-annimali huma mibgħuta lejn iż-żoni ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali jikkonformaw ma' kull garanziji tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel id-data tal-ispedizzjoni ta' dawn l-annimali;
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;
l-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal perjodu ta' mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet konfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwati;
ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali previsti fil-punt (i), huma trasportati b'mod sigur u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor;
l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu tal-programm ta' tilqim tagħha; u
l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (i).
2. Fejn l-annimali bovini u r-ruminanti selvaġġi mrobbija jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikat tas-saħħa korrispondenti għal dawk l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 64/432/KEE, jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“…(Annimali) f'konformità ma' …(Artikolu 4(1)(a) jew 4(1)(b) jew 4(1)(c), indika skont il-każ) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.
Artikolu 5
Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I lejn iż-żoni ta' Stat Membru jew pajjiż terz diment li dawk l-annimali jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel ma jintbagħtu tali annimali;
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;
l-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal mill-inqas perjodu ta' 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet konfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriża affettwata. Din l-impriżatrid tkun f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I fi Stat Membru fejn l-annimali kollha fiż-żoni kollha tagħha elenkati fil-Parti II tal-Anness I ġew imlaqqma jew imlaqqma mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, skont l-Anness II, mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u għadhom fil-perjodu ta' żmien ta' immunità mniżżel fl-ispeċifikazzjonijiet tat-tilqima mill-manifattur;
l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u hija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha skont l-Anness II;
ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali previsti fil-punt (a), huma trasportati b'mod sigur u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; u
l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (a).
2. Fejn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikat tas-saħħa korrispondenti għal dawk l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 64/432/KEE, jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“…(Annimali) f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, u soġġett għall-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab fi ħdan żona oħra elenkata fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru.
2. Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq sakemm dawn l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim fl-impriża ta' oriġini tagħhom kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jistgħu jiġu mċaqlqa għal qtil ta' emerġenza lejn biċċerija, diment li l-impriża ta' oriġini mhix soġġetta għal xi waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet tal-ġilda, li tipprojbixxi tali ċaqliq;
l-annimali huma frieħ mhux imlaqqma ta' inqas minn sitt xhur imwielda minn ommijiet imlaqqma mill-anqas 28 jum qabel ma jwelldu li baqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ħlas u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn impriża oħra jew lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq.
Artikolu 6a
Kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I lejn żoni elenkati fil-Parti I jew fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru
1. B'deroga mill-projbizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 3, u soġġett għall-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn impriżi li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab fi ħdan żona oħra elenkata fil-Parti I jew fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru.
2. Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq sakemm dawn l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;
l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim fl-impriża ta' oriġini tagħhom kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jistgħu jiġu mċaqlqa għal qtil ta' emerġenza lejn biċċerija, diment li l-impriża ta' oriġini mhix soġġetta għal xi waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet tal-ġilda, li tipprojbixxi tali ċaqliq;
l-annimali huma frieħ mhux imlaqqma ta' inqas minn sitt xhur imwielda minn ommijiet imlaqqma mill-anqas 28 jum qabel ma jwelldu li baqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ħlas u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn impriża oħra jew lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq;
l-annimali ġew introdotti fl-impriża inqas minn tliet xhur ilu minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz jew minn żona tiegħu li ma kienx soġġett għal xi restrizzjonijiet minħabba konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda jew it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq;
l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fl-azjenda tagħhom ta' oriġini, jiġu mċaqalqa minn azjendi li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I għal kwalunkwe destinazzjoni oħra li tinsab f'żona oħra elenkata fil-Parti I tal-Anness I tal-istess Stat Membri jekk:
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikunu implimentaw programm annwali ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni kollha tal-Istat Membru elenkati fil-Parti I tal-Anness I, li jkun tlesta mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, u li kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u kien approvat mill-Kummissjoni, u jkunu informaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tlestija tal-programm ta' tilqim; kif ukoll
fil-każ li l-moviment tal-annimali jgħaddi minn żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I, ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet komptenti tal-postijiet tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni.
Artikolu 7
Derogi mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, miż-żoni elenkati fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness I u kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' dawk il-prodotti ġewwa ż-żoni tal-istess Stat Membru elenkati fil-Parti I jew II
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tal-annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, minn ċentri tal-ġbir tas-semen jew minn stabbilimenti oħra li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I, lejn żona oħra ta' Stat Membru ieħor elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I, tdment li l-annimali donaturi u s-semen, l-ova u l-embrijuni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali donaturi tlaqqmu u tlaqqmu mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tilqima li ntużat, fejn l-ewwel tilqima ngħatat mill-inqas 60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ova jew tal-embrijuni; jew l-annimali donaturi ġew soġġetti għal test seroloġiku sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi kontra l-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fil-jum tal-ġbir u mill-inqas 28 jum wara l-perjodu tal-ġbir tas-semen jew il-jum tal-ġbir tal-embrijuni u tal-ova, b'riżultati negattivi;
l-annimali donaturi nżammu, tul is-60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ova jew tal-embrijuni, f'ċentru ta' inseminazzjoni artifiċjali jew fi stabbiliment adatt ieħor fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet ikkonfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ova jew tal-embrijuni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwati;
l-annimali donaturi ġew klinikament iċċekkjati 28 jum qabel id-data tal-ġbir, kif ukoll tul il-perjodu tal-ġbir kollu, u ma wrew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
l-annimali donaturi kienu soġġetti għal sejbien tal-aġent tal-marda tal-infafet fil-ġilda b'reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) imwettqa fuq kampjuni tad-demm miġbura fil-bidu u mill-inqas kull 14-il jum minn hemm 'il quddiem matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen jew fil-jum tal-ġbir tal-embrijuni u ta-ova, b'riżultati negattivi;
is-semen kien soġġett għal sejbien tal-aġent tal-marda tal-infafet fil-ġilda b'PCR b'riżultati negattivi; u
l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni, u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha skont l-Anness II.
2. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tal-annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, minn ċentri tal-ġbir tas-semen jew minn stabbilimenti oħra li jinsabu f'żona elenkata fi:
Il-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni f'żona oħra tal-istess Stat Membru elenkata fil-Parti I jew fil-Parti II tal-Anness I;
Il-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni f'żona oħra tal-istess Stat Membru elenkata fil-Parti II tal-Anness I.
Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(a), (b) u (c);
3. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, minn ċentri tal-ġbir tas-semen jew minn impriżi oħra li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I lejn kull żona tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor jew pajjiż terz dment li l-annimali donaturi u s-semen, l-ova u l-embrijuni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1(a) sa (f);
l-annimali donaturi jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta' tali spedizzjoni u tal-miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, qabel l-ispedizzjoni tat-tali semen, ova jew embrijuni; u
l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (b).
4. Meta s-semen, l-embrijuni u l-ova li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu (1) jew (3) ta' dan l-Artiklu jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikati tas-saħħa korrispondenti mniżżla fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“…(Semen, ova u/jew embrijuni, indika skont il-każ) b'konformità ma' …(Artikolu 7(1) jew 7(3), indika skont il-każ) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.
Artikolu 8
Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (d) tal-Artikolu (3), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn:
żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni fl-istess Stat Membru jew f'żona oħra elenkata fil-Parti I jew il-Parti II tal-Anness I ta' Stat Membru ieħor;
żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni fl-istess Stat Membru jew f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I ta' Stat Membru ieħor diment li;
il-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jintbagħtu taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-iproċessar jew rimi f'impjant approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u
meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.
Artikolu 9
Derogi mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tal-ġlud u l-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn żona oħra elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:
dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati mibgħuta taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għal proċessar jew rimi f'impjant approvat;
meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz qabel ma jkunu proċessati mill-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u
il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda.
2. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I lejn kull żona tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:
dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati li joriġinaw minn impriżi li mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
il-ġlud u l-ġilda ġew:
trattati skont il-punt 28(b) sa (e) tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 1 ), jew
soġġetti għal wieħed mit-trattamenti mniżżla fil-punt (4)(b)(ii) tal-Kapitolu I tat-Taqsima XIV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ); u
il-ġlud u l-ġilda għaddew mill-prekawzjonijiet kollha biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid b'aġenti patoġeniċi wara t-trattament.
3. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn żona oħra elenkata fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:
dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati mibgħuta taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għal proċessar jew rimi f'impjant approvat;
meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor, qabel ma jkunu proċessati tal-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u
il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda.
4. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I lejn kull żona tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:
Il-ġlud u l-ġilda jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel ma jintbagħtu dawn il-ġlud u l-ġilda;
Il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti mid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali addizzjonali previsti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, huma trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru wara li jkunu proċessati tal-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u
l-Istat Membru tal-post tal-oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (a).
Artikolu 10
Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-għalf tal-annimali miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-għalf tal-annimali miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miżmuma f'impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I diment li l-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġew soġġetti għal trattament biex tkun żgurata l-qerda tal-virus tal-ilsien u d-dwiefer kif deskritt fil-punti 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE ( 3 ) u l-konsenja tikkonforma mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss l-ispedizzjoni lejn Stati Membri oħra ta' konsenji tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib skont id-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn il-konsenji huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa uffiċjali, kif stabbilit fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 4 ), u l-Parti II ta' dak iċ-ċertifikat tas-saħħa għandha tkun ikkompletata bl-attestazzjoni li ġejja:
“Il-kolostru, il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib konformi mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.
Artikolu 11
Rekwiżit dwar vetturi tat-trasport, it-tindif u d-diżinfettar
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li qabel ma kull vettura tat-trasport li tkun ġiet f'kuntatt ma' annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I tħalli dik iż-żona, l-operatur jew ix-xufier ta' dik il-vettura jipprovdi evidenza li turi li, mill-aħħar kuntatt ma' dawk l-annimali, il-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata b'mod li jiġi inattivat il-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda u tiġi trattata b'insettiċidi awtorizzati li huma effettivi kontra vetturi tal-marda tal-infafet fil-ġilda.
2. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi preżentata mill-operatur jew ix-xufier tal-vettura tat-trasport, kif previst fil-paragrafu 1, sabiex juri li t-tindif, id-diżinfettar u d-diżinsettizzazzjoni meħtieġa saru.
Artikolu 12
Proċedura ta' gwida
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida għat-trasport ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali u tal-ġlud u tal-ġilda mhux trattati kif kopert mid-derogi previsti fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9 tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
kull vettura li hija użata għat-trasport ta' dawk l-annimali ħajjin, ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ta' ġlud u ta' ġilda mhux trattati ġiet:
individwalment reġistrata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-ispedizzjoni jew għall-fini tat-trasport ta' annimali ħajjin, jew għal prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew għal ġlud u ġilda mhux trattati bl-użu tal-proċedura ta' gwida;
issiġillata mill-veterinarju uffiċjali wara t-tagħbija għal spedizzjoni; uffiċjal mill-awtorità kompetenti biss tal-post tad-destinazzjoni jista' jikser is-siġill u jissostitwih b'wieħed ġdid; kull tagħbija jew sostituzzjoni ta' siġilli għandha tkun notifikata lill-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni;
it-trasport iseħħ:
taħt superviżjoni uffiċjali;
direttament, mingħajr waqfien diment li perjodu ta' serħan rikjest mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 ( 5 ) ma jseħħx f'post ta' kontroll. Meta perjodu ta' serħan għal jum wieħed jew aktar huwa previst f'post ta' kontroll waqt il-moviment f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I, l-annimali huma mħarsa kontra l-attakki minn vetturi;
fuq ir-rotta li ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini;
il-konsenja tinkludi biss annimali ħajjin jew prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ġlud u ġilda mhux trattati tal-istess status tas-saħħa;
il-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-impriża tal-post tad-destinazzjoni għandu jikkonferma kull wasla mal-awtorità kompetenti tal-post ta' oriġini;
Wara l-ħatt tal-annimali ħajjin, jew tal-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ġlud u ġilda mhux trattati, l-vettura u kull tagħmir ieħor li ntuża fit-trasport, huma mnaddfa, diżinfettati u trattati b'insettiċidi awtorizatti li huma effettivi kontra vetturi magħrufa tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-intier tagħhom f'żona magħluqa fil-post tad-destinazzjoni taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali;
qabel l-ewwel spedizzjoni miż-żoni elenkati fil-Parti I jew II tal-Anness I fir-rigward ta' liema sseħħ proċedura ta' gwida, l-awtorità kompetenti tal-post ta'oriġini għandha tiżgura li jkunu stabbiliti l-arranġamenti neċessarji mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex tiżgura l-pjan ta' emerġenza, il-katina ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċidenti matul it-trasport, ħsara kbira tal-vettura jew kull azzjoni frodulenti tal-operatur jew ix-xufier jew l-operatur tat-trakk jew ta' vettura oħra għandu minnufih jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kull inċident jew ħsara kbira tal-vettura; u
fil-każ ta' ġlud u ġilda mhux trattati jew prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali, il-vetturi għandhom ikunu kompletament ma jnixxu minn kullimkien, inkluż l-għeluq tal-bieba tagħhom.
Artikolu 13
Programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda
Programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda preżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għal approvazzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness II.
Article 14
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, (UE) 2015/2055, (UE) 2016/645 u (UE) 2016/1183 huma mħassra u l-miżuri tagħhom sostitwiti mill-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 15
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M5 20 ta’ April 2021 ◄ .
Artikolu 16
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI I
“Żoni ħielsa bit-tilqim”
1. Il-Bulgarija
A. Il-provinċji li ġejjin fil-Bulgarija:
B. Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Bulgarija:
2. Il-Greċja
Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:
PARTI II
“Żoni infettati”
1. Il-Greċja
A. Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:
B. L-unitajiet reġjonali fil-Greċja li ġejjin:
2. Il-Bulgarija
It-territorju sħiħ tal-Bulgarija ħlief iż-żoni elenkati fil-Parti I.
ANNESS II
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROGRAMMI TAT-TILQIM TAL-MARDA TAL-INFAFET FIL-ĠILDA (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 13)
1. REKWIŻITI ĠENERALI
Il-programmi tat-tilqim ippreżentati mill-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas għal:
it-tilqim tal-annimali bovini kollha u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, indipendentement mis-sess, l-età u l-istatus produttiv jew ġestazzjonali tagħhom fiż-żona tat-tilqim;
it-tilqim tal-frieħ tal-annimali bovini mlaqqma u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tilqima użata fl-età ta' mhux inqas minn erba' (4) xhur;
it-tilqim mill-ġdid tal-annimali bovini kollha u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
il-miżuri li għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-vajrus. Kwalunkwe kwantitajiet residwi tat-tilqim għandhom jiġu rritornati fil-punt tad-distribuzzjoni tat-tilqim b'rekord miktub dwar in-numru tal-annimali mlaqqma u n-numru tad-dożi li ntużaw u sussegwentement għandhom jinqerdu b'mod sikur u b'superviżjoni uffiċjali;
it-tilqim għandu jitwettaq bis-superviżjoni u l-kontroll ta' awtorità kompetenti, minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti jew minn veterinarju privat maħtur mill-awtorità kompetenti u bis-superviżjoni tagħha;
id-dħul tad-dettalji mill-awtorità kompetenti għal kull annimal bovin imlaqqam fil-bażi tad-dejta onlajn apposta li hija konnessa mal-bażi tad-dejta ċentrali stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). Ir-rekords għandhom jiżguraw ir-rabta bejn l-omm imlaqqma u wildha;
stabbiliment ta' żona ta' sorveljanza usa' ta' mill-anqas 20 km madwar iż-żona tat-tilqim, li fiha għandha ssir sorveljanza intensifikata u fejn il-moviment tal-annimali bovini għandu jkun soġġett għal kontrolli mill-awtorità kompetenti.
2. L-INFORMAZZJONI MINIMA LI TRID TIĠI PPROVDUTA
Il-programmi tat-tilqim ippreżentati mill-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
iż-żoni eżatti fejn it-tilqim se jiġi implimentat;
it-tip jew it-tipi ta' tilqim li għandhom jintużaw;
l-għadd ta' azjendi u ta' annimali, għal kull speċi u kategorija li se jitlaqqmu, għal kull żona;
il-metodu u l-linja ta' kmand fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-tilqim (il-ħażna, id-distribuzzjoni tat-tilqim, il-persunal li jwettaq it-tilqim, ir-reġistrazzjoni jew l-identifikazzjoni speċjali tal-annimali mlaqqma, il-prijoritizzazzjoni tat-tilqim skont iż-żoni, is-sorveljanza uffiċjali tat-tilqim, it-tilqim tal-għoġiela tat-twelid, it-tilqim mill-ġdid tal-annimali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur);
l-iskeda taż-żmien tal-programm tat-tilqim (it-tnedija, id-data tat-tlestija ppjanata għal kull żona, id-data tat-tlestija għaż-żona kollha fejn qed isir it-tilqim);
kull miżura li takkumpanja t-tilqim inkluż ir-restrizzjonijiet tal-movimenti tal-annimali u d-dispaċċ tal-prodotti u tal-prodotti sekondarji tagħhom.
3. IR-REKWIŻITI MINIMI TAR-RAPPURTAR
L-Istati Membri li jkunu ppreżentaw programm tat-tilqim għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni mill-inqas dan li ġej:
in-notifika immedjata tad-data eżatta tat-tnedija tal-kampanja tat-tilqim;
ir-rapporti ta' progress kull xahar li jipprovdu l-kopertura eżatta tat-tilqim li tkun saret f'kull żona;
in-notifika immedjata dwar id-data eżatta tat-tlestija tat-tilqim f'kull żona (kopertura tat-tilqim ta' mill-inqas 95 % fil-livell tal-merħla u fil-livell tal-annimali);
wara li jitlesta l-ewwel ċiklu ta' rapporti dwar it-tilqim ta' kull xahar ippreżentati matul l-ewwel ġimgħa ta' kull xahar, jiġi pprovdut rendikont dwar l-annimali li jkunu tlaqqmu matul ix-xahar ta' qabel u r-raġuni għat-tilqim (eż. għoġiela ġodda, tilqim mill-ġdid, eċċ.);
informazzjoni oħra miksuba mill-bażi tad-dejta onlajn apposta, b'talba tal-Kummissjoni.
( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97, (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).