02016D1942 — MT — 19.06.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1942

tal-4 ta' Novembru 2016

dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1214

(ĠU L 299 5.11.2016, p. 86)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/919 tad-29 ta' Mejju 2017

  L 139

78

30.5.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1942

tal-4 ta' Novembru 2016

dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1214



Artikolu 1

Speċifikazzjonijiet tekniċi tal-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (PEPI), kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Il-proġetti għandhom jiddaħħlu fil-PEPI suġġett għal konformità ma' dawn il-kriterji ta' ammissjoni:

▼M1

(a) il-proġett (jew il-programm li jikkonsisti minn proġetti iżgħar) ikollu kost minimu totali tal-proġett ta' EUR 1 000 000 ;

▼B

(b) il-proġett għandu jiġi implimentat fl-ambitu ġeografiku tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/1017 u għandu jappoġġa wieħed jew iktar mill-objettivi u setturi msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament;

(c) il-promotur ikun entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru u ma jkunx soġġett għal proċeduri ta' insolvenza;

(d) il-proġett ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru rilevanti u m'għandux jinvolvi riskji legali, ta' reputazzjoni jew għas-sigurtà nazzjonali ta' Stat Membru jew il-Kummissjoni;

(e) l-implimentazzjoni tal-proġett għandha tkun inbdiet jew hija mistennija li tibda fi żmien tliet snin mid-data tal-preżentazzjoni lill-PEPI;

(f) il-proġett għandu jkun deskritt b'mod ċar fl-applikazzjoni tal-proġett bħala proġett ta' investiment u l-informazzjoni pprovduta fiha għandha tkun preċiża u għandha tispeċifika l-ammont ta' finanzjament meħtieġ għat-twettiq tal-proġett.

▼M1

Artikolu 3

L-ebda tariffa tal-ipproċessar tal-applikazzjoni m'għandha tiġi imposta.

▼B

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1214 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-PORTAL EWROPEW TA' PROĠETTI TA' INVESTIMENT (PEPI)

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI

Il-PEPI, maħluq skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/1017, huwa portal tal-web ta' proġetti ta' investiment disponibbli pubblikament li jaġixxi bħala pjattaforma biex jippromwovi proġetti lil investituri potenzjali mad-dinja kollha. L-għan prinċipali tal-PEPI huwa li jkun katalist u jgħaġġel l-iżvilupp u r-riżultati tal-proġetti ta' investiment fl-Unjoni, u permezz ta' dan, jikkontribwixxi għal aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku. Il-pubblikazzjoni ta' proġett fuq il-PEPI ma tikkostitwixxix l-approvazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-BEI u mhijiex kundizzjoni sabiex jirċievi appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jew mill-(BEI).

Il-komponenti prinċipali tal-PEPI huma:

(a) sit tal-Internet li jkun pubblikament disponibbli li jinkludi bażi ta' data ta' skedi ta' proġetti (paġni fuq l-Internet strutturati tal-informazzjoni fil-qosor dwar proġetti individwali tal-PEPI);

(b) lista u mappa interattiva ta' proġetti;

(c) taqsimiet iddedikati għal investituri u promoturi tal-proġetti.

Il-PEPI għandu jinkludi wkoll modulu mhux pubbliku għall-ipproċessar ta' proġetti.

Il-proġetti fil-PEPI huma miġbura f'gruppi ta' setturi li joriġinaw mill-objettivi u l-kategoriji tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017.

2.   IL-MANIĠMENT TAL-PEPI U RELAZZJONIJIET MAL-PROMOTURI TAL-PROĠETT, UTENTI TAS-SIT WEB U FORNITURI TA' SERVIZZI SIMILI

Il-PEPI huwa mmaniġġat mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-maniġment tiegħu. Il-kontenut tal-PEPI huwa ġġenerat mill-promoturi tal-proġett, jiġifieri minn entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi.

Il-parteċipazzjoni tal-promoturi tal-proġett u tal-utenti tas-sit web li jkunu rreġistrati mal-PEPI tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni tal-Patti u l-Kundizzjonijiet tal-PEPI li se jkollhom l-għan li jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni ppubblikata riċevuta mill-promoturi tal-proġett filwaqt li jagħmluha ċara li l-Kummissjoni ma tagħtix garanzija dwar l-akkuratezza tal-informazzjoni ppubblikata u ma tista' tinżamm responsabbli għall-ebda pretensjoni bbażata fuq il-pubblikazzjoni tal-proġett.

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà għandha twissi lill-utenti tas-sit web li l-Kummissjoni ma tistax tiggarantixxi l-akkuratezza tal-informazzjoni ppubblikata u li l-investituri potenzjali jkollhom iwettqu d-diliġenza dovuta proprja tagħhom, inkluż rigward aspetti finanzjarji u kull aspett ieħor rilevanti għad-deċiżjoni tagħhom dwar jekk għandhomx jinvestu fi proġett. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tneħħi proġett mill-PEPI wara tliet snin tal-pubblikazzjoni inizjali tiegħu.

Il-PEPI jista' jikkoopera ma' fornituri oħra ta' servizzi simili fuq livell nazzjonali jew internazzjonali mmirati li jistimulaw u jiffaċilitaw l-attività tal-investiment.

3.   SKRINJAR TAL-PROĠETT

Skrinjar tal-proġett għandu jitwettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-kriterji ta' ammissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha setgħa diskrezzjonali wiesgħa meta jsiru l-iskrinjar tal-proġett u l-valutazzjoni ta' jekk proġett jiġix inkluż fil-PEPI jew le. L-eżami analitiku tal-konformità tagħhom mal-liġi tal-Istat Membru rilevanti u l-analiżi tar-riskji potenzjali għal dan l-Istat Membru għandu jsir fuq il-bażi ta' informazzjoni fornuta mill-Istat Membru, fejn disponibbli. Xi aspetti tekniċi tal-eżami analitiku tal-proġett u l-validazzjoni, bħall-verifika tal-identità tal-promoturi tal-proġett, jistgħu jiġu esternalizzati lil partijiet terzi.

L-Istati Membri se jiġu mistiedna jaħtru punt ta' kuntatt wieħed jew aktar u jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-iskopijiet tal-iskrinjar. Ir-rwol tal-BEI fil-promozzjoni tal-PEPI se jiġi stabbilit, fejn xieraq, fil-ftehim dwar il-livell ta' servizz.

▼M1 —————