02016D0413 — MT — 30.03.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/413

tat-18 ta' Marzu 2016

li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 074 19.3.2016, p. 45)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/115 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Jannar 2018

  L 20

14

25.1.2018

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/488 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-25 ta' Marzu 2019

  L 84

4

26.3.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/413

tat-18 ta' Marzu 2016

li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri tas-sistema stabbilita mill-programm Galileo u l-miżuri meħtieġa għall-operat tiegħu huma mehmuża fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS



Isem

Miżuri ta' lokalizzazzjoni u implimentazzjoni għall-iżgurar tal-operat

Ċentri terrestri

Żewġ ċentri ta' kontroll Galileo (GCC)

Iż-żewġ ċentri ta' kontroll għandhom jitwaqqfu bejn l-2009 u l-2014 rispettivament f'Oberpfaffenhofen (il-Ġermanja) u Fucino (l-Italja). Għandhom ikunu s-suġġett ta' żewġ ftehimiet li jridu jiġu ffirmati rispettivament mal-Ġermanja u l-Italja.

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (GSMC)

►M1  Iċ-ċentru tas-sigurtà Galileo, lokalizzat f'żewġ postijiet, se jitwaqqaf fi Franza u fi Spanja. It-twaqqif tas-sit fi Franza tlesta fil-2017 u kien is-suġġett ta' ftehim iffirmat fl-2013 ma' Franza. It-twaqqif tas-sit fi Spanja se jibda f'Marzu 2018 b'numru limitat ta' installazzjonijiet u jrid jitlesta kompletament f'Marzu 2019. Dan għandu jkun is-suġġett ta' ftehim li jrid jiġi ffirmat ma' Spanja fl-2018. ◄

Iċ-ċentru tas-Servizzi GNSS (GSC)

Iċ-ċentru tas-servizzi GNSS qed jiġi żviluppat fi stadji f'Madrid (Spanja). It-twaqqif għandu jibda fl-2011 u għandu jkun tlesta sal-2016. Dan kien is-suġġett ta' ftehim iffirmat ma' Spanja fl-2014.

Iċ-Ċentru ta' Servizzi SAR

Iċ-ċentru ta' servizzi SAR twaqqaf f'Toulouse (Franza) bejn l-2012 u l-2014. Dan għandu jkun is-suġġett ta' kuntratt qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi mas-Centre National d'Etudes Spatiales (CNES).

Iċ-Ċentru ta' Referenza Galileo (GRC)

Iċ-Ċentru ta' Referenza Galileo qed jiġi żviluppat fi stadji f'Noordwijk (in-Netherlands). It-twaqqif għandu jibda fl-2015 u għandu jkun tlesta sal-2017. Dan għandu jkun is-suġġett ta' ftehim li għandu jiġi ffirmat man-Netherlands fl-2016.

Iċ-Ċentru ILS

Iċ-Ċentru ta' Appoġġ għal-Loġistika Integrata (iċ-Ċentru ILS) għandu jitwaqqaf fi Transinne (il-Belġju) waqt is-sena 2016 u jkun is-suġġett ta' ftehim mal-Belġju.

Stazzjoni ta' testijiet fl-orbita

L-istazzjon tat-test fl-orbita twaqqaf fl-2010 f'Redu (il-Belġju).

 

Stazzjonijiet terrestri rimoti

Stazzjonijet TTC

Twaqqfu xi stazzjonijiet TTC, bejn l-2010 u l-2014, f'Kiruna (Suède), Kourou (Franza), Réunion (Franza), u Nouméa (il-Kaledonja Ġdida).

Għandu jitwaqqaf stazzjon tat-TTC f'Papeete (il-Polineżja Franċiża) bejn l-2016 u l-2017.

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet TTC se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet GSS

Twaqqfu xi stazzjonijiet GSS, bejn l-2009 u l-2014, f'Açores (il-Portugall), ►M2  Ascension ◄ , Fucino (l-Italja), Jan Mayen (in-Norveġja), Kerguelen, Kiruna (fl-Iżvezja), Kourou (Franza), Réunion (Franza), ►M2  il-Gżejjer Falkland ◄ , Nouméa (il-Kaledonja Ġdida), Papeete (il-Polineżja Franċiża), Redu (il-Belġju), Saint Pierre et Miquelon, Svalbard (in-Norveġja), u Troll (in-Norveġja).

Għandu jitwaqqaf stazzjon tal-GSS f'Wallis bejn l-2016 u l-2017.

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet GSS se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet TTC

Twaqqfu xi stazzjonijiet ULS, bejn l-2009 u l-2014, f'Tahiti (il-Polineżja Franċiża), Kourou (Franza), Réunion (Franza), il-Kaledonja Ġdida, u Svalbard (in-Norveġja).

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet ULS se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet SAR

Bejn l-2012 and 2013, twaqqfu stazzjonijiet SAR imsejħa “Meolut” f'Makarios (Ċipru), Maspalomas (Spanja) u Svalbard (in-Norveġja). Xi stazzjonijiet SAR b'sinjal ta' referenza SAR twaqqfu f'Makarios (Ċipru), Maspalomas (Spanja), Santa Maria (il-Portugall), Toulouse (Franza) u Svalbard (in-Norveġja).

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet SAR kien is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizzi għall-istazzjonjiet ta' Maspalomas, ta' Santa Maria u ta' Svalbard, ta' protokoll ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u Ċipru għall-istazzjon ta' Makarios u ta' kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-fornitur tas-servizzi għall-istazzjon ta' Toulouse.