02016D0159 — MT — 30.06.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/159

tal-4 ta' Frar 2016

li tistabbilixxi l-proċeduri għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet u rikjesti għall-ħlas, u l-informazzjoni marbuta magħhom, fir-rigward, tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-pesti tal-pjanti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 524)

(ĠU L 031 6.2.2016, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1161 notifikata bid-dokument C(2017 tat-23 ta' Ġunju 2017

  L 167

39

30.6.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/159

tal-4 ta' Frar 2016

li tistabbilixxi l-proċeduri għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet u rikjesti għall-ħlas, u l-informazzjoni marbuta magħhom, fir-rigward, tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-pesti tal-pjanti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 524)



Artikolu 1

Informazzjoni preliminari dwar l-estimi tal-ispejjeż

▼M1

Sabiex jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, l-Istati Membri, fi żmien xahrejn mill-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' pest imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, għandhom jagħtu l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħa tal-pest. Dik l-informazzjoni preliminari għandha tiġi ppreżentata permezz ta' fajl elettroniku, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. In-notifiki lill-Kummissjoni, kif deskritt fl-Artikolu 1 u 2 tad-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni 2014/917/UE, jitqiesu bħala tali informazzjoni preliminari.

Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pest, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal għotja skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 permezz ta' fajl elettroniku, skont il-mudelli 1 u 2 stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

L-applikazzjoni għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istima tal-ispejjeż operattivi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(b) l-istima tal-ispejjeż għall-kuntratti ta' servizz mal-partijiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(c) l-istima tal-ispejjeż għall-kumpens tas-sidien u l-operaturi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(d) fejn applikabbli, l-istima tal-ispejjeż l-oħra essenzjali għall-eradikazzjoni tal-pest kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, flimkien ma' ġustifikazzjoni xierqa;

▼M1

(e) l-istima tal-ispejjeż għall-kumpens lis-sidien għall-valuri tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu ġew meqruda kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014.

▼B

Kull tliet xhur wara t-tressiq tal-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni aġġornata dwar l-ispejjeż imsemmija f'dak il-paragrafu.

▼M1

L-applikazzjonijiet għal għotja għall-ispiża stmata, li hija essenzjali għall-eradikazzjoni u/jew għat-trażżin ta' pest li għalih kienet diġà ntbagħtet applikazzjoni fi snin kalendarji preċedenti, għandu jkun fihom il-verżjonijiet aġġornati tal-Anness II (1 u 2) ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 2

Rikjesti għall-ħlas

Fi żmien sitt xhur mid-data tat-tmiem iffissata fid-deċiżjoni ta' finanzjament annwali jew mill-konferma tat-tlestija tal-eradikazzjoni u/jew mit-trażżin tal-pest, liema minnhom tiġi l-ewwel, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

▼M1

(a) ir-rikjesta għall-ħlas tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba, bl-użu ta' fajl elettroniku skont il-mudelli 1 u 2 stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni; konsegwentement, jekk applikabbli, ir-rikjesta għall-ħlas stabbilita fl-Anness III (1) għandha tiġi applikata;

(b) rapport tekniku finali skont l-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni;

▼M1

(c) l-applikazzjonijiet għal għotja għall-istima tal-ispejjeż għall-kumpens lis-sidien għall-valuri tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu ġew meqruda kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 għandu jkun fihom l-Anness III (2) ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 3

Rata tal-kambju

Meta l-ammonti tal-ispejjeż stmati jew tan-nefqa mġarrba minn Stat Membru ma jkunux f'euro, l-Istat Membru għandu jikkonvertihom f'euro bl-applikazzjoni tal-aktar rata tal-kambju riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni għall-għotja tkun tressqet mill-Istat Membru.

▼M1

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tifqigħat ta' pesti nnotifikati lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2017.

▼B

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I

image




ANNESS II

image

image

image

image

image

image




ANNESS III

image

image

image

image

▼M1




ANNESS IV

image

image

image