02015R2447 — MT — 21.04.2018 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2447

tal-24 ta’ Novembru 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

(ĠU L 343 29.12.2015, p. 558)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/989 tat-8 ta' Ġunju 2017

  L 149

19

13.6.2017

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/604 tat-18 ta' April 2018

  L 101

22

20.4.2018


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 087, 2.4.2016, p.  35 (2015/2447)

►C2

Rettifika, ĠU L 101, 13.4.2017, p.  195 (2015/2447)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2447

tal-24 ta’ Novembru 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni



IT-TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI



KAPITOLU 1

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, il-missjoni tad-dwana u d-definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

(1)  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ( 1 ).

(2)  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘bagalja tal-kabina’ tfisser, fil-każ tal-ivvjaġġar bl-ajru, il-bagalja li l-persuna fiżika tieħu magħha fil-kabina tal-inġenju tal-ajru;

(2) ‘uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni’ ifisser l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn jiġu ppreżentati l-prodotti;

(3) ‘bagalja tal-istiva’ tfisser, fil-każ tal-ivvjaġġar bl-ajru, il-bagalja li tkun ġiet irreġistrata fl-ajruport tat-tluq u li ma tkunx aċċessibbli għall-persuna fiżika matul it-titjira u lanqas, fejn rilevanti, waqt kwalunkwe waqfa intermedja;

(4) ‘prodotti identiċi’ tfisser, fil-kuntest tal-valutazzjoni doganali, il-prodotti manifatturati fl-istess pajjiż li jkunu l-istess fl-aspetti kollha, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, il-kwalità u r-reputazzjoni. Id-differenzi minuri fid-dehra ma għandhomx jipprekludu l-prodotti li inkella jkunu konformi mad-definizzjoni milli jitqiesu bħala identiċi;

(5) ‘ajruport internazzjonali tal-Unjoni’ ifisser kwalunkwe ajruport tal-Unjoni li, wara li jkun hekk awtorizzat mill-awtorità doganali, jiġi approvat għat-traffiku tal-ajru ma’ territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(6) ‘titjira intra-UE’ tfisser il-moviment ta’ inġenju tal-ajru bejn żewġ ajruporti tal-Unjoni, mingħajr ebda waqfa intermedja, li ma tibdiex jew ma tispiċċax f’ajruport ta’ pajjiż terz;

(7) ‘prodotti pproċessati prinċipali’ tfisser il-prodotti pproċessati li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv;

(8) ‘attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni’ tfisser, fil-kuntest tal-valutazzjoni doganali, l-attivitajiet kollha relatati mar-reklamar jew mal-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni u l-attivitajiet kollha relatati mal-garanziji fir-rigward tagħhom;

(9) ‘prodotti pproċessati sekondarji’ tfisser il-prodotti pproċessati li huma prodott sekondarju neċessarju tal-operazzjoni tal-ipproċessar għajr il-prodotti pproċessati prinċipali;

(10) ‘inġenju tal-ajru tat-turisti jew kummerċjali’ ifisser inġenju tal-ajru privat maħsub għal vjaġġi li l-itinerarju tagħhom jiddependi fuq ix-xewqat tal-utent;

(11) ‘maħżen doganali pubbliku tat-tip III’ ifisser maħżen doganali li jitħaddem mill-awtoritajiet doganali.

(12) ‘installazzjoni fissa tat-trasport’ tfisser il-mezzi tekniċi li jintużaw għat-trasport kontinwu ta’ prodotti bħall-elettriku, il-gass u ż-żejt;

(13) ‘uffiċċju doganali ta’ tranżitu’ ifisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) l-uffiċċju doganali kompetenti għall-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-prodotti jitilqu minn dak it-territorju waqt operazzjoni ta’ tranżitu permezz ta’ fruntiera ma’ territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għajr pajjiż ta’ tranżitu komuni,

(b) l-uffiċċju doganali kompetenti għall-punt tad-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-prodotti jkunu qasmu territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni waqt operazzjoni ta’ tranżitu;

(14) ‘prodotti simili’ tfisser, fil-kuntest tal-valutazzjoni doganali, prodotti manifatturati fl-istess pajjiż li, għalkemm mhux simili fl-aspetti kollha, għandhom karatteristiċi simili u materjali ta’ komponenti simili li jagħtuhom iċ-ċans iwettqu l-istess funzjonijiet u jkunu kummerċjalment interkambjabbli; il-kwalità tal-prodotti, ir-reputazzjoni tagħhom u l-eżistenza ta’ trademark huma fost il-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti humiex simili.



KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi tal-persuni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali



Taqsima 1

Għoti ta’ informazzjoni



Sottotaqsima 1

Formati u kodiċijiet ta’ rekwiżiti tad-dejta komuni, skambju ta’ dejta u ħażna

▼M1

Artikolu 2

Formati u kodiċijiet għal rekwiżiti tad-dejta komuni

(L-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi)

1.  Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet huma stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għan-notifiki tad-dikjarazzjonijiet u l-prova tal-istatus doganali huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema tal-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (“BTI”) u tas-sistema Sorveljanza 2 msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 ( 2 ), il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BTI ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 2 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 ( 3 ).

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tal-AEO ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 6 u 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

4.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta komuni stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

Għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, l-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet, għan-notifiki u għall-prova tal-istatus doganali għandhom ikunu soġġetti għall-formati u għall-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

5.  Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (EU) 2016/578, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li l-formati u l-kodiċijiet minbarra dawk stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mas-simplifikazzjoni ta' kif jiġu stabbiliti l-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija;

(b) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi;

(c) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal ħlas differit;

(d) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 148 tal-Kodiċi;

(e) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi regolari tat-trasport marittimu;

(f) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal emittent awtorizzat;

(g) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' min huwa awtorizzat għall-użin tal-banana;

(h) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-awtovalutazzjoni;

(i) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għall-operazzjonijiet TIR;

(j) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(k) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(l) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali;

(m) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ta' tranżitu b'sett imnaqqas ta' dejta;

(n) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dokument elettroniku tat-trasport bħala dikjarazzjoni doganali.

6.  Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li jiġu użati l-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 minflok ir-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ssimplifikata;

(b) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-ikklerjar ċentralizzat;

(c) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għad-dħul ta' dejta fir-rekords tad-dikjarant;

(d) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv;

(e) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar passiv;

(f) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu aħħari;

(g) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ammissjoni temporanja;

(h) l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' ħżin għall-ħażna doganali.

7.  Minkejja l-paragrafu 6, sad-dati tal-implimentazzjoni tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU jew tal-aġġornament tas-Sistemi ta' Importazzjoni Nazzjonali msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 163(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 għandhom japplikaw fir-rigward ta' elementi tad-dejta addizzjonali meħtieġa għal dik l-applikazzjoni.

▼B

Artikolu 3

Sigurtà tas-sistemi elettroniċi

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta jiżviluppaw, iżommu u jużaw is-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti ta’ sigurtà adegwati għall-operazzjoni effettiva, affidabbli u sigura tas-sistemi differenti. Huma għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm fis-seħħ miżuri għall-verifika tas-sors tad-dejta u għall-protezzjoni tad-dejta kontra r-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat, telf, tibdil jew qerda.

2.  Kull input, modifikazzjoni u tħassir tad-dejta għandu jiġi rreġistrat flimkien ma’ informazzjoni li tagħti r-raġuni u l-ħin eżatt ta’ tali pproċessar u li tidentifika l-persuna li wettqitu.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lill-operatur ekonomiku kkonċernat dwar il-ksur kollu attwali jew issuspettat tas-sigurtà tas-sistemi elettroniċi.

Artikolu 4

Ħżin tad-dejta

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

Id-dejta kollha vvalidata mis-sistema elettronika rilevanti għandha tinżamm għal mill-inqas tliet snin mit-tmiem tas-sena li fiha tali dejta ġiet ivvalidata, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Artikolu 5

Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet operazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti prattiċi għad-disponibbiltà u l-prestazzjoni tas-sistemi elettroniċi kif ukoll għall-kontinwità tan-negozju.

2.  Il-ftehimiet operattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-ħin ta’ reazzjoni xierqa għall-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni fis-sistemi elettroniċi rilevanti.

3.  Is-sistemi elettroniċi għandhom jinżammu disponibbli b’mod permanenti. Madankollu, dak l-obbligu ma għandux japplika:

(a) f’każijiet speċifiċi relatati mal-użu tas-sistemi elettroniċi stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew fil-livell nazzjonali, fl-assenza ta’ dawk il-ftehimiet;

(b) fil-każ ta’ force majeure.



Sottotaqsima 2

Reġistrazzjoni ta’ persuni

Artikolu 6

Awtorità doganali kompetenti

(l-Artikolu 9 tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali responsabbli għar-reġistrazzjoni għandhom ikunu dawk maħtura mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-isem u l-indirizz ta’ dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 7

Sistema elettronika relatata man-numru EORI

(l-Artikolu 16 tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni relatata mal-EORI, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi (“Sistema EORI”).

Permezz ta’ dik is-sistema, għandha ssir disponibbli informazzjoni mill-awtorità doganali kompetenti kull meta jiġu assenjati numru EORI ġodda jew kull meta jsiru tibdiliet fid-dejta maħżuna fir-rigward ta’ reġistrazzjonijiet diġà maħruġa.

2.  Numru EORI wieħed biss għandu jiġi assenjat għal kull persuna.

3.  Il-format u l-kodiċijiet tad-dejta maħżuna fis-sistema EORI huma stipulati fl-Anness 12-01.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema ċentrali tal-EORI, il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 12-01 ma għandhomx japplikaw.

Sad-data tal-aġġornament tas-sistema ċentrali tal-EORI, il-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta komuni għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra huma stabbiliti fl-Annessi 9 tar- ►M1  Regolament Delegat (UE) 2016/341 ◄ .

5.  Meta l-Istati Membri jiġbru dejta elenkata fil-punt 4 tal-Anness 12-01 għandhom jiżguraw li jintużaw il-format u l-kodiċi kif stabbiliti fl-Anness 12-01.



Taqsima 2

Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali



Sottotaqsima 1

Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali

Artikolu 8

Proċedura ġenerali għad-dritt li tinstema’

(l-Artikolu 22(6) tal-Kodiċi)

1.  Il-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 22(6) tal-Kodiċi għandha:

(a) tinkludi referenza għad-dokumenti u l-informazzjoni li l-awtoritajiet doganali biħsiebhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuqhom;

(b) tindika l-perjodu li fih il-persuna kkonċernata għandha tesprimi l-fehma tagħha mid-data li fiha tkun irċeviet il-komunikazzjoni jew titqies li tkun irċevietha;

(c) tinkludi referenza għad-dritt tal-persuna kkonċernata li jkollha aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

2.  Meta l-persuna kkonċernata tagħti l-fehma tagħha qabel jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1(b) l-awtoritajiet doganali jistgħu jipproċedu bit-teħid tad-deċiżjoni sakemm il-persuna kkonċernata fl-istess ħin ma tesprimix l-intenzjoni tagħha li tkompli tesprimi l-fehma tagħha fil-perjodu stipulat.

Artikolu 9

Proċedura speċifika għad-dritt li tinstema’

(l-Artikolu 22(6) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu l-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 22(6) tal-Kodiċi bħala parti mill-proċess ta’ verifika jew ta’ kontroll fejn biħsiebhom jieħdu deċiżjoni abbażi ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) ir-riżultati ta’ verifika wara preżentazzjoni tal-merkanzija;

(b) ir-riżultati ta’ verifika tad-dikjarazzjoni doganali kif imsemmi fl-Artikolu 191 tal-Kodiċi;

(c) ir-riżultati tal-kontroll ta’ wara r-rilaxx kif imsemmi fl-Artikolu 48 tal-Kodiċi, meta l-merkanzija tkun għadha taħt is-sorveljanza doganali;

(d) ir-riżultati ta’ verifika tal-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni jew, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-verifika tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tali prova jew għall-approvazzjoni tagħha;

(e) il-ħruġ ta’ prova tal-oriġini mill-awtoritajiet doganali;

(f) ir-riżultati ta’ kontroll tal-merkanzija, li għaliha ma tkun ġiet ippreżentata ebda dikjarazzjoni fil-qosor, dikjarazzjoni ta’ ħażna temporanja, dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni jew dikjarazzjoni doganali.

2.  Meta l-komunikazzjoni ssir skont il-paragrafu 1, il-persuna konċernata tista’:

(a) tesprimi fhemtha immedjatament bl-istess mezzi bħal dawk użati għall-komunikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446; jew

(b) titlob komunikazzjoni skont l-Artikolu 8 ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(f).

Il-persuna kkonċernata għandha tiġi infurmata mill-awtoritajiet doganali dwar dawk iż-żewġ għażliet.

3.  Meta l-awtoritajiet doganali jieħdu deċiżjoni li taffettwa lill-persuna kkonċernata b’mod negattiv, għandhom jirreġistraw jekk dik il-persuna esprimietx fhemtha skont il-paragrafu 2(a).



Sottotaqsima 2

Deċiżjonijiet meħuda mal-applikazzjoni

Artikolu 10

Sistemi elettroniċi relatati mad-deċiżjonijiet

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni li tappartjeni għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jista’ jkollhom impatt f’iktar minn Stat Membru wieħed u għal kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali, għandha tintuża sistema elettronika stabbilita għal dawn il-finijiet skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

Permezz ta’ dik is-sistema, l-awtorità doganali kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data li fiha l-awtorità saret taf bl-informazzjoni.

2.  Interfaċċa armonizzata tan-negozjant tal-UE ddisinjata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil ma’ xulxin għandha tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ applikazzjonijiet u deċiżjonijiet li jista’ jkollhom impatt f’iktar minn Stat Membru wieħed.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu japplikaw mid-data tat-twettiq tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU sistema kif imsemmi fl-Anness tad- Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.

Artikolu 11

Awtorità doganali maħtura biex tirċievi applikazzjonijiet

(It-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi)

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet doganali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi maħtura biex jirċievu applikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla sussegwenti f’dik il-lista.

Artikolu 12

Aċċettazzjoni tal-applikazzjoni

(l-Artikolu 22(2) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtorità doganali taċċetta applikazzjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, id-data ta’ aċċettazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni għandha tkun id-data li fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont it-tieni sottoparagrafu ►M1  tal-Artikolu 22(2) ◄ tal-Kodiċi tkun waslet għand l-awtorità doganali.

2.  Meta l-awtorità doganali tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa, din għandha titlob lill-applikant biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-30 jum.

Meta l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu stabbilit minnhom għal dak l-iskop, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata u l-applikant għandu jiġi notifikat dwar dan.

3.  Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe komunikazzjoni lill-applikant rigward jekk l-applikazzjoni tkunx ġiet aċċettata jew le, dik l-applikazzjoni għandha titqies li tkun ġiet aċċettata. Id-data tal-aċċettazzjoni għandha tkun id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jew, f’dawk il-każijiet li fihom tkun ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonali mill-applikant fuq talba tal-awtorità doganali kif imsemmi fil-paragrafu 2, id-data ta’ meta ġiet ipprovduta l-aħħar biċċa informazzjoni.

Artikolu 13

Ħażna ta’ informazzjoni relatata ma’ deċiżjonijiet

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha żżomm id-dejta u l-informazzjoni kollha ta’ sostenn li ntużaw biex tittieħed id-deċiżjoni għal mill-inqas tliet snin wara d-data tat-tmiem tal-validità tagħha.

Artikolu 14

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  Meta awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni teħtieġ li tikkonsulta ma’ awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor ikkonċernat dwar it-twettiq tal-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa għat-teħid ta’ deċiżjoni favorevoli, dik il-konsultazzjoni għandha sseħħ fit-terminu preskritt għad-deċiżjoni kkonċernata. L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-konsultazzjoni li jibda mid-data tal-komunikazzjoni minn dik l-awtorità doganali tal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu eżaminati mill-awtorità doganali kkonsultata.

Meta, wara l-eżami msemmi fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità doganali kkonsultata tistabbilixxi li l-applikant ma jissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet u l-kriterji jew iktar għat-teħid ta’ deċiżjoni favorevoli, ir-riżultati, iddokumentati u ġustifikati kif suppost, għandhom jintbagħtu lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni.

2.  Il-limitu ta’ żmien stabbilit għall-konsultazzjoni skont il-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta, minħabba n-natura tal-eżamijiet li għandhom jitwettqu, l-awtorità kkonsultata tkun titlob aktar żmien;

(b) meta l-applikant jagħmel aġġustamenti sabiex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 u jikkomunikahom lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni, li għandha tinforma lill-awtorità doganali kkonsultata dwar dan.

3.  Meta l-awtorità doganali kkonsultata ma tirrispondix fil-limitu ta’ żmien stabbilit għall-konsultazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kundizzjonijiet u l-kriterji li għalihom saret il-konsultazzjoni huma meqjusa li jiġu ssodisfati.

4.  Il-proċedura ta’ konsultazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu applikati wkoll għall-finijiet ta’ valutazzjoni mill-ġdid u monitoraġġ ta’ deċiżjoni.

Artikolu 15

Revoka ta’ deċiżjoni favorevoli

(l-Artikolu 28 tal-Kodiċi)

Deċiżjoni sospiża skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandha tiġi revokata mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b) u (c) ta’ dak ir-Regolament, meta d-detentur tad-deċiżjoni ma jiħux il-miżuri neċessarji, fit-terminu ta’ żmien preskrittiv, biex jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għad-deċiżjoni jew biex jikkonforma mal-obbligi imposti taħt dik id-deċiżjoni.



Sottotaqsima 3

Deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti

Artikolu 16

Applikazzjoni għal deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti

(l-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fi Stat Membru differenti minn dak li jkun stabbilit fih l-applikant, l-awtorità doganali li l-applikazzjoni tkun ġiet ppreżentata lilha għandha tinnotifika lill-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilit fi żmien sebat ijiem mill-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni.

Meta l-awtorità doganali li tirċievi n-notifika tikkontrolla kwalunkwe informazzjoni li tikkunsidra rilevanti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni, din għandha tibgħat it-tali informazzjoni lill-awtorità doganali li għaliha ġiet sottomessal-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tan-notifika.

2.  Applikazzjoni għal deċiżjoni dwar informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (BTI) għandha tkun relatata biss ma’ merkanzija li jkollha karatteristiċi simili u li bejnietha d-differenzi huma irrelevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha.

3.  Applikazzjoni għal informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (BOI) għandha tkun relatata biss ma’ tip wieħed biss ta’ merkanzija u sett wieħed ta’ ċirkostanzi sabiex jiġi ddeterminat l-oriġini.

4.  Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt a tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi fir-rigward ta’ applikazzjoni għal deċiżjoni BTI, l-awtorità doganali msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandha tikkonsulta s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament u żżomm rekord ta’ tali konsultazzjonijiet.

Artikolu 17

Konsistenza mad-deċiżjonijiet BTI eżistenti

(l-Artikolu 22(3) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha, sabiex tiżgura li deċiżjoni BTI li tkun biħsiebha toħroġ tkun konsistenti ma’ deċiżjonijiet BTI li diġà jkunu nħarġu, tikkonsulta s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 u żżomm rekord ta’ tali konsultazzjonijiet.

Artikolu 18

Notifika tad-deċiżjonijiet BOI

(l-Artikolu 6(3) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni BOI billi tuża mezzi differenti li mhumiex tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, għandha tagħmel dan permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 12-02.

2.  Meta l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni BOI permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, dik id-deċiżjoni għandha tkun tista’ tiġi stampata skont il-format stipulat fl-Anness 12-02.

Artikolu 19

Skambju ta’ dejta relatata ma’ deċiżjonijiet BOI

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji relevanti tad-deċiżjonijiet BOI fuq bażi trimestrali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dettalji miksuba skont il-paragrafu 1 disponibbli għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

Artikolu 20

Monitoraġġ ta’ deċiżjonijiet BTI

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

Meta l-formalitajiet doganali jkunu qed jiġu ssodisfati mid-detentur ta’ deċiżjoni BTI jew minn xi ħadd f’ismu fir-rigward ta’ merkanzija koperta mid-deċiżjoni dwar il-BTI, dan għandu jiġi indikat fid-dikjarazzjoni doganali u billi jiġi ddikjarat in-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI.

Artikolu 21

Sistema elettronika relatata mal-BTI

(l-Artikoli 16(1) u 23(5) tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni li tappartjeni għal applikazzjonijiet u deċiżjonijiet relatati ma’ BTI jew kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

Permezz ta’ dik is-sistema, l-awtorità doganali kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data li fiha l-awtorità saret taf bl-informazzjoni.

2.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a) is-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi dejta li hija rilevanti għall-monitoraġġ tal-użu tad-deċiżjonijiet BTI;

(b) l-awtorità doganali li rċeviet l-applikazzjoni u ħadet id-deċiżjoni BTI għandha tinnotifika, permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, jekk ikun ingħata perjodu ta’ użu estiż tad-deċiżjoni BTI, li jindika d-data tat-tmiem tal-perjodu tal-użu estiż u l-kwantitajiet tal-merkanzija koperta minn dan il-perjodu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 2(a) lill-Istati Membri fuq bażi regolari sabiex tappoġġa l-monitoraġġ mill-awtoritajiet doganali tal-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-BTI.

4.  Interfaċċa armonizzata tan-negozjanti tal-UE ddisinjata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil ma’ xulxin għandha tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-BTI.

5.  Meta jipproċessaw applikazzjoni għal deċiżjoni BTI, l-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw l-istatus tal-applikazzjoni fis-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

6.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema msemmija fih skont l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-bażi ċentrali ta’ dejta tal-Kummissjoni stabbilita bl-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 4 ).

7.  Sad-data tat-twettiq tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tas-sistema msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu monitoraġġ tal-użu ta’ deċiżjonijiet dwar il-BTI meta jwettqu kontrolli doganali jew kontrolli ta’ wara r-rilaxx skont l-Artikoli 46 u 48 tal-Kodiċi. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq, il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lill-Istati Membri.

Artikolu 22

Użu estiż ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti

(l-Artikolu 34(9) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li jagħtu perjodu ta’ użu estiż skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 34(9) tal-Kodiċi, għandhom jispeċifikaw id-data li fiha jiskadi l-perjodu ta’ użu estiż tad-deċiżjoni kkonċernata.

2.  Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li jagħtu perjodu ta’ użu estiż ta’ deċiżjoni BTI skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 34(9) tal-Kodiċi, għandhom jispeċifikaw, flimkien mad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, il-kwantitajiet tal-merkanzija li jistgħu jiġu rilaxxati matul il-perjodu ta’ użu estiż.

L-użu ta’ deċiżjoni li għaliha jkun ingħata perjodu ta’ użu estiż għandu jieqaf malli jintlaħqu dawk il-kwantitajiet.

Abbażi tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 55, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri malli jintlaħqu dawk il-kwantitajiet.

Artikolu 23

Azzjonijiet li jiżguraw il-klassifikazzjoni tariffarja korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini

(l-Artikolu 34(10) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet doganali dwar is-sospensjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet BTI u BOI skont l-Artikolu 34(10)(a) tal-Kodiċi meta:

(a) il-Kummissjoni tkun identifikat deċiżjonijiet żbaljati jew mhux uniformi;

(b) l-awtoritajiet doganali jkunu ssottomettew lill-Kummissjoni każijiet meta dawn, f’perjodu massimu ta’ 90 jum, ma jkunux solvew id-differenzi bejniethom rigward il-klassifikazzjoni korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini.

Ma għandha tinħareġ ebda deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti għal merkanzija suġġetta għall-punt (a) jew (b) mid-data meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-awtoritajiet doganali dwar is-sospensjoni sakemm ma tkunx żgurata l-klassifikazzjoni korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini.

2.  Il-klassifikazzjoni korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini għandhom jkun soġġetti għal konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 120 jum min-notifika Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali immedjatament ladarba s-sospensjoni tiġi rtirata.

4.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3, id-deċiżjonijiet BOI għandhom jitqiesu li mhumiex uniformi meta dawn jikkonferixxu oriġini differenti fuq merkanzija li:

(a) taqa’ taħt l-istess intestatura tariffarja u li l-oriġini tagħha kienet determinata skont l-istess regoli ta’ oriġini; kif ukoll

(b) tkun inkisbet f’kundizzjonijiet identiċi taħt l-istess proċess ta’ manifattura u materjali ekwivalenti rigward b’mod partikolari l-istatus ta’ oriġini jew mhux ta’ oriġini tagħhom.



Taqsima 3

Operatur ekonomiku awtorizzat

Artikolu 24

Konformità

(l-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-applikant ikun persuna fiżika, il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk, matul l-aħħar tliet snin, l-applikant u, meta dan ikun applikabbli, l-impjegat inkarigat għall-kwistjonijiet doganali tal-applikant ma jkunu wettqu ebda ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u r-regoli ta’ tassazzjoni u ma kellhom ebda rekord ta’ reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tagħhom.

Meta l-applikant ma jkunx persuna fiżika, il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi għandu jitqies li ġie rispettat meta, matul l-aħħar tliet snin, ebda waħda mill-persuni li ġejjin ma tkun wettqet ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli ta’ tassazzjoni jew kellha rekord ta’ reati kriminali serji li għandhom x’jaqsmu mal-attività ekonomika tagħha:

(a) l-applikant;

(b) il-persuna responsabbli għall-applikant jew li teżerċita kontroll fuq il-ġestjoni tiegħu;

(c) l-impjegat inkarigat għall-kwistjonijiet doganali tal-applikant.

2.  Madankollu, il-kriterju msemmi fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi jista’ jiġi kkunsidrat li ġie sodisfatt meta l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tikkunsidra li ksur ma kienx ta’ importanza serja, fir-rigward tan-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet relatati, u l-awtorità doganali ma jkollha ebda dubju dwar il-bona fede tal-applikant.

3.  Meta l-persuna msemmija fil-paragrafu1(b) tkun stabbilita jew ikollha r-residenza tagħha f’pajjiż terz, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tivvaluta l-osservanza tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi abbażi ta’ reġistri u informazzjoni li huma disponibbli għaliha.

4.  Meta l-applikant ikun ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tivvaluta l-osservanza tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi abbażi tar-reġistri u l-informazzjoni li huma disponibbli għaliha.

Artikolu 25

Sistema sodisfaċenti ta’ ġestjoni ta’ reġistri kummerċjali u tat-trasport

(l-Artikolu 39(b) tal-Kodiċi)

1.  Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(b) tal-Kodiċi għandu jitqies li jkun sodisfatt jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-applikant iżomm sistema kontabilistika li tkun konsistenti mal-prinċipji ta’ kontabbiltà ġeneralment aċċettati applikati fl-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet, jippermetti kontroll doganali bbażat fuq verifika u jżomm rekord storiku ta’ dejta li tipprovdi rekord ta’ verifika minn meta d-dejta jidħol fil-fajl;

(b) ir-rekords miżmuma mill-applikant għall-finijiet doganali huma integrati fis-sistema kontabilistika tal-applikant jew jippermettu li jsiru kontroverifiki ta’ informazzjoni mas-sistema kontabilistika;

(c) l-applikant jagħti aċċess fiżiku lill-awtorità doganali għas-sistemi kontabilistiċi tiegħu u, fejn applikabbli, għar-rekords kummerċjali u tat-trasport tiegħu

(d) l-applikant jagħti aċċess fiżiku lill-awtorità doganali għas-sistemi kontabilistiċi tiegħu u, fejn applikabbli, għar-rekords kummerċjali u tat-trasport tiegħu meta dawn is-sistemi jew rekords jinżammu elettronikament;

(e) l-applikant ikollu sistema loġistika li tidentifika merkanzija bħala merkanzija tal-Unjoni jew mhux tal-Unjoni u, fejn ikun xieraq, tindika l-post fejn tinsab;

(f) l-applikant ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi għat-tip u d-daqs tan-negozju u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-merkanzija, u għandha kontrolli interni li jkunu kapaċi jimpedixxu, isibu u jikkoreġu l-iżbalji u li jimpedixxu u jiskopru tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(g) fejn applikabbli, l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għall-ġestjoni ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-miżuri ta’ politika kummerċjali jew rigward il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli;

(h) l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għall-arkivjar tar-reġistri u l-informazzjoni tiegħu u għall-protezzjoni kontra t-telf ta’ informazzjoni;

(i) l-applikant jiżgura li l-impjegati rilevanti jkunu ordnati jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali kull meta jiltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ konformità u jistabbilixxi proċeduri biex jinformaw lill-awtoritajiet doganali dwar tali diffikultajiet;

(j) l-applikant ikollu miżuri adegwati ta’ sigurtà fis-seħħ biex jipproteġi s-sistema tal-kompjuter tal-applikant minn intrużjoni mhux awtorizzata u jiżgura d-dokumentazzjoni tal-applikant;

(k) fejn applikabbli, l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għall-ġestjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni marbuta ma’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet, inklużi miżuri biex issir distinzjoni bejn merkanzija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew r-restrizzjonijiet minn merkanzija oħra u miżuri biex jiżguraw konformità ma’ dawk il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet.

2.  Meta l-applikant japplika biss għal awtorizzazzjoni bħala operatur ekonomiku awtorizzat għas-sigurtà u s-sikurezza kif imsemmi fl-Artikolu 38(2)(b) tal-Kodiċi (AEOS), ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1(e) ma għandux japplika.

Artikolu 26

Solvenza finanzjarja

(l-Artikolu 39(c) tal-Kodiċi)

1.  Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(c) tal-Kodiċi għandu jitqies li ġie sodisfatt meta l-applikant jikkonforma ma’ dawn li ġejjin:

(a) l-applikant ma jkunx soġġett għal proċeduri ta’ falliment;

(b) matul l-aħħar tliet snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni, l-applikant ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu rigward ħlasijiet ta’ dazji doganali u dazji, taxxi jew piżijiet l-oħra kollha li jinġabru jew b’rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(c) abbażi tar-reġistri u l-informazzjoni disponibbli għall-aħħar tliet snin qabel titressaq l-applikazzjoni, l-applikat juri li għandu qagħda finanzjarja suffiċjenti biex jissodisfa obbligi tiegħu u jissodisfa l-impenji tiegħu b’kunsiderazzjoni tat-tip u l-volum tal-attività tan-negozju, inkluż li ma jkollu l-ebda assi negattivi netti, sakemm dawn ma jistgħux jiġu koperti.

2.  Jekk l-applikant ikun ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, is-solvenza finanzjarja tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 39(c) tal-Kodiċi għandha tiġi kkontrollata abbażi ta’ reġistri u informazzjoni li tkun disponibbli.

Artikolu 27

Standards prattiċi ta’ kompetenza jew kwalifiki professjonali

(l-Artikolu 39(d) tal-Kodiċi)

1.  Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(d) tal-Kodiċi għandu jitqies bħala sodisfatt jekk tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-applikant jew, il-persuna responsabbli mill-kwistjonijiet doganali tal-applikant jikkonformaw ma’ waħda mill-standards prattiċi ta’ kompetenza li ġejjin:

(i) esperjenza prattika ppruvata ta’ minimu ta’ tliet snin fi kwistjonijiet doganali;

(ii) standard ta’ kwalità rigward kwistjonijiet doganali adottati minn Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni.

(b) l-applikant jew, il-persuna responsabbli mill-kwistjonijiet doganali tal-applikant ikunu lestew b’suċċess taħriġ li jkopri l-leġiżlazzjoni doganali konsistenti u rilevanti fir-rigward tal-involviment tagħhom f’attivitajiet relatati mad-dwana, ipprovdut minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) awtorità doganali ta’ Stat Membru;

(ii) stabbiliment edukattiv rikonoxxut, għall-finijiet li jipprovdi dik il-kwalifika, mill-awtoritajiet doganali jew korp ta’ Stat Membru responsabbli għat-taħriġ professjonali;

(iii) assoċjazzjoni professjonali jew kummerċjali rikonoxxuta mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jew akkreditata fl-Unjoni, għall-finijiet li tipprovdi tali kwalifika.

2.  Meta l-persuna inkarigata mill-kwistjonijiet doganali tal-applikant tkun persuna kkuntrattata, il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(d) tal-Kodiċi għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk il-persuna kkuntrattata tkun operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 38(2)(a) tal-Kodiċi (AEOC).

Artikolu 28

Standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza

(l-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi)

1.  Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi għandu jitqies li jkun sodisfatt jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) bini li għandu jintuża b’konnessjoni mal-operazzjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni AEOS jipprovdi protezzjoni kontra intrużjoni illegali u jinbena permezz ta’ materjal li jiflaħ jirreżisti kontra dħul illegali;

(b) ikun hemm miżuri xierqa fis-seħħ biex jimpedixxu aċċess mhux awtorizzat għal uffiċċji, żoni ta’ tbaħħir, xtut tat-tagħbija, żoni tal-merkanzija u postijiet oħra rilevanti;

(c) ikunu ttieħdu miżuri għall-ġestjoni ta’ merkanzija li jinkludu protezzjoni kontra l-introduzzjoni mhux awtorizzata jew skambju, l-abbuż ta’ merkanzija u kontra t-tbagħbis tal-unitajiet tal-merkanzija;

(d) l-applikant ikun ħa miżuri li jippermettu li l-imsieħba tan-negozju tiegħu jiġu identifikati b’mod ċar u biex jiżgura, permezz tal-implimentazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa jew miżuri xierqa oħrajn skont il-mudell tan-negozju tal-applikant, li dawk l-imsieħba tan-negozju jiżguraw is-sigurtà tal-parti tagħhom tal-katina tal-provvista internazzjonali;

(e) l-applikant iwettaq, safejn tippermetti l-liġi nazzjonali, skrinjar ta’ sigurtà dwar impjegati prospettivi li jaħdmu f’pożizzjonijiet sensittivi tas-sigurtà u jwettaq verifiki fuq l-isfond tal-impjegati attwali f’tali pożizzjonijiet perjodikament u fejn iġġustifikat skont iċ-ċirkustanzi;

(f) l-applikant ikollu proċeduri ta’ sigurtà adegwati għal kwalunkwe fornitur tas-servizz estern kuntrattat;

(g) l-applikant jiżgura li l-persunal tiegħu li jkollu responsabbiltajiet rilevanti għal kwistjonijiet ta’ sigurtà jipparteċipa b’mod regolari fil-programmi biex titqajjem il-kuxjenza tagħhom dwar dawk il-kwistjonijiet ta’ sigurtà;

(h) l-applikant ikun ħatar persuna ta’ kuntatt kompetenti għal domandi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza.

2.  Meta l-applikant ikun detentur ta’ ċertifikat tas-sigurtà u s-sikurezza maħruġ abbażi ta’ konvenzjoni internazzjonali jew ta’ Standard Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ Standard Ewropew ta’ Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, dawn iċ-ċertifikati għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi.

Il-kriterji għandhom jitqiesu li jkunu ġew issodisfati safejn ikun ġie stabbilit li l-kriterji għall-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat ikunu identiċi jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi.

Il-kriterji għandhom jitqiesu li ntlaħqu meta l-applikant ikun id-detentur ta’ ċertifikat tas-sigurtà u s-sikurezza maħruġ minn pajjiż terz li l-Unjoni tkun ikkonkludiet miegħu ftehim li jipprovdi għar-rikonoxximent ta’ dak iċ-ċertifikat.

3.  Meta l-applikant ikun aġent regolat jew kunsinnatur magħruf kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 ( 6 ), il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li huma ssodisfati fir-rigward tas-siti u l-operazzjonijiet li għalihom l-applikant kiseb l-istatus ta’ aġent regolat jew kunsinnatur magħruf safejn il-kriterji għall-ħruġ tal-aġent regolat jew kunsinnatur magħruf ikunu identiċi jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi.

Artikolu 29

Eżami tal-kriterji

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tal-eżami tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39(b) u (e) tal-Kodiċi, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tiżgura li l-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu fil-bini kollu li jkun rilevanti għall-attivitajiet relatati mad-dwana tal-applikant.

Meta l-applikant ikollu numru kbir ta’ bini, u l-limitu ta’ żmien applikabbli biex tittieħed id-deċiżjoni ma jippermettix li jsir eżami ta’ dak il-bini kollu, l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi li teżamina biss proporzjon rappreżentattiv ta’ dak il-bini jekk tkun sodisfatta li l-applikant japplika l-istess standards ta’ sigurtà u sikurezza fil-livelli kollha tal-bini tagħha u japplika l-istess standards u proċeduri komuni biex iżomm ir-rekords tiegħu fil-bini kollu tiegħu.

2.  L-awtoritajiet doganali kompetenti biex jieħdu deċiżjoni jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni r-riżultati ta’ valutazzjonijiet jew verifiki mwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni safejn ikunu rilevanti għall-eżami tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi.

3.  Għall-finijiet tal-eżami ta’ jekk il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39(b), (c) u (e) tal-Kodiċi jkunux issodisfati, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu l-konklużjonijiet esperti pprovduti mill-applikant, meta l-espert li jkun ħejja l-konklużjonijiet ma jkunx relatat mal-applikant, fis-sens tal-Artikolu 127 ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-awtoritajiet doganali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, meta jeżaminaw l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi.

5.  L-eżami tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi kif ukoll ir-riżultati tiegħu għandhom jiġu ddokumentati mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni.

Artikolu 30

Sistema elettronika dwar l-istatus AEO

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni relatata ma’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala operatur ekonomiku awtorizzat (AEO) u awtorizzazzjonijiet AEO mogħtija u kwalunkwe avveniment jew att ieħor li sussegwentement jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali, inkluż l-annullament, is-sospensjoni, ir-revoka jew l-emenda jew ir-riżultati ta’ kwalunkwe monitoraġġ jew valutazzjoni mill-ġdid, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dawk il-finijiet skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi. L-awtorità doganali kompetenti għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni permezz ta’ din is-sistema mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn sebat ijiem.

Interfaċċa armonizzata tan-negozjanti tal-UE ddisinjata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil ma’ xulxin għandha tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ awtorizzazzjonijiet tal-AEO.

2.  Fejn applikabbli, b’mod partikolari meta l-istatus AEO jkun bażi għall-għoti ta’ approvazzjoni, awtorizzazzjonijiet jew faċilitazzjonijiet skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-awtorità doganali kompetenti tista’ tagħti aċċess għas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtorità nazzjonali xierqa responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. L-aċċess għandu jkun relatat mal-informazzjoni li ġejja:

(a) l-awtorizzazzjonijiet AEOS, inkluż l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-emenda jew ir-revoka tagħhom jew is-sospensjoni tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u r-raġunijiet għal dan;

(b) kwalunkwe rivalutazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet AEOS u r-riżultati tagħha.

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li jittrattaw l-informazzjoni kkonċernata għandhom jużawha biss għall-finijiet tal-programmi relevanti għall-aġent regolat jew kunsinnatur magħruf u għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw is-sigurtà ta’ din l-informazzjoni.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-Sistema tal-AEO imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw dik is-sistema stabbilita bl-Artikolu 14x tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 31

Proċedura ta’ konsultazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħra li huma kompetenti għall-post fejn tinżamm l-informazzjoni meħtieġa jew fejn il-verifiki għandhom jitwettqu bl-iskop li jiġi eżaminat wieħed mill-kriterji jew iktar kif stabbilit fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi.

2.  Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun obbligatorja, meta:

(a) l-applikazzjoni għall-istatus ta’ AEO tintbagħat skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, lill-awtorità doganali - tal-post fejn jinżammu jew ikunu aċċessibbli l-kontijiet ewlenin tal-applikant għall-finijiet doganali;

(b) l-applikazzjoni għall-istatus ta’ AEO tintbagħat skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu stabbiliment ta’ negozju permanenti u fejn tinżamm jew tkun aċċessibbli l-informazzjoni dwar l-attivitajiet loġistiċi ta’ ġestjoni ġenerali tiegħu fl-Unjoni;

(c) parti mir-rekords u d-dokumentazzjoni ta’ rilevanza għall-applikazzjoni għall-istatus ta’ AEO tinżamm fi Stat Membru differenti minn dak tal-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni;

(d) l-applikant għall-istatus ta’ AEO jżomm faċilità ta’ ħażna jew ikollu attivitajiet oħrajn relatati mad-dwana fi Stat Membru differenti minn dak tal-awtorità doganali kompetenti.

3.  Permezz ta’ deroga mil-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom ilestu l-proċess ta’ konsultazzjoni fi żmien 80 jum mid-data li fiha l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tikkomunika l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa li għandhom jiġu eżaminati mill-awtorità doganali kkonsultata.

4.  Meta l-awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor ikollha informazzjoni ta’ rilevanza għall-għoti ta’ status AEO, għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni fi żmien 30 jum mid-data tal-komunikazzjoni tal-applikazzjoni permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Rifjut ta’ applikazzjoni

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

Ir-rifjut ta’ applikazzjoni AEO m’għandux jaffettwa d-deċiżjonijiet favorevoli eżistenti meħuda fir-rigward tal-applikant skont il-leġiżlazzjoni doganali, sakemm l-għoti ta’ dawk id-deċiżjonijiet favorevoli ma jkunx ibbażat fuq it-twettiq ta’ kwalunkwe mill-kriterji AEO li dwarhom tkun ingħatat prova li ma ntlaħqux matul l-eżami tal-applikazzjoni AEO.

Artikolu 33

Kombinazzjoni taż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjonijiet

(l-Artikolu 38(3) tal-Kodiċi)

Meta applikant huwa intitolat li jingħata kemm awtorizzazzjoni AEOC kif ukoll awtorizzazzjoni AEOS, l-awtorità doganali kompetenti li tieħu d-deċiżjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni waħda magħquda

Artikolu 34

Revoka ta’ awtorizzazzjoni

(l-Artikolu 28 tal-Kodiċi)

1.  Ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni AEO ma għandhiex taffettwa xi deċiżjoni favorevoli li tkun ittieħdet fir-rigward tal-istess persuna sakemm l-istatus AEO ma kienx kundizzjoni għal dik id-deċiżjoni favorevoli, jew dik id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq kriterju elenkat fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi li m’għadux sodisfatt.

2.  Ir-revoka jew emenda ta’ deċiżjoni favorevoli li tkun ittieħdet fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ma għandhiex awtomatikament taffettwa l-awtorizzazzjoni AEO ta’ dik il-persuna.

3.  Meta l-istess persuna tkun kemm AEOC u AEOS, u l-Artikolu 28 tal-Kodiċi jew l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament ikun applikabbli minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(d) tal-Kodiċi, l-awtorizzazzjoni AEOC għandha tiġi revokata u l-awtorizzazzjoni AEOS għandha tibqa’ valida.

Meta l-istess persuna tkun kemm AEOS kif ukoll AEOC, u l-Artikolu 28 tal-Kodiċi jew l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament ikun applikabbli minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(e) tal-Kodiċi, l-awtorizzazzjoni AEOS għandha tiġi revokata u l-awtorizzazzjoni AEOS għandha tibqa’ valida.

Artikolu 35

Monitoraġġ

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtorità doganali kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jirriżulta wara l-għoti tal-istatus ta’ AEO li jista’ jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew l-kontenut tiegħu.

2.  L-awtorità doganali kompetenti għandha tqiegħed l-informazzjoni disponibbli kollha rilevanti tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra fejn l-AEO iwettaq attivitajiet relatati mad-dwana.

3.  Meta awtorità doganali tirrevoka deċiżjoni favorevoli li tkun ittieħdet abbażi tal-istatus ta’ AEO, għandha tinnotifika lill-awtorità doganali li tkun tat l-istatus.

4.  Meta l-AEOS ikun aġent regolat jew kunsinnatur magħruf kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 185/2010, l-awtorità doganali kompetenti minnufih għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali adattata, responsabbli għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, l-informazzjoni minima li ġejja relatata mal-istatus AEO li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha:

(a) l-awtorizzazzjoni AEOS, inkluż l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-emenda jew ir-revoka tagħha jew is-sospensjoni tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u r-raġunijiet għal dan;

(b) informazzjoni dwar jekk saritx żjara lis-sit speċifiku kkonċernat mill-awtoritajiet doganali, id-data tal-aħħar żjara, u jekk iż-żjara saritx bil-għan tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni, rivalutazzjoni jew monitoraġġ;

(c) kwalunkwe rivalutazzjoni tal-awtorizzazzjoni AEOS u r-riżultati tagħhom.

L-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom, bi qbil mal-awtorità nazzjonali xierqa responsabbli għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, jistabbilixxu modalitajiet dettaljati għall-iskambju ta’ kwalunkwe informazzjoni li ma tkunx koperta mis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li jittrattaw l-informazzjoni kkonċernata għandhom jużawha biss għall-finijiet tal-programmi rilevanti għall-aġent regolat jew kunsinnatur magħruf u għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw is-sigurtà tal-informazzjoni.



Taqsima 4

Kontroll tal-merkanzija



Sottotaqsima 1

Kontrolli doganali u ġestjoni tar-riskju

Artikolu 36

Sistema elettronika relatata mal-ġestjoni tar-riskju u l-kontrolli doganali

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni relatata mal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mar-riskju, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi (“sistema ta’ ġestjoni tar-riskju doganali”).

2.  Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża wkoll għal komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ standards u kriterji ta’ riskju, żoni ta’ kontroll prijoritarji komuni, il-ġestjoni ta’ kriżi doganali, l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 46(5) tal-Kodiċi kif ukoll ir-riżultati tal-kontrolli doganali.



Sottotaqsima 2

Bagalji tal-kabina u ta’ stivar trasportati bl-ajru

Artikolu 37

Titjiriet ta’ tranżitu

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

1.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta’ stivar ta’ persuni li jkunu fuq titjira minn ajruport mhux tal-Unjoni f’inġenju tal-ajru li, wara waqfa f’ajruport tal-Unjoni, tkompli sejra f’ajruport ieħor tal-Unjoni għandhom isiru fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni.

Il-bagalji tal-kabina u ta’ stivar għandhom ikunu suġġetti għar-regoli applikabbli għall-bagalji ta’ persuni li ġejjin minn pajjiż terz sakemm il-persuna li ġġorr dawn il- bagalji ma tagħtix prova tal-istatus tal-merkanzija li hemm fihom bħala merkanzija tal-Unjoni.

2.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta’ stivar ta’ persuni li jkunu fuq titjira minn ajruport tal-Unjoni f’inġenju tal-ajru li, wara waqfa f’ajruport ieħor tal-Unjoni, tkompli sejra f’ajruport ieħor mhux tal-Unjoni għandhom isiru fl-ewwel ajruport internazzjonali tal-Unjoni.

Il-bagalji tal-kabina jistgħu jkunu soġġetti għal kontroll fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni fejn l-inġenju tal-ajru jieqaf sabiex ikun aċċertat l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni.

Artikolu 38

Titjiriet ta’ tranżitu f’inġenji tal-ajru kummerċjali u turistiċi

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

Kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ persuni abbord inġenji tal-ajru kummerċjali jew turistiċi għandhom jitwettqu fl-ajruporti li ġejjin:

(a) għal titjiriet li jkunu ġejjin minn ajruport mhux tal-Unjoni u fejn l-inġenju tal-ajru, wara waqfa f’ajruport tal-Unjoni, ikompli sejjer lejn ajruport ieħor tal-Unjoni, fl-ewwel ajruport internazzjonali tal-Unjoni;

(b) għal titjiriet li jkunu ġejjin minn ajruport tal-Unjoni u fejn l-inġenju tal-ajru, wara waqfa f’ajruport tal-Unjoni, ikompli sejjer lejn ajruport mhux tal-Unjoni, fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni.

Artikolu 39

Titjiriet ta’ trasferiment ‘il ġewwa

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-bagalji li jaslu f’ajruport tal-Unjoni abbord inġenju tal-ajru li jkun ġej minn ajruport mhux tal-Unjoni jiġu trasferiti, f’dak l-ajruport tal-Unjoni, lejn inġenju tal-ajru ieħor li jkompli b’titjira intra-Unjoni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3.

2.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għal bagalji ta’ stivar għandhom jitwettqu fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni tal-wasla tat-titjira intra-Unjoni. Madankollu, kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għal bagalji ta’ stivar li jkunu ġejjin minn ajruport mhux tal-Unjoni u ttrasferiti f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni lejn inġenju tal-ajru li jkun sejjer f’ajruport internazzjonali ieħor tal-Unjoni fit-territorju tal-istess Stat Membru jistgħu jitwettqu fl-ajruport internazzjonali tal-Unjoni fejn iseħħ it-trasferiment tal-bagalji ta’ stivar.

Kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ stivar jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u minbarra l-kontrolli u l-formalitajiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu, jitwettqu fl-ewwel ajruport internazzjonali tal-Unjoni meta jkunu neċessarji wara kontrolli fuq il-bagalji tal-kabina.

3.  Il-kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji tal-kabina għandhom jitwettqu fl-ewwel ajruport internazzjonali tal-Unjoni.

Jistgħu jsiru kontrolli doganali u formalitajiet addizzjonali applikabbli għall-bagalji tal-kabina fl-ajruport tal-wasla tat-titjira intra-Unjoni biss f’każijiet eċċezzjonali meta jkunu neċessarji wara kontrolli fuq il-bagalji ta’ stivar.

Artikolu 40

Titjiriet ta’ trasferiment ‘il barra

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-bagalji jitgħabbew f’ajruport tal-Unjoni fuq inġenju tal-ajru sejjer fuq titjira intra-Unjoni u sussegwentement jiġu trasferiti, lejn ajruport ieħor tal-Unjoni, fuq inġenju tal-ajru ieħor li d-destinazzjoni tiegħu huwa ajruport mhux tal-Unjoni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3.

2.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għal bagalji ta’ stivar għandhom isiru fl-ewwel ajruport internazzjonali tal-Unjoni tat-tluq. Madankollu, il-kontrolli u l-formalitajiet applikabbli għall-bagalji doganali li ġew mgħobbija fuq inġenju tal-ajru f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni u ttrasferiti f’ajruport internazzjonali ieħor tal-Unjoni fit-territorju tal-istess Stat Membru lejn inġenju tal-ajru dirett lejn ajruport mhux tal-Unjoni jistgħu jsiru fl-ajruport internazzjonali tal-Unjoni fejn isir it-trasferiment tal-bagalji ta’ stivar.

Kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ stivar jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u minbarra l-kontrolli u l-formalitajiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu, jitwettqu fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni meta dawn ikun neċessarju wara kontrolli fuq il-bagalji tal-kabina.

3.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għall-bagalji tal-kabina għandhom isiru fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Unjoni.

Kontrolli doganali u formalitajiet addizzjonali applikabbli għall-bagalji tal-kabina jistgħu jsiru fl-ajruport tat-tluq ta’ titjira intra-Unjoni biss f’każijiet eċċezzjonali meta jkunu neċessarji wara kontrolli fuq il-bagalji ta’ stivar.

Artikolu 41

Trasferiment għal inġenju tal-ajru turistiku jew kummerċjali

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

1.  Il-kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji li jaslu f’ajruport tal-Unjoni abbord titjira skedata jew charter minn ajruport mhux tal-Unjoni u jiġu ttrasferiti, f’dak l-ajruport tal-Unjoni, lejn inġenju tal-ajru turistiku jew kummerċjali li jkun sejjer lejn titjira intra-Unjoni għandhom isiru fl-ajruport tal-wasla tat-titjira skedata jew charter.

2.  Il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli għall-bagalji mgħobbija f’ajruport tal-Unjoni fuq inġenju tal-ajru turistiku jew kummerċjali li sejjer fuq titjira intra-Unjoni għal trasferiment, f’ajruport ieħor tal-Unjoni, lejn titjira skedata jew charter li d-destinazzjoni tagħha tkun ajruport mhux tal-Unjoni, għandhom isiru fl-ajruport tat-tluq tat-titjira skedata jew charter.

Artikolu 42

Trasferimenti bejn ajruporti fit-territorju tal-istess Stat Membru

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu l-kontrolli, fl-ajruport internazzjonali Unjoni fejn isir it-trasferiment tal-bagalji ta’ stivar, fuq dawn li ġejjin:

(a) bagalji li jkunu ġejjin minn ajruport mhux tal-Unjoni u ttrasferiti f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni fuq inġenju tal-ajru li jkun sejjer lejn ajruport internazzjonali tal-Unjoni fl-istess territorju nazzjonali,

(b) bagalji li ġew mgħobbija fuq inġenju tal-ajru f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni għal trasferiment f’ajruport internazzjonali ieħor tal-Unjoni fl-istess territorju nazzjonali fuq inġenju tal-ajru dirett lejn ajruport mhux tal-Unjoni.

Artikolu 43

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ trasferiment illegali

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) mat-tluq minn ajruport internazzjonali tal-Unjoni fejn għandhom isiru kontrolli doganali, kwalunkwe trasferiment ta’ merkanzija li tkun tinsab fil-bagalji tal-kabina wara li jsiru l-kontrolli fuq dawk il-bagalji jiġi ssorveljat.

(b) mal-wasla f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni fejn għandhom isiru kontrolli doganali, isiru l-arranġamenti xierqa biex jimpedixxu kwalunkwe trasferiment ta’ merkanzija li tkun tinsab fil-bagalji ta’ stivar qabel ma jkunu saru dawn il-kontrolli fuq il-bagalji;

(c) mal-wasla f’ajruport internazzjonali tal-Unjoni li fih iridu jitwettqu l-kontrolli doganali, isiru l-arranġamenti xierqa biex jimpedixxu kwalunkwe trasferiment ta’ merkanzija li tkun tinsab fil-bagalji ta’ stivar qabel ikunu saru dawk il-kontrolli fuq dik il-bagalja.

(d) mat-tluq minn ajruport internazzjonali tal-Unjoni li fih għandhom jitwettqu l-kontrolli doganali, isiru l-arranġamenti xierqa biex jimpedixxu kwalunkwe trasferiment ta’ merkanzija li tkun tinsab fil-bagalji ta’ stivar wara li jkunu saru dawk il-kontrolli fuq il-bagalji ta’ stivar.

Artikolu 44

Tikketta mal-bagalji

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

Il-bagalji ta’ stivar rreġistrati f’ajruport tal-Unjoni għandhom jiġu identifikati b’tikketta mwaħħla fuq il-bagalji. Kampjun u l-karatteristiċi tekniċi tat-tikketta huma stabbiliti fl-Anness 12-03.

Artikolu 45

Lista ta’ ajruporti internazzjonali tal-Unjoni

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-ajruporti internazzjonali tiegħu tal-Unjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull bidla f’dik il-lista.



Sottotaqsima 3

Bagalji ttrasportati bil-baħar

Artikolu 46

Opri tal-baħar għar-rikreazzjoni

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

Il-kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ persuni abbord opri tal-baħar għar-rikreazzjoni għandhom isiru fil-portijiet kollha ta’ waqfa fl-Unjoni, tkun xi tkun l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-opra tal-baħar. Opra tal-baħar għall-gost hija dgħajsa illi tintuża għar-rikreazzjoni kif definita fid-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni ( 7 )

Artikolu 47

Qsim ta’ trasferiment

(l-Artikolu 49 tal-Kodiċi)

Il-kontrolli doganali u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ persuni li jużaw servizz marittimu pprovdut mill-istess bastiment u li jinkludi vjaġġi suċċessivi li jitilqu minn, jagħmlu waqfa jew jieqfu għal kollox f’port mhux tal-Unjoni għandhom isiru fi kwalunkwe port tal-Unjoni li fih il-bagalji jitgħabbew jew jinħattu.



KAPITOLU 3

Kambju tal-munita

Artikolu 48

Dispożizzjonijiet dwar ir-rata tal-kambju tat-tariffi

(l-Artikolu 53 tal-Kodiċi)

1.  Il-valur tal-euro, meta dan ikun meħtieġ skont l-Artikolu 53(1)(b) tal-Kodiċi, għandu jiġi stabbilit darba f’xahar.

Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun l-iktar rata riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xahar u għandha tapplika matul ix-xahar ta’ wara.

Madankollu, meta r-rata applikabbli fil-bidu tax-xahar tvarja b’aktar minn 5 % mir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel il-15-il jum ta’ dak l-istess xahar, ir-rata tal-aħħar għandha tapplika mill-15 sal-aħħar tax-xahar in kwistjoni.

2.  Meta l-kambju tal-munita jkun meħtieġ għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 53(2) tal-Kodiċi, il-valur tal-euro f’muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għandu jkun bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-ewwel jum ta’ ħidma ta’ Ottubru. din ir-rata tapplika b’effett mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

3.  L-Istati Membri jistgħu jżommu l-istess valur tal-munita nazzjonali tas-somma determinata f’euro jekk, fiż-żmien tal-aġġustament annwali l-kambju ta’ dak l-ammont iwassal għal bidla ta’ inqas minn 5 % fil-valur espress bil-munita nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw is-somma li tirriżulta wara l-kambju sal-eqreb punt deċimali ‘l fuq jew ‘il isfel.



IT-TITOLU II

FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM HUMA APPLIKATI DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW FUQ L-ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRA FIR-RIGWARD TA’ KUMMERĊ TA’ MERKANZIJA



KAPITOLU 1

Tariffa Doganali Komuni u l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija



Taqsima 1

Ġestjoni ta’ kwoti tariffarji

Artikolu 49

Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni uniformi tal-kwoti tariffarji

(l-Artikolu 56(4) tal-Kodiċi)

1.  Il-kwoti tariffarji miftuħin skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni li tirreferi għall-metodu ta’ amministrazzjoni f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 50 sa 54 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti b’mod konformi mal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

2.  Kull kwota tariffarja hija identifikata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz ta’ numru ta’ ordni li jiffaċilita l-ġestjoni tagħha.

3.  Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, id-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa aċċettati mill-awtoritajiet doganali fl-1, fit-2 jew fit-3 ta’ Jannar għandhom jiġu meqjusa bħala aċċettati fit-3 ta’ Jannar tal-istess sena. Madankollu, meta waħda minn dawk il-ġranet tkun is-Sibt jew il-Ħadd, din l-aċċettazzjoni għandha titqies bħala li saret fl-4 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.

4.  Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, jiem tax-xogħol għandha tfisser jiem li mhumiex festi pubbliċi għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni fi Brussell.

Artikolu 50

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ġestjoni uniformi tal-kwoti tariffarji

(l-Artikolu 56(4) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jeżaminaw jekk talba biex jibbenefika minn kwota tariffarja magħmula mid-dikjarant f’dikjarazzjoni tad-dwana għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tkunx valida b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tiftaħ il-kwota tariffarja.

2.  Meta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa li jkun fih talba valida mid-dikjarant biex jibbenefika minn kwota tariffarja tiġi aċċettata u d-dokumenti kollha ta’ sostenn meħtieġa għall-għoti tal-kwota tariffarja jkunu ġew provduti lill-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jittrażmettu dik it-talba lill-Kummissjoni mingħajr dewmien filwaqt li jispeċifikaw id-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali u l-ammont eżatt li għalih issir it-talba.

Artikolu 51

Allokazzjoni ta’ kwantitajiet taħt kwoti tariffarji

(l-Artikolu 56(4) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel allokazzjonijiet f’jiem tax-xogħol. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tallokax kwantitajiet f’jum tax-xogħol partikolari sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux ġew infurmati bil-quddiem.

2.  Il-kwantitajiet taħt il-kwoti tariffarji ma jistgħux jiġu allokati aktar kmieni milli fit-tieni jum tax-xogħol wara d-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali fejn id-dikjarant għamel talba biex jibbenefika mill-kwota tariffarja.

Kwalunkwe allokazzjoni mill-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet kollha mhux imwieġba biex jibbenefikaw minn kwoti tariffarji abbażi ta’ dikjarazzjonijiet doganali aċċettati sa u inkluż it-tieni jum tax-xogħol ta’ qabel l-allokazzjoni, u li l-awtoritajiet doganali jkunu ttrażmettew lis-sistema msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Għal kull kwota tariffarja, il-Kummissjoni għandha talloka kwantitajiet abbażi ta’ talbiet biex jibbenefikaw minn dik il-kwota tariffarja rċevuta minnha skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali rilevanti, u sa fejn jippermetti dan il-bilanċ tal-kwota tariffarja.

4.  Meta f’jum ta’ allokazzjoni, is-somma ta’ kwantitajiet tat-talbiet kollha biex jibbenefikaw minn kwota tariffarja li huma relatati ma’ dikjarazzjonijiet aċċettati fl-istess data jkunu akbar mill-bilanċ li jifdal tal-kwota tariffarja, il-Kummissjoni għandha talloka kwantitajiet fir-rigward ta’ dawk it-talbiet fuq bażi pro rata fir-rigward tal-kwantitajiet mitluba.

5.  Meta tinfetaħ kwota tariffarja ġdida, il-Kummissjoni ma għandhiex talloka kwantitajiet taħt dik il-kwota tariffarja qabel il-11-il jum tax-xogħol wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att tal-Unjoni li jiftaħ dik il-kwota tariffarja.

Artikolu 52

Kanċellazzjoni ta’ talbiet u ritorn ta’ kwantitajiet allokati mhux użati taħt kwoti tariffarji

(l-Artikolu 56(4) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom immedjatament jirritornaw fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe kwantità li tkun ġiet allokata bi żball. Madankollu l-obbligu ta’ ritorn ma għandux japplika meta allokazzjoni żbaljata li tirrapreżenta dejn doganali ta’ inqas minn EUR 10 tiġi skoperta wara l-ewwel xahar ta’ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kwota tariffarja kkonċernata.

2.  Meta l-awtoritajiet doganali jivvalidaw dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta’ merkanzija li tkun is-suġġett ta’ talba biex jibbenefikaw minn kwota tariffarja qabel il-Kummissjoni tkun allokat il-kwantità mitluba, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkanċellaw it-talba kollha biex jibbenefikaw mill-kwota tariffarja.

Meta l-Kummissjoni diġà tkun allokat il-kwantità mitluba abbażi ta’ dikjarazzjoni doganali invalidata, l-awtorità doganali għandha minnufih tirritorna l-kwantità allokata għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Status kritiku tal-kwoti tariffarji

(l-Artikolu 56(4) tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 153 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, kwota tariffarja għandha titqies bħala kritika malli jintuża 90 % tal-volum totali tal-kwota tariffarja.

2.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, kwota tariffarja għandha titqies kritika mid-data tal-ftuħ tagħha fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) il-kwota tariffa tinfetaħ għal inqas minn tliet xhur;

(b) kwoti tariffarji li jkollhom l-istess kopertura u oriġini tal-prodott u perjodu ta’ kwota ekwivalenti bħall-kwota tariffa inkwistjoni (“kwoti tariffarji ekwivalenti”) ma jkunux infetħu fis-sentejn ta’ qabel;

(c) kwota tariffarja ekwivalenti miftuħa fis-sentejn ta’ qabel tkun ġiet eżawrita fl-aħħar jum jew fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tat-tielet xahar tal-perjodu ta’ kwota tagħha jew kellha volum inizjali ogħla mill-kwota tariffarja inkwistjoni.

3.  Kwota tariffarja li l-uniku skop tagħha huwa l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ salvagwardja jew miżura li tirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet kif previst fir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) għandha titqies bħala kritika malli 90 % tal-volum sħiħ ikun ġie użat irrispettivament minn jekk il-kwoti tariffarji ekwivalenti jkunux infetħu fis-sentejn ta’ qabel jew le.

Artikolu 54

Sistema elettronika relatata mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji

(l-Artikolu 16(1), 56(4) tal-Kodiċi)

1.  Għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandha tiġi użata għal:

(a) l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni relatata ma’ talbiet sabiex jibbenefikaw minn kwoti tariffarji u ritorn fuqhom u għall-istatus ta’ kwoti tariffarji u l-ħażna ta’ dik l-informazzjoni;

(b) il-ġestjoni mill-Kummissjoni tat-talbiet biex jibbenefikaw minn u ritorn fuq il-kwoti tat-tariffi;

(c) l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet taħt il-kwoti tariffarji u l-ħażna ta’ dik l-informazzjoni;

(d) ir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe avveniment jew att ieħor li jista’ jaffettwa l-ġbid jew ir-ritorn fuq kwoti tariffarji jew l-allokazzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni marbuta mar-riżultati ta’ allokazzjoni permezz ta’ dik is-sistema.



Taqsima 2

Sorveljanza għar-rilaxx ta’ ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija

Artikolu 55

Regoli ġenerali dwar is-sorveljanza tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikolu 56(5) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżit li ċerta merkanzija għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza tal-anqas għal ċirkolazzjoni ħielsa jew fl-esportazzjoni, għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali tal-kodiċijiet tan-NM ta’ din il-merkanzija u tad-dejta meħtieġa għall-finijiet tas-sorveljanza, fi żmien xieraq qabel ma jsir applikabbli r-rekwiżit ta’ sorveljanza

Il-lista tad-dejta li jaf tkun meħtieġa mill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ sorveljanza hija stabbilita fl-Anness 21-01.

2.  Meta l-merkanzija kienet soġġetta għal sorveljanza mar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew fl-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’dejta dwar id-dikjarazzjonijiet doganali għall-proċedura rilevanti tal-anqas darba f’ġimgħa.

Meta l-merkanzija tiġi rilaxxata skont l-Artikolu 194(1) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta mingħajr dewmien.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżvela biss id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 ipprovduta mill-awtoritajiet doganali f’forma aggregata u lill-utenti biss awtorizzati skont l-Artikolu 56(2) ta’ dan ir-Regolament.

4.  Meta l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata kif imsemmi fl-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew permezz ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant kif imsemmi fl-Artikolu 182 tal-Kodiċi, u d-dejta meħtieġa mill-Kummissjoni ma kinitx disponibbli fil-ħin meta l-merkanzija ġiet rilaxxata skont l-Artikolu 194(1) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b’dik l-informazzjoni mingħajr dewmien wara li jirċievu d-dikjarazzjoni supplimentari ppreżentata skont l-Artikolu 167 tal-Kodiċi.

5.  Meta l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari jiġi rrinunzjat skont l-Artikolu 167(3) tal-Kodiċi jew id-dikjarazzjoni supplimentari tiġi ppreżentata jew titqiegħed għad-dispożizzjoni skont l-Artikolu 225 ta’ dan ir-Regolament, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-awtoritajiet doganali tal-anqas darba f’xahar id-dejta meħtieġa mill-Kummissjoni jew l-awtoritajiet doganali għandhom jiġbru d-dejta mis-sistema tad-dikjarant.

L-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu d-dejta fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien.

6.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 56 u tas-sistemi nazzjonali ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, il-lista tad-dejta li tista’ tintalab mill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ sorveljanza hija stabbilita fl-Anness 21-02.

Artikolu 56

Sistema elettronika relatata mas-sorveljanza tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikolu 16(1), 56(5) tal-Kodiċi)

1.  Għas-sorveljanza tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għat-trażmissjoni u l-ħażna tal-informazzjoni li ġejja:

(a) dejta ta’ sorveljanza dwar ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(b) informazzjoni li tista’ taġġorna d-dejta ta’ sorveljanza introdotta u maħżuna fis-sistema elettronika dwar ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni tal-merkanzija.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lill-utenti biex jaċċessaw is-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tat-talbiet tal-Istati Membri.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, għandha tintuża s-sistema Sorveljanza 2 tal-Kummissjoni għat-trażmissjoni u għall-ħżin tad-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu.



KAPITOLU 2

Oriġini tal-merkanzija



Taqsima 1

Prova ta’ oriġini mhux preferenzjali

Artikolu 57

Ċertifikat ta’ oriġini għal prodotti suġġetti għal arranġamenti ta’ importazzjoni speċjali mhux preferenzjali

(l-Artikolu 61(1) u (2) tal-Kodiċi)

1.  Ċertifikat ta’ oriġini relatat ma’ prodotti li jkollhom l-oriġini tagħhom f’pajjiż terz li huma stabbiliti għalihom arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali għandu, fejn dawk l-arranġamenti jirreferu għal dan Artikolu, jinħareġ permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 22-14 f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti hemmhekk.

▼M1

Referenzi f'arranġamenti ta' importazzjoni speċjali mhux preferenzjali għal ċertifikati ta' oriġini maħruġa skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jitqiesu bħala referenzi għaċ-ċertifikati ta' oriġini msemmija f'dan l-Artikolu.

▼B

2.  Iċ-ċertifikati ta’ oriġini għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fejn joriġinaw il-prodotti li japplikaw għalihom l-arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali, jew minn aġenzija affidabbli debitament awtorizzata minn dawk l-awtoritajiet għal dak il-għan (awtoritajiet emittenti), sakemm l-oriġini tal-prodotti jkun ġie determinat skont l-Artikolu 60 tal-Kodiċi.

L-awtoritajiet emittenti għandhom iżommu kopja ta’ kull ċertifikat ta’ oriġini maħruġ.

3.  Ċertifikati ta’ oriġini għandhom jinħarġu qabel il-prodotti li huma relatati magħhom jiġu ddikjarati għall-esportazzjoni fil-pajjiż terz ta’ oriġini.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati ta’ oriġini jistgħu jinħarġu eċċezzjonalment wara l-esportazzjoni tal-prodotti li jkunu relatati magħhom meta n-nuqqas ta’ ħruġ tagħhom fil-mument tal-esportazzjoni kien ir-riżultat ta’ żball, ommissjoni involontarja jew ċirkostanzi speċjali.

L-awtoritajiet emittenti ma jistgħux joħorġu retrospettivament ċertifikat ta’ oriġini previst fil-paragrafu 1 sakemm ma jkunux issodisfati li d-dettalji fl-applikazzjoni tal-esportatur jikkorrispondu ma’ dawk fil-fajl rilevanti ta’ esportazzjoni.

Artikolu 58

Għoti ta’ informazzjoni dwar kooperazzjoni amministrattiva relatata ma’ arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali

(l-Artikolu 61 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali għal ċerti prodotti jipprovdu għall-użu taċ-ċertifikat ta’ oriġini stabbilit fl-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ tali arranġamenti għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li titwaqqaf proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti kkonċernati.

Għall-finijiet tat-twaqqif ta’ dik il-proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva, il-pajjiżi terzi kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet emittenti flimkien ma’ kampjuni tat-timbri użati minn dawk l-awtoritajiet;

(b) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi li għandhom jintbagħtu lilhom talbiet għal verifika sussegwenti ta’ ċertifikati ta’ oriġini previsti fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni ta’ hawn fuq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.  Meta pajjiż terz ma jibgħatx l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jirrifjutaw l-użu tal-arranġament speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali.

Artikolu 59

Verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ oriġini għal prodotti suġġetti għal arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali

(l-Artikolu 61 tal-Kodiċi)

1.  Il-verifika taċ-ċertifikati ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir skont dan l-Artikolu wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali (verifika sussegwenti).

2.  Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità ta’ ċertifikat ta’ oriġini jew l-eżattezza tal-informazzjoni li jkun fih u meta jwettqu verifiki sussegwenti każwali, għandhom jitolbu lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(1)(b) ta’ dan ir-Regolament biex jivverifikaw jekk dak iċ-ċertifikat ta’ oriġini huwiex awtentiku jew l-oriġini ddikjarata kinitx stabbilita b’mod korrett u b’mod konformi mal-Artikolu 60 tal-Kodiċi jew it-tnejn li huma.

Għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet doganali għandhom jirritornaw iċ-ċertifikat ta’ oriġini jew kopja tiegħu lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(1)(b) ta’ dan ir-Regolament. Jekk fattura tkun akkumpanjat id-dikjarazzjoni, il-fattura oriġinali jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ oriġini ritornat.

L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għall-verifika sussegwenti u jipprovdu kwalunkwe informazzjoni fil-pussess tagħhom li tissuġġerixxi li d-dettalji mogħtija fuq iċ-ċertifikat ta’ oriġini mhumiex eżatti jew li ċ-ċertifikat ta’ oriġini mhuwiex awtentiku.

3.  L-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(1)(b) ta’ dan ir-Regolament għandha tikkomunika r-riżultati tal-verifiki lill-awtoritajiet doganali malajr kemm jista’ jkun.

Meta ma jkun hemm ebda risposta fi żmien sitt xhur wara li tintbagħat talba skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrifjutaw li jużaw l-arranġament speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali għall-prodotti inkwistjoni.



Taqsima 2

Oriġini preferenzjali

Artikolu 60

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu applikati d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.



Sottotaqsima 1

PROĊEDURI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ JEW IT-TFASSIL TAL-PROVI TAL-ORIĠINI

Artikolu 61

Dikjarazzjonijiet tal-fornitur u l-użu tagħhom

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta fornitur jipprovdi lill-esportatur jew lill-kummerċjant bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-istatus ta’ oriġini tal-prodotti għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi jew territorji (status ta’ oriġini preferenzjali), il-fornitur għandu jagħmel dan permezz ta’ dikjarazzjoni tal-fornitur.

Għandha tiġi stabbilita dikjarazzjoni separata tal-fornitur għal kull kunsinna ta’ prodotti, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-fornitur għandu jinkludi d-dikjarazzjoni fuq il-fattura kummerċjali relatata ma’ dik il-kunsinna, fuq nota ta’ kunsinna jew fuq kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-prodotti kkonċernati fid-dettall biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

3.  Il-fornitur jista’ jipprovdi d-dikjarazzjoni fi kwalunkwe ħin, anki wara li l-prodotti jkunu ġew ikkonsenjati.

▼M1

Artikolu 62

Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta fornitur jipprovdi regolarment lil esportatur jew kummerċjant b'konsenji ta' prodotti, u jkun mistenni li dawk il-prodotti kollha jkollhom l-istess status tal-oriġini, il-fornitur jista' jipprovdi dikjarazzjoni waħda li tkun tkopri diversi kunsinni ta' dawk il-prodotti (dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul).

2.  Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil tista' tinħareġ għal kunsinni mibgħuta matul perjodu ta' żmien u għandha tiddikjara tliet dati:

(a) id-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni (data tal-ħruġ);

(b) id-data tal-bidu tal-perjodu (data tal-bidu), li ma tistax tkun iktar minn 12-il xahar qabel jew iktar minn 6 xhur wara d-data tal-ħruġ;

(c) id-data tat-tmiem tal-perjodu (data tat-tmiem), li ma tistax tkun iktar minn 24 xahar wara d-data tal-bidu.

3.  Il-fornitur għandu jgħarraf lill-esportatur jew lill-kummerċjant ikkonċernat minnufih meta d-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil ma tkunx valida fir-rigward ta' wħud mill-kunsinni jew tal-kunsinni kollha tal-prodotti fornuti u li jridu jiġu fornuti.

▼B

Artikolu 63

Tfassil tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-prodotti li jkunu kisbu status ta’ oriġini preferenzjali, id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri għandhom jinħarġu kif stipulat fl-Anness 22-15. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri għal perjodu ta’ żmien twil għandhom jitfasslu kif stipulat fl-Anness 22-16.

2.  Għall-prodotti li għaddew minn xogħol jew ipproċessar fl-Unjoni mingħajr ma jkunu kisbu status ta’ oriġini preferenzjali, id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri għandhom jinħarġu kif stipulat fl-Anness 22-17. Madankollu, għad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri għal perjodu ta’ żmien twil, id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri għandhom jinħarġu kif stipulat fl-Anness 22-18.

3.  Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għandha tiġi ffirmata bl-idejn mill-fornitur. Madankollu, meta kemm id-dikjarazzjoni tal-fornitur kif ukoll il-fattura jitħejjew b’mezzi elettroniċi, dawn jistgħu jiġu awtentiċizzati b’mod elettroniku jew inkella l-fornitur jista’ jagħti impenn bil-miktub lill-esportatur jew lill-kummerċjant, li permezz tiegħu jaċċetta r-responsabbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni ta’ kull fornitur li tidentifikah bħallikieku din kienet iffirmata bil-miktub minnu.

Artikolu 64

Ħruġ taċ-Ċertifikati ta’ Informazzjoni INF 4

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lill-esportatur jew lill-kummerċjant sabiex jikseb mingħand il-fornitur Ċertifikat ta’ Informazzjoni INF 4 li jiċċertifika l-preċiżjoni u l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur.

2.  Fuq applikazzjoni mill-fornitur, iċ-Ċertifikat ta’ Informazzjoni INF 4 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkun tfasslet bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-02 f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fih. L-awtoritajiet jistgħu jitolbu kwalunkwe prova u jwettqu spezzjonijiet tal-kontijiet tal-fornitur jew verifiki oħrajn li huma jqisu bħala xierqa.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom joħorġu ċ-Ċertifikat ta’ Informazzjoni INF 4 lill-fornitur fi żmien 90 jum mill-wasla tal-applikazzjoni tiegħu, fejn jindikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur hijiex preċiża u awtentika.

4.  Awtorità doganali li lilha tkun saret applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ informazzjoni INF 4 għandha żżomm il-formola tal-applikazzjoni għal mill-inqas tliet snin jew għal perjodu ta’ żmien itwal jekk ikun hemm bżonn sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi jew territorji.

Artikolu 65

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali għandhom jassistu lil xulxin fil-verifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tal-fornituri.

Artikolu 66

Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta esportatur ma jkunx jista’ jippreżenta Ċertifikat ta’ Informazzjoni INF 4 fi żmien 120 jum mit-talba tal-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur sabiex jikkonfermaw l-oriġini tal-prodotti kkonċernati għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur l-informazzjoni u d-dokumenti kollha disponibbli u jagħtu r-raġunijiet għall-investigazzjoni tagħhom.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur jistgħu jitolbu prova mill-fornitur jew iwettqu verifiki xierqa ta’ dik id-dikjarazzjoni.

4.  L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu mgħarrfa bir-riżultati mill-aktar fis possibbli permezz ta’ Ċertifikat ta’ Informazzjoni INF 4.

5.  Meta ma tingħata ebda tweġiba fi żmien 150 jum mid-data tat-talba għall-verifika jew meta t-tweġiba ma jkunx fiha biżżejjed informazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-oriġini tal-prodotti kkonċernati, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-esportazzjoni għandhom jiddikjaraw bħala invalida l-prova tal-oriġini stabbilita abbażi tad-dikjarazzjoni tal-fornitur.

Artikolu 67

Awtorizzazzjoni approvata tal-esportatur

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali ma’ pajjiż terz li jistabbilixxi li prova tal-oriġini għandha tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura jew dikjarazzjoni ta’ oriġini mħejjija mill-esportatur approvat, ►M1  l-esportaturi u r-rikonsenjaturi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni ◄ jistgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala l-esportaturi approvati għall-finijiet tat-tħejjija u s-sostituzzjoni ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet.

2.  L-Artikoli 11(1)(d), 16, 17 u 18 tar-[Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u s-sospensjoni tad-deċiżjonijiet u l-Artikoli 10 u 15 ta’ dan ir-Regolament dwar l-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni u r-revoka ta’ deċiżjonijiet favorevoli li jappartjenu għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ma għandhomx japplikaw għad-deċiżjonijiet relatati mal-awtorizzazzjonijiet approvati tal-esportaturi.

3.  L-awtorizzazzjonijiet approvati tal-esportaturi għandhom jingħataw biss lill-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-oriġini tal-ftehimiet li kkonkludiet l-Unjoni ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tal-miżuri adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni fir-rigward ta’ tali pajjiżi jew territorji.

4.  L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lill-esportatur approvat numru tal-awtorizzazzjoni doganali li għandu jkun jidher fuq il-provi tal-oriġini preferenzjali. In-numru tal-awtorizzazzjoni doganali għandu ►M1  jibda bil- ◄ kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1-alpha- 2 tal-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pajjiżi terzi kkonċernati bl-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-kontroll tal-provi tal-oriġini preferenzjali mħejjija mill-esportaturi approvati.

6.  Meta l-arranġament preferenzjali applikabbli ma jispeċifikax il-forma li għandhom jieħdu d-dikjarazzjonijiet ta’ fattura jew id-dikjarazzjonijiet ta’ oriġini, dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita ►M1  fl-Anness 22-13 ◄ .

7.  Meta l-arranġament preferenzjali applikabbli ma jispeċifikax il-limitu tal-valur safejn esportatur li mhuwiex esportatur approvat jista’ joħroġ dikjarazzjoni ta’ fattura jew dikjarazzjoni ta’ oriġini, il-limitu tal-valur għandu jkun ta’ EUR 6 000 għal kull kunsinna.

▼M1

Artikolu 68

Reġistrazzjoni tal-esportaturi barra mill-qafas tal-iskema SĠP tal-Unjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali li jeħtieġ li esportatur jimla dokument dwar l-oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, tali dokument jista' jimtela biss minn esportatur li jkun irreġistrat għal dak l-iskop mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru. L-identità ta' tali esportaturi għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578. ►M2  L-Artikoli 80, 82, 83, 84, 86, 87, 89 u 91 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis. ◄

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 11(1)(d), 16, 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet u s-sospensjoni ta' deċiżjonijiet u l- ►M2  Artikoli 10(1) u 15 ◄ ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. L-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu skambjati u maħżuna f'sistema elettronika ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

▼M2 —————

▼M1

4.  Minkejja l-paragrafu 1, meta l-arranġament preferenzjali applikabbli ma jispeċifikax il-limitu tal-valur sa fejn esportatur li mhuwiex esportatur irreġistrat jista' jimla dokument dwar l-oriġini, il-limitu tal-valur għandu jkun ta' EUR 6 000 għal kull kunsinna.

▼M2 —————

▼M2

6.  Meta arranġament preferenzjali jippermetti lill-Unjoni teżenta prodotti oriġinarji mir-rekwiżit li jipprovdu dokument tal-oriġini, dik l-eżenzjoni għandha tapplika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 103, sa fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux previsti fl-arranġament preferenzjali kkonċernat.

7.  Meta arranġament preferenzjali jippermetti li l-Unjoni tirrinunzja r-rekwiżit li d-dokument tal-oriġini jkollu l-firma tal-esportatur, din il-firma ma għandhiex tintalab.

▼M2

Artikolu 69

Is-sostituzzjoni tad-dokumenti tal-oriġini maħruġa jew magħmula barra mill-qafas tal-iskema tal-GSP tal-Unjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-prodotti oriġinarji koperti b'dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul preċedentement għall-finijiet ta' miżura ta' tariffa preferenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 56(2)(d) jew (e) tal-Kodiċi, għajr l-iskema tal-GSP tal-Unjoni, ikunu għadhom ma ġewx rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera u jitqiegħdu fil-kontroll ta' uffiċċju doganali fl-Unjoni, id-dokument inizjali tal-oriġini jista' jinbidel b'dokument wieħed jew aktar ta' sostituzzjoni tal-oriġini għall-finijiet biex dawk il-prodotti kollha jew uħud minnhom jintbagħtu band'oħra fl-Unjoni.

2.  Id-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 jista' jinħareġ jew isir b'xi waħda minn dawn li ġejjin, bl-istess għamla tad-dokument inizjali tal-oriġini jew bl-għamla ta' dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini, imfassal mutatis mutandis skont l-Artikolu 101 u l-Anness 22-20:

(a) esportatur approvat jew irreġistrat fl-Unjoni u li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid;

(b) rikonsenjatur tal-merkanzija fl-Unjoni meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ma jkunx jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli;

(c) rikonsenjatur tal-merkanzija fl-Unjoni meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ikun jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli u rikonsenjatur jehmeż kopja tad-dikjarazzjoni inizjali tal-oriġini mad-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini.

Meta s-sostituzzjoni tad-dokument inizjali tal-oriġini ma tkunx tista' ssir skont l-ewwel subparagrafu, id-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 jista' jinħareġ jew isir bil-għamla ta' ċertifikat tal-moviment EUR.1 mill-uffiċċju doganali li fil-kontroll tiegħu jitqiegħdu l-oġġetti.

3.  Meta d-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini jkun ċertifikat tal-moviment EUR.1, l-approvazzjoni tal-uffiċċju doganali li joħroġ iċ-ċertifikat tal-moviment ta' sostituzzjoni EUR.1 għandha titqiegħed fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat. Id-dettalji fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat dwar il-pajjiż tal-oriġini għandhom ikunu l-istess bħad-dettalji fid-dokument inizjali tal-oriġini. Il-kaxxa 12 għandha tiġi ffirmata mir-rikonsenjatur. Ir-rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 b'bona fede ma għandux ikun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dettalji mniżżla fid-dokument inizjali tal-oriġini.

L-uffiċċju doganali li jintalab joħroġ iċ-ċertifikat tal-moviment ta' sostituzzjoni EUR.1 għandu jniżżel fid-dokument inizjali tal-oriġini jew fuq dokument mehmuż miegħu, il-piżijiet, l-għadd, in-natura tal-prodotti kkonsenjati u l-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom u jindika fuqhom in-numri tas-serje taċ-ċertifikat jew ċertifikati ta' sostituzzjoni korrispondenti. Dan għandu jżomm id-dokument inizjali tal-oriġini għal mill-inqas 3 snin.

▼M2

Artikolu 69a

L-oriġini preferenzjali ta' prodotti pproċessati miksuba minn oġġetti bi status ta' oriġini preferenzjali

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta merkanzija li mhix tal-Unjoni u li jkollha status ta' oriġini preferenzjali fil-qafas ta' arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, titqiegħed fil-proċedura ta' proċessar attiv, il-prodotti pproċessati miksuba minnha għandhom jitqiesu, meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, li għandhom l-istess status ta' oriġini preferenzjali bħal dawk l-oġġetti.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a) l-operazzjoni ta' proċessar tinvolvi wkoll il-merkanzija li mhix tal-Unjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-oġġetti bi status ta' oriġini preferenzjali skont arranġament preferenzjali differenti;

(b) il-prodotti proċessati jkunu nkisbu minn oġġetti ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 223 tal-Kodiċi;

(c) l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw esportazzjoni mill-ġdid temporanja tal-oġġetti għal aktar proċessar skont l-Artikolu 258 tal-Kodiċi.

3.  Meta jkun japplika l-paragrafu 1, id-dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul għal merkanzija mqiegħda fil-proċedura ta' proċessar attiv għandu jitqies bħala dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul għall-prodotti proċessati.

▼B



Sottotaqsima 2

Obbligi tal-Pajjiżi Benefiċjarji fil-qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni

Artikolu 70

Obbligu li tiġi pprovduta kooperazzjoni amministrattiva fil-qafas tas-sistema REX

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-iskema SĠP, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jimpenjaw ruħhom:

(a) li jdaħħlu fis-seħħ u jżommu l-istrutturi amministrattivi neċessarji u s-sistemi meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni f’dak il-pajjiż tar-regoli u l-proċeduri stipulati f’din is-Sottotaqsima u fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u tas-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, inklużi, meta dan ikun xieraq, l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni ta’ kumulazzjoni;

(b) li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

2.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn:

►M1  (a) ◄  l-għoti tal-appoġġ kollu neċessarju f’każ ta’ talba mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ minnha tal-ġestjoni xierqa tal-iskema SĠP fil-pajjiż ikkonċernat, inklużi żjarat ta’ verifika fuq il-post mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

►M1  (b) ◄  mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 108 u 109 ta’ dan ir-Regolament, il-verifika tal-istatus ta’ oriġini tal-prodotti u tal-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħrajn stipulati f’din is-Sottotaqsima, fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u fis-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, inklużi żjarat fuq il-post, fejn mitluba mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tal-oriġini.

3.  Sabiex ikunu intitolati li japplikaw is-sistema tal-esportaturi rreġistrati, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jissottomettu l-impenn imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandhom il-ħsieb li jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi.

▼M1

4.  Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 72, 80 u 108 ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għal dak il-pajjiż jew għal dak it-territorju għal perjodu ta' 3 snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-Anness.

▼B

Artikolu 71

Proċeduri u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva applikabbli fir-rigward tal-esportazzjonijiet bl-użu tal-Formola A u tad-dikjarazzjonijiet tal-fattura

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Kull pajjiż benefiċjarju għandu jikkonforma jew jiżgura l-konformità ma’:

(a) ir-regoli dwar l-oriġini tal-prodotti li jiġu esportati, stipulati fis-Sottotaqsima 2 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(b) ir-regoli għat-tlestija u l-ħruġ tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini;

(c) id-dispożizzjonijiet għall-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ fattura, li għandhom jitfasslu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 22-09;

(d) id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi ta’ notifiki msemmija fl-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament;

(e) id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-għoti tad-derogi msemmija fl-Artikolu 64(6) tal-Kodiċi.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni jew mal-Istati Membri billi, b’mod partikolari:

(a) l-għoti tal-appoġġ kollu neċessarju f’każ ta’ talba mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ minnha tal-ġestjoni xierqa tal-iskema SĠP fil-pajjiż ikkonċernat, inklużi żjarat ta’ verifika fuq il-post mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73 u 110 ta’ dan ir-Regolament, il-verifika tal-istatus ta’ oriġini tal-prodotti u tal-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħrajn stipulati f’din is-Sottotaqsima, fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u fis-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, inklużi żjarat fuq il-post, fejn mitluba mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tal-oriġini.

3.  Meta, f’pajjiż benefiċjarju, tiġi nnominata awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini, jiġu vverifikati l-provi dokumentarji tal-oriġini u tinħareġ il-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini, dak il-pajjiż benefiċjarju għandu jitqies bħala li aċċetta l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

4.  Meta pajjiż jiġi ammess jew riammess bħala pajjiż benefiċjarju fir-rigward tal-prodotti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-prodotti li joriġinaw f’dak il-pajjiż għandhom jibbenifikaw mis-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi bil-kundizzjoni li dawn ikunu ġew esportati mill-pajjiż benefiċjarju fid-data jew wara d-data msemmija fl-Artikolu 73(2) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-obbligu li tiġi pprovduta kooperazzjoni amministrattiva kif stipulat fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-Artikoli 110 u 111 ta’ dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal dak il-pajjiż jew it-territorju għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-anness.

6.  L-obbligi msemmija fil-paragrafu 5 għandhom japplikaw għal Singapore għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 72

Obbligi ta’ notifika applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati (REX)

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet li jinsabu fit-territorju tagħhom li huma:

(a) parti mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ikkonċernat, jew li jaġixxu taħt l-awtorità tal-gvern tagħhom u li huma kompetenti sabiex jirreġistraw lill-esportaturi fis-sistema REX, jimmodifikaw u jaġġornaw id-dejta tar-reġistrazzjoni u jirrevokaw ir-reġistrazzjonijiet;

(b) parti mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ikkonċernat u li huma responsabbli sabiex jiżguraw il-kooperazzjoni amministrattiva mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif previst f’din is-Sottotaqsima, fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u fis-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  In-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji għandhom il-ħsieb li jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi.

3.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata taħt l-ewwel paragrafu.

Artikolu 73

Obbligi ta’ notifika applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati (REX)

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi li jinsabu fit-territorju tagħhom u li għandhom is-setgħa li joħorġu l-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini, flimkien ma’ kampjuni tal-marka li jħallu t-timbri użati minn dawk l-awtoritajiet, kif ukoll bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi rilevanti responsabbli għall-kontroll tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fattura.

Il-Kummissjoni ser tibgħat din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Meta din l-informazzjoni tiġi kkomunikata fil-qafas ta’ emenda tal-komunikazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tindika d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk it-timbri ġodda skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji. Din l-informazzjoni hija għall-użu uffiċjali; madankollu, meta l-prodotti jkunu jridu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, l-awtoritajiet doganali inkwistjoni jistgħu jippermettu lill-importatur jikkonsulta l-kampjuni tal-marka li jħallu t-timbri.

Il-pajjiżi benefiċjarji li diġà pprovdew l-informazzjoni meħtieġa taħt l-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx ikunu obbligati li jerġgħu jipprovduha, sakemm ma kienx hemm bidla.

2.  Għall-fini tal-Artikolu 71(4) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ser tippubblika, fuq is-sit elettroniku tagħha, id-data li fiha pajjiż ammess jew riammess bħala pajjiż benefiċjarju fir-rigward tal-prodotti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 issodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼M1

3.  Fuq talba ta' pajjiż benefiċjarju, Il-Kummissjoni għandha tibgħat lil dak il-pajjiż benefiċjarju l-kampjuni tal-marka tat-timbri użati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1.

▼B



Sottotaqsima 3

Proċeduri fl-Esportazzjoni fil-Pajjiżi Benefiċjarji u fl-Unjoni Applikabbli fil-Qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni sal-Applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati

Artikolu 74

Proċedura għall-ħruġ ta’ Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għandha tinħareġ bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-08. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jagħmlu disponibbli l-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għall-esportatur hekk kif tkun saret jew ġiet żgurata l-esportazzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jagħmlu disponibbli l-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għall-esportatur hekk kif tkun saret jew ġiet żgurata l-esportazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji jistgħu joħorġu wkoll Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini wara l-esportazzjoni tal-prodotti li magħhom tkun relatata, jekk:

(a) hija ma tkunx inħarġet fil-ħin tal-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew ċirkostanzi speċjali; jew

(b) jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li nħarġet Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini iżda din ma kinitx aċċettata mal-importazzjoni għal raġunijiet tekniċi; jew

(c) id-destinazzjoni finali tal-prodotti kkonċernati kienet stabbilita matul it-trasportazzjoni jew il-ħażna tagħhom u wara l-qsim possibbli ta’ kunsinna, f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji jistgħu joħorġu ċertifikat retrospettivament biss wara li jivverifikaw li l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni tal-esportatur għal Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini maħruġa retrospettivament hija konformi ma’ dik fil-fajl tal-esportazzjoni korrispondenti u li ma nħarġitx Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini meta ġew esportati l-prodotti inkwistjoni għajr meta l-Formula A taċ-ċertifikat tal-oriġini ma ġietx aċċettata minħabba raġunijiet tekniċi. Il-kelmiet ‘Issued retrospectively’, ‘Délivré a posteriori’ jew ‘emitido a posteriori’ għandhom ikunu indikati fil-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini maħruġa retrospettivament.

4.  F’każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini, l-esportatur jista’ japplika mal-awtoritajiet kompetenti li ħarġuha sabiex joħorġu kopja duplikata abbażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni fil-pussess tagħhom. Il-kelmiet ‘Duplicate’, ‘Duplicata’ jew ‘Duplicado’, flimkien mad-data tal-ħruġ u n-numru tas-serje taċ-ċertifikat oriġinali, għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 4 tal-Formola A duplikata taċ-ċertifikat tal-oriġini. Il-kopja duplikata tidħol fis-seħħ mid-data tal-oriġinali.

5.  Għall-finijiet tal-verifika ta’ jekk il-prodott li għalih tintalab Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini huwiex konformi mar-regoli tal-oriġini rilevanti, l-awtoritajiet governattivi kompetenti għandhom ikunu intitolati sabiex jitolbu għal kwalunkwe prova dokumentarja jew sabiex iwettqu kwalunkwe kontroll li huma jqisu bħala xieraq.

6.  L-ikkompletar tal-kaxxi 2 u 10 tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għandu jkun fakultattiv. Il-kaxxa 12 għandu jkollha r-referenza ‘Unjoni’ jew l-isem ta’ wieħed mill-Istati Membri. Id-data tal-ħruġ tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għandha tiġi indikata fil-kaxxa 11. Il-firma li trid tiddaħħal f’dik il-kaxxa, li hija riservata għall-awtoritajiet governattivi kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat, kif ukoll il-firma tal-firmatarju awtorizzat tal-esportatur li trid tiddaħħal fil-kaxxa 12, għandhom isiru bil-miktub.

Artikolu 75

Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Id-dikjarazzjoni tal-fattura tista’ tinħareġ minn kwalunkwe esportatur li jopera f’pajjiż benefiċjarju għal kwalunkwe kunsinna li tikkonsisti minn pakkett wieħed jew aktar li jkun fih jew fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 6 000 u diment li tapplika l-kooperazzjoni amministrattiva msemmija ►M1  fl-Artikolu 71(2) ◄ għal din il-proċedura.

2.  L-esportatur li jagħmel dikjarazzjoni ta’ fattura għandu jkun lest li jissottometti fi kwalunkwe ħin, fuq talba tal-awtoritajiet doganali jew ta’ awtoritajiet governattivi kompetenti oħrajn tal-pajjiż tal-esportazzjoni, id-dokumenti kollha xierqa li juru l-istatus tal-oriġini tal-prodotti kkonċernati.

3.  Dikjarazzjoni tal-fattura għandha ssir mill-esportatur bil-Franċiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol b’ittajpjar, stampar jew ipprintjar fuq il-fattura, in-nota tal-kunsinna jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor, id-dikjarazzjoni, li t-test tagħha jidher fl-Anness 22-09. Jekk id-dikjarazzjoni tkun miktuba bl-idejn, hija għandha tinkiteb bil-linka f’karattri stampati. Id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-esportatur miktuba bl-idejn.

4.  L-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta’ fattura waħda għal kull kunsinna;

(b) jekk il-prodotti inklużi fil-kunsinna diġà jkunu ġew soġġetti għal verifika fil-pajjiż tal-esportazzjoni b’referenza għad-definizzjoni ta’ ‘prodotti oriġinarji’, l-esportatur jista’ jirreferi għal dik il-verifika fid-dikjarazzjoni tal-fattura.

Artikolu 76

Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini f’każ ta’ kumulazzjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Meta tapplika l-kumulazzjoni skont l-Artikoli 53, 54, 55 jew 56 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju, mitluba sabiex joħorġu Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għall-prodotti li fil-manifattura tagħhom jintużaw materjali li joriġinaw minn parti li magħha hija permessal-kumulazzjoni, għandhom jiddependu fuq dawn li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ kumulazzjoni bilaterali, fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur tal-esportatur u maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 77 ta’ dan ir-Regolament;

(b) fil-każ ta’ kumulazzjoni man-Norveġja, mal-Iżvizzera jew mat-Turkija, fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur tal-esportatur u maħruġa skont ir-regoli tal-oriġini rilevanti tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija, kif jista’ jkun il-każ;

(c) fil-każ ta’ akkumulazzjoni reġjonali, fuq tal-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur tal-esportatur, jiġifieri l-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini, li nħarġet billi ntużat il-formula stabbilita fl-Anness 22-08 jew, skont kif ikun il-każ, dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha jidher fl-Anness 22-09;

(d) fil-każ ta’ kumulazzjoni estiża, fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur tal-esportatur u maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim rilevanti dwar il-kummerċ ħieles bejn l-Unjoni u l-pajjiż ikkonċernat.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu, il-Kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini għandha, kif jista’ jkun il-każ, tinkludi l-indikazzjoni:

 ‘Kumulazzjoni tal-UE’, ‘kumulazzjoni tan-Norveġja’, ‘kumulazzjoni tal-Iżvizzera’, ‘kumulazzjoni tat-Turkija’, ‘kumulazzjoni reġjonali’, ‘kumulazzjoni estiża mal-pajjiż x’ jew

 ‘Cumul UE’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’, ‘cumul régional’, ‘cumul étendu avec le pays x’ jew

 ‘Acumulación UE’, ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, ‘Acumulación Turquía’, ‘Acumulación regional’, ‘Acumulación ampliada con el país x’.

Artikolu 77

Prova tal-istatus ta’ oriġini tal-Unjoni għall-fini ta’ kumulazzjoni bilaterali u esportatur approvat

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-prova tal-istatus ta’ oriġini tal-prodotti tal-Unjoni għandha tiġi fornuta b’waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-produzzjoni ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1, maħruġ bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-10 jew

(b) il-produzzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha huwa stabbilit fl-Anness 22-09 ►M1  ————— ◄ . Dikjarazzjoni tal-fattura tista’ tinħareġ minn kwalunkwe esportatur għall-konsenji li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 6 000 jew minn esportatur tal-Unjoni approvat.

2.  L-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jdaħħal ‘pajjiżi benefiċjarji ta’ SĠP’ u ‘UE’, jew ‘Pays bénéficiaires du SPG’ u ‘UE’, fil-kaxxa 2 taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sottotaqsima, is-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u s-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dwar il-ħruġ, l-użu u l-verifika sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini għandhom japplikaw mutatis mutandis għaċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 u, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħruġ tagħhom, għad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi.

4.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kwalunkwe esportatur stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, li minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalih bħala ‘esportatur approvat’, li jagħmel vjeġġi frekwenti ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni fil-qafas ta’ kumulazzjoni bilaterali għall-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet tal-fatturi, irrispettivament mill-valur tal-prodotti kkonċernati, meta dak l-esportatur joffri, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, il-garanziji kollha neċessarji għall-verifika ta’ dawn li ġejjin:

(a) l-istatus tal-oriġini tal-prodotti;

(b) l-issodisfar ta’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dak l-Istat Membru.

5.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu l-istatus ta’ esportatur approvat soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni li jqisu li tkun xierqa. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lill-esportatur approvat numru tal-awtorizzazzjoni doganali li għandu jkun jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-fattura.

6.  L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-awtorizzazzjoni mill-esportatur approvat. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waqt.

Huma għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) jekk l-esportatur approvat ma jibqax joffri l-garanziji msemmija fil-paragrafu 4;

(b) jekk l-esportatur approvat ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5;

(c) jekk l-esportatur approvat jagħmel użu mhux xieraq mill-awtorizzazzjoni.

7.  Esportatur approvat ma għandux jintalab jiffirma d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi sakemm l-esportatur approvat jagħti lill-awtoritajiet doganali impenn bil-miktub li huwa jaċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe dikjarazzjoni tal-fattura li tidentifika l-esportatur approvat bħallikieku l-esportatur approvat kien iffirma dawn bil-miktub.



Sottotaqsima 4

Proċeduri tal-Esportazzjoni fil-Pajjiżi Benefiċjarji u fl-Unjoni Applikabbli fil-Qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni mid-Data tal-Applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati

Artikolu 78

Obbligu għall-esportaturi li jkunu rreġistrati u r-rinunzja ta’ dan l-obbligu

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-iskema SĠP għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(a) f’każijiet ta’ prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din is-Sottotaqsima, is-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u s-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 esportati minn esportatur irreġistrat;

(b) f’każijiet ta’ kwalunkwe kunsinna ta’ pakkett wieħed jew aktar bi prodotti oriġinarji esportati minn kwalunkwe esportatur, meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji kkonsenjati ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 6 000 .

2.  Il-valur tal-prodotti oriġinarji f’kunsinna huwa l-valur tal-prodotti oriġinarji kollha f’kunsinna waħda koperti minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini maħruġa fil-pajjiż tal-esportazzjoni.

Artikolu 79

Proċedura tar-reġistrazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji u l-proċeduri tal-esportazzjoni applikabbli matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi fl-1 ta’ Jannar 2017.

Madankollu, meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx f’pożizzjoni li jibda r-reġistrazzjoni f’dik id-data, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub sal-1 ta’ Lulju 2016 illi huwa ser jipposponi r-reġistrazzjoni tal-esportaturi sal-1 ta’ Jannar 2018 jew l-1 ta’ Jannar 2019.

2.  Matul perjodu ta’ tnax-il xahar wara d-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż benefiċjarju għandhom ikomplu joħorġu l-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini fuq it-talba tal-esportaturi li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati fiż-żmien li jintalab iċ-ċertifikat.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini maħruġa skont l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun ammissibbli fl-Unjoni bħala prova tal-oriġini jekk hija tinħareġ qabel id-data tar-reġistrazzjoni tal-esportatur ikkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju li jesperjenzaw diffikultajiet sabiex ilestu l-proċess tar-reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fuq jistgħu jitolbu għall-estensjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Tali estensjonijiet ma għandhomx jaqbżu s-sitt xhur.

3.  L-esportaturi f’pajjiż benefiċjarju, reġistrati jew le, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000 , mid-data minn meta l-pajjiż benefiċjarju ikun beħsiebu jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi.

Ladarba jiġu rreġistrati, l-esportaturi għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż l-ammont ta’ EUR 6 000 , mid-data li minnha r-reġistrazzjoni tagħhom titqies bħala valida f’konformità mal-Artikolu 86(4) ta’ dan ir-Regolament.

4.  Il-pajjiżi benefiċjarji kollha għandhom japplikaw is-sistema tal-esportaturi rreġistrati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020.



Sottotaqsima 5

Artikolu 80

Bażi ta’ dejta tal-esportaturi rreġistrati: l-obbligi tal-awtoritajiet

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema għar-reġistrazzjoni tal-esportaturi awtorizzati sabiex jiċċertifikaw l-oriġini tal-prodotti (is-sistema REX) u tagħmilha disponibbli sal-1 ta’ Jannar 2017.

▼M2

2.  Mal-wasla tal-formola tal-applikazzjoni mimlija li tissemma fl-Anness 22-06, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur reġistrat lill-esportatur, u fis-sistema REX iniżżlu n-numru tal-esportatur reġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 86(4).

Mal-wasla tal-formola tal-applikazzjoni mimlija li tissemma fl-Anness 22-06 A, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur reġistrat lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija, u fis-sistema REX iniżżlu n-numru tal-esportatur reġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 86(4).

L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jgħarrfu lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija dwar in-numru tal-esportatur reġistrat assenjat lil dak l-esportatur jew ir-rikunsinnant tal-merkanzija u dwar id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida.

▼B

3.  Meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni bħala inkompleta, huma għandhom jgħarrfu b’dan lill-esportatur mingħajr dewmien.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta rreġistrata minnhom aġġornata. Huma għandhom jimmodifikaw dik id-dejta immedjatament wara li jkunu ġew mgħarrfa mill-esportatur irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 89 ta’ dan ir-Regolament. ►M1  L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw l-esportatur irreġistrat bil-modifiki tad-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħu. ◄

Artikolu 81

Data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-Artikoli 70, 72, 78 sa 80, 82 sa 93, 99 sa 107, 108, 109 u 112 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-esportazzjoni tal-prodotti mill-esportaturi rreġistrati taħt is-sistema REX f’pajjiż benefiċjarju mid-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju jibda jirreġistra l-esportaturi taħt dik is-sistema. Safejn huma kkonċernati l-esportaturi fl-Unjoni, dawn l-Artikoli għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017.

2.  L-Artikoli 71, 73, 74 sa 77, 94 sa 98 u 110 sa 112 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-esportazzjoni tal-prodotti minn esportaturi li mhumiex irreġistrati bis-sistema REX f’pajjiż benefiċjarju. Safejn huma kkonċernati l-esportaturi fl-Unjoni, dawn l-Artikoli għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 82

Bażi ta’ dejta tal-esportaturi rreġistrati: drittijiet ta’ aċċess għall-bażi ta’ dejta

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għas-sistema REX jingħata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta kollha.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-dejta dwar l-esportaturi rreġistrati minnhom.

4.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-dejta rreġistrata minnhom, mill-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħrajn u mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll min-Norveġja, mill-Iżvizzera jew mit-Turkija. Dan l-aċċess għad-dejta għandu jseħħ għall-fini tat-twettiq ta’ verifiki tad-dikjarazzjonijiet doganali skont l-Artikolu 188 tal-Kodiċi jew ta’ kontroll wara r-rilaxx skont l-Artikolu 48 tal-Kodiċi.

5.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sigur għas-sistema REX lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji.

6.  Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom iżommu l-aċċess għas-sistema REX sakemm ikun meħtieġ sabiex b’hekk huma jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament.

▼M2

7.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-dejta li ġejja disponibbli għall-pubbliku bil-kundizzjoni li l-esportatur ikun ta l-kunsens bil-firma fil-kaxxa 6 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif applikabbli:

(a) isem l-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew tal-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(b) l-indirizz ta' fejn hu stabbilit l-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(c) id-dettalji tal-kuntatt kif speċifikat fil-kaxxa 1 u fil-kaxxa 2 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(d) deskrizzjoni indikattiva tal-oġġetti li jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali, inkluż lista indikattiva ta' intestaturi jew kapitoli tas-Sistema Armonizzata, kif speċifikat fil-kaxxa 4 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(e) in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tal-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 A, jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN) tal-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06;

(f) jekk l-esportatur reġistrat hux kummerċjant jew produttur kif speċifikat fil-kaxxa 3 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq.

Ir-rifjut tal-iffirmar tal-kaxxa 6 ma għandux jikkostitwixxi raġuni għal rifjut tar-reġistrazzjoni tal-esportatur.

▼B

8.  Il-Kummissjoni għandha dejjem tagħmel id-dejta li ġejja disponibbli għall-pubbliku:

(a) in-numru tal-esportatur irreġistrat;

▼M2

(b) id-data tar-reġistrazzjoni tal-esportatur reġistrat;

▼B

►M2  (c) ◄  id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida;

►M2  (d) ◄  id-data tar-revoka tar-reġistrazzjoni, fejn applikabbli;

►M2  (e) ◄  informazzjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni tapplikax ukoll għall-esportazzjonijiet lejn in-Norveġja, l-Iżvizzera jew it-Turkija;

►M2  (f) ◄  id-data tal-aħħar sinkronizzazzjoni bejn is-sistema REX u s-sit elettroniku pubbliku.

Artikolu 83

Bażi ta’ dejta tal-esportaturi rreġistrati: Protezzjoni tad-dejta

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Id-dejta rreġistrata fis-sistema REX għandha tiġi pproċessata biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-iskema SĠP kif stabbilit f’din is-Sottotaqsima.

2.  L-esportaturi għandhom jingħataw l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11(1)(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). Barra minn hekk, huma għandhom jiġu pprovduti wkoll bl-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni dwar il-bażi legali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta;

(b) il-perjodu għaż-żamma tad-dejta.

L-esportaturi rreġistrati għandhom jiġu pprovduti b’dik l-informazzjoni permezz ta’ avviż mehmuż mal-applikazzjoni sabiex issir esportatur irreġistrat kif stabbilit fl-Anness 22-06 ►M2  jew fl-Anness 22-06 A ◄ .

3.  Kull awtorità kompetenti f’pajjiż benefiċjarju u kull awtorità doganali fi Stat Membru li tkun introduċiet dejta fis-sistema REX għandha titqies bħala l-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dik id-dejta.

Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur konġunt fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta kollha bil-għan li tiggarantixxi li l-esportatur irreġistrat jikseb id-drittijiet tiegħu.

4.  Id-drittijiet tal-esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta li hija maħżuna fis-sistema REX, elenkata fl-Anness 22-06 ►M2  jew fl-Anness 22-06 A ◄ u pproċessata f’sistemi nazzjonali għandhom jiġu eżerċitati skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE tal-Istat Membru li qiegħed jaħżen id-dejta tagħhom.

5.  L-Istati Membri li jirreplikaw fis-sistemi nazzjonali tagħhom id-dejta tas-sistema REX li għandhom aċċess għaliha għandhom iżommu d-dejta rreplikata aġġornata.

6.  Id-drittijiet tal-esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tar-reġistrazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

7.  Kwalunkwe talba minn esportatur irreġistrat sabiex jeżerċita d-dritt tal-aċċess, tar-rettifika, tat-tħassir jew tal-imblukkar tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi sottomessa lill-kontrollur tad-dejta u tkun ipproċessata minnu.

Meta esportatur irreġistrat ikun issottometta tali talba lill-Kummissjoni mingħajr ma prova jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik it-talba lill-kontrollur tad-dejta tal-esportatur irreġistrat.

Jekk l-esportatur irreġistrat jonqos milli jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, l-esportatur irreġistrat għandu jissottometti tali talba lill-Kummissjoni billi jaġixxi bħala kontrollur. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrettifika, tħassar jew timblokka d-dejta.

8.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, li jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza rispettiva tagħhom, għandhom jikkooperaw u jiżguraw is-superviżjoni kkoordinata tad-dejta tar-reġistrazzjoni.

Huma għandhom, billi jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi fit-twettiq ta’ superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 84

Obbligi ta’ notifika applikabbli għall-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati (REX)

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet doganali tagħhom li huma:

(a) kompetenti sabiex jirreġistraw lill-esportaturi u lir-rikunsinnanti ta’ prodotti fis-sistema REX, jimmodifikaw u jaġġornaw id-dejta tar-reġistrazzjoni u jirrevokaw ir-reġistrazzjoni;

(b) responsabbli sabiex jiżguraw il-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji kif previst f’din is-Sottotaqsima, fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u fis-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

In-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2016.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata taħt l-ewwel sottoparagrafu.

Artikolu 85

Proċedura tar-reġistrazzjoni fl-Istati Membri u l-proċeduri tal-esportazzjoni applikabbli matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Fl-1 ta’ Jannar 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi stabbiliti fit-territorji tagħhom.

▼M1

2.  Mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jieqfu joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 u l-esportaturi approvati għandhom jieqfu joħorġu d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

▼B

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom joħorġu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew il-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini ta’ sostituzzjoni fuq talba tal-esportaturi jew tar-rikunsinnanti ta’ prodotti li għadhom mhumiex irreġistrati. Dan għandu japplika wkoll jekk il-prodotti oriġinarji mibgħuta lejn l-Unjoni jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula minn esportatur irreġistrat f’pajjiż benefiċjarju.

▼M1

Sal-31 ta' Diċembru 2017, esportaturi approvati fi Stati Membri li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet ta' fattura għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

▼B

4.  L-esportaturi fl-Unjoni, kemm jekk irreġistrati kif ukoll jekk le, għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 6 000 , mill-1 ta’ Jannar 2017.

Ladarba jiġu rreġistrati, l-esportaturi għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż l-ammont ta’ EUR 6 000 , mid-data li minnha r-reġistrazzjoni tagħhom titqies bħala valida f’konformità mal-Artikolu 86(4) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Ir-rikunsinnanti ta’ prodotti li huma rreġistrati jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini mid-data li minnha r-reġistrazzjoni tagħhom titqies bħala valida f’konformità mal-Artikolu 86(4) ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu japplika irrispettivament minn jekk il-prodotti jkunux akkumpanjati minn Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini maħruġa fil-pajjiż benefiċjarju jew minn dikjarazzjoni ta’ fattura jew dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur.

Artikolu 86

Applikazzjoni biex issir esportatur irreġistrat

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Sabiex isir esportatur irreġistrat, esportatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju fejn huwa għandu s-sede tiegħu jew fejn huwa stabbilit b’mod permanenti.

L-applikazzjoni għandha ssir bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06.

2.  Sabiex isir esportatur irreġistrat, esportatur jew rikunsinnant ta’ prodotti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru. L-applikazzjoni għandha ssir bl-użu tal-formola stabbilita ►M2  fl-Anness 22-06 A ◄ .

▼M1

3.  Għall-finijiet tal-esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera, l-esportaturi se jkunu meħtieġa li jiġu rreġistrati darba biss.

Għandu jiġi assenjat numru ta' esportatur irreġistrat lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju bil-għan li jkun jista' jesporta taħt l-iskemi SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu rrikonoxxew il-pajjiż fejn saret ir-reġistrazzjoni bħala pajjiż benefiċjarju.

L-ewwel u t-tieni sottoparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet ta' esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jibda japplika s-sistema REX. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) id-data li fiha t-Turkija tibda tapplika dik is-sistema.

▼B

4.  Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jirċievu applikazzjoni kompleta għar-reġistrazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2.

5.  Meta l-esportatur ikun irrappreżentat bl-iskop li jwettaq formalitajiet tal-esportazzjoni u r-rappreżentant tal-esportatur ikun ukoll esportatur irreġistrat, dan ir-rappreżentant ma għandux juża n-numru tiegħu ta’ esportatur irreġistrat.

▼M1

Artikolu 87

Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati: Rekwiżit tal-pubblikazzjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha d-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji jibdew japplikaw is-sistema REX. Il-Kummissjoni se żżomm l-informazzjoni aġġornata.

▼B

Artikolu 88

Reġistrazzjoni awtomatika tal-esportaturi għal pajjiż li jsir pajjiż benefiċjarju tal-iskema SĠP tal-Unjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Meta jiżdied pajjiż mal-lista tal-pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-Kummissjoni għandha tattiva awtomatikament għall-iskema SĠP tagħha r-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi kollha rreġistrati f’dak il-pajjiż, diment li d-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema REX u tkun valida mill-inqas għall-iskema SĠP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija.

F’dan il-każ, esportatur li jkun diġà rreġistrat mill-inqas għall-iskema SĠP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija ma għandux bżonn jippreżenta applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sabiex jiġi rreġistrat għall-iskema SĠP tal-Unjoni.

Artikolu 89

▼M1

Revoka tar-reġistrazzjoni

▼B

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-esportaturi rreġistrati għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru dwar il-bidliet fl-informazzjoni li pprovdew għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħhom.

2.  L-esportaturi rreġistrati li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti taħt l-iskema SĠP jew li ma għadx għandhom il-ħsieb li jesportaw prodotti taħt l-iskema SĠP għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru kif xieraq.

3.  L-awtoritajiet kompetenti f’pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali fi Stat Membru għandhom jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat:

(a) ma jibqax jeżisti;

(b) ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti taħt l-iskema SĠP;

(c) għarraf lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li huwa ma għadx għandu l-ħsieb li jesporta prodotti taħt l-iskema SĠP;

(d) b’mod intenzjonali jew negliġenti jfassal, jew jikkawża biex titfassal, dikjarazzjoni dwar l-oriġini li jkun fiha informazzjoni skorretta u li twassal sabiex jinkiseb b’mod żbaljat il-benefiċċju ta’ trattament ta’ tariffa preferenzjali.

4.  L-awtorità kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jistgħu jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat jonqos milli jżomm id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu aġġornata.

5.  Ir-revoka tar-reġistrazzjonijiet għandha tidħol fis-seħħ għall-ġejjieni, jiġifieri fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula wara d-data tar-revoka. Ir-revoka tar-reġistrazzjoni ma għandu jkollha ebda effett fuq il-validità tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula qabel ma l-esportatur irreġistrat jiġi mgħarraf bir-revoka.

6.  L-awtorità kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru għandhom jgħarrfu lill-esportatur irreġistrat dwar ir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu u dwar id-data minn meta tidħol fis-seħħ ir-revoka.

7.  L-esportatur jew ir-rikunsinnant tal-prodotti għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju f’każ ta’ revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu.

8.  Ir-revoka ta’ esportatur irreġistrat għandha titħassar f’każ ta’ revoka skorretta. L-esportatur jew ir-rikunsinnant tal-prodotti għandu jkun intitolat sabiex juża n-numru ta’ esportatur irreġistrat assenjat lilu fil-ħin tar-reġistrazzjoni.

9.  L-esportaturi jew ir-rikunsinnanti tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom ġiet irrevokata jistgħu jressqu applikazzjoni ġdida biex isiru esportaturi rreġistrati skont l-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament. L-esportaturi jew ir-rikunsinnanti tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom ġiet irrevokata skont il-paragrafi 3(d) u 4 jistgħu jerġgħu jiġu rreġistrati biss jekk juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li kienu rreġistrawhom illi huma rrimedjaw is-sitwazzjoni li wasslet għar-revoka tar-reġistrazzjoni tagħhom.

10.  Id-dejta relatata ma’ reġistrazzjoni rrevokata għandha tinżamm fis-sistema REX mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru, li introduċewhom f’dik is-sistema, għal massimu ta’ għaxar snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha seħħet ir-revoka. Wara dawk l-għaxar snin kalendarji, l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru għandhom iħassru d-dejta.

Artikolu 90

▼M1

Revoka awtomatika tar-reġistrazzjonijiet meta pajjiż jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji

▼B

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-reġistrazzjonijiet kollha tal-esportaturi rreġistrati f’pajjiż benefiċjarju jekk il-pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jew jekk il-preferenzi tariffarji mogħtija lill-pajjiż benefiċjarju jkunu ġew irtirati temporanjament skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012.

2.  Meta l-pajjiż jiġi introdott mill-ġdid f’dik il-lista jew meta l-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji mogħtija lill-pajjiż benefiċjarju jiġi fi tmiemu, il-Kummissjoni għandha tattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi rreġistrati kollha f’dak il-pajjiż, diment li d-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema u tkun baqgħet valida mill-inqas għall-iskema SĠP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija. Inkella, l-esportaturi għandhom jerġgħu jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Fil-każ ta’ revoka tar-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi rreġistrati kollha f’pajjiż benefiċjarju skont l-ewwel paragrafu, id-dejta tar-reġistrazzjonijiet irrevokati tinżamm fis-sistema REX għal mill-inqas għaxar snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha tkun saret ir-revoka. Wara dak il-perjodu ta’ għaxar snin, u meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx ilu pajjiż benefiċjarju tal-iskema SĠP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija għal aktar minn għaxar snin, il-Kummissjoni tħassar id-dejta tar-reġistrazzjonijiet irrevokati mis-sistema REX.

Artikolu 91

Obbligi tal-esportaturi

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-esportaturi u l-esportaturi rreġistrati għandhom jikkonformaw mal-obbligi li ġejjin:

(a) huma għandhom iżommu reġistri tal-kontabbiltà kummerċjali xierqa rigward il-produzzjoni u l-provvista tal-prodotti li jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali;

(b) huma għandhom iżommu disponibbli l-evidenza kollha relatata mal-materjali użati fil-manifattura;

(c) huma għandhom iżommu d-dokumentazzjoni doganali kollha relatata mal-materjali użati fil-manifattura;

(d) huma għandhom iżommu, għal minn tal-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha saret id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini, jew għal aktar żmien jekk jintalbu jagħmlu dan mil-liġi nazzjonali, rekords ta’:

(i) id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li għamlu;

(ii) il-materjali oriġinarji u mhux oriġinarji, il-produzzjoni u l-kontijiet tal-istokk tagħhom.

Dawk ir-rekords u d-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini jistgħu jinżammu f’format elettroniku, iżda għandhom jippermettu li l-materjali użati fil-manifattura tal-prodotti esportati jiġu rintraċċati u li jiġi kkonfermat l-istatus tal-oriġini tagħhom.

2.  L-obbligi previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-fornituri li jipprovdu lill-esportaturi b’dikjarazzjonijiet tal-fornituri li jiċċertifikaw l-istatus tal-oriġini tal-prodotti li jfornu.

3.  Ir-rikunsinnanti tal-prodotti, kemm jekk irreġistrati kif ukoll jekk le, li jagħmlu dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini, għandhom iżommu d-dikjarazzjonijiet inizjali dwar l-oriġini li ssostitwew għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha saret id-dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini, jew għal aktar żmien jekk jintalbu jagħmlu dan mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 92

Dispożizzjonijiet ġenerali fuq id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista’ ssir fil-mument tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew meta tiġi żgurata l-esportazzjoni lejn Unjoni.

Meta l-prodotti kkonċernati jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni jew f’pajjiż benefiċjarju ieħor skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 55(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jew skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 55(6) ta’ dak ir-Regolament, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha ssir mill-esportatur fil-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni.

▼M1 —————

▼B

2.  Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista’ ssir ukoll wara l-esportazzjoni (‘dikjarazzjoni retrospettiva’) tal-prodotti kkonċernati. Tali dikjarazzjoni dwar l-oriġini retrospettiva għandha tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-importazzjoni.

Meta l-qsim ta’ kunsinna jseħħ skont l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u sakemm tiġi rrispettata l-iskadenza ta’ sentejn imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista’ ssir b’mod retrospettiv mill-esportatur tal-pajjiż tal-esportazzjoni tal-prodotti. Dan japplika mutatis mutandis jekk il-qsim ta’ kunsinna jseħħ f’pajjiż benefiċjarju ieħor jew fin-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fit-Turkija.

3.  Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tiġi pprovduta mill-esportatur lill-klijent tiegħu fl-Unjoni u għandu jkun fiha d-dettalji speċifikati fl-Anness 22-07. Hija għandha tinħareġ bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol.

Hija tista’ ssir fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jippermetti l-identifikazzjoni tal-esportatur ikkonċernat u tal-prodotti involuti.

▼M2

L-esportatur ma għandux jintalab jiffirma d-dikjarazzjoni tal-oriġini.

▼M2

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan li ġej:

(a) id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula fl-Unjoni għall-finijiet tal-akkumulazzjoni bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;

(b) id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini tal-merkanzija esportata lejn pajjiż benefiċjarju tal-iskemi tal-GSP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija għall-finijiet tal-akkumulazzjoni ma' materjali li joriġinaw fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 93

Dikjarazzjoni dwar l-oriġini fil-każ ta’ kumulazzjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Bil-għan li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati taħt kumulazzjoni bilaterali jew reġjonali, l-esportatur ta’ prodott manifatturat bl-użu ta’ materjali li joriġinaw f’pajjiż li miegħu hija permessal-kumulazzjoni għandu jistrieħ fuq id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini pprovduta mill-fornitur ta’ dawk il-materjali. F’dawn il-każijiet, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandha, kif jista’ jkun il-każ, tinkludi l-indikazzjoni ‘kumulazzjoni tal-UE’, ‘kumulazzjoni reġjonali’, ‘Cumul UE’, ‘Cumul regional’ jew ‘Acumulación UE’, ‘Acumulación regional’.

2.  Bil-għan li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati fil-qafas ta’ kumulazzjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-esportatur ta’ prodott manifatturat bl-użu ta’ materjali li joriġinaw fir-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fit-Turkija għandu jistrieħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta’ dawk il-materjali bil-kundizzjoni li l-prova tkun inħarġet skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-oriġini tal-iskema SĠP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija, kif jista’ jkun il-każ. F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandha tinkludi l-indikazzjoni ‘kumulazzjoni tan-Norveġja’, ‘kumulazzjoni tal-Iżvizzera’, ‘kumulazzjoni tat-Turkija’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’ jew ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, ‘Acumulación Turquía’.

3.  Bil-għan li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati fil-qafas ta’ kumulazzjoni estiża skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-esportatur ta’ prodott manifatturat bl-użu ta’ materjali li joriġinaw f’parti li magħha hija permessa kumulazzjoni estiża għandu jistrieħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta’ dawk il-materjali bil-kundizzjoni li l-prova tkun inħarġet skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim rilevanti dwar il-kummerċ ħieles bejn l-Unjoni u l-parti kkonċernata.

F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini maħruġa mill-esportatur għandha tinkludi l-indikazzjoni ‘kumulazzjoni estiża mal-pajjiż x’, ‘cumul étendu avec le pays x’ jew ‘Acumulación ampliada con el país x’.



Sottotaqsima 6

Proċeduri tar-Rilaxx għal Ċirkolazzjoni Ħielsa fl-Unjoni applikabbli fil-qafas tal-iskema SĠP tal-Unjoni sad-Data tal-Applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati

Artikolu 94

Preżentazzjoni u validità tal-Formula A taċ-ċertifikati tal-oriġini jew tad-dikjarazzjoni fuq fattura l-preżentazzjoni tardiva tagħhom

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini jew id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-importazzjoni skont il-proċeduri li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni doganali.

2.  Prova tal-oriġini għandha tkun valida għal għaxar xhur mid-data tal-ħruġ fil-pajjiż tal-esportazzjoni u għandha tiġi sottomessa fl-imsemmi perjodu lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni.

Il-provi tal-oriġini sottomessi lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni wara li jgħaddi l-perjodu ta’ validità tagħhom jistgħu jiġu aċċettati għall-fini tal-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji, meta n-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ dawn id-dokumenti sad-data finali stabbilita jkun dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

F’każijiet oħrajn ta’ preżentazzjoni tardiva, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jistgħu jaċċettaw il-provi tal-oriġini meta l-prodotti jkunu ġew ippreżentati qabel id-data finali msemmija.

Artikolu 95

Sostituzzjoni tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-prodotti oriġinarji li jkunu għadhom ma ġewx rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa jitpoġġew taħt il-kontroll ta’ uffiċċju doganali ta’ Stat Membru, dak l-uffiċċju doganali għandu, fuq talba bil-miktub mir-rikunsinnant, jissostitwixxi l-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini inizjali jew id-dikjarazzjoni tal-fattura minn Formola A ta’ ċertifikat tal-oriġini (ċertifikat ta’ sostituzzjoni) wieħed jew aktar għall-finijiet tal-kunsinna ta’ wħud minn dawk il-prodotti jew ta’ dawk il-prodotti kollha lejn xi mkien ieħor fl-Unjoni jew lejn in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Ir-rikunsinnant għandu jindika fit-talba tiegħu jekk għandhiex tiġi annessa fotokopja tal-prova tal-oriġini inizjali maċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni.

2.  Iċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni għandu jitfassal f’konformità mal-Anness 22-19.

L-uffiċċju doganali għandu jivverifika li ċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni huwa konformi mal-prova tal-oriġini inizjali.

3.  Meta t-talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni ssir minn rikunsinnant li jaġixxi f’bona fede, huwa ma għandux ikun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħlin fil-prova tal-oriġini inizjali.

4.  L-uffiċċju doganali li jintalab joħroġ iċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni għandu jieħu nota, fuq il-prova tal-oriġini inizjali jew fuq dokument mehmuż magħha, tal-piżijiet, tan-numri, tan-natura tal-prodotti kkonsenjati u tal-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom u jindika fuqhom in-numri tas-serje taċ-ċertifikat jew ċertifikati ta’ sostituzzjoni korrispondenti. Huwa għandu jżomm il-prova tal-oriġini inizjali għal mill-inqas tliet snin.

5.  Fil-każ ta’ prodotti li jibbenifikaw mill-preferenzi tariffarji skont deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 64(6) tal-Kodiċi, il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu għandha tapplika biss meta dawn il-prodotti jkunu intenzjonati għall-Unjoni.

Artikolu 96

Importazzjoni gradwali bl-użu tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta, fuq talba tal-importatur u skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni, prodotti żarmati jew mhux armati skont it-tifsira tar-regola interpretattiva ġenerali 2(a) tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu taħt it-Taqsimiet XVI u XVII jew l-intestaturi 7308 u 9406 tas-Sistema Armonizzata jiġu importati gradwalment, għandha tiġi ppreżentata prova waħda tal-oriġini għal dawn il-prodotti lill-awtoritajiet doganali hekk kif issir l-importazzjoni tal-ewwel kunsinna.

2.  Fuq talba tal-importatur u wara li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tiġi ppreżentata prova tal-oriġini waħda lill-awtoritajiet doganali hekk kif issir l-importazzjoni tal-ewwel kunsinna meta l-prodotti:

(a) jiġu importati fil-qafas ta’ flussi tal-kummerċ frekwenti u kontinwi ta’ valur kummerċjali sinifikanti;

(b) ikunu soġġetti għall-istess kuntratt ta’ bejgħ, bil-partijiet ta’ dan il-kuntratt ikunu stabbiliti fil-pajjiż tal-esportazzjoni jew fl-Istat/i Membru/i;

(c) ikunu kklassifikati fl-istess kodiċi (bi tmien ċifri) tan-Nomenklatura Magħquda;

(d) jiġu esklużivament mingħand l-istess esportatur, ikunu destinati għall-istess importatur u jkunu soġġetti għal formalitajiet tad-dħul fl-istess uffiċċju doganali tal-istess Stat Membru.

Din il-proċedura tkun applikabbli għal perjodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali kompetenti.

Artikolu 97

Eżenzjonijiet mill-obbligu li tiġi pprovduta Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini jew dikjarazzjoni fuq fattura

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuni privati lil persuni privati jew li jifformaw parti mill-bagalja personali tal-vjaġġaturi għandhom jiġu ammessi bħala prodotti oriġinarji li jibbenifikaw mill-preferenzi tariffarji tal-iskema SĠP mingħajr il-ħtieġa tal-preżentazzjoni ta’ Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini jew dikjarazzjoni ta’ fattura, sakemm:

(a) dawn il-prodotti:

(i) ma jiġux importati permezz tal-kummerċ;

(ii) ikunu ġew iddikjarati bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jibbenifikaw mill-iskema SĠP;

(b) ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(ii).

2.  L-importazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet permezz ta’ kummerċ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-importazzjonijiet ikunu okkażjonali;

(b) l-importazzjonijiet ikunu jikkonsistu biss minn prodotti maħsuba għall-użu personali tal-benefiċjarji jew tal-vjaġġaturi jew tal-familji tagħhom;

(c) ikun evidenti min-natura u mill-kwantità tal-prodotti li ma hemm ebda skop kummerċjali.

3.  Il-valur totali tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ma għandux ikun ta’ aktar minn EUR 500 fil-każ ta’ pakketti żgħar jew EUR 1 200 fil-każ ta’ prodotti li jifformaw parti mill-bagalja personali tal-vjaġġatur.

Artikolu 98

Diskrepanzi u żbalji formali fil-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini jew fid-dikjarazzjonijiet tal-fatturi

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-iskoperta ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini jew f’dikjarazzjoni ta’ fattura u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċċju doganali għall-fini tat-twettiq tal-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti ma għandhiex, ipso facto, trendi ċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni f’wieħed/waħda null/a u bla effett jekk ikun debitament stabbilit li d-dokument jikkorrispondi għall-prodotti sottomessi.

2.  Żbalji formali ovvji fuq Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini, ċertifikat ta’ moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni ta’ fattura ma għandhomx iwasslu biex dan id-dokument jiġi rrifjutat jekk dawn l-iżbalji ma jkunux tali li joħolqu dubji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula f’dak id-dokument.



Sottotaqsima 7

Proċeduri tar-Rilaxx għal Ċirkolazzjoni Ħielsa fl-Unjoni applikabbli fil-Qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni mid-Data tal-Applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati

Artikolu 99

Validità ta’ dikjarazzjoni dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Għandha tinħareġ dikjarazzjoni dwar l-oriġini għal kull kunsinna.

2.  Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data li fiha tinħareġ.

3.  Dikjarazzjoni dwar l-oriġini waħda tista’ tkopri bosta konsenji jekk il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jiġu ppreżentati żarmati jew mhux armati skont it-tifsira tar-regola Interpretattiva Ġenerali 2(a) tas-Sistema Armonizzata,

(b) ikunu jaqgħu taħt it-Taqsimiet XVI jew XVII jew l-intestaturi 7308 jew 9406 tas-Sistema Armonizzata, u

(c) ikunu intiżi biex jiġu importati gradwalment.

Artikolu 100

Ammissibbiltà ta’ dikjarazzjoni dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Sabiex l-importaturi jiġu intitolati li jibbenifikaw mill-iskema SĠP mad-dikjarazzjoni ta’ stqarrija dwar l-oriġini, il-prodotti għandhom ikunu ġew esportati fi jew wara d-data minn meta l-pajjiż benefiċjarju li minnu jiġu esportati l-prodotti jkun beda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi skont l-Artikolu 79 ta’ dan ir-Regolament.

Meta pajjiż jiġi ammess jew riammess bħala pajjiż benefiċjarju fir-rigward tal-prodotti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-prodotti li joriġinaw f’dak il-pajjiż għandhom jibbenifikaw mill-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi bil-kundizzjoni li dawn ikunu ġew esportati mill-pajjiż benefiċjarju fid-data jew wara d-data li fiha dan il-pajjiżi benefiċjarju beda japplika s-sistema tal-esportaturi rreġistrati msemmija fl-Artikolu 70(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 101

Sostituzzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-prodotti oriġinarji li jkunu għadhom ma ġewx rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa jitpoġġew taħt il-kontroll ta’ uffiċċju doganali ta’ Stat Membru, ir-rikunsinnant jista’ jissostitwixxi d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini inizjali b’dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini (dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni) waħda jew aktar għall-finijiet tal-kunsinna ta’ wħud minn dawk il-prodotti jew ta’ dawk il-prodotti kollha lejn xi mkien ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni jew lejn in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Id-dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha titfassal f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness 22-20.

Dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini jistgħu jsiru biss jekk l-ewwel tkun saret id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini skont l-Artikoli 92, 93, 99 u 100 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness 22-07.

2.  Ir-rikunsinnanti għandhom jiġu rreġistrati sabiex ikunu jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini fir-rigward tal-prodotti oriġinarji li jridu jintbagħtu lejn xi mkien ieħor fit-territorju tal-Unjoni meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji tal-kunsinna inizjali li trid tinqasam ikun ta’ aktar minn EUR 6 000 .

Madankollu, ir-rikunsinnanti li mhumiex irreġistrati jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji tal-kunsinna inizjali li trid tinqasam ikun ta’ aktar minn EUR 6 000 , jekk huma jehmżu kopja tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini inizjali maħruġa fil-pajjiż benefiċjarju.

3.  Huma biss ir-rikunsinnanti rreġistrati fis-sistema REX li jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini fir-rigward tal-prodotti li jridu jintbagħtu lejn in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

4.  Dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini tkun valida għal tnax-il xahar mid-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini inizjali.

5.  Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw ukoll għad-dikjarazzjonijiet li jissostitwixxu d-dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini.

6.  Meta l-prodotti jibbenifikaw minn preferenzi tariffarji skont deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 64(6) tal-Kodiċi, is-sostituzzjoni prevista f’dan l-Artikolu tista’ ssir biss jekk tali prodotti jkunu intenzjonati għall-Unjoni.

Artikolu 102

Prinċipji ġenerali u prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mid-dikjarant

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta dikjarant jitlob għal trattament preferenzjali taħt l-iskema SĠP, huwa għandu jagħmel referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. Ir-referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini ser tkun id-data tal-ħruġ tagħha bil-format ssssxxjj, fejn ssss hija s-sena, xx huwa x-xahar u jj huwa l-jum. Meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji li ġew ikkonsenjati jaqbeż is-EUR 6 000 , id-dikjarant għandu jindika wkoll in-numru tal-esportatur irreġistrat.

2.  Meta d-dikjarant ikun talab l-applikazzjoni tal-iskema SĠP f’konformità mal-paragrafu 1, mingħajr ma jkun fil-pussess ta’ dikjarazzjoni dwar l-oriġini fil-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, dik id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala ►M1  ssimplifikata ◄ skont it-tifsira tal-Artikolu 166 tal-Kodiċi u trid tiġi ttrattata kif xieraq.

3.  Qabel jiddikjara l-prodotti għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, id-dikjarant għandu jagħti attenzjoni xierqa sabiex jiżgura li l-prodotti jkunu konformi mar-regoli f’din is-Sottotaqsima, fis-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u fis-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Kapitolu 1 tat-Taqsima 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, b’mod partikolari, billi jivverifika:

(a) fuq is-sit web pubbliku li l-esportatur huwa rreġistrat fis-sistema REX, meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji ikkunsinnati jkun ta’ aktar minn EUR 6 000 , u

(b) li d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini ssir f’konformità mal-Anness 22-07 ►M1  ————— ◄ .

Artikolu 103

Eżenzjonijiet mill-obbligu li tiġi pprovduta dikjarazzjoni dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li tiġi prodotta u tinħareġ dikjarazzjoni dwar l-oriġini:

(a) prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuni privati lil persuni privati, li l-valur totali tagħhom ma jkunx ta’ aktar minn EUR 500;

(b) prodotti li jifformaw parti mill-bagalja personali tal-vjaġġaturi, li l-valur totali tagħhom ma jkunx ta’ aktar minn EUR 1 200 .

2.  Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jiġu importati permezz tal-kummerċ;

(b) ikunu ġew iddikjarati bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jibbenifikaw mill-iskema SĠP;

(c) ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (b).

3.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-importazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet permezz tal-kummerċ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-importazzjonijiet ikunu okkażjonali;

(b) l-importazzjonijiet ikunu jikkonsistu biss minn prodotti maħsuba għall-użu personali tal-benefiċjarji jew tal-vjaġġaturi jew tal-familji tagħhom;

(c) ikun evidenti min-natura u mill-kwantità tal-prodotti li ma hemm ebda skop kummerċjali.

Artikolu 104

Diskrepanzi u żbalji formali fid-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini; Preżentazzjoni tardiva tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-iskoperta ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dettalji inklużi f’dikjarazzjoni dwar l-oriġini u dawk imsemmija fid-dokumenti sottomessi lill-awtoritajiet doganali għall-fini tat-twettiq tal-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti ma għandhiex, ipso facto, trendi d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini f’waħda nulla u bla effett jekk ikun debitament stabbilit li d-dokument jikkorrispondi għall-prodotti kkonċernati.

2.  Żbalji formali ovvji, bħalma huma żbalji tal-ittajpjar fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, ma għandhomx iwasslu biex dan id-dokument jiġi rrifjutat jekk dawn l-iżbalji ma jkunux tali li joħolqu dubji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula f’dak id-dokument.

3.  Dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li huma sottomessi lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni wara l-perjodu tal-validità msemmija fl-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu aċċettati għall-fini ta’ applikazzjoni tat-tariffi preferenzjali, meta n-nuqqas li jkunu sottomessi dawn id-dokumenti sad-data finali ffissata kien dovut għal ċirkustanzi eċċezzjonali. F’każijiet oħrajn ta’ preżentazzjoni tardiva, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jistgħu jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini meta l-prodotti jkunu ġew ippreżentati lill-awtoritajiet doganali qabel id-data finali msemmija.

Artikolu 105

Importazzjoni gradwali bl-użu tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 99(3) ta’ dan ir-Regolament tapplika għal perjodu ddeterminat mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

2.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-importazzjoni li jissorveljaw ir-rilaxxi suċċessivi għal ċirkolazzjoni ħielsa għandhom jivverifikaw li l-konsenji suċċessivi huma parti mill-prodotti żarmati jew mhux armati li għalihom tkun inħarġet id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini.

Artikolu 106

Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-preferenza

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali jistgħu, meta jkollhom dubji fir-rigward tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti, jitolbu lid-dikjarant sabiex jipproduċi, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli li għandu jiġi speċifikat minnhom, kwalunkwe prova disponibbli għall-fini tal-verifika tal-preċiżjoni tal-indikazzjoni dwar l-oriġini tad-dikjarazzjoni jew għall-fini tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-miżura ta’ tariffi preferenzjali għall-perjodu tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament meta:

(a) l-informazzjoni pprovduta mid-dikjarant ma tkunx biżżejjed biex tikkonferma l-istatus tal-oriġini tal-prodotti jew il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jew l-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament;

(b) id-dikjarant ma jweġibx fil-perjodu ta’ żmien permess għall-għoti tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Fl-istennija għall-informazzjoni mitluba mid-dikjarant, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew għar-riżultati tal-proċedura ta’ verifika, imsemmija fil-paragrafu 2, ir-rilaxx tal-prodotti għandu jiġi offrut lill-importatur soġġett għal kwalunkwe miżuri ta’ prekawzjoni ġġudikati bħala meħtieġa.

Artikolu 107

Rifjut tal-għoti ta’ preferenza tariffarja

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni għandhom jirrifjutaw li jagħtu preferenzi tariffarji, mingħajr ma jkunu obbligati li jitolbu prova addizzjonali jew jibagħtu talba għal verifika lill-pajjiż benefiċjarju meta:

(a) il-prodotti ma jkunux l-istess bħal dawk imsemmija fid-dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(b) id-dikjarant jonqos milli jissottometti dikjarazzjoni dwar l-oriġini għall-prodotti kkonċernati, meta tali dikjarazzjoni tkun mitluba;

(c) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 78(1)(b) u għall-Artikolu 79(3) ta’ dan ir-Regolament, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini fil-pussess tad-dikjarant ma tkunx inħarġet minn esportatur irreġistrat fil-pajjiż benefiċjarju;

(d) id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini ma ssirx f’konformità mal-Anness 22-07;

(e) il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ma jiġux issodisfati.

2.  L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni għandhom jirrifjutaw li jagħtu preferenzi tariffarji, wara talba għal verifika skont it-tifsira tal-Artikolu 109 indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju, meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni:

(a) ikunu rċevew tweġiba li tikkonferma li l-esportatur ma kienx intitolat li jagħmel id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(b) ikunu rċevew tweġiba li tikkonferma li l-prodotti kkonċernati ma joriġinawx f’pajjiż benefiċjarju jew li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 42 tar-tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ma ġewx issodisfati;

(c) kellhom dubju raġonevoli dwar il-validità tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mid-dikjarant fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodotti inkwistjoni meta għamlu t-talba għal verifika, u meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) ma jkunu rċevew l-ebda tweġiba fil-perjodu ta’ żmien permess skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament; jew

(ii) ikunu rċevew tweġiba li ma tipprovdix tweġibiet adegwati għall-mistoqsijiet imqajma fit-talba.



Sottotaqsima 8

Kontroll tal-Oriġini fil-Qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni

Artikolu 108

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti relatati mal-kontroll tal-oriġini wara d-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-fini tal-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar l-istatus tal-oriġini tal-prodotti, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju għandhom iwettqu:

(a) verifiki tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

(b) kontrolli regolari fuq l-esportaturi fuq inizjattiva tagħhom stess.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għat-talbiet mibgħuta lill-awtoritajiet tan-Norveġja u tal-Iżvizzera għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa fit-territorju tagħhom, bil-għan li dawn l-awtoritajiet jintalbu jkomplu jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju.

Il-kumulazzjoni estiża għandha tkun permessa biss skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, jekk pajjiż li miegħu l-Unjoni jkollha ftehim ta’ kummerċ ħieles fis-seħħ ikun qabel li jipprovdi lill-pajjiż benefiċjarju bis-sostenn tiegħu f’materji ta’ kooperazzjoni amministrattiva bl-istess mod li huwa jipprovdi tali sostenn lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim dwar il-kummerċ ħieles ikkonċernat.

2.  Il-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw il-konformità kontinwa tal-esportaturi mal-obbligi tagħhom. Dawn għandhom jitwettqu f’intervalli stabbiliti abbażi ta’ kriterji xierqa ta’ analiżi tar-riskji. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jitolbu lill-esportaturi sabiex jipprovdu kopji jew lista tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini maħruġa minnhom.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandu jkollhom id-dritt li jitolbu għal kwalunkwe prova u li jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-esportaturi u, fejn xieraq, dawk tal-produtturi li jfornuhom, inkluż fil-bini tagħhom, jew inkella li jwettqu kwalunkwe kontroll ieħor meqjus bħala xieraq.

Artikolu 109

Verifika sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitwettqu b’mod aleatorju jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tagħhom, l-istatus ta’ oriġini tal-prodotti kkonċernati jew l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħrajn ta’ din is-Sottotaqsima, is-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u s-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

Meta l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż benefiċjarju sabiex iwettqu verifika tal-validità tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini, tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti, jew tat-tnejn li huma, dawn għandhom, fejn xieraq, jindikaw fuq it-talba tagħhom ir-raġunijiet għaliex għandhom dubji raġonevoli dwar il-validità tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti.

Kopja tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew tad-dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini u kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti addizzjonali li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fuq dik id-dikjarazzjoni jew dik id-dikjarazzjoni ta’ sostituzzjoni mhijiex korretta għandhom jintbagħtu bħala sostenn għat-talba għal verifika.

L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffissa skadenza inizjali ta’ sitt xhur sabiex jiġu kkomunikati r-riżultati tal-verifika, li jibdew mid-data tat-talba għall-verifika, bl-eċċezzjoni tat-talbiet mibgħuta lin-Norveġja jew lill-Iżvizzera għall-fini tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa fit-territorji tagħhom abbażi ta’ dikjarazzjoni dwar l-oriġini maħruġa f’pajjiż benefiċjarju, li għaliha din l-iskadenza għandha tiġi estiża għal tmien xhur.

2.  Jekk f’każijiet ta’ dubju raġonevoli ma tingħata ebda tweġiba matul il-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1 jew jekk it-tweġiba ma jkunx fiha biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita l-oriġini reali tal-prodotti, għandha tintbagħat it-tieni komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Din il-komunikazzjoni għandha tiffissa skadenza ulterjuri ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Jekk wara t-tieni komunikazzjoni r-riżultati tal-verifika ma jiġux ikkomunikati lill-awtoritajiet rikjedenti fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet it-tieni komunikazzjoni, jew jekk dawn ir-riżultati ma jippermettux li tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini reali tal-prodotti, l-awtoritajiet rikjedenti għandhom jirrifjutaw l-intitolament għall-preferenzi tariffarji.

3.  Meta l-verifika prevista fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qegħdin jinkisru, il-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni, iwettaq inkjesti xierqa jew jagħmel l-arranġamenti sabiex tali inkjesti jkunu jistgħu jitwettqu b’urġenza xierqa bil-għan li jiġu identifikati u evitati tali kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-inkjesti.

Artikolu 110

Verifika sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-verifiki sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandhom jitwettqu b’mod aleatorju jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità ta’ dawn id-dokumenti, l-istatus ta’ oriġini tal-prodotti kkonċernati jew l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħrajn ta’ din is-Sottotaqsima, is-Sottotaqsimiet 3 sa 9 ta’ din it-Taqsima u s-Sottotaqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  Meta jagħmlu talba għal verifika sussegwenti, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jirritornaw il-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini u l-fattura, jekk din tkun ġiet sottomessa, id-dikjarazzjoni tal-fattura, jew kopja ta’ dawn id-dokumenti, lill-awtoritajiet governattivi kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni billi jagħtu, fejn xieraq, ir-raġunijiet għall-inkjesta. Kwalunkwe dokumenti u informazzjoni miksuba li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fuq il-prova tal-oriġini mhijiex korretta għandhom jintbagħtu bħala sostenn għat-talba għal verifika.

Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiddeċiedu li jissospendu l-għoti tal-preferenzi tariffarji waqt li jkunu għadhom qegħdin jistennew ir-riżultati tal-verifika, għandu jiġi offrut ir-rilaxx tal-prodotti lill-importatur soġġett għal kwalunkwe miżuri ta’ prekawzjoni ġġudikati bħala meħtieġa.

▼M1

3.  Meta tkun saret talba għal verifika sussegwenti, tali verifika għandha titwettaq u r-riżultati tagħha għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fi żmien massimu ta' 6 xhur jew, fil-każ ta' talbiet mibgħuta lin-Norveġja jew lill-Iżvizzera għall-fini ta' verifika tal-provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa fit-territorji tagħhom abbażi tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini jew dikjarazzjoni ta' fattura maħruġa f'pajjiż benefiċjarju, fi żmien massimu ta' 8 xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba. Ir-riżultati għandhom ikunu tali li jistabbilixxu jekk il-prova tal-oriġini inkwistjoni tapplikax għall-prodotti effettivament esportati u jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju.

▼B

4.  Fil-każ tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini maħruġa wara kumulazzjoni bilaterali, it-tweġiba għandha tinkludi kopja (kopji) taċ-ċertifikat(i) tal-moviment EUR.1 jew, fejn meħtieġ, tad-dikjarazzjoni(jiet) tal-fattura korrispondenti.

5.  Jekk, f’każijiet ta’ dubju raġonevoli, ma tingħata ebda tweġiba fi żmien il-perjodu ta’ sitt xhur speċifikat fil-paragrafu 3 jew jekk it-tweġiba ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini reali tal-prodotti, ikun hemm bżonn li tintbagħat it-tieni komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Jekk wara t-tieni komunikazzjoni r-riżultati tal-verifika ma jiġux ikkomunikati lill-awtoritajiet rikjedenti fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet it-tieni komunikazzjoni, jew jekk dawn ir-riżultati ma jippermettux li tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini reali tal-prodotti, l-awtoritajiet rikjedenti għandhom, għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw l-intitolament għall-preferenzi tariffarji.

6.  Meta l-proċedura tal-verifika jew kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qegħdin jinkisru, il-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, iwettaq inkjesti xierqa jew jagħmel l-arranġamenti sabiex tali inkjesti jkunu jistgħu jitwettqu b’urġenza xierqa bil-għan li jiġu identifikati u evitati tali kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-inkjesti.

7.  Għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini, l-esportaturi għandhom iżommu d-dokumenti kollha xierqa li juru l-istatus tal-oriġini tal-prodotti kkonċernati u l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni għandhom iżommu kopji taċ-ċertifikati, kif ukoll kwalunkwe dokumenti tal-esportazzjoni li jirreferu għalihom. Dawn id-dokumenti għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena li fiha tkun inħarġet il-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini.

Artikolu 111

Verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini relatati mal-prodotti li jkunu kisbu l-oriġini permezz ta’ kumulazzjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

L-Artikoli 73 u 110 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati wkoll bejn il-pajjiżi tal-istess grupp reġjonali għall-finijiet tal-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u tal-verifika sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi maħruġa skont ir-regoli dwar il-kumulazzjoni reġjonali tal-oriġini.



Sottotaqsima 9

Dispożizzjonijiet oħrajn applikabbli fil-Qafas tal-Iskema SĠP tal-Unjoni

Artikolu 112

Ceuta u Melilla

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-Artikoli 41 sa 58 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandhom japplikaw fid-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju meta jiġu esportati lejn Ceuta jew Melilla jew bħala li joriġinaw f’Ceuta u Melilla meta jiġu esportati lejn pajjiż benefiċjarju għall-finijiet ta’ kumulazzjoni bilaterali.

2.  L-Artikoli 74 sa 79 u l-Artikoli 84 sa 93 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti esportati minn pajjiż benefiċjarju lejn Ceuta jew Melilla u għall-prodotti esportati minn Ceuta u Melilla lejn pajjiż benefiċjarju għall-finijiet ta’ kumulazzjoni bilaterali.

3.  Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.



Sottotaqsima 10

Provi tal-oriġini applikabbli fil-qafas tar-Regoli tal-Oriġini għall-finijiet tal-miżuri tat-tariffi preferenzjali adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni għal ċerti pajjiżi jew territorji

Artikolu 113

Rekwiżiti ġenerali

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji benefiċjarji għandhom jibbenifikaw mill-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 mal-preżentazzjoni ta’ waħda mill-provi ta’ oriġini li ġejjin:

(a) ċertifikat tal-moviment EUR.1, maħruġ bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-10 jew

(b) fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 119(1), dikjarazzjoni, li t-test tagħha jidher fl-Anness 22-13, tingħata mill-esportatur fuq fattura, fuq nota ta’ konsenja jew fuq kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-prodotti kkonċernati f’dettall suffiċjenti li dawn jistgħu jkunu identifikati (minn issa ‘l quddiem imsejħa ‘id-dikjarazzjoni tal-fattura’).

Il-kaxxa 7 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandha tinkludi l-indikazzjoni ‘Miżuri kummerċjali awtonomi’ jew ‘Mesures commerciales autonomes’.

Artikolu 114

Proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ moviment EUR.1

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-prodotti oriġinarji skont it-tifsira tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tas-Sottotaqsima 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandhom ikunu eliġibbli, mal-importazzjoni fl-Unjoni, sabiex jibbenifikaw mill-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sakemm dawn ikunu ġew ittrasportati direttament lejn l-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 69 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ moviment EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet doganali jew minn awtoritajiet governattivi kompetenti oħrajn ta’ pajjiż benefiċjarju, bil-kundizzjoni li l-pajjiż benefiċjarju:

(a) ikun ikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 124 ta’ dan ir-Regolament, u

(b) jassisti lill-Unjoni billi jippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jivverifikaw l-awtentiċità tad-dokument jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti inkwistjoni.

2.  Ċertifikat ta’ moviment EUR.1 jista’ jinħareġ biss meta jkun jista’ jservi bħala l-prova dokumentarja meħtieġa għall-finijiet tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

3.  Ċertifikat ta’ moviment EUR.1 għandu jinħareġ biss mal-applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew mir-rappreżentant tiegħu. Tali applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness 22-10 u għandha timtela skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 113, 115, 116, 117, 118, 121 u 123 ta’ dan ir-Regolament.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 għandhom jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju tal-esportazzjoni jew tal-Istat Membru għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena li fiha nħareġ iċ-ċertifikat tal-moviment.

4.  L-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jippreżenta, flimkien mal-applikazzjoni tiegħu, kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn xierqa li juru li l-prodotti li jridu jiġu esportati jikkwalifikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ moviment EUR.1.

L-esportatur għandu jimpenja ruħu li jippreżenta, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, kwalunkwe prova supplimentari li jkunu jeħtieġu sabiex jistabbilixxu l-korrettezza tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti eliġibbli għal trattament preferenzjali u għandu jimpenja ruħu li jaqbel ma’ kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tagħhom u ma’ kwalunkwe kontroll mill-awtoritajiet imsemmija fuq iċ-ċirkostanzi li fihom inkisbu l-prodotti.

5.  Iċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tal-pajjiżi jew territorji benefiċjarji jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li qiegħed jesporta, jekk il-prodotti li sejrin jiġu esportati jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw skont it-tifsira tat-Titolu II tat-Taqsima 2 tas-Sottotaqsima 4 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

6.  Minħabba li ċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 jikkostitwixxi l-prova dokumentarja għall-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali stabbiliti fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju jew tal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni li jieħdu kwalunkwe passi meħtieġa sabiex jivverifikaw l-oriġini tal-prodotti u jiċċekkjaw id-dikjarazzjonijiet l-oħrajn fuq iċ-ċertifikat.

7.  Għall-fini tal-verifika ta’ jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ġewx issodisfati, l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu għal prova dokumentarja jew li jwettqu kwalunkwe verifika li huma jqisu bħala xierqa.

8.  Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tal-pajjiżi jew territorji benefiċjarji jew tal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru esportatur li jiżguraw li l-formoli msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew kif imiss.

9.  Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1 għandha tiġi indikata f’dik il-parti taċ-ċertifikat riservata għall-awtoritajiet doganali.

10.  Ċertifikat ta’ moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni meta jiġu esportati l-prodotti li jkun jikkonċerna. Huwa għandu jitpoġġa disponibbli għall-esportatur hekk kif tkun saret jew ġiet żgurata l-esportazzjoni.

Artikolu 115

Importazzjoni ftit ftit

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Meta, fuq talba tal-importatur u skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni, prodotti żarmati jew mhux armati skont it-tifsira tar-regola interpretattiva ġenerali 2(a) tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu taħt it-Taqsimiet XVI jew XVII jew l-intestaturi 7308 jew 9406 tas-Sistema Armonizzata jiġu importati gradwalment, għandha tiġi ppreżentata prova waħda tal-oriġini għal dawn il-prodotti lill-awtoritajiet doganali hekk kif issir l-importazzjoni tal-ewwel kunsinna.

Artikolu 116

Preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Il-provi tal-oriġini għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 163 tal-Kodiċi. L-awtoritajiet imsemmija jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ prova tal-oriġini u jistgħu jitolbu wkoll li d-dikjarazzjoni tal-importazzjoni tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni mingħand l-importatur li fiha jiddikjara li l-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din is-Sottotaqsima.

Artikolu 117

Ċertifikati tal-moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 114(10), ċertifikat tal-moviment EUR.1 jista’ jinħareġ b’mod eċċezzjonali wara l-esportazzjoni tal-prodotti li magħhom ikun relatat jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) dan iċ-ċertifikat ma nħariġx fil-ħin tal-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew minħabba ċirkostanzi speċjali, jew

(b) jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li nħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 iżda dan ma kienx aċċettat mal-importazzjoni għal raġunijiet tekniċi.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 retrospettivament biss wara li jivverifikaw li l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni tal-esportatur taqbel ma’ dik fil-fajl tal-esportazzjoni korrispondenti u li ma nħariġx ċertifikat tal-moviment EUR.1 li jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sottotaqsima meta ġew esportati l-prodotti inkwistjoni.

3.  Iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament għandhom ikunu approvati b’waħda mill-frażijiet li ġejjin:

BG: “ИЗДАДЕН ВПОСЛЕДСТВИЕ”

ES: “EXPEDIDO A POSTERIORI”

HR: “IZDANO NAKNADNO”

CS: “VYSTAVENO DODATEČNĚ”

DA: “UDSTEDT EFTERFØLGENDE”

DE: “NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT”

ET: “VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT”

EL: “ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ”

EN: “ISSUED RETROSPECTIVELY”

FR: “DÉLIVRÉ À POSTERIORI”

IT: “RILASCIATO A POSTERIORI”

LV: “IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI”

LT: “RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS”

HU: “KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL”

MT: “MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT”

NL: “AFGEGEVEN A POSTERIORI”

PL: “WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE”

PT: “EMITIDO A POSTERIORI”

RO: “ELIBERAT ULTERIOR”

SL: “IZDANO NAKNADNO”

SK: “VYDANÉ DODATOČNE”

FI: “ANNETTU JÄLKIKÄTEEN”

SV: “UTFÄRDAT I EFTERHAND”

4.  L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiddaħħal fil-kaxxa tar-‘Rimarki’ taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1.

Artikolu 118

Ħruġ ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1 duplikat

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  F’każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1, l-esportatur jista’ japplika mal-awtoritajiet kompetenti li ħarġuh sabiex joħorġu kopja duplikata abbażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni fil-pussess tagħhom.

2.  Il-kopja duplikata maħruġa b’dan il-mod għandha tiġi approvata b’waħda mill-kelmiet li ġejjin:

BG: “ДУБЛИКАТ”

ES: “DUPLICADO”

HR: “DUPLIKAT”

CS: “DUPLIKÁT”

DA: “DUPLIKÁT”

DE: “DUPLIKAT”

ET: “DUPLIKAAT”

EL: “ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ”

EN: “DUPLICATE”

FR: “DUPLICATA”

IT: “DUPLICATO”

LV: “DUBLIKĀTS”

LT: “DUBLIKATAS”

HU: “MÁSODLAT”

MT: “DUPLIKAT”

NL: “DUPLICAAT”

PL: “DUPLIKAT”

PT: “SEGUNDA VIA”

RO: “DUPLICAT”

SL: “DVOJNIK”

SK: “DUPLIKÁT”

FI: “KAKSOISKAPPALE”

SV: “DUPLIKAT”

3.  L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddaħħal fil-kaxxa tar-‘Rimarki’ taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1.

4.  Il-kopja duplikata, li għandu jkollha d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 oriġinali, għandu jibda jkollha effett minn dik id-data.

Artikolu 119

Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Id-dikjarazzjoni tal-fattura tista’ tinħareġ minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) esportatur tal-Unjoni approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 120 ta’ dan ir-Regolament;

(b) kwalunkwe esportatur għal kwalunkwe kunsinna li tikkonsisti f’pakkett wieħed jew aktar bi prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 6 000 u bil-kundizzjoni li tiġi applikata l-assistenza msemmija fl-Artikolu 114(1) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal din il-proċedura.

2.  Tista’ tinħareġ dikjarazzjoni tal-fattura jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala li joriġinaw fl-Unjoni jew f’pajjiż jew f’territorju benefiċjarju u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tat-Titolu II tas-Sottotaqsimiet 4 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

3.  L-esportatur li joħroġ dikjarazzjoni tal-fattura għandu jkun lest li jissottometti, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tal-awtoritajiet doganali jew ta’ awtoritajiet governattivi kompetenti oħrajn tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju, id-dokumenti xierqa kollha li juru l-istatus ta’ oriġini tal-prodotti kkonċernati kif ukoll l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħrajn tat-Titolu II tas-Sottotaqsima 4 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

4.  Dikjarazzjoni tal-fattura għandha tinħareġ mill-esportatur billi jittajpja, jittimbra jew jistampa fuq il-fattura, in-nota tal-kunsinna jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor, id-dikjarazzjoni, li t-test tagħha jidher fl-Anness 22-13 ►M1  ————— ◄ , bl-użu ta’ waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi stabbiliti f’dak l-Anness u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tal-pajjiż tal-esportazzjoni. Jekk id-dikjarazzjoni tkun miktuba bl-idejn, hija għandha tinkiteb bil-linka f’karattri stampati.

5.  Id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-esportatur miktuba bl-idejn. Madankollu, esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 120 ta’ dan ir-Regolament ma għandux jintalab jiffirma tali dikjarazzjonijiet diment li jagħti impenn bil-miktub lill-awtoritajiet doganali li huwa jaċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ fattura li tidentifikah bħallikieku kienet iffirmata bil-miktub minnu stess.

6.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), l-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet speċjali li ġejjin:

(a) għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta’ fattura waħda għal kull kunsinna;

(b) jekk il-prodotti inklużi fil-kunsinna diġà jkunu ġew soġġetti għal verifika fil-pajjiż tal-esportazzjoni b’referenza għad-definizzjoni ta’ ‘prodotti oriġinarji’, l-esportatur jista’ jirreferi għal dik il-verifika fid-dikjarazzjoni tal-fattura.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx jeżentaw lill-esportaturi milli jikkonformaw ma’ kwalunkwe formalitajiet oħrajn meħtieġa skont ir-regolamenti doganali jew postali.

Artikolu 120

Esportatur approvat

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw lil kwalunkwe esportatur stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, li minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalih bħala ‘esportatur approvat’, li jagħmel vjeġġi frekwenti ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, u li joffri, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, il-garanziji kollha neċessarji sabiex jiġi vverifikat l-istatus tal-oriġini tal-prodotti, kif ukoll l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħra tat-Titolu II tas-Sottotaqsimiet 4 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, bil-għan li jinħarġu d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi, irrispettivament mill-valur tal-prodotti kkonċernati.

2.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu l-istatus ta’ esportatur approvat soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni li jqisu li tkun xierqa.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom jassenjaw lill-esportatur approvat numru ta’ awtorizzazzjoni doganali li għandu jkun jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-fattura.

4.  L-awtoritajiet doganali għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-awtorizzazzjoni mill-esportatur approvat.

5.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waqt. Huma għandhom jagħmlu dan meta l-esportatur approvat ma jibqax joffri l-garanziji msemmija fil-paragrafu 1, ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew jagħmel użu ħażin b’mod ieħor mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 121

Validità tal-prova tal-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Prova tal-oriġini għandha tkun valida għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ fil-pajjiż tal-esportazzjoni u għandha tiġi sottomessa fl-imsemmi perjodu lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni.

2.  Il-provi tal-oriġini li jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni wara d-data finali għall-preżentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-fini tal-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, meta n-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ dawn id-dokumenti sad-data finali stabbilita jkun dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

3.  F’każijiet oħrajn ta’ preżentazzjoni tardiva, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jistgħu jaċċettaw il-provi tal-oriġini meta l-prodotti jkunu ġew ippreżentati qabel id-data finali msemmija.

4.  Fuq talba tal-importatur u wara li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tiġi ppreżentata prova tal-oriġini waħda lill-awtoritajiet doganali mal-importazzjoni tal-ewwel kunsinna meta l-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jiġu importati fil-qafas ta’ flussi tal-kummerċ frekwenti u kontinwi ta’ valur kummerċjali sinifikanti;

(b) ikunu soġġetti għall-istess kuntratt ta’ bejgħ, bil-partijiet ta’ dan il-kuntratt ikunu stabbiliti fil-pajjiż tal-esportazzjoni jew fl-Unjoni;

(c) ikunu kklassifikati fl-istess kodiċi (bi tmien ċifri) tan-Nomenklatura Magħquda;

(d) jiġu esklussivament mingħand l-istess esportatur, ikunu destinati għall-istess importatur u jkunu soġġetti għal formalitajiet tad-dħul fl-istess uffiċċju doganali fl-Unjoni.

Din il-proċedura għandha tkun applikabbli għall-kwantitajiet u l-perjodu stabbiliti mill-awtoritajiet doganali kompetenti. Dan il-perjodu f’ebda ċirkostanza ma jista’ jaqbeż it-tliet xhur.

5.  Il-proċedura deskritta fil-paragrafu preċedenti għandha tapplika wkoll meta tiġi sottomessa prova tal-oriġini waħdanija lill-awtoritajiet doganali għal importazzjonijiet permezz ta’ pagamenti akkont skont l-Artikolu 115 ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, f’dan il-każ, l-awtoritajiet doganali kompetenti jistgħu jagħtu perjodu ta’ applikazzjoni ta’ aktar minn tliet xhur.

Artikolu 122

Eżenzjonijiet mill-prova tal-oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuna privata lil persuni privati jew li jifformaw parti mill-bagalja personali tal-vjaġġaturi għandhom jiġu ammessi bħala prodotti oriġinarji li jibbenifikaw mill-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 mingħajr il-ħtieġa tas-sottomissjoni ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew ta’ dikjarazzjoni ta’ fattura, sakemm dawn il-prodotti ma jiġux importati permezz tal-kummerċ u jkunu ġew iddikjarati bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tat-Titolu II tas-Sottotaqsima 4 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, kif ukoll meta ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità ta’ dikjarazzjoni bħal din.

2.  L-importazzjonijiet li huma okkażjonali u li jikkonsistu biss minn prodotti għall-użu personali tal-benefiċjarji jew tal-vjaġġaturi jew tal-familji tagħhom ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet permezz tal-kummerċ jekk ikun evidenti min-natura u mill-kwantità tal-prodotti li ma hemm ebda skop kummerċjali.

Barra minn hekk, il-valur totali tal-prodotti ma għandux ikun ta’ aktar minn EUR 500 fil-każ ta’ pakketti żgħar jew EUR 1 200 fil-każ ta’ prodotti li jifformaw parti mill-bagalja personali tal-vjaġġatur.

Artikolu 123

Diskrepanzi u żbalji formali

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

L-iskoperta ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-prova tal-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċċju doganali għall-fini tat-twettiq tal-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti ma għandhiex, ipso facto, trendi l-prova tal-oriġini f’waħda nulla u bla effett jekk ikun debitament stabbilit li d-dokument jikkorrispondi għall-prodotti sottomessi.

Żbalji formali ovvji, bħalma huma żbalji tal-ittajpjar fuq prova tal-oriġini, ma għandhomx iwasslu biex dan id-dokument jiġi rrifjutat jekk dawn l-iżbalji ma jkunux tali li joħolqu dubji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula f’dak id-dokument.



Sottotaqsima 11

Metodi tal-Kooperazzjoni Amministrattiva għall-fini tal-Verifika tal-Oriġini fil-qafas tal-miżuri tariffarji preferenzjali adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni għal ċerti pajjiżi jew territorji

Artikolu 124

Kooperazzjoni amministrattiva

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-pajjiżi jew it-territorji benefiċjarji għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi li jinsabu fit-territorju tagħhom u li għandhom is-setgħa li joħorġu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, flimkien ma’ kampjuni tal-marka li jħallu t-timbri użati minn dawk l-awtoritajiet, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet governattivi rilevanti responsabbli għall-kontroll taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi. It-timbri għandhom ikunu validi mid-data tal-wasla tal-kampjuni għand il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Meta dawn il-komunikazzjonijiet isiru fil-qafas ta’ emenda tal-komunikazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni għandha tindika d-data tad-dħul fl-użu ta’ dawk it-timbri ġodda skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiżi jew tat-territorji benefiċjarji. Din l-informazzjoni hija għall-użu uffiċjali; madankollu, meta l-prodotti jkunu jridu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, l-awtoritajiet doganali inkwistjoni jistgħu jippermettu lill-importatur jikkonsulta l-kampjuni tal-marka li jħallu t-timbri msemmija f’dan il-paragrafu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-pajjiżi jew lit-territorji benefiċjarji l-kampjuni tal-marka li jħallu t-timbri użati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1.

Artikolu 125

Verifika tal-provi ta’ oriġini

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għandhom jitwettqu b’mod aleatorju jew kull meta l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru tal-importazzjoni jew l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiżi jew tat-territorji benefiċjarji jkollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità ta’ dawn id-dokumenti, l-istatus oriġinarju tal-prodotti skont it-tifsira tat-Titolu II tas-Sottotaqsima 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ikkonċernat jew l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħra tat-Titolu II tas-Sottotaqsima 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li jkun qiegħed jimporta jew il-pajjiż jew territorju benefiċjarju għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1 u l-fattura, jekk tkun ingħatat, id-dikjarazzjoni b’fattura, jew kopja ta’ dawn id-dokumenti, lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż jew territorju benefiċjarju li qiegħed jesporta jew l-Istat Membru, u jagħtu, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għat-talba. Kwalunkwe dokumenti u informazzjoni miksuba li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fuq il-prova tal-oriġini mhijiex korretta għandhom jintbagħtu bħala sostenn għat-talba għal verifika.

Jekk l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru tal-importazzjoni jiddeċiedu li jissospendu l-għoti tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 waqt li jkunu għadhom qegħdin jistennew ir-riżultati tal-verifika, ir-rilaxx tal-prodotti għandu jiġi offrut lill-importatur soġġett għal kwalunkwe miżuri ta’ prekawzjoni ġġudikati bħala meħtieġa.

3.  Meta xi applikazzjoni għall-verifika sussegwenti tkun saret b’mod konformi mal-paragrafu 1, din il-verifika għandha ssir u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri importaturi jew l-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju importatur sa mhux aktar tard minn sitt xhur. Ir-riżultati għandhom ikunu tali li jistabbilixxu jekk il-prova tal-oriġini inkwistjoni tapplikax għall-prodotti effettivament esportati u jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiż jew fit-territorju benefiċjarju jew fl-Unjoni.

4.  Jekk f’każijiet ta’ dubju raġonevoli ma tingħata ebda tweġiba fi żmien sitt xhur kif speċifikat fil-paragrafu 3 jew jekk it-tweġiba ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini reali tal-prodotti, ikun hemm bżonn li tintbagħat it-tieni komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Jekk wara t-tieni komunikazzjoni r-riżultati tal-verifika ma jiġux ikkomunikati lill-awtoritajiet rikjedenti fi żmien erba’ xhur, jew jekk dawn ir-riżultati ma jippermettux li tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini reali tal-prodotti, l-awtoritajiet rikjedenti għandhom, għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw l-intitolament għall-preferenzi tariffarji.

5.  Meta l-proċedura tal-verifika jew kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli tidher li tindika li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tas-Sottotaqsimiet 4 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 qegħdin jinkisru, il-pajjiż jew it-territorju benefiċjarju tal-esportazzjoni għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Unjoni, iwettaq inkjesti xierqa jew jagħmel l-arranġamenti sabiex tali inkjesti jkunu jistgħu jitwettqu b’urġenza xierqa bil-għan li jiġu identifikati u evitati tali kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Unjoni tista’ tipparteċipa fl-inkjesti.

6.  Għall-finijiet tal-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, il-kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kwalunkwe dokumenti tal-esportazzjoni li jirreferu għalihom għandhom jinżammu mill-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż jew tat-territorju benefiċjarju tal-esportazzjoni jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena li fiha nħarġu ċ-ċertifikati tal-moviment.



Sottotaqsima 12

Dispożizzjonijiet oħrajn applikabbli fil-qafas tar-Regoli tal-Oriġini għall-finijiet tal-miżuri tariffarji preferenzjali adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni għal ċerti pajjiżi jew territorji

Artikolu 126

Ceuta u Melilla

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   ►M1  Is-Sottotaqsimiet 10 u 11 ◄ għandha tapplika mutatis mutandis fid-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiżi jew fit-territorji benefiċjarji tal-esportazzjoni li jibbenifikaw mill-preferenzi meta jiġu importati f’Ceuta u Melilla jew bħala li joriġinaw f’Ceuta u Melilla.

2.  Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ ►M1  tas-Sottotaqsimiet 10 u 11 ◄ dwar il-ħruġ, l-użu u l-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla.

4.  L-awtoritajiet doganali Spanjoli għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni ta’ din is-Sottotaqsima f’Ceuta u Melilla.



KAPITOLU 3

Valur doganali tal-merkanzija

Artikolu 127

Dispożizzjonijiet ġenerali

(l-Artikolu 70(3)(d) tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, żewġ persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra;

(b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju;

(c) ikunu min iħaddem u l-impjegat;

(d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma;

(e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra;

(f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza;

(g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament;

(h) ikunu membri tal-istess familja.

2.  Il-persuni li huma assoċjati fin-negozju ma’ xulxin, fis-sens li waħda tkun l-aġent waħdieni, id-distributur waħdieni jew il-konċessjonarju waħdieni, bi kwalunkwe mod deskritt, tal-persuna l-oħra, għandhom jitqiesu bħala relatati biss jekk ikunu jaqgħu fi ħdan il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(e),(f) u (g), persuna waħda titqies bħala li tikkontrolla lil persuna oħra meta tal-ewwel tkun legalment jew operattivament f’pożizzjoni li teżerċita direzzjoni fuq tal-aħħar.

Artikolu 128

Valur tat-tranżazzjoni

(l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi)

1.  Il-valur tat-tranżazzjoni tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali abbażi tal-bejgħ li jsir immedjatament qabel ma l-prodotti jiddaħħlu f’dak it-territorju doganali.

2.  Meta l-merkanzija tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni mhux qabel ma tkun inġabet f’dak it-territorju doganali iżda waqt li jkunu qegħdin jinżammu f’ħażna temporanja jew waqt li jkunu taħt proċedura speċjali għajr waħda ta’ tranżitu intern, użu aħħari jew ipproċessar passiv, il-valur tat-tranżazzjoni jiġi stabbilit abbażi ta’ dak il-bejgħ.

Artikolu 129

Prezz imħallas effettivament jew li għandu jitħallas

(l-Artikolu 70(1) u (2) tal-Kodiċi)

1.  Il-prezz imħallas effettivament jew li għandu jitħallas skont it-tifsira tal-Artikolu 70(1) u (2) tal-Kodiċi għandu jinkludi l-pagamenti kollha magħmula jew li jridu jsiru bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-prodotti importati mix-xerrej lil kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin:

(a) il-bejjiegħ;

(b) parti terza għall-benefiċċju tal-bejjiegħ;

(c) parti terza relatata mal-bejjiegħ;

(d) parti terza meta l-pagament lil dik il-parti jsir sabiex jissodisfa obbligu tal-bejjiegħ.

Il-pagamenti jistgħu jsiru permezz ta’ ittri ta’ kreditu jew strumenti negozjabbli u jistgħu jsiru direttament jew indirettament.

2.  L-attivitajiet, inklużi attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, imwettqa mix-xerrej jew minn intrapriża relatata max-xerrej f’ismu jew f’isimha stess, għajr dawk li għalihom huwa previst aġġustament fl-Artikolu 71 tal-Kodiċi, ma għandhomx jitqiesu bħala pagament indirett lill-bejjiegħ.

Artikolu 130

Skontijiet

(l-Artikolu 70(1) u (2) tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi, l-iskontijiet għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni jekk, fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, il-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi l-applikazzjoni tagħhom u l-ammont tagħhom.

2.  L-iskontijiet għal ħlas bikri għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni fir-rigward tal-prodotti li l-prezz għalihom effettivament ma tħallasx fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

3.  L-iskontijiet li jirriżultaw mill-emendi fil-kuntratt sussegwenti għall-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ma għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni.

Artikolu 131

Kunsinna parzjali

(l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija ddikjarata għal proċedura doganali tkun parti minn kwantità akbar tal-istess merkanzija mixtrija fi tranżazzjoni waħda, il-prezz imħallas effettivament jew li jrid jitħallas għandu, għall-finijiet tal-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi, jiġi kkalkolat pro rata abbażi tal-prezz għall-kwantità totali mixtrija.

2.  It-tqassim tal-prezz imħallas effettivament jew li jrid jitħallas għandu japplika wkoll fil-każ tat-telf ta’ parti minn kunsinna jew meta l-merkanzija tkun sofriet dannu qabel ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa.

Artikolu 132

Aġġustamenti tal-prezzijiet għal prodotti difettużi

(l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi)

Jista’ jittieħed f’kunsiderazzjoni aġġustament magħmul mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, tal-prezz imħallas effettivament jew li jrid jitħallas għall-prodotti sabiex jiġi stabbilit il-valur doganali skont l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-prodotti kienu difettużi fil-mument li d-dikjarazzjoni doganali ġiet aċċettata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa;

(b) il-bejjiegħ għamel l-aġġustament sabiex jikkumpensa għad-difett bil-għan li jissodisfa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) obbligu kuntrattwali li sar qabel ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni doganali;

(ii) obbligu statutorju applikabbli għall-prodotti;

(c) l-aġġustament isir f’perjodu ta’ sena wara d-data meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni doganali.

Artikolu 133

Valutazzjoni tal-kundizzjonijiet u tal-kunsiderazzjonijiet

(l-Artikolu 70(3)(b) tal-Kodiċi)

Meta l-bejgħ jew il-prezz tal-prodotti importati jkun soġġett għal kundizzjoni jew kunsiderazzjoni li l-valur tagħhom jista’ jiġi stabbilit fir-rigward tal-prodotti li qegħdin jiġu stmati, dan il-valur għandu jitqies bħala parti mill-prezz imħallas effettivament jew li jrid jitħallas, sakemm dawn il-kundizzjonijiet jew kunsiderazzjonijiet ma jkunux relatati ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) attività li għaliha japplika l-Artikolu 129(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b) element tal-valur doganali skont l-Artikolu 71 tal-Kodiċi.

Artikolu 134

Tranżazzjonijiet bejn persuni relatati

(l-Artikolu 70(3)(d) tal-Kodiċi)

1.  Meta x-xerrej u l-bejjiegħ ikunu relatati, u sabiex jiġi stabbilit jekk tali relazzjoni influwenzatx il-prezz, għandhom jiġu eżaminati, skont kif jista’ jkun meħtieġ, iċ-ċirkostanzi madwar il-bejgħ u d-dikjarant għandu jingħata opportunità sabiex jagħti aktar informazzjoni dettaljata, kif jista’ jkun meħtieġ, dwar dawk iċ-ċirkostanzi.

2.  Madankollu, il-prodotti għandhom jiġu stmati skont l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi meta d-dikjarant juri li l-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat japprossima mill-qrib ma’ wieħed mill-valuri tat-test li ġejjin, stabbiliti fl-istess ħin jew kważi:

(a) il-valur tat-tranżazzjoni fil-bejgħ, bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa li mhumiex relatati fi kwalunkwe każ partikolari, ta’ prodotti identiċi jew simili għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni;

(b) il-valur doganali ta’ prodotti identiċi jew simili, stabbilit skont l-Artikolu 74(2)(c) tal-Kodiċi;

(c) il-valur doganali ta’ prodotti identiċi jew simili, stabbilit skont l-Artikolu 74(2)(d) tal-Kodiċi.

3.  Meta jiġi stabbilit il-valur ta’ prodotti identiċi jew simili msemmi fil-paragrafu 2, għandu jittieħed kont tal-elementi li ġejjin:

(a) id-differenzi murija fil-livelli kummerċjali;

(b) il-livelli tal-kwantità;

(c) l-elementi elenkati fl-Artikolu 71(1) tal-Kodiċi;

(d) l-ispejjeż imġarrba mill-bejjiegħ f’bejgħ li fih hu u x-xerrej ma jkunux relatati u fejn dawn l-ispejjeż ma jiġux imġarrba mill-bejjiegħ f’bejgħ bejn persuni relatati.

4.  Il-valuri tat-testijiet elenkati fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw fuq talba tad-dikjarant. Huma ma jistgħux jieħdu post il-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat.

Artikolu 135

Prodotti u servizzi użati għall-produzzjoni tal-prodotti importati

(l-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta xerrej iforni kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi elenkati fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi lill-bejjiegħ, il-valur ta’ dawk il-prodotti u s-servizzi għandu jitqies bħala ugwali għall-prezz tax-xiri tagħhom. Il-prezz tax-xiri għandu jinkludi l-ħlasijiet kollha li x-xerrej tal-prodotti jew tas-servizzi elenkati fl-Artikolu 71(1)(b) huwa mitlub illi jagħmel sabiex jakkwista l-prodotti jew is-servizzi.

Meta dawk il-prodotti jew is-servizzi jkunu prodotti mix-xerrej jew minn persuna relatata miegħu, il-valur tagħhom għandu jkun l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom.

2.  Meta l-valur tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi ma jkunx jista’ jiġi stabbilit f’konformità mal-paragrafu 1, huwa għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ dejta oġġettiva jew kwantifikabbli oħra.

3.  Meta l-prodotti elenkati fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi jkunu ntużaw mix-xerrej qabel ġew fornuti, il-valur tagħhom għandu jiġi aġġustat sabiex jittieħed kont ta’ kwalunkwe deprezzament.

4.  Il-valur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi għandu jinkludi l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ żvilupp bla suċċess sakemm dawn ikunu ġew imġarrba fir-rigward tal-proġetti jew l-ordnijiet relatati mal-prodotti importati.

5.  Għall-finijiet tal-Artikolu 71(1)(b)(iv) tal-Kodiċi, l-ispejjeż tar-riċerka u tal-abbozzi tad-disinn preliminari ma għandhomx jiġu inklużi fil-valur doganali.

6.  Il-valur tal-prodotti u tas-servizzi fornuti, kif stabbilit f’konformità mal-paragrafi 1 sa 5, għandu jitqassam fuq bażi pro rata fuq il-prodotti importati.

Artikolu 136

Royalties u tariffi tal-liċenzji

(l-Artikolu 71(1)(c) tal-Kodiċi)

1.  Ir-royalties u t-tariffi tal-liċenzji huma relatati mal-prodotti importati meta, b’mod partikolari, id-drittijiet ittrasferiti skont il-ftehim dwar ir-royalties u l-liċenzji jkunu inkorporati fil-prodotti. Il-metodu tal-kalkolazzjoni tal-ammont tar-royalty jew tat-tariffa tal-liċenzja mhuwiex il-fattur deċiżiv.

2.  Meta l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-ammont tar-royalties jew tat-tariffi tal-liċenzji jkun ġej mill-prezz tal-prodotti importati, għandu jiġi preżunt, fin-nuqqas ta’ prova li turi l-kuntrarju, li l-ħlas ta’ dawk ir-royalties jew it-tariffi tal-liċenzji huwa relatat mal-prodotti li jridu jiġu stmati.

3.  Jekk ir-royalties jew it-tariffi tal-liċenzji jkunu relatati parzjalment mal-prodotti li qegħdin jiġu stmati u parzjalment ma’ ingredjenti jew partijiet ta’ komponenti oħrajn miżjuda mal-prodotti wara l-importazzjoni tagħhom, jew inkella ma’ attivitajiet jew servizzi wara l-importazzjoni, għandu jsir aġġustament xieraq.

4.  Ir-royalties u t-tariffi tal-liċenzji jitqiesu li tħallsu bħala kundizzjoni tal-bejgħ għall-prodotti importati meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-bejjiegħ jew persuna relatata mal-bejjiegħ jitolbu lix-xerrej biex jagħmel dan il-ħlas;

(b) il-ħlas mix-xerrej isir sabiex jissodisfa obbligu tal-bejjiegħ skont l-obbligi kuntrattwali;

(c) il-prodotti ma jistgħux jinbiegħu lix-xerrej jew jinxtraw minnu mingħajr ma jitħallsu r-royalties jew it-tariffi tal-liċenzji lil min jagħti l-liċenzja.

5.  Il-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju tal-ħlas tar-royalties jew tat-tariffi tal-liċenzji mhuwiex kunsiderazzjoni materjali.

Artikolu 137

Post li fih il-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 71(1)(e) tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 71(1)(e) tal-Kodiċi, il-post fejn il-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun:

(a) għall-prodotti ttrasportati bil-baħar, il-port fejn il-prodotti jaslu għall-ewwel darba fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(b) għall-prodotti ttrasportati bil-baħar f’wieħed mid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej li huma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, u ttrasportati direttament lejn parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni, jew viċi versa, il-port fejn il-prodotti jaslu għall-ewwel darba fit-territorju doganali tal-Unjoni, diment li dawn ikunu tħattew jew ġew ittrażbordati hemmhekk;

(c) għall-prodotti ttrasportati bil-baħar u mbagħad, mingħajr trażbord, permezz ta’ passaġġ fuq l-ilma intern, l-ewwel port fejn ikun jista’ jseħħ il-ħatt;

(d) għall-prodotti ttrasportati bil-ferrovija, fuq passaġġ fuq l-ilma intern jew bit-triq, il-post fejn jinsab l-uffiċċju doganali tad-dħul;

(e) għall-prodotti ttrasportati b’mezzi ta’ trasport oħrajn, il-post fejn tinqasam il-fruntiera tat-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 71(1)(e) tal-Kodiċi, meta l-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni u mbagħad jiġu ttrasportati lejn destinazzjoni f’parti oħra ta’ dak it-territorju mit-territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-post fejn il-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun il-post fejn il-prodotti ddaħħlu għall-ewwel darba f’dak it-territorju doganali, diment li l-prodotti jiġu ttrasportati direttament minn dawk it-territorji permezz tar-rotta tas-soltu lejn il-post tad-destinazzjoni.

3.  Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta l-merkanzija tkun inħattet, ġiet ittrażbordata jew temporanjament immobilizzata f’territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għal raġunijiet li jikkonċernaw biss it-trasport tagħha.

4.  Meta l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1(b), 2 u 3 ma jiġux issodisfati, il-post fejn il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) għall-merkanzija ttrasportata bil-baħar, il-port tal-ħatt;

(b) għall-merkanzija ttrasportata ►M1  b'modi oħrajn ta' trasport ◄ , il-post speċifikat fil-punti (c), (d) jew (e) tal-paragrafu 1 li jinsab f’dik il-parti tat-territorju doganali tal-Unjoni fejn tiġi kkunsinnata l-merkanzija.

Artikolu 138

Spejjeż tat-trasport

(l-Artikolu 71(1)(e) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-prodotti jinġarru ►M1  bl-istess mod ta' trasport ◄ sa punt lil hinn mill-post fejn inġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-ispejjeż tat-trasport għandhom jiġu vvalutati fi proporzjon għad-distanza sal-post fejn il-prodotti jinġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 137 ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tiġix prodotta u ppreżentata evidenza lill-awtoritajiet doganali li turi l-ispejjeż li setgħu jiġu mġarrba taħt skeda standard tar-rati tal-merkanzija għat-trasport tal-prodotti sal-post fejn dawn jinġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  L-ispejjeż tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna fil-pront bl-ajru, li jridu jiġu inklużi fil-valur doganali tal-prodotti, għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Anness 23-01.

3.  Meta t-trasport ikun mingħajr ħlas jew jiġi pprovdut mix-xerrej, l-ispejjeż tat-trasport li jridu jiġu inklużi fil-valur doganali tal-prodotti għandhom jiġu kkalkolati skont l-iskeda tar-rati tal-merkanzija normalment applikati għall-istess modi ta’ trasport.

Artikolu 139

Ħlasijiet imposti fuq konsenji postali

(l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi)

Il-ħlasijiet postali imposti sal-post tad-destinazzjoni fir-rigward tal-prodotti mibgħuta bil-posta għandhom jiġu inklużi fil-valur doganali ta’ dawn il-prodotti, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe ħlas postali supplimentari impost fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 140

Nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-valuri tat-tranżazzjoni ddikjarati

(l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubji raġonevoli dwar jekk il-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat jirrappreżentax l-ammont totali mħallas jew pagabbli kif imsemmi fl-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi.

2.  Jekk id-dubji tagħhom ma jiġux eliminati, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li l-valur tal-prodotti ma jistax jiġi stabbilit skont l-Artikolu 70(1) tal-Kodiċi u, għaldaqstant, ma jiddeterminawx il-valur doganali bl-użu ta’ dak il-metodu.

Artikolu 141

Valur doganali ta’ prodotti simili jew identiċi

(l-Artikolu 74(2)(a) u (b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-valur doganali tal-prodotti importati jiġi stabbilit skont l-Artikolu 74(2)(a) jew (b) tal-Kodiċi, għandu jintuża l-valur tat-tranżazzjoni ta’ prodotti simili jew identiċi f’bejgħ fl-istess livell kummerċjali u sostanzjalment fl-istess kwantitajiet bħall-prodotti li jiġu stmati.

Meta ma jinstab ebda bejgħ bħal dan, il-valur doganali għandu jiġi stabbilit wara li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-valur tat-tranżazzjoni tal-prodotti simili jew identiċi mibjugħa f’livell kummerċjali differenti jew fi kwantitajiet differenti. Dan il-valur tat-tranżazzjoni għandu jiġi aġġustat sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni d-differenzi attribwibbli għal-livell kummerċjali u/jew għall-kwantità.

2.  Għandu jsir aġġustament sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-differenzi sinifikanti fl-ispejjeż u l-imposti bejn il-prodotti importati u l-prodotti simili jew identiċi inkwistjoni minħabba d-differenzi fid-distanzi u fil-modi tat-trasport.

3.  Meta jinstabu aktar minn valur ta’ tranżazzjoni wieħed ta’ prodotti simili jew identiċi, għandu jintuża l-aktar livell baxx minnhom sabiex jiġi stabbilit il-valur doganali tal-prodotti importati.

4.  Prodotti identiċi’ u ‘prodotti simili’, kif jista’ jkun il-każ, ma jinkludux prodotti li jinkorporaw jew jirriflettu l-inġinerija, l-iżvilupp, ix-xogħol artistiku, ix-xogħol ta’ disinn, il-pjanijiet jew l-abbozzi li għalihom ma jkun sar ebda aġġustament skont l-Artikolu 71(1)(b)(iv) tal-Kodiċi, minħabba li tali xogħol ikun twettaq fl-Unjoni.

5.  Valur tat-tranżazzjoni għall-prodotti manifatturati minn persuna differenti għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni biss meta ma jinstab ebda valur tat-tranżazzjoni għall-prodotti simili jew identiċi manifatturati mill-persuna li mmanifatturat il-prodotti li qegħdin jiġu stmati.

Artikolu 142

Metodu ta’ tnaqqis

(l-Artikolu 74(2)(c) tal-Kodiċi)

1.  Il-prezz unitarju li jintuża sabiex jiddetermina l-valur doganali skont l-Artikolu 74(2)(c) tal-Kodiċi għandu jkun il-prezz li bih il-prodotti importati jew il-prodotti simili jew identiċi importati jinbiegħu fl-Unjoni, fil-kundizzjoni kif importati, fiż-żmien jew għall-ħabta ta’ żmien l-importazzjoni tal-prodotti li qegħdin ikunu stmati.

2.  Fin-nuqqas ta’ prezz unitarju kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-prezz unitarju li jintuża għandu jkun il-prezz li bih jinbiegħu l-prodotti importati jew il-prodotti simili jew identiċi importati fil-kundizzjonijiet kif importati fit-territorju doganali tal-Unjoni fl-iqsar żmien wara l-importazzjoni tal-prodotti li jridu jiġu stmati u fi kwalunkwe każ fi żmien 90 jum minn dik l-importazzjoni.

3.  Fin-nuqqas ta’ prezz unitarju kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2, fuq talba tad-dikjarant, għandu jintuża l-prezz unitarju li bih jinbiegħu l-prodotti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni wara x-xogħol jew l-ipproċessar ulterjuri, filwaqt li jittieħed kont xieraq tal-valur miżjud minn tali xogħol jew ipproċessar.

4.  Il-bejgħ li ġej ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 74(2)(c) tal-Kodiċi:

(a) il-bejgħ tal-prodotti f’livell kummerċjali għajr l-ewwel wara l-importazzjoni;

(b) il-bejgħ lil persuni relatati;

(c) il-bejgħ lil persuni li direttament jew indirettament ifornu, mingħajr ħlas jew bi spiża mnaqqsa, il-prodotti jew is-servizzi elenkati fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi għall-użu b’konnessjoni mal-produzzjoni u l-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodotti importati;

(d) il-bejgħ fi kwantitajiet li mhumiex biżżejjed biex jippermettu li jiġi stabbilit il-prezz unitarju.

5.  Meta jiġi stabbilit il-valur doganali, dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu mill-prezz unitarju stabbilit f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4:

(a) jew il-kummissjonijiet ġeneralment imħallsin jew maqbula li għandhom jitħallsu jew inkella ż-żidiet li ġeneralment isiru għall-profitt u l-ispejjeż ġenerali (inklużi l-ispejjeż diretti u indiretti tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni) b’konnessjoni mal-bejgħ fit-territorju doganali tal-Unjoni tal-prodotti importati tal-istess klassi jew tip li huma prodotti li jaqgħu fi ħdan grupp jew firxa ta’ prodotti magħmulin minn settur industrijali partikolari;

(b) l-ispejjeż tas-soltu tat-trasport u tal-assigurazzjoni u l-ispejjeż assoċjati mġarrba fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni;

(c) id-dazji tal-importazzjoni u imposti oħrajn pagabbli fit-territorju doganali tal-Unjoni minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti.

6.  Il-valur doganali ta’ ċerti prodotti deterjorabbli, imsemmija fl-Anness 23-02 u importati fuq kunsinna, jista’ jiġi stabbilit direttament skont l-Artikolu 74(2)(c) tal-Kodiċi. Għal dan il-għan, il-prezzijiet unitarji għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u disseminati mill-Kummissjoni permezz ta’ TARIC f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 12 ).

Tali prezzijiet unitarji jistgħu jintużaw sabiex jistabbilixxu l-valur doganali tal-prodotti importati għal perjodi ta’ 14-il jum. Kull perjodu għandu jibda nhar ta’ Ġimgħa.

Il-prezzijiet unitarji għandhom jiġu kkalkolati u nnotifikati kif ġej:

(a) wara t-tnaqqis previst fil-paragrafu 5, għandu jiġi nnotifikat prezz unitarju għal kull 100 kg nett għal kull kategorija ta’ prodotti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti standard għall-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni;

(b) il-perjodu ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-prezzijiet unitarji għandu jkun il-perjodu preċedenti ta’ 14-il jum li jiġi fi tmiemu nhar il-Ħamis ta’ qabel il-ġimgħa li matulha għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet unitarji ġodda;

(c) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-prezzijiet unitarji fil-munita euro lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn tal-ġimgħa li fiha jridu jiġu disseminati mill-Kummissjoni. Meta dak il-jum ma jkunx jum tax-xogħol, in-notifika għandha ssir fil-jum tax-xogħol immedjatament qabel dak il-jum. Il-prezzijiet unitarji għandhom japplikaw biss jekk din in-notifika tiġi disseminata mill-Kummissjoni.

Artikolu 143

Metodu tal-valur komputat

(l-Artikolu 74(2)(d) tal-Kodiċi)

1.  Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 74(2)(d) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jitolbu jew jisfurzaw persuna mhux stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex tipproduċi, għall-finijiet ta’ eżaminazzjoni, jew li tippermetti l-aċċess għal kwalunkwe kont jew rekord ieħor għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali.

2.  L-ispiża jew il-valur tal-materjali u l-fabbrikazzjoni msemmija fl-Artikolu 74(2)(d)(i) tal-Kodiċi għandhom jinkludu l-ispiża tal-elementi speċifikati fl-Artikolu 71(1)(a) (ii) u (iii) tal-Kodiċi. Huma għandhom jinkludu wkoll ►M1  il-valur imqassam ◄ ta’ kwalunkwe prodott jew servizz speċifikat fl-Artikolu 71(1)(b) tal-Kodiċi li kien fornut direttament jew indirettament mix-xerrej għall-użu b’konnessjoni mal-produzzjoni tal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi stmata. Il-valur tal-elementi speċifikati fl-Artikolu 71(1)(b)(iv) tal-Kodiċi, li jitwettqu fl-Unjoni, għandu jiġi inkluż biss sakemm dawk l-elementi jiġu imposti fuq il-produttur.

3.  L-ispiża tal-produzzjoni tinkludi l-infiq kollu li sar fil-ħolqien, fiż-żieda jew fit-titjib b’mod sostanzjali tal-prodotti ekonomiċi. Hija tinkludi wkoll l-ispejjeż speċifikati fl-Artikolu 71(1)(b)(ii) u (iii) tal-Kodiċi.

4.  L-ispejjeż ġenerali msemmija fl-Artikolu 74(2)(d)(ii) tal-Kodiċi jkopru l-ispejjeż diretti u indiretti tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti għall-esportazzjoni li mhumiex inklużi taħt l-Artikolu 74(2)(d)(i) tal-Kodiċi.

Artikolu 144

Metodu ‘fall-back’

(l-Artikolu 74(3) tal-Kodiċi)

1.  Meta jiġi stabbilit il-valur doganali skont l-Artikolu 74(3) tal-Kodiċi, tista’ tintuża flessibbiltà raġonevoli fl-applikazzjoni tal-metodi previsti fl-Artikoli 70 u 74(2) tal-Kodiċi. Il-valur b’hekk stabbilit għandu, kemm jista’ jkun possibbli, ikun ibbażat fuq il-valuri doganali stabbiliti qabel.

2.  Meta ma jkun jista’ jiġi stabbilit ebda valur doganali skont il-paragrafu 1, għandhom jintużaw metodi xierqa oħrajn. F’dan il-każ, il-valur doganali ma għandux jiġi stabbilit abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-prezz tal-bejgħ fit-territorju doganali tal-Unjoni tal-merkanzija prodotta fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(b) sistema li permezz tagħha jintuża l-ogħla miż-żewġ valuri alternattivi għall-valutazzjoni doganali;

(c) il-prezz tal-merkanzija fuq is-suq domestiku tal-pajjiż tal-esportazzjoni;

(d) l-ispiża tal-produzzjoni, minbarra l-valuri komputati li ġew stabbiliti għal merkanzija identika jew simili skont l-Artikolu 74(2)(d) tal-Kodiċi;

(e) il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz;

(f) il-valuri doganali minimi;

(g) il-valuri arbitrarji jew fittizji.

Artikolu 145

Dokumenti ta’ sostenn rigward il-valur doganali

(l-Artikolu 163(1) tal-Kodiċi)

Il-fattura li tirrigwarda l-valur tat-tranżazzjoni ddikjarat hija meħtieġa bħala dokument ta’ sostenn.

Artikolu 146

Konverżjoni tal-munita għall-finijiet ta’ valutazzjoni doganali

(l-Artikolu 53(1)(a) tal-Kodiċi)

1.  Skont l-Artikolu 53(1)(a) tal-Kodiċi, għandhom jintużaw ir-rati tal-kambju li ġejjin għall-konverżjoni tal-munita għall-finijiet ta’ valutazzjoni doganali:

(a) ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;

(b) ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew, meta l-awtorità nazzjonali tkun innominat bank privat għall-finijiet tal-pubblikazzjoni tar-rata tal-kambju, ir-rata ppubblikata minn dak il-bank privat, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro.

2.  Ir-rata tal-kambju li trid tintuża skont il-paragrafu 1 għandha tkun ir-rata tal-kambju ppubblikata nhar ta’ Erbgħa ta’ qabel tal-aħħar ta’ kull xahar.

Meta ma tkun ġiet ippubblikata ebda rata tal-kambju f’dak il-jum, għandha tapplika r-rata li ġiet ippubblikata l-aktar riċenti.

3.  Ir-rata tal-kambju għandha tapplika għal perjodu ta’ xahar, li jibda fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara.

4.  Meta ma tkun ġiet ippubblikata ebda rata tal-kambju kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, ir-rata li trid tintuża għall-applikazzjoni tal-Artikolu 53(1)(a) tal-Kodiċi għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat. Din ir-rata għandha tirrifletti l-valur tal-munita tal-Istat Membru kkonċernat mill-aktar qrib possibbli



IT-TITOLU III

DEJN U GARANZIJI DOGANALI



KAPITOLU 1

Garanzija ta’ dejn doganali potenzjali jew eżistenti



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 147

Sistemi elettroniċi relatati mal-garanziji

(l-Artikolu 16 tal-Kodiċi)

Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni relatata ma’ garanziji li jistgħu jintużaw fi Stat Membru wieħed jew aktar, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

L-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplika mid-data tat-twettiq tas-sistema GUM tal-KDU sistema kif imsemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.

Artikolu 148

Garanzija individwali għal dejn doganali potenzjali

(l-Artikolu 90(1) sottoparagrafu 2 tal-Kodiċi)

1.  Meta jkun obbligatorju li tiġi pprovduta garanzija, garanzija li tkopri operazzjoni unika (garanzija individwali) għal dejn doganali potenzjali għandha tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali li jista’ jinħoloq, ikkalkulat fuq il- bażi tal-ogħla rati ta’ dazju applikabbli għal merkanzija tal-istess tip.

2.  Meta l-piżijiet l-oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija jkollhom jiġu koperti mill-garanzija individwali, il-kalkolu tagħhom għandu jkun ibbażat fuq l-ogħla rati applikabbli għal merkanzija tal-istess tip fl-Istat Membru fejn il-merkanzija kkonċernata hija mqiegħda taħt il-proċedura doganali jew tkun f’ħażna temporanja.

Artikolu 149

Garanzija fakultattiva

(l-Artikolu 91 tal-Kodiċi)

Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li jeħtieġu garanzija li tkun fakultattiva, għandhom japplikaw l-Artikoli 150 sa 158 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 150

Garanzija fil-forma ta’ depożitu ta’ flus kontanti

(l-Artikolu 92(1)(a) tal-Kodiċi)

Meta garanzija tkun meħtieġa għal proċeduri speċjali jew ħażna temporanja u tiġi pprovduta bħala garanzija individwali fil-forma ta’ depożitu fi flus kontanti, dik il-garanzija għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura jew tkun f’ħażna temporanja.

Meta proċedura speċjali minbarra l-proċedura ta’ użu finali tkun ġiet rilaxxata jew is-sorveljanza ta’ merkanzija b’użu finali jew il-ħażna temporanja tkun intemmet korrettament, il-garanzija għandha titħallas lura mill-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet ipprovduta.

Artikolu 151

Garanzija fil-forma ta’ impenn minn garanti

(l-Artikoli 92(1)(b) u 94 tal-Kodiċi)

1.  L-impenn mogħti minn garanti għandu jkun approvat mill-uffiċċju doganali meta l-garanzija tingħata (l-uffiċċju doganali tal-garanzija) li għandu jinnotifika l-approvazzjoni lill-persuna li tkun meħtieġa li tipprovdi l-garanzija.

2.  L-uffiċċju doganali ta’ garanzija jista’ jirrevoka l-approvazzjoni tal-impenn minn garanti fi kwalunkwe ħin. L-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jinnotifika r-revoka lill-garanti u l-persuna li tkun meħtieġa li tipprovdi l-garanzija.

3.  Garanti jista’ jħassar l-impenn tiegħu meta jrid. Il-garanti għandu jinnotifika l-kanċellazzjoni lill-uffiċċju doganali ta’ garanzija.

4.  Il-kanċellazzjoni tal-impenn tal-garanti m’għandhiex taffettwa merkanzija li, fil-mument fejn issir effettiva l-kanċellazzjoni, diġà tqiegħdet u xorta għadha taħt proċedura doganali jew f’ħażna temporanja bis-saħħa tal-impenn ikkanċellat.

5.  Garanzija individwali pprovduta fil-forma ta’ impenn għandha tingħata billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness 32-01.

6.  Garanzija komprensiva pprovduta fil-forma ta’ impenn għandha tingħata billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness 32-03.

7.  Minkejja l-paragrafi 5 u 6 u l-Artikolu 160, kull Stat Membru jista’, skont il-liġi nazzjonali, jippermetti li impenn mogħti minn garanti jieħu forma differenti minn dawk stipulati fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 sakemm ikollu l-istess effett legali.

Artikolu 152

Garanzija individwali pprovduta fil-forma ta’ impenn minn garanti

(l-Artikoli 89 u 92(1)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta garanzija individwali tiġi pprovduta fil-forma ta’ impenn minn garanti, il-prova ta’ dak l-impenn għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali ta’ garanzija għall-perjodu ta’ validità tal-garanzija.

2.  Meta garanzija individwali tiġi pprovduta fil-forma ta’ impenn minn garanti, id-detentur tal-proċedura m’għandux jibdel il-kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-numru ta’ referenza tal-garanzija.

Artikolu 153

Assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 92(1)(c) tal-Kodiċi)

Meta jiġġarrab dejn doganali fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li jkun aċċetta garanzija f’waħda mill-formoli msemmija fl-Artikolu 83(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, li jista’ jintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li jkun aċċetta l-garanzija għandu jittrasferixxi lill-Istat Membru fejn iġġarrab id-dejn doganali, fuq talba magħmula minn dan tal-aħħar wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-ħlas, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni fil-limiti tal-garanzija aċċettata u tad-dazju mhux imħallas.

Dan it-trasferiment għandu jsir fi żmien xahar mir-riċevuta tat-talba.

Artikolu 154

Numru ta’ referenza u kodiċi ta’ aċċess tal-garanzija

(l-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi)

1.  Meta garanzija individwali tista’ tintuża fi Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, l-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jikkomunika lill-persuna li tkun ipprovdiet il-garanzija jew, fil-każ ta’ garanzija fil-forma ta’ vawċers, lill-garanti l-informazzjoni li ġejja:

(a) numru ta’ referenza tal-garanzija;

(b) kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-numru ta’ referenza tal-garanzija.

2.  Meta garanzija komprensiva tista’ tintuża fi Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, l-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jikkomunika lill-persuna li tkun ipprovdiet l-garanzija l-informazzjoni li ġejja:

(a) numru ta’ referenza ta’ garanzija għal kull parti tal-ammont ta’ referenza li għandu jiġi ssorveljat skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament;

(b) kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-numru ta’ referenza tal-garanzija.

Fuq talba tal-persuna li tkun ipprovdiet il-garanzija, l-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu jassenja kodiċi ta’ aċċess addizzjonali wieħed jew iktar minn wieħed lil din il-garanzija sabiex jintuża minn dik il-persuna jew ir-rappreżentanti tagħha.

3.  Awtorità doganali għandha tivverifika l-eżistenza u l-validità tal-garanzija kull darba li persuna tikkomunikalha numru ta’ referenza ta’ garanzija.



Taqsima 2

Garanzija komprensiva

Artikolu 155

Ammont ta’ referenza

(l-Artikolu 90 tal-Kodiċi)

1.  Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 158 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont tal-garanzija komprensiva għandu jkun ekwivalenti għal ammont ta’ referenza stabbilit mill-uffiċċju doganali ta’ garanzija skont l-Artikolu 90 tal-Kodiċi.

2.  Meta garanzija komprensiva għandha tiġi pprovduta għal dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li l-ammont tagħhom jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza fil-mument meta hija meħtieġa l-garanzija, il-parti mill-ammont ta’ referenza li jkopru dawk id-dazji u l-ħlasijiet għandha tikkorrispondi għall-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u tal-imposti l-oħra pagabbli.

3.  Meta garanzija komprensiva għandha tiġi pprovduta għad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li l-ammont tagħhom ma jistax jiġi stabbilit b’ċertezza fil-mument meta hija meħtieġa l-garanzija jew li jvarjaw fl-ammont maż-żmien, il-parti mill-ammont ta’ referenza li jkopri dawk id-dazji u l-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita kif ġej:

(a) għall-parti li għandha tkopri dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li jkunu ġġarrbu, l-ammont ta’ referenza għandu jikkorrispondi għall-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra pagabbli;

(b) għall-parti li għandha tkopri dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li jistgħu jiġġarrbu, l-ammont ta’ referenza għandu jikkorrispondi għall-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li jistgħu jsiru pagabbli b’konnessjoni ma’ kull dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni ta’ ħażna temporanja li l-garanzija tkun ipprovduta għaliha, fil-perjodu bejn it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali rilevanti jew f’ħażna temporanja u l-mument meta dik il-proċedura tiġi rilaxxata jew tintemm is-superviżjoni ta’ merkanzija b’użu finali jew ħażna temporanja.

Għall-finijiet tal-punt (b), għandhom jiġu kkunsidrati l-ogħla rati ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni applikabbli għal merkanzija tal-istess tip u tal-ogħla rati ta’ ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-istess tip fl-Istat Membru tal-uffiċċju doganali ta’ garanzija.

Meta l-informazzjoni neċessarja biex tiġi ddeterminata l-parti tal-ammont ta’ referenza skont l-ewwel sottoparagrafu ma tkunx disponibbli għall-uffiċċju doganali ta’ garanzija, dak l-ammont għandu jkun iffissat għal EUR 10 000 għal kull dikjarazzjoni.

4.  L-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ referenza f’kooperazzjoni mal-persuna meħtieġa biex tipprovdi l-garanzija. Meta jistipula l-parti tal-ammont ta’ referenza skont il-paragrafu 3, l-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jistabbilixxi dak l-ammont abbażi tal-informazzjoni dwar merkanzija mqiegħda taħt il-proċeduri doganali rilevanti jew f’ħażna temporanja fit-12-il xahar ta’ qabel u fuq stima tal-volum tal-operazzjonijiet ippjanati kif muri, fost l-affarijiet l-oħra, mid-dokumenti kummerċjali u l-kontijiet tal-persuna meħtieġa li tipprovdi l-garanzija.

5.  L-uffiċċju doganali ta’ garanzija għandu jirrevedi l-ammont ta’ referenza fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-persuna li tkun meħtieġa li tipprovdi l-garanzija, u għandu jaġġustaha sabiex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan Artikolu u l-Artikolu 90 tal-Kodiċi.

Artikolu 156

Monitoraġġ tal-ammont ta’ referenza mill-persuna meħtieġa li tipprovdi garanzija

(l-Artikolu 89 tal-Kodiċi)

Il-persuna meħtieġa li tipprovdi garanzija għandha tiżgura li l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, u ta’ ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija meta din tiġi koperta mill-garanzija, li tkun pagabbli jew tista’ ssir pagabbli ma jaqbiżx l-ammont ta’ referenza.

Dik il-persuna għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta’ garanzija meta l-ammont ta’ referenza ma jibqax f’livell suffiċjenti biex ikopri l-operazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 157

Monitoraġġ tal-ammont ta’ referenza mill-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 89(6) tal-Kodiċi)

1.  Il-monitoraġġ tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, u ta’ ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija, li se jsir pagabbli fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jiġi żgurat għal kull dikjarazzjoni doganali fil-mument tat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura. Meta d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jiġu ppreżentati skont awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 166(2) jew 182 tal-Kodiċi, il-monitoraġġ tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza għandu jiġi żgurat abbażi tad-dikjarazzjonijiet supplimentari jew, fejn applikabbli, abbażi tad-dettalji mdaħħla fir-reġistri.

2.  Il-monitoraġġ tal-parti tal-ammont ta’ referenza li jkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni, u ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija, li jistgħu jsiru pagabbli fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandu jiġi żgurat, permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 273(1) ta’ dan ir-Regolament, għal kull dikjarazzjoni doganali fiż-żmien tat-tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura. Dak il-monitoraġġ ma għandux japplika għal merkanzija li titqiegħed skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni permezz tas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(e) tal-Kodiċi meta d-dikjarazzjoni doganali ma tiġix ipproċessata mis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 273(1).

3.  Il-monitoraġġ tal-parti tal-ammont ta’ referenza li jkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni, u ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew esportazzjoni ta’ merkanzija meta dawn ikollhom jiġu koperti mill-garanzija, li se jiġġarrab jew jista’ jiġġarrab f’każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi żgurat permezz ta’ verifika regolari u xierqa.

▼M1

Artikolu 158

Livell ta' garanzija komprensiva

(l-Artikolu 95(2) u (3) tal-Kodiċi)

1.  Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(2) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 50 %, 30 % jew 0 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(3)(b) ta' dan ir-Regolament.

2.  L-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(3) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 30 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(2) u l-Artikolu 155(3)(a) ta' dan ir-Regolament.

▼B



Taqsima 3

Dispożizzjonijiet għall-Proċedura ta’ tranżitu tal-unjoni u l-proċedura taħt il-konvenzjonijiet TIR u ATA



Sottotaqsima 1

Tranżitu tal-Unjoni

Artikolu 159

Kalkolu tal-iskop tat-tranżitu komuni

(l-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi)

Għall-fini tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 148 u fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 155(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, il-merkanzija tal-Unjoni li tinġarr skont il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu ( 13 ) għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija mhux tal-Unjoni.

Artikolu 160

Garanzija individwali fil-forma ta’ vawċers

(l-Artikolu 92(1)(b) tal-Kodiċi)

1.  Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, garanzija individwali fil-forma ta’ impenn minn garanti tista’ tiġi pprovduta wkoll mill-garanti billi joħroġ vawċers lill-persuni li jkollhom il-ħsieb li jkunu d-detenturi tal-proċedura.

Il-prova ta’ dak l-impenn għandha ssir permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 32-02 u l-vawċers għandhom jimtlew permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 32-06.

Kull vawċer għandu jkopri ammont ta’ EUR 10 000 li l-garanti għandu jkun responsabbli għalihom.

Il-perjodu ta’ validità ta’ vawċer għandu jkun ta’ sena mid-data tal-ħruġ.

2.  Il-garanti għandu jipprovdi lill-uffiċċju doganali ta’ garanzija kwalunkwe dettall mitlub dwar il-vawċers ta’ garanzija individwali li jkun ħareġ.

3.  Għal kull vawċer, il-garanti għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-persuna li tkun biħsiebha tkun id-detentur tal-proċedura:

(a) numru ta’ referenza tal-garanzija;

(b) kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-numru ta’ referenza tal-garanzija.

Il-persuna li tkun biħsiebha tkun id-detentur tal-proċedura m’għandux jibdel il-kodiċi ta’ aċċess.

4.  Il-persuna li tkun biħsiebha tkun id-detentur tal-proċedura għandu jissottometti fl-uffiċċju doganali tat-tluq numru ta’ vawċers li jikkorrispondu għall-multiplu ta’ EUR 10 000 meħtieġa biex ikopru s-somma tal-ammonti msemmija fil-Artikolu 148 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 161

Revoka u kanċellazzjoni ta’ impenn li jiġi pprovdut f’każ ta’ garanzija individwali fil-forma ta’ vawċers

(l-Artikoli 92(1)(b) u 94 tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali responsabbli għall-uffiċċju doganali rilevanti ta’ garanzija għandha ddaħħal fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 273(1) ta’ dan ir-Regolament informazzjoni dwar kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni ta’ impenn li jiġi pprovdut f’każ ta’ garanzija individwali fil-forma ta’ vawċers u d-data ta’ meta din issir effettiva.

▼M1

Mid-data li fiha r-revoka jew il-kanċellazzjoni jsiru effettivi, ebda vawċer tal-garanzija individwali maħruġ iktar kmieni ma jista' jintuża biex titqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Komunità.

▼B

Artikolu 162

Garanzija komprensiva

(l-Artikoli 89(5) u 95 tal-Kodiċi)

1.  Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, il-garanzija komprensiva tista’ tiġi pprovduta biss fil-forma ta’ impenn minn garanti.

2.  Il-prova ta’ dak l-impenn għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali ta’ garanzija għall-perjodu ta’ validità tal-garanzija.

3.  Id-detentur tal-proċedura m’għandux jibdel il-kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-numru ta’ referenza ta’ garanzija.



Sottotaqsima 2

Proċeduri taħt il-Konvenzjonijiet TIR u ATA

▼M1

Artikolu 163

Responsabbiltà tal-assoċjazzjonijiet ta' garanzija għal operazzjonijiet TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija taħt il-kopertura ta' carnets TIR, inklużi kwalunkwe emenda sussegwenti tagħha (il-Konvenzjoni TIR), fejn operazzjoni TIR tiġi mwettqa fit-territorju doganali tal-Unjoni, kwalunkwe assoċjazzjoni ta' garanzija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni tista' ssir responsabbli għall-ħlas tal-ammont garantit relatat mal-merkanzija kkonċernata fl-operazzjoni TIR sa limitu, għal kull carnet TIR, ta' EUR 100 000 jew l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali ta' dan l-ammont.

▼B

Artikolu 164

Notifika ta’ nuqqas ta’ rilaxx ta’ proċedura għal assoċjazzjonijiet ta’ garanzija

▼M1

(l-Artikoli 226(3)(b) u (c) u 227(2)(b) u (c) tal-Kodiċi)

▼C2

Notifika valida ta' nuqqas ta' rilaxx ta' proċedura skont il-Konvenzjoni TIR jew il-Konvenzjoni Doganali dwar il-Carnet ATA għad-Dħul Temporanju ta' Merkanzija magħmula fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 1961, inkluża kwalunkwe emenda sussegwenti tagħha, (il-Konvenzjoni ATA) jew mal-Konvenzjoni dwar Dħul Temporanju, inklużi kwalunkwe emenda sussegwenti tagħha, (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), magħmula mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru wieħed lil assoċjazzjoni ta' garanzija, għandha tikkostitwixxi notifika lil kwalunkwe assoċjazzjoni oħra ta' garanzija ta' Stat Membru ieħor identifikat bħala responsabbli għall-ħlas ta' ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni jew ħlasijiet oħra.

▼B



KAPITOLU 2

Irkupru, ħlas, ripagament u remissjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni



Taqsima 1

Determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, notifika tad-dejn doganali u dħul fil-kontijiet



Sottotaqsima 1

Artikolu 165

Assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikoli 101(1) u 102(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta jiġġarrab dejn doganali, l-awtoritajiet doganali kompetenti għall-irkupru tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali għandu jinforma lill-awtoritajiet doganali l-oħrajn involuti dwar dawn li ġejjin:

(a) il-fatt li ġġarrab dejn doganali;

(b) l-azzjoni meħuda kontra d-debitur biex jirkupra s-somom ikkonċernati.

2.  L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-irkupru tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(4) tal-Kodiċi, meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih il-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura speċjali li mhix ta’ tranżitu, jew kienet qed tinħażen b’mod temporanju jikseb, qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, evidenza li l-avvenimenti li minnhom joħroġ jew hu meqjus li joħroġ id-dejn doganali seħħew fi Stat Membru ieħor, dik l-awtorità doganali għandha immedjatament u fi kwalunkwe każ f’dak il-limitu ta’ żmien tibgħat l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtorità doganali responsabbli għal dak il-post. L-awtorità doganali tal-aħħar għandha tirrikonoxxi r-riċevuta tal-komunikazzjoni u tindika jekk hix responsabbli għall-irkupru. Jekk ma tasal ebda risposta fi żmien 90 jum, l-awtorità doganali emittenti għandha immedjatament tipproċedi bl-irkupru.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(4) tal-Kodiċi, meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih instab li d-dejn doganali jkun ġġarrab fir-rigward ta’ merkanzija li la kienet tqiegħdet taħt proċedura doganali u lanqas taħt ħażna temporanja, jikseb, qabel in-notifika tad-dejn doganali, evidenza li l-avvenimenti li minnhom joħroġ jew ikun meqjus li joħroġ id-dejn doganali seħħew fi Stat Membru ieħor, dik l-awtorità doganali għandha minnufih u f’kull każ qabel dik in-notifika, tibgħat l-informazzjoni disponibbli lill-awtorità doganali responsabbli għal dak il-post. L-awtorità doganali tal-aħħar għandha tirrikonoxxi r-riċevuta tal-komunikazzjoni u tindika jekk hix responsabbli għall-irkupru. Jekk ma tasal ebda risposta fi żmien 90 jum, l-awtorità doganali emittenti għandha immedjatament tipproċedi bl-irkupru.

Artikolu 166

Uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni relatat ma’ carnets ATA jew carnets CPD

(l-Artikolu 226(3)(c) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jaħtru uffiċju doganali ta’ koordinazzjoni responsabbli għal kwalunkwe azzjoni li tikkonċerna djun doganali li jsiru minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi jew kundizzjonijiet relatati ma’ carnets ATA jew carnets CPD taħt l-Artikolu 79 tal-Kodiċi.

2.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni flimkien ma’ numru ta’ referenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 167

Irkupru ta’ ħlasijiet oħra taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u tranżitu skont il-Konvenzjoni TIR

(l-Artikolu 226(3)(a) u (b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali li jkunu nnotifikaw id-dejn doganali u l-obbligu li jitħallsu ħlasijiet oħra dovuti in konnessjoni mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni jew taħt il-proċedura ta’ tranżitu skont il-Konvenzjoni TIR jiksbu evidenza dwar il-post fejn seħħew l-avvenimenti li wasslu għad-dejn doganali u l-obbligu li jitħallsu ħlasijiet oħra, dawk l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu l-proċedura ta’ rkupru u immedjatament jibgħatu d-dokumenti kollha meħtieġa, inkluża kopja awtentikata tal-evidenza, lill-awtoritajiet responsabbli għal dak il-post. L-awtoritajiet emittenti għandhom simultanjament jitolbu konferma tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet riċeventi għall-irkupru tal-ħlasijiet l-oħra.

2.  L-awtoritajiet riċeventi għandhom jirrikonoxxu r-riċevuta tal-komunikazzjoni u għandhom jindikaw jekk humiex kompetenti għall-irkupru tal-ħlasijiet l-oħra. Jekk fi żmien 28 jum ma tasal ebda tweġiba, l-awtoritajiet emittenti li jagħmlu t-talba għandhom minnufih ikomplu bil-proċedimenti tal-irkupru li jkun bdew.

3.  Kwalunkwe proċediment pendenti għall-irkupru ta’ ħlasijiet oħra mibdi mill-awtoritajiet emittenti għandu jiġi sospiż malli l-awtoritajiet riċeventi jirrikonoxxu r-riċevuta ta’ komunikazzjoni u jindikaw li huma kompetenti li jirkupraw l-ħlasijiet l-oħra.

Malli l-awtoritajiet riċeventi jipprovdu prova li rkupraw is-somom in kwistjoni, l-awtoritajiet emittenti għandhom iħallsu lura kwalunkwe ħlas ieħor diġà rkuprat jew jikkanċellaw il-proċedimenti ta’ rkupru.

Artikolu 168

Notifika ta’ rkupru tad-dazji u ħlasijiet oħra taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u t-tranżitu skont il-Konvenzjoni TIR

(l-Artikolu 226(3)(a) u (b) tal-Kodiċi)

Meta jiġġarrab dejn doganali fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni jew taħt il-proċedura ta’ tranżitu skont il-Konvenzjoni TIR, l-awtoritajiet doganali kompetenti għall-irkupru għandhom jinformaw lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar l-irkupru tad-dazji u ħlasijiet oħra.

Artikolu 169

Irkupru ta’ ħlasijiet oħra għal merkanzija mqiegħda taħt tranżitu skont il-Konvenzjoni ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul

(l-Artikolu 226(3)(c) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali li jkunu nnotifikaw id-dejn doganali u l-obbligu li jitħallsu ħlasijiet oħra għal merkanzija mqiegħda taħt tranżitu skont il-Konvenzjoni ATA/jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul jiksbu evidenza dwar il-post fejn seħħew l-avvenimenti li wasslu għad-dejn doganali u l-obbligu li jitħallsu ħlasijiet oħra, dawk l-awtoritajiet doganali għandhom immedjatament jibagħtu d-dokumenti kollha meħtieġa, inkluża kopja awtentikata tal-evidenza, lill-awtoritajiet responsabbli għal dak il-post. L-awtoritajiet emittenti għandhom simultanjament jitolbu konferma tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet riċeventi għall-irkupru tal-ħlasijiet l-oħra.

2.  L-awtoritajiet riċeventi għandhom jirrikonoxxu r-riċevuta tal-komunikazzjoni u għandhom jindikaw jekk humiex kompetenti għall-irkupru tal-ħlasijiet l-oħra. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet riċeventi għandhom jużaw il-mudell ta’ rilaxx stabbilit fl-Anness 33-05 billi jiġi indikat li l-proċeduri tat-talba inbdew fir-rigward tal-assoċjazzjoni garanti fl-Istat Membru riċeventi. Jekk fi żmien 90 jum ma tasal ebda tweġiba, l-awtoritajiet emittenti li jagħmlu t-talba għandhom minnufih ikomplu bil-proċedimenti tal-irkupru li jkun bdew.

3.  Meta l-awtoritajiet riċeventi jkunu kompetenti, għandhom jibdew proċedimenti ġodda għall-irkupru ta’ ħlasijiet oħra, fejn xieraq wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, u għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet emittenti immedjatament.

L-awtoritajiet riċeventi għandhom, fejn meħtieġ, jiġbru mill-assoċjazzjoni garanti li jkunu marbutin magħha, l-ammont ta’ dazji u ħlasijiet oħrajn dovuti bir-rati applikabbli fl-Istat Membru fejn jinsabu dawk l-awtoritajiet.

4.  Malli l-awtoritajiet riċeventi jindikaw li jkunu kompetenti għall-irkupru ta’ ħlasijiet oħra, l-awtoritajiet emittenti għandhom jirrimborsaw lill-assoċjazzjoni garanti li jkunu marbutin magħha kwalunkwe somom li l-assoċjazzjoni setgħet iddepożitat jew ħallset provviżorjament.

5.  Il-proċeduri għandhom jiġu trasferiti f’perjodu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-validità tal-carnet sakemm dak il-ħlas ma jkunx sar definittiv skont l-Artikolu 7(2) jew (3) tal-Konvenzjoni ATA jew l-Artikolu 9(1)(b) u (c) tal-Anness A għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul.

Artikolu 170

Irkupru ta’ ħlasijiet oħrajn għal merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju skont il-Konvenzjoni ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul

(l-Artikolu 226(3)(c) tal-Kodiċi)

Fil-każ ta’ rkupru ta’ ħlasijiet oħra għal merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju skont il-Konvenzjoni ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-Artikolu 169 għandu japplika mutatis mutandis.



Sottotaqsima 2

Notifika tad-dejn doganali u talba għal ħlas minn assoċjazzjoni ta’ garanzija

Artikolu 171

Talba għal ħlas minn assoċjazzjoni ta’ garanzija taħt il-proċedura tal-Konvenzjoni ATA u tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul

(l-Artikolu 98 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li d-dejn doganali jkun sar għal merkanzija koperta minn carnet ATA, għandhom jagħmlu talba kontra l-assoċjazzjoni ta’ garanzija mingħajr dewmien. L-uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni li jagħmel it-talba msemmija fl-Artikolu 86 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandu fl-istess ħin jibgħat lill-uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni, li l-uffiċċju doganali ta’ tqegħid taħt dħul temporanju jkun jinsab fil-ġurisdizzjoni tiegħu, memorandum ta’ informazzjoni dwar it-talba għal ħlas mibgħuta lill-assoċjazzjoni ta’ garanzija. Dan għandu juża l-formola stabbilita fl-Anness 33-03.

2.  Il-memorandum ta’ informazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn kopja tal-vawċer mhux rilaxxata, jekk tkun fil-pussess tal-uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni. Il-memorandum ta’ informazzjoni jista’ jintuża kull meta dan jitqies neċessarju.

3.  Il-formola tat-tassazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 86 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tista’ tintbagħat wara li ssir it-talba lill-assoċjazzjoni ta’ garanzija, għalkemm mhux aktar tard minn tliet xhur mit-talba u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jibdew il-proċedimenti ta’ rkupru. Il-formola tat-tassazzjoni hija stabbilita fl-Anness 33-04.



Taqsima 2

Ripagament u remissjoni

Artikolu 172

Applikazzjoni għal ħlas lura jew remissjoni

(l-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi)

Applikazzjonijiet għal ħlas lura jew remissjoni għandhom jiġu ppreżentati mill-persuna li tkun ħallset jew li tkun responsabbli biex tħallas l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni, jew minn kull persuna li għandu d-drittijiet u l-obbligi tiegħu.

Artikolu 173

Preżentazzjoni ta’ merkanzija bħala kundizzjoni għal ħlas lura jew remissjoni

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

Il-ħlas lura jew remissjoni għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni tal-merkanzija. Meta l-merkanzija ma tistax tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tagħti ħlas lura jew remissjoni biss fejn ikollha evidenza li turi li l-merkanzija in kwistjoni hija l-merkanzija li rigward tagħha ntalab il-ħlas lura jew ir-remissjoni.

Artikolu 174

Restrizzjoni fuq it-trasferiment tal-merkanzija

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 176(4) ta’ dan ir-Regolament u sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni dwar applikazzjoni għal ħlas lura jew remissjoni, il-merkanzija li jkun intalab ħlas lura jew remissjoni fir-rigward tagħha m’għandhiex tiġi trasferita għal post differenti minn dak speċifikat fl-applikazzjoni sakemm l-applikant ma jinnotifikax bil-quddiem lill-awtorità doganali msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, li għandha tinforma lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni.

Artikolu 175

Assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikoli 22 u 116(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta għall-finijiet ta’ ħlas lura jew remissjoni, għandha tiġi miksuba informazzjoni supplimentari mill-awtorità doganali ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li fih id-dejn doganali jkun ġie notifikat jew meta l-merkanzija għandha tiġi eżaminata minn dik l-awtorità sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura jew remissjoni huma ssodisfati, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha titlob l-assistenza tal-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija, li tispeċifika n-natura tal-informazzjoni li għandha tinkiseb jew il-verifiki li għandhom jitwettqu.

It-talba għall-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija tikseb l-informazzjoni jew twettaq il-kontrolli mitluba.

2.  Meta l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tibgħat it-talba msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi differenti mit-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta skont l-Artikolu 93 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, għandha tibgħat lill-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija, żewġ kopji tat-talba magħmula bil-miktub permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 33-06.

3.  L-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija għandha tikkonforma minnufih mat-talba msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija għandha tikseb l-informazzjoni jew twettaq il-verifiki mitluba mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba. Hija għandha ddaħħal ir-riżultati miksuba fil-parti rilevanti tat-talba oriġinali msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tirritorna d-dokument lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni flimkien mad-dokumenti kollha msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1.

Meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tinsab il-merkanzija ma tkunx tista’ tikseb l-informazzjoni jew tagħmel il-verifiki mitluba fil-perjodu stipulat fit-tieni sottoparagrafu, għandha tagħti lura t-talba, debitament annotata, fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 176

Tlestija tal-formalitajiet doganali

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta ripagament jew remissjoni tkun suġġetta għat-twettiq ta’ formalitajiet doganali, id-detentur tad-deċiżjoni għal ħlas lura jew remissjoni għandu jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ monitoraġġ li huwa wettaq dawk il-formalitajiet. Meta d-deċiżjoni tispeċifika li l-merkanzija tista’ tiġi esportata jew imqiegħda taħt proċedura speċjali, u d-debitur juża dik l-opportunità, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jkun l-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija titqiegħed taħt dik il-proċedura.

2.  L-uffiċċju doganali ta’ monitoraġġ għandha tinnotifika lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni dwar it-twettiq tal-formalitajiet doganali li l-ħlas lura jew ir-remissjoni jkunu suġġetti għalihom permezz ta’ risposta msemmija fl Artikolu 95 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 33-07 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Meta l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tkun iddeċidiet li ħlas lura jew remissjoni hija ġġustifikata, l-ammont tad-dazju għandu jitħallas lura jew jitnaqqas biss wara li dik l-awtorità doganali tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tista’ tawtorizza t-twettiq tal-formalitajiet doganali li kull ħlas lura jew remissjoni jistgħu jkunu suġġetti għalihom, qabel ma tieħu deċiżjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal dik id-deċiżjoni. F’dawn il-każijiet, il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis.

5.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċċju doganali tal-monitoraġġ għandu jfisser l-uffiċċju doganali li jiżgura, fejn xieraq, li l-formalitajiet jew ir-rekwiżiti li lilhom, il-ħlas lura jew ir-remissjoni tal-ammont tad-dazju ta’ importazzjoni u esportazzjoni huwa soġġett, jiġu ssodisfati.

Artikolu 177

Formalitajiet relatati mad-deċiżjoni dwar ħlas lura jew remissjoni

(l-Artikolu 116(2) tal-Kodiċi)

1.  Meta tieħu deċiżjoni dwar ħlas lura jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jkunu suġġetti għat-tlestija minn qabel ta’ ċerti formalitajiet doganali, l-awtorità doganali għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien, li ma għandux jaqbeż 60 jum mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni, għat-tlestija ta’ dawk il-formalitajiet doganali.

2.  In-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirriżulta f’telf tad-dritt għal ħlas lura jew remissjoni ħlief meta l-persuna kkonċernata turi li ġiet ostakolata milli tilħaq dak il-limitu ta’ żmien minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure.

Artikolu 178

Partijiet jew komponenti ta’ oġġett uniku

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

Meta ripagament jew remissjoni jkunu soġġetti għal qerda, abbandun lill-Istat jew tqegħid taħt proċedura speċjali jew il-proċedura ta’ esportazzjoni tal-merkanzija, iżda l-formalitajiet korrispondenti jkunu tlestew biss għal parti jew komponent wieħed jew aktar minn wieħed ta’ dik il-merkanzija, l-ammont li għandu jitħallas lura jew jitnaqqas għandu jkun id-differenza bejn l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni fuq il-prodotti u l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni li kien ikun applikabbli fuq il-bqija tal-merkanzija li kieku tqiegħdet fi stat mhux mibdul taħt proċedura doganali li twassal biex jiġġarrab dejn doganali, fid-data li fiha l-merkanzija tkun tqiegħdet hekk.

Artikolu 179

Skart u fdalijiet

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

Fejn il-qerda ta ‘oġġetti awtorizzati mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tipproduċi skart jew skrapp, tali żibel jew skart għandu jitqies bħala merkanzija mhux tal-Unjoni la darba tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti ħlas lura jew ir-remissjoni.

Artikolu 180

Esportazzjoni jew distruzzjoni mingħajr superviżjoni doganali

(l-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi)

1.  Fil-każijiet koperti mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 116(1), l-Artikolu 118 jew fl Artikolu 120 tal-Kodiċi, meta l-esportazzjoni jew id-distruzzjoni saret mingħajr sorveljanza doganali, ħlas lura jew remissjoni abbażi tal-Artikolu 120 tal-Kodiċi għandu jkun kundizzjonali fuq dan li ġej:

(a) l-applikant li jissottometti, lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni, evidenza meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-merkanzija, li fir-rigward tagħha ħlas lura jew remissjoni tkun mitluba, tissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-merkanzija ġiet esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(b) il-merkanzija ġiet meqruda taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet jew persuni awtorizzati mill-awtoritajiet biex jiċċertifikaw tali qerda;

(b) l-applikant jirritorna, lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni, kwalunkwe dokument li jiċċertifika jew li fih informazzjoni li tikkonferma l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni in kwistjoni, li permezz tagħha l-merkanzija msemmija setgħet telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe evidenza li l-istess awtorità tikkunsidra meħtieġa sabiex tiżgura li d-dokument in kwistjoni ma jistax jintuża sussegwentement b’konnessjoni ma’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  L-evidenza li tistabbilixxi li l-merkanzija li fir-rigward tagħha jintalab ħlas lura jew remissjoni ġiet esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin:

(a) iċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 334 ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-oriġinal jew kopja ċertifikata tad-dikjarazzjoni doganali għall-proċedura li tinvolvi li jiġġarrab dejn doganali;

(c) fejn ikun meħtieġ, dokumenti kummerċjali jew amministrattivi li jkun fihom deskrizzjoni sħiħa tal-merkanzija li ġiet ippreżentata mad-dikjarazzjoni doganali għall-proċedura msemmija jew mad-dikjarazzjoni doganali għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Unjoni jew mad-dikjarazzjoni doganali magħmula għall-merkanzija fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

3.  L-evidenza li tistabbilixxi li l-merkanzija li jintalab ħlas lura jew remissjoni fir-rigward tagħha, ġiet meqruda taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet jew persuni awtorizzati biex jiċċertifikaw uffiċjalment din il-qerda għandha tinkludi wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a) rapport jew dikjarazzjoni ta’ qerda mfassal mill-awtoritajiet li taħt is-sorveljanza tagħhom ġiet meqruda l-merkanzija, jew kopja ċertifikata ta’ dan;

(b) ċertifikat magħmul mill-persuna awtorizzata biex tiċċertifika qerda, akkumpanjat minn evidenza tal-awtorità tiegħu.

Dawk id-dokumenti għandu jkun fihom deskrizzjoni sħiħa tal-merkanzija meqruda sabiex jistabbilixxu, permezz ta’ paragun mad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni doganali għal proċedura doganali li tinvolvi li jiġġarrab id-dejn doganali u d-dokumenti ta’ sostenn, li l-merkanzija meqruda hija dik li ġiet imqiegħda taħt il-proċedura msemmija.

4.  Meta l-evidenza msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma tkunx biżżejjed għall-awtorità doganali biex tieħu deċiżjoni dwar il-każ sottomess lilha, jew meta ċerta evidenza ma tkunx disponibbli, tali evidenza tista’ tiġi supplimentata jew mibdula minn kwalunkwe dokument ieħor meqjus neċessarju mill-istess awtorità.

Artikolu 181

Informazzjoni li għandha tingħata lill-Kummissjoni

(l-Artikolu 121(4) tal-Kodiċi)

1.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta’ każijiet meta l-ħlas lura jew ir-remissjoni ikunu ġew mogħtija abbażi tal-Artikolu 119 jew tal-Artikolu 120 tal-Kodiċi u meta l-ammont imħallas lura jew imnaqqas lil ċertu debitur fir-rigward operazzjoni ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni waħda jew iktar, iżda minħabba żball wieħed jew sitwazzjoni speċjali, ikun aktar minn EUR 50 000 , ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 116(3) tal-Kodiċi

2.  Il-komunikazzjoni għandha ssir matul l-ewwel u t-tielet kwarti ta’ kull sena għall-każijiet kollha fejn ġie deċiż li d-dazji jitħallsu lura jew jitnaqqsu matul nofs is-sena preċedenti.

3.  Meta Stat Membru ma jkunx ħa deċiżjoni fuq każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul in-nofs sena in kwistjoni, huwa għandu jibgħat lill-Kummissjoni komunikazzjoni bl-entrata “Mhux applikabbli”.

4.  Kull Stat Membru għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista tal-każijiet meta l-ħlas lura jew ir-remissjoni jkunu ġew mogħtija abbażi tal-Artikolu 119 jew tal-Artikolu 120 tal-Kodiċi u meta l-ammont imħallas lura jew imnaqqas ikun ekwivalenti għal EUR 50 000 jew inqas.

5.  Għal kull wieħed mill-każijiet imsemmija f’dan Artikolu, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni doganali jew tad-dokument li jinnotifika d-dejn;

(b) id-data tad-dikjarazzjoni doganali jew tad-dokument li jinnotifika d-dejn;

(c) it-tip tad-deċiżjoni;

(d) il-bażi legali tad-deċiżjoni;

(e) l-ammont u l-munita;

(f) id-dettalji tal-każ (inkluża spjegazzjoni fil-qosor għaliex l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet għar-remissjoni/ħlas lura tal-bażi legali rilevanti ġew issodisfati).



IT-TITOLU IV

MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI



KAPITOLU 1

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

Artikolu 182

Sistema elettronika relatata mad-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul

(l-Artikolu 16 tal-Kodiċi)

Sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni elettronika stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandha tintuża għall-preżentazzjoni, l-ipproċessar, il-ħażna u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul, u għall-iskambji sussegwenti ta’ informazzjoni previsti f’dan il-Kapitolu.

▼C2

Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema msemmija fih skont l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema elettronika żviluppata għall-preżentazzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni relatata mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

▼B

Artikolu 183

Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(l-Artikolu 127(5) u (6) tal-Kodiċi)

1.  Id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jistgħu jiġu pprovduti permezz tas-sottomissjoni ta’ aktar minn sett ta’ dejta wieħed.

2.  Għall-fini ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul billi jintbagħtu diversi settijiet ta’ dejta, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jkun l-uffiċċju doganali skont l-għarfien tal-persuna kkonċernata fil-waqt li jintbagħtu d-dettalji, b’mod partikolari abbażi tal-post fejn il-merkanzija tiġi kkunsinnata.

3.  Sad-dati ta’ titjib tas-sistema ta’ kontroll tal-importazzjoni msemmija fl-Anness li jimplimenta d- Deċiżjoni 2014/255/UE, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 184

Obbligi biex tingħata informazzjoni relatata mal-għoti ta’ dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuni li ma jkunux it-trasportatur

(l-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi)

1.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 112(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, it-trasportatur u kwalunkwe waħda mill-persuni li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha, fis-sett ta’ dejta parzjali tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, tipprovdi l-identità ta’ kwalunkwe persuna li kkonkludiet kuntratt tat-trasport magħhom, ħarġet polza ta’ kargu fir-rigward tal-istess merkanzija u ma tagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalihom.

Meta l-kunsinnatarju fil-polza ta’ kargu jindika li ma għandu ebda poloz ta’ kargu sottostanti ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa disponibbli għall-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu, dik il-persuna għandha tipprovdi l-identità tal-kunsinnatarju.

2.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 112(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha tinforma lill-persuna li kkonkludiet kuntratt ta’ trasport magħha dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ kargu u toħroġ il-polza ta’ kargu lilu.

Fil-każ ta’ arranġament ta’ tagħbija konġunta tal-merkanzija, il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha tinforma dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ kargu lill-persuna li tkun daħlet f’dak il-ftehim magħha.

3.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, it-trasportatur u kwalunkwe waħda mill-persuni li joħorġu polza ta’ passaġġ bl-ajru għandhom, fis-sett ta’ dejta parzjali tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, jipprovdu l-identità ta’ kwalunkwe persuna li kkonkludiet kuntratt tat-trasport magħhom, ħarġet polza ta’ passaġġ bl-ajru fir-rigward tal-istess merkanzija u ma għamlitx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalihom.

4.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-persuna li toħroġ polza ta’ vjeġġ bl-ajru għandha tinforma lill-persuna li kkonkludiet kuntratt ta’ trasport magħha dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ vjeġġ bl-ajru u toħroġlu l-polza ta’ vjeġġ bl-ajru.

Fil-każ ta’ arranġament ta’ tagħbija konġunta tal-merkanzija, il-persuna li toħroġ il-polza ta’ passaġġ bl-ajru għandha tinforma dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ passaġġ bl-ajru lill-persuna li tkun daħlet f’dak il-ftehim magħha.

5.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, it-trasportatur għandu, fis-sett ta’ dejta parzjali tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, jipprovdi l-identità tal-operatur postali li ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalih.

6.  Sad-data tat-twettiq tal-aġġornament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni msemmija fl-Anness li jimplimenta d- Deċiżjoni 2014/255/UE, il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 185

Reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(l-Artikolu 127(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mal-wasla tagħha u għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tkun ippreżentata dwar ir-reġistrazzjoni tagħha immedjatament u għandhom jikkomunikaw MRN tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u d-data tar-reġistrazzjoni lil dik il-persuna.

2.  Meta d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu pprovduti billi jiġi ppreżentat iktar minn sett ta’ dejta wieħed, l-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw kull waħda minn dawk is-sottomissjonijiet ta’ dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul malli jirċevuha u għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-persuna li tkun għamlet dawk is-sottomissjonijiet tar-reġistrazzjoni tagħhom u għandhom jikkomunikaw MRN ta’ kull sottomissjoni u d-data tar-reġistrazzjoni għal kull sottomissjoni lil dik il-persuna.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw immedjatament lit-trasportatur tar-reġistrazzjoni sakemm it-trasportatur ikun talab li jiġi nnotifikat u jkollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul hija ppreżentata minn persuna msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 127(4) tal-Kodiċi;

(b) fejn dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul huma pprovduti skont l-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi.

4.  Sad-dati tal-aġġornament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni msemmija fl-Anness li jimplimenta d- Deċiżjoni 2014/255/UE, il-paragrafi 2 u punt b) tal-paragrafu 3ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 186

Analiżi tar-riskju

▼M1

(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)

▼B

1.  Analiżi tar-riskju għandha titwettaq qabel il-wasla tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul sakemm id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tkun ġiet ippreżentata fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 105 sa 109 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sakemm ma jiġix identifikat riskju jew ma jkunx hemm bżonn li ssir analiżi addizzjonali tar-riskju.

Fil-każ ta’ merkanzija fil-kontejners li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 105(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-awtoritajiet doganali għandhom ilestu l-analiżi tar-riskju fi ħdan 24 siegħa mill-wasla tad-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi, tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ppreżentata mit-trasportatur.

Flimkien mal-ewwel sottoparagrafu, fil-każ ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-wasla ta’ mill-inqas is-sett minimu ta’ dejta tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  L-analiżi tar-riskju għandha titlesta wara, fejn meħtieġ, l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskju u r-riżultati ta’ analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 46(5) tal-Kodiċi.

3.  Meta t-tlestija tal-analiżi tar-riskju teħtieġ aktar informazzjoni dwar id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul dik l-analiżi għandha timtela biss wara li tingħata dik l-informazzjoni.

Għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu dik l-informazzjoni mill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn applikabbli, mill-persuna li tkun ippreżentat dawk id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Meta dik il-persuna tkun differenti mit-trasportatur, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lit-trasportatur, diment li t-trasportatur ikun talab li jiġi nnotifikat u jkollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament.

4.  Meta, fil-każ ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jissuspettaw li l-kunsinna tista’ toħloq theddida serja ta’ sigurtà fl-avjazzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn applikabbli, il-persuna li tkun ippreżentat id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u, meta dik il-persuna tkun differenti mit-trasportatur, jinformaw lit-trasportatur, sakemm it-trasportatur ikollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament, li l-kunsinna għandha tiġi skrinjata bħala Merkanzija u Posta ta’ Riskju Għoli, skont il-punt 6.7.3. tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774 tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni li jkun fihom informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18(a) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 qabel ma titgħabba abbord ajruplan dirett lejn it-territorju doganali tal-Unjoni. Wara n-notifika, dik il-persuna għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali dwar jekk il-kunsinna kinitx diġà ġiet skrinjata jew ġietx skrinjata skont ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq u tipprovdi informazzjoni rilevanti fuq dak l-iskrinjar. L-analiżi tar-riskju għandha timtela biss wara li tingħata informazzjoni.

5.  Meta, fil-każ ta’ merkanzija fil-kontejners li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 105(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jew fil-każ ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, l-analiżi tar-riskju tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li d-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni joħloq theddida tant serja għas-sigurtà u s-sikurezza li tkun meħtieġa azzjoni immedjata, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn applikabbli, lill-persuna li tkun ippreżentat id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u, meta dik il-persuna tkun differenti mit-trasportatur, jinformaw lit-trasportatur, sakemm it-trasportatur ikollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament, li l-merkanzija m’għandhiex titgħabba. Dik in-notifika għandha ssir u dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta immedjatament wara l-iskoperta tar-riskju rilevanti u, fil-każ ta’ merkanzija fil-kontejners li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 105(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1.

6.  Meta kunsinna tkun ġiet identifikata bħala li tippreżenta theddida ta’ natura li teħtieġ azzjoni immedjata mal-wasla, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jieħu dik l-azzjoni mal-wasla tal-merkanzija.

7.  Meta jiġi identifikat riskju li ma joħloqx theddida tant serja għas-sigurtà u s-sikurezza li tkun meħtieġa azzjoni immedjata, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jgħaddi r-riżultati tal-analiżi tar-riskju li tinkludi, fejn meħtieġ, informazzjoni dwar l-aktar post xieraq minn fejn għandha ssir azzjoni ta’ kontroll u d-dejta tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-uffiċċji doganali kollha potenzjalment ikkonċernat mill-moviment tal-merkanzija.

8.  Meta l-merkanzija li għaliha l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul hija rinunzjata skont l-Artikolu 104(1)(c) sa (k), (m) u (n) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 104(2) ta’ dak ir-Regolament, tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, fejn disponibbli abbażi tad-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja jew dikjarazzjoni doganali li tkopri dik il-merkanzija.

9.  Merkanzija ppreżentata lid-dwana tista’ tiġi rilaxxata għal proċedura doganali jew esportata mill-ġdid malli ssir l-analiżi tar-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju u, fejn meħtieġ, il-miżuri meħuda, jippermettu dan ir-rilaxx.

10.  Analiżi tar-riskju għandha titwettaq ukoll jekk id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu emendati skont l-Artikolu 129 tal-Kodiċi. F’dak il-każ, l-analiżi tar-riskju għandha titlesta immedjatament mal-wasla tad-dettalji sakemm ma jiġix identifikat riskju jew ma jkun hemm bżonn li titwettaq analiżi tar-riskju addizzjonali.

Artikolu 187

Analiżi tar-Riskji

▼M1

(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)

▼B

1.  Sad-data tat-twettiq tal-aġġornament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni msemmija fl-Anness li jimplimenta d- Deċiżjoni 2014/255/UE, l-Artikolu 186(1) sa (8) ma għandux japplika.

2.  Analiżi tar-riskju għandha titwettaq qabel il-wasla tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul sakemm id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tkun ġiet ippreżentata fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 105 sa 109 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sakemm ma jiġix identifikat riskju.

3.  F’każ ta’ merkanzija fil-kontejners li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 105(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-awtoritajiet doganali għandhom ilestu l-analiżi tar-riskju fi ħdan 24 siegħa mill-wasla tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Meta dik l-analiżi tipprovdi bażi raġonevoli sabiex l-awtoritajiet doganali jqisu li d-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jkun ta’ theddida għas-sigurtà u għas-sikurezza li tkun meħtieġa azzjoni immedjata, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u, meta dik il-persuna ma tkunx it-trasportatur, jinformaw lit-trasportatur diment li t-trasportatur ikollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament, li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba. Dik in-notifika għandha ssir u dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta immedjatament wara li jiġi identifikat riskju rilevanti u fi żmien 24 siegħa mill-wasla tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

4.  Meta bastiment jew inġenju tal-ajru għandu jieqaf f’aktar minn port jew ajruport wieħed fit-territorju doganali tal-Unjoni, sakemm jiċċaqlaq bejn dawn il-portijiet mingħajr ma jieqaf fi kwalunkwe port jew ajruport barra mit-territorju doganali tal-Unjoni japplika dan li ġej:

▼M1

(a) għall-merkanzija kollha li tinġarr mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fl-ewwel port jew ajruport tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali ta' dak il-port jew ajruport tad-dħul għandhom iwettqu l-analiżi tar-riskju għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza għall-merkanzija kollha ttrasportata mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat. Jistgħu jsiru analiżijiet addizzjonali tar-riskju għal dik il-merkanzija fil-port jew fl-ajruport li fihom ikunu rilaxxati.

▼B

(b) fil-każ ta’ kunsinni identifikati ta’ theddida ta’ natura tant serja li jkun meħtieġ intervent immedjat, l-uffiċċju doganali tal-ewwel port jew ajruport ta’ dħul fl-Unjoni għandu jieħu azzjoni projbittiva, u fi kwalunkwe każ, jgħaddi r-riżultati tal-analiżi tar-riskju lill-portijiet jew lill-ajruporti sussegwenti; kif ukoll

(c) f’portijiet jew f’ajruporti sussegwenti fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-Artikolu 145 tal-Kodiċi għandu japplika għall-merkanzija ppreżentata lid-dwana f’dak il-port jew ajruport.

5.  Meta l-merkanzija li għaliha l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul hija rinunzjata skont l-Artikolu 104(1)(c) sa (k), (m) u (n), (2) u (2a) tal-Kummissjoni [Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013] tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, meta disponibbli abbażi tad-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja jew dikjarazzjoni doganali li tkopri dik il-merkanzija.

Artikolu 188

Emenda ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(l-Artikolu 129(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu ppreżentati minn persuni differenti, kull persuna tista’ tingħata permess li temenda d-dettalji li tkun issottomettiet dik il-persuna.

2.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-persuna li ppreżentat emendi għad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul bid-deċiżjoni tagħhom li jirreġistraw jew jirrifjutaw l-emendi.

Meta l-emendi għad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu ppreżentati minn persuna differenti mit-trasportatur, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw ukoll lit-trasportatur, sakemm it-trasportatur ikun talab li jiġi notifikat u jkollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 182 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Sad-dati ta’ titjib tas-sistema ta’ kontroll tal-importazzjoni msemmija fl-Anness li jimplimenta d- Deċiżjoni 2014/255/UE, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika.



KAPITOLU 2

Wasla tal-merkanzija



Taqsima 1

Dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni

Artikolu 189

Devjazzjoni ta’ bastiment tal-baħar jew inġenju tal-ajru

(l-Artikolu 133 tal-Kodiċi)

1.  Meta bastiment tal-baħar jew inġenju tal-ajru li jidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni jiġi ddevjat u huwa mistenni li jasal l-ewwel f’uffiċċju doganali li jinsab fi Stat Membru li ma kienx indikat fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bħala pajjiż minn fejn jgħaddi t-trasport, l-operatur ta’ dak il-mezz tat-trasport għandu jinforma lill-uffiċċju doganali indikat fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bħala l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul dwar dik id-devjazzjoni.

L-ewwel sottoparagrafu m’għandux japplika meta l-merkanzija tkun iddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt proċedura ta’ tranżitu skont l-Artikolu 141 tal-Kodiċi.

2.  L-uffiċċju doganali indikat fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bħala l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu, immedjatament wara li jiġi infurmat skont il-paragrafu 1, jinnotifika lill-uffiċċju doganali li skont dik l-informazzjoni jkun l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul tad-devjazzjoni. Huwa għandu jiżgura d-disponibbiltà tad-dettalji rilevanti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u tar-riżultati tal-analiżi tar-riskju lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.



Taqsima 2

Preżentazzjoni, ħatt u eżaminazzjoni tal-merkanzija

Artikolu 190

Preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana

(l-Artikolu 139 tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li jużaw sistemi ta’ port jew ajruport jew metodi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana.



Taqsima 3

Ħażna temporanja tal-merkanzija

Artikolu 191

Proċedura ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali qabel l-awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  Il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi segwita skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan Artikolu qabel ma tittieħed deċiżjoni li tawtorizza l-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja li tinvolvi aktar minn Stat Membru wieħed, sakemm l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni ma tkunx tal-fehma li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din ma jkunux issodisfati.

Qabel ma toħroġ awtorizzazzjoni, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tikseb l-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali kkonsultati.

2.  L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tikkomunika l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganali kkonsultati mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ aċċettazzjoni tal-applikazzjoni.

3.  L-awtoritajiet doganali kkonsultati għandhom jikkomunikaw l-oġġezzjonijiet jew il-qbil tagħhom fi żmien 30 jum wara d-data li fiha l-abbozz ta’ awtorizzazzjoni ġie kkomunikat lilhom. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu debitament ġustifikati.

Meta l-oġġezzjonijiet huma kkomunikati f’dak il-perjodu u ma jintlaħaq ebda ftehim bejn l-awtoritajiet ta’ konsulenza u kkonsultati fi żmien 60 jum wara d-data li fiha ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss għall-parti tal-applikazzjoni li ma wasslitx għal oġġezzjonijiet.

Jekk l-awtoritajiet doganali kkonsultati ma jikkomunikawx oġġezzjonijiet fil-limitu ta’ żmien, għandu jitqies li ngħata l-ftehim tagħhom.

Artikolu 192

Dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja

▼M1

(l-Artikolu 145 tal-Kodiċi)

▼B

Meta dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata qabel il-preżentazzjoni mistennija tal-merkanzija lid-dwana skont l-Artikolu 171 tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkunsidraw din id-dikjarazzjoni bħala dikjarazzjoni ta’ ħażna temporanja.

Artikolu 193

Moviment ta’ merkanzija f’ħażna temporanja

(l-Artikolu 148(5) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-moviment isir bejn faċilitajiet ta’ ħażna temporanja taħt ir-responsabbiltà ta’ awtoritajiet doganali differenti, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja minn fejn il-merkanzija tkun tressqet għandu jinforma:

(a) lill-awtorità doganali responsabbli għas-superviżjoni tal-faċilità ta’ ħażna temporanja minn fejn tkun tressqet il-merkanzija, dwar il-moviment ippjanat bil-mod stipulat fl-awtorizzazzjoni u, mal-wasla tal-merkanzija fil-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja tad-destinazzjoni, dwar l-ikkompletar tal-moviment bil-mod stipulat fl-awtorizzazzjoni;

(b) lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-faċilitajiet li fihom tkun tressqet il-merkanzija, li l-merkanzija ntbagħtet.

2.  Meta l-moviment isir bejn faċilitajiet ta’ ħażna temporanja taħt ir-responsabbiltà ta’ awtoritajiet doganali differenti, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-faċilitajiet li fihom tkun tressqet il-merkanzija għandu:

(a) jinnotifika lill-awtoritajiet doganali responsabbli għal dawk il-faċilitajiet, dwar il-wasla tal-merkanzija, u

(b) mal-wasla tal-merkanzija fil-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja tad-destinazzjoni, jinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja tat-tluq.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu referenza għad-dikjarazzjoni ta’ ħżin temporanju u sad-data ta’ għeluq tal-ħżin temporanju.

4.  Meta jsir moviment ta’ merkanzija f’ħażna temporanja, il-merkanzija għandha tibqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja li l-merkanzija tiġi ttrasportata minnhom sakemm il-merkanzija tiddaħħal fir-rekords tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-faċilitajiet ta’ ħażna temporanja li l-merkanzija tiġi ttrasportata fihom sakemm ma jiġix pprovdut mod ieħor fl-awtorizzazzjoni.



IT-TITOLU V

REGOLI ĠENERALI DWAR STATUS DOGANALI, TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI, VERIFIKA, RILAXX U TNEĦĦIJA TAL-MERKANZIJA



KAPITOLU 1

Status doganali tal-merkanzija

Artikolu 194

Sistema elettronika relatata mal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni relatata mal-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni, prevista fl-Artikolu 199(1)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament, għandha tintuża sistema elettronika stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi. Interfaċċa armonizzata tan-negozjanti tal-UE ddisinjata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil ma’ xulxin għandha tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni.

L-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplika mid-data tat-twettiq tas-sistema tal-KDU dwar il-Prova tal-Istatus tal-Unjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.



Taqsima 1

Servizz regolari tat-trasport marittimu

Artikolu 195

Konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati mis-servizz regolari tat-trasport marittimu

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, wara li tkun eżaminat jekk ikunux intlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 120(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat għall-awtorizzazzjoni, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kkonċernati mis-servizz regolari tat-trasport marittimu għall-finijiet tal-Artikolu 119(2)(b) ta’ dak ir-Regolament Delegat kif ukoll mal-awtoritajiet doganali ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-applikant jiddikjara li għandu pjanijiet għalih għal servizzi futuri regolari tat-trasport marittimu, dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni tal-Artikolu 120(2)(b) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

Il-limitu ta’ żmien għall-konsultazzjoni għandu jkun 15-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet doganali kkonsultati.

Artikolu 196

Reġistrazzjoni tal-bastimenti u l-portijiet

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

Permezz ta’ deroga mit-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, awtorità doganali għandha tagħmel l-informazzjoni kkomunikata lilha skont l-Artikolu 121(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 disponibbli permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 10 fi żmien jum tax-xogħol mill-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

Sad-data tat-twettiq tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu trid tkun disponibbli permezz tas-sistema elettronika ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tas-servizzi regolari tat-trasport marittimu regolari.

Dik l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli lill-awtoritajiet doganali kkonċernati mis-servizz awtorizzat regolari tat-trasport marittimu.

Artikolu 197

Ċirkostanzi mhux previsti matul it-trasport permezz ta’ servizzi regolari tat-trasport marittimu

(l-Artikolu 155(2) tal-Kodiċi)

Meta bastiment irreġistrat għal servizz regolari tat-trasport marittimu, bħala riżultat ta’ ċirkostanzi mhux previsti, jittrażborda merkanzija fuq il-baħar, jieqaf, jgħabbi jew iħott merkanzija f’port barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, f’port li ma jkunx parti mis-servizz regolari tat-trasport marittimu jew f’żona ħielsa ta’ port tal-Unjoni, il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali tal-portijiet ta’ waqfa tal-Unjoni sussegwenti, inklużi dawk matul ir-rotta skedata ta’ dak il-bastiment, mingħajr dewmien.

Id-data li fiha l-bastiment jerġa’ jibda s-servizz regolari tiegħu tat-trasport marittimu għandha tiġi kkomunikata lill dawk l-awtoritajiet doganali bil-quddiem.

Artikolu 198

Verifika tal-kundizzjonijiet għal servizzi regolari tat-trasport marittimu

(l-Artikolu 153 tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jeħtieġu evidenza mill-kumpanija tat-trasport marittimu li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 120(2)(c) u (d) u (3) u 121(1) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u tal-Artikolu 197 ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew osservati.

2.  Meta awtorità doganali tistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew osservati mill-kumpanija tat-trasport marittimu, l-awtorità għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra fejn is-servizz regolari tat-trasport marittimu jiġi mwettaq, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Sakemm titwettaq is-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar is-servizzi regolari tat-trasport marittimu għandha tintuża minflok is-sistema msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.



Taqsima 2

Prova tal-Istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni



Sottotaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 199

Mezz ta’ prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Kwalunkwe wieħed mill-mezzi li ġejjin, kif applikabbli, għandu jintuża biex jagħti prova li l-merkanzija għandha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni:

(a) id-dejta tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu ta’ merkanzija mqiegħda taħt tranżitu intern. F’dak il-każ l-Artikolu 119(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ma japplikax;

(b) dejta T2L jew T2LF imsemmija fl-Artikolu 205 ta’ dan ir-Regolament;

(c) il-manifest doganali tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 206 ta’ dan ir-Regolament;

(d) il-fattura jew id-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 211 ta’ dan ir-Regolament;

(e) il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni tal-ħatt, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dejta tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastiment, kif ikun xieraq, imsemmija fl-Artikolu 213 ta’ dan ir-Regolament;

(f) mezz ta’ prova msemmi fl-Artikoli 207 sa 210 ta’ dan ir-Regolament;

▼M1

(g) id-dejta tad-dikjarazzjoni tas-sisa msemmija fl-Artikoli 21, 26 u 34 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE ( 14 );

▼B

(h) it-tikketta msemmija fl-Artikolu 290 ta’ dan ir-Regolament;

2.  Permezz ta’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, il-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni tista’ tingħata f’forma ta’ manifest tal-kumpanija marittima li tirreferi għal dik il-merkanzija.

3.  Permezz ta’deroga mill-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, il-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni tista’ tingħata f’forma ta’ fattura jew ta’ dokument tat-trasport li jkunu relatati ma’ merkanzija li l-valur tagħha jisboq EUR 15 000 ,

4  il.Meta l-mezz ta’ prova msemmi fil-paragrafu 1 jintuża għal merkanzija bl-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni b’imballaġġ li ma jkollux l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni, dak il-mezz ta’ prova għandu jinkludi l-indikazzjoni li ġejja:

“Imballaġġ N – [kodiċi 98200]”

5.  Meta l-mezz ta’ prova msemmi fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) jinħareġ retrospettivament, għandu jinkludi l-indikazzjoni li ġejja:

“Maħruġ retrospettivament – [kodiċi 98201]”

6.  Il-mezz ta’ prova msemmi fil-paragrafu 1 m’għandux jintuża fir-rigward ta’ oġġetti li għalihom ikunu tlestew il-formalitajiet tal-esportazzjoni jew li jkunu ġew imqiegħda taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv.

Artikolu 200

Approvazzjoni, reġistrazzjoni u użu ta’ ċerti mezzi ta’ prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali kompetenti għandu japprova u jirreġistra l-mezz ta’ prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 199(1)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 128(1) ta’ [ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013], u jikkomunika l-MRN ta’ dawk il-mezzi ta’ prova lill-persuna kkonċernata.

2.  Dokument li jikkonferma r-reġistrazzjoni tal-mezzi ta’ prova msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli fuq talba tal-persuna kkonċernata mill-uffiċċju doganali kompetenti. Dan għandu jingħata permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 51-01.

3.  Il-mezz ta’ prova msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-uffiċċju doganali kompetenti meta l-merkanzija tkun ippreżentata wara d-dħul mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni, billi jiġi indikat l-MRN tagħha.

4.  Dak l-uffiċċju doganali kompetenti għandu jissorvelja l-użu tal-mezz ta’ prova msemmi fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jiżgura b’mod partikolari li l-mezz ta’ prova ma jintużax għal merkanzija oħra minbarra dik li jkun inħareġ għaliha.

Artikolu 201

Approvazzjoni ta’ fattura

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, meta l-valur totali tal-merkanzija tal-Unjoni jisboq EUR 15 000 -il, il-fattura jew id-dokument tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 199(3) ta’ dan ir-Regolament, mimlija kif xieraq u ffirmati mill-persuna kkonċernata, għandhom ikunu approvati mill-uffiċċju doganali kompetenti.

Artikolu 202

Approvazzjoni ta’ dokumenti T2L jew T2LF

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, meta l-Istati Membri jkunu stipulaw li jistgħu jintużaw mezzi għajr tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta, l-uffiċċju doganali kompetenti għandu japprova d-dokumenti T2L jew T2LF u, meta jkun meħtieġ, kwalunkwe paġni ta’ kontinwazzjoni jew listi ta’ tagħbija li jkunu ntużaw.

Artikolu 203

Approvazzjoni tal-manifest tal-kumpanija tat-trasport marittimu

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, fuq talba tal-kumpanija tat-trasport marittimu, il-manifest li jkun imtela u ġie ffirmat kif jixraq għandu jiġi approvat mill-uffiċċju doganali kompetenti.

Artikolu 204

Awtorizzazzjoni tal-manifest “tal-jum ta’ wara”

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tat-twettiq tas-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw il-manifest imsemmi fl-Artikolu 199(2) li jservi biex juri l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni li jrid jitfassal mhux iżjed tard mill-jum ta’ wara t-tluq tal-bastiment. Madankollu, il-manifest għandu dejjem jitfassal qabel il-wasla tal-bastiment fil-port tad-destinazzjoni.

Artikolu 205

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni fil-forma ta’ dejta T2L jew T2LF

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-MRN ikun indikat bħala prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni, id-dejta T2L jew T2LF li sservi bħala l-bażi għall-MRN jistgħu jintużaw biss għall-ewwel preżentazzjoni tal-merkanzija.

Meta d-dejta T2L jew T2LF tintuża biss għal parti mill-merkanzija mal-ewwel preżentazzjoni tagħhom, għandha tiġi stabbilita prova ġdida għall-parti li jifdal skont l-Artikolu 200 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 123 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

2.  Il-vjaġġaturi, minbarra l-operaturi ekonomiċi, għandhom jippreżentaw it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni ta’ T2L jew T2LF permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 51-01.

Artikolu 206

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni fil-forma ta’ manifest tal-merkanzija doganali

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Kull manifest tal-merkanzija doganali għandu jiġi attribwit MRN wieħed.

Manifest bħal dan jista’ jiġi attribwit biss MRN meta jkopri merkanzija li jkollha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni mgħobbija fuq il-bastiment f’port tal-Unjoni.

2.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport jintużaw għat-tressiq tat-talba għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-manifest tal-merkanzija doganali u għall-preżentazzjoni tiegħu fl-uffiċċju doganali kompetenti, sakemm tali sistemi jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-manifest.

Artikolu 207

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni f’carnets TIR jew ATA jew formoli 302

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-merkanzija tal-Unjoni għandha tiġi identifikata fil-carnet TIR jew ATA jew fil-formola 302 permezz tal-kodiċi “T2L” jew “T2LF”. Id-detentur tal-proċedura jista’ jinkludi wieħed minn dawk il-kodiċijiet, kif xieraq, bil-firma tiegħu fid-dokumenti rilevanti fl-ispazju riżervat għad-deskrizzjoni tal-merkanzija qabel ma jippreżentah lill-uffiċċju doganali tat-tluq għall-awtentikazzjoni. Il-kodiċi approprjat “T2L” jew “T2LF” għandu jiġi awtentikat bit-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq flimkien mal-firma tal-uffiċjal kompetenti.

Fil-każ ta’ formola 302 elettronika d-detentur tal-proċedura jista’ jinkludi wkoll wieħed mill dawn il-kodiċijiet fid-dejta tal-formola 302. F’dak il-każ, l-awtentikazzjoni mill-uffiċċju tat-tluq għandha ssir f’forma elettronika.

2.  Meta l-carnet TIR, il-carnet ATA jew il-formola 302 tkopri kemm merkanzija tal-Unjoni kif ukoll merkanzija mhux tal-Unjoni, dawn għandhom jiġu elenkati separatament u l-kodiċi “T2L” jew “T2LF”, kif xieraq, għandu jiddaħħal b’tali mod li jirrigwarda biss, b’mod ċar, il-merkanzija tal-Unjoni.

Artikolu 208

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għall-vetturi tat-triq bil-mutur

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru li jkunu telqu temporanjament u reġgħu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għandu jitqies li ngħatat prova tiegħu meta jkunu akkumpanjati mill-pjanċi tar-reġistrazzjoni d-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tagħhom u d-dettalji tar-reġistrazzjoni murija fuq dawk il-pjanċi u d-dokumenti jindikaw dik ir-reġistrazzjoni b’mod ċar.

2.  Meta ma jistax jitqies li ngħatat prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni skont il-paragrafu 1, il-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għandha tiġi pprovduta minn wieħed mill-mezzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 199 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 209

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għall-imballaġġ

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  F’każ ta’ imballaġġ, palits u tagħmir ieħor simili, bl-esklużjoni ta’ kontejners, li jappartjenu lil persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni li jintużaw għat-trasport ta’ merkanzija li tkun temporanjament telqet u reġgħet daħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu jitqies li ngħatat prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni meta l-imballaġġ, il-palits u tagħmir simili ieħor jistgħu jiġu identifikati bħala li jappartjenu għal dik il-persuna, jiġu ddikjarati bħala li għandhom l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni u ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità tad-dikjarazzjoni.

2.  Meta ma jistax jitqies li ngħatat prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni skont il-paragrafu 1, il-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għandha tiġi pprovduta minn wieħed mill-mezzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 199 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 210

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal merkanzija f’bagalji li jinġarru minn passiġġier

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Fil-każ ta’ merkanzija f’bagalji li jinġarru minn passiġġier li ma jkunux maħsuba għall-użu kummerċjali u li jkunu temporanjament telqu u reġgħu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu jitqies li ngħatat prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni meta l-passiġġier jiddikjara li dawn għandhom l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni u ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità tad-dikjarazzjoni.

Artikolu 211

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal merkanzija li l-valur tagħha ma jaqbiżx EUR 15 000 -il

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Fil-każ ta’ merkanzija li għandha l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni li l-valur tagħha ma jaqbiżx EUR 15 000 -il, tista’ tingħata prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni billi tiġi prodotta l-fattura jew id-dokument tat-trasport relatat ma’ dik il-merkanzija sakemm dan jirreferi biss għal merkanzija li jkollha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.

Artikolu 212

Verifika tal-mezzi ta’ prova u għajnuna amministrattiva

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jiċċekkjaw l-awtentiċità u l-eżattezza tal-mezzi ta’ prova msemmija fl-Artikolu 199 ta’ dan ir-Regolament u biex jivverifikaw li l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu u l-Artikoli 123 sa 133 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huma korretti u li l-proċeduri użati sabiex tingħata prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni ġew applikati b’mod korrett.



Sottotaqsima 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw prodotti tas-sajd tal-baħar u merkanzija miksuba minn dawn il-prodotti

Artikolu 213

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd tal-baħar u merkanzija miksuba minn dawn il-prodotti

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Meta l-prodotti u l-merkanzija msemmija fl-Artikolu 119(1)(d) u (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 129 ta’ dak ir-Regolament Delegat, għandha tingħata prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni billi jiġi prodott il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, dikjarazzjoni tal-iżbark, dikjarazzjoni tat-trażbord u dejta tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastiment, kif xieraq, kif meħtieġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 15 ).

Madankollu, l-awtorità doganali li tkun responsabbli għall-port tal-ħatt Unjoni li dawk il-prodotti u l-merkanzija jiġu ttrasportati direttament fih mill-bastiment tas-sajd tal-Unjoni li qabad il-prodotti u, fejn applikabbli ipproċessahom, tista’ tikkunsidra li ngħatat prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-istatus ta’ dawk il-prodotti u/jew merkanzija;

(b) il-bastiment tas-sajd ikollu tul totali ta’ inqas minn 10 metri.

▼M1

Artikolu 214

Prodotti tas-sajd fil-baħar u merkanzija miksuba minn prodotti bħal dawn trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni

(L-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.  Meta, qabel jaslu fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-prodotti jew il-merkanzija msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ġew trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandha tiġi ppreżentata ċertifikazzjoni mill-awtorità doganali ta' dak il-pajjiż jew territorju li l-prodotti jew merkanzija kienu taħt sorveljanza doganali waqt li kienu f'dak il-pajjiż jew territorju u li ma sar ebda maniġġjar tagħhom apparti dak meħtieġ għall-preżervazzjoni tagħhom għal dawk il-prodotti u l-merkanzija mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha ssir fuq kopja stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 133 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, akkumpanjata minn kopja stampata tad-dikjarazzjoni tal-iżbark, kif xieraq.

▼B

Artikolu 215

Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħrajn meħudin jew maqbudin minn bastiment li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Il-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħrajn meħudin jew maqbudin minn bastiment li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni għandu jiġi pprovdut permezz tar-reġistru tas-sajd jew kwalunkwe mezz msemmi fl-Artikolu 199 ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU 2

Tqegħid ta’ merkanzija skont proċedura doganali



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 216

Sistema elettronika relatata mat-tqegħid tal-merkanzija skont proċedura doganali

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

Għall-ipproċessar u għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mat-tqegħid ta’ merkanzija skont proċedura doganali, għandhom jintużaw sistemi elettroniċi mwaqqfa skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

L-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mid-dati rispettivi tal-aġġornament tas-Sistemi nazzjonali tal-importazzjoni, tat-twettiq tal-Proċeduri Speċjali tal-KDU u tal-AES tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.

Artikolu 217

Ħruġ ta’ rċevuta għal dikjarazzjonijiet verbali

(l-Artikolu 158(2) tal-Kodiċi)

Meta ssir dikjarazzjoni doganali bil-fomm skont l-Artikoli 135 jew 137a tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għal merkanzija li tkun suġġetta għal dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jew imposti oħra, l-awtoritajiet doganali għandhom joħorġu rċevuta lill-persuna kkonċernata bi ħlas tal-ammont dovut għal dak id-dazju jew dawk l-imposti.

L-irċevuta għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) deskrizzjoni tal-merkanzija li tkun biżżejjed preċiża biex tippermetti li tiġi identifikata;

(b) il-valur tal-fattura jew, meta ma tkunx disponibbli, il-kwantità tal-merkanzija;

(c) l-ammonti tad-dazju u imposti oħra miġbura;

(d) id-data li fiha nħarġet;

(e) l-isem tal-awtorità li ħarġitha.

Artikolu 218

Formalitajiet doganali li huma meqjusa li twettqu permezz ta’ att imsemmi fl-Artikolu 141(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

(l-Artikoli 6(3)(a) u 158(2) tal-Kodiċi)

Għall-finijiet tal-Artikoli 138, 139 u 140 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-formalitajiet doganali li ġejjin għandhom jitqiesu li jkunu twettqu minn att imsemmi fl-Artikolu 141(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat:

(a) il-ġarr tal-merkanzija skont l-Artikolu 135 tal-Kodiċi u l-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

(b) il-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana skont l-Artikolu 267 tal-Kodiċi;

(c) l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 172 tal-Kodiċi;

(d) ir-rilaxx tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi.

Artikolu 219

Każijiet meta dikjarazzjoni doganali ma tkunx meqjusa li tkun ġiet ippreżentata b’att imsemmi fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

(l-Artikoli 6(3)(a) u 158(2) tal-Kodiċi)

Meta kontroll juri li att imsemmi fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ikun ġie mwettaq imma il-merkanzija mdaħħla jew maħruġa ma tkunx merkanzija kif imsemmija fl-Artikoli 138, 139 u 140 ta’ dak ir-Regolament Delegat, id-dikjarazzjoni doganali għal dik il-merkanzija għandha titqies li ma tkunx ġiet ippreżentata.

Artikolu 220

▼M1

Oġġetti ta' korrispondenza u merkanzija f'kunsinni postali

▼B

(l-Artikoli 172 u 188 tal-Kodiċi)

1.  Id-dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija msemmija fl-Artikolu 141(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandha titqies li ġiet aċċettata u l-merkanzija rilaxxata fiż-żmien li ġej:

(a) fil-każ fejn id-dikjarazzjoni doganali tikkonċerna rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, meta l-merkanzija tasal għand id-destinatarju;

(b) fil-każ fejn id-dikjarazzjoni doganali tikkonċerna l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni, meta l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Fejn id-dikjarazzjoni doganali tikkonċerna rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, u ma kienx possibbli li l-merkanzija tiġi kkunsinnata għand id-destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 141(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, id-dikjarazzjoni doganali għandha titqies li ma tkunx ġiet ippreżentata.

Il-merkanzija li ma tkunx ġiet ikkunsinnata lid-destinatarju għandha titqies li jkun f’ħażna temporanja sakemm tiġi meqruda, riesportata jew ittrasferita b’mod ieħor skont l-Artikolu 198 tal-Kodiċi.

Artikolu 221

Uffiċċju doganali kompetenti għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali

(l-Artikolu 159 tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tar-rinunzja tal-obbligu għall-merkanzija li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 182(3)(c) tal-Kodiċi għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali msemmija fl-Artikolu 159(3) tal-Kodiċi.

2.  L-uffiċċji doganali li ġejjin għandhom ikunu kompetenti għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni:

(a) l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn huwa stabbilit l-esportatur;

(b) l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija ġiet ippakkjata jew mgħobbija għall-esportazzjoni permezz ta’ ġarr fuq bastiment;

(c) uffiċċju doganali differenti fl-Istat Membru kkonċernat li huwa kompetenti għal raġunijiet amministrattivi għall-operazzjoni in kwistjoni;

Meta l-merkanzija ma taqbiżx il-valur ta’ EUR 3 000 għal kull kunsinna u għal kull dikjarant u li ma tkunx suġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet, l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post tal-ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun kompetenti wkoll għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-esportazzjoni minbarra l-uffiċċji doganali identifikati fl-ewwel sottoparagrafu.

Meta jkun involut sottokuntrattar, l-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn is-sottokuntrattur huwa stabbilit għandu jkun kompetenti wkoll għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-esportazzjoni minbarra l-uffiċċji doganali identifikati fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi.

Fejn ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi ta’ każ individwali, uffiċċju doganali ieħor li jkollu pożizzjoni aħjar għall-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana għandu jkun kompetenti wkoll għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni.

3.  Dikjarazzjonijiet doganali bil-fomm għall-esportazzjoni u għar-riesportazzjoni għandhom isiru fl-uffiċċju doganali kompetenti għall-post tal-ħruġ tal-merkanzija.

Artikolu 222

Oġġetti ta’ merkanzija

(l-Artikolu 162 tal-Kodiċi)

1.  Meta dikjarazzjoni doganali tkopri żewġ oġġetti jew aktar ta’ merkanzija, id-dettalji msemmija f’dik id-dikjarazzjoni li għandha x’taqsam ma’ kull oġġett għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu dikjarazzjoni doganali separata.

2.  Ħlief fejn il-merkanzija speċifika li tinsab f’kunsinna tkun soġġetta għal miżuri differenti, il-merkanzija li tinsab f’kunsinna għandha titqies bħala li tikkostitwixxi oġġett wieħed għall-finijiet tal-paragrafu 1 fejn waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

(a) din għandha tiġi kklassifikata taħt sottointestatura ta’ tariffa waħda;

(b) din tkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għas-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 177 tal-Kodiċi.



Taqsima 2

Dikjarazzjonijiet doganali simplifikati

Artikolu 223

Ġestjoni tal-kwota tariffarja f’dikjarazzjonijiet doganali simplifikati

(l-Artikolu 166 tal-Kodiċi)

1.  Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni simplifikata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija suġġetta għal kwota tariffarja amministrata skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali, id-dikjarant jista’ jitlob li tingħata l-kwota tariffarja biss meta d-dettalji meħtieġa jkunu disponibbli fid-dikjarazzjoni simplifikata jew f’dikjarazzjoni supplimentari.

2.  Meta t-talba għall-għoti ta’ kwota tariffarja amministrata skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali ssir f’dikjarazzjoni supplimentari, it-talba ma tistax tiġi pproċessata qabel tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari.

3.  Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwota tariffarja, għandha titqies id-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ssimplifikata.

Artikolu 224

Dokumenti ta’ appoġġ għal dikjarazzjonijiet simplifikati

(l-Artikolu 166 tal-Kodiċi)

Meta l-merkanzija tkun tqiegħdet taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi għandhom jiġu pprovduti lill-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx tal-merkanzija.

Artikolu 225

Dikjarazzjoni supplimentari

(l-Artikolu 167(4) tal-Kodiċi)

Fil-każ ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, meta d-dikjarazzjoni supplimentari tkun ta’ natura ġenerali, perjodika jew rikapitulattiva u l-operatur ekonomiku jkun awtorizzat taħt awtovalutazzjoni biex jikkalkula l-ammont tad-dazju ta’ importazzjoni u esportazzjoni pagabbli, dak id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista’ jippreżenta d-dikjarazzjoni supplimentari jew l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjonijiet supplimentari jkunu disponibbli permezz ta’ aċċess elettroniku dirett fis-sistema tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni.



Taqsima 3

Dispożizzjonijiet li japplikaw għad-dikjarazzjonijiet doganali kollha

Artikolu 226

Numru ta’ Referenza tad-Detentur

(l-Artikolu 172 tal-Kodiċi)

Għajr għall-każijiet meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali bil-fomm jew b’att li jitqies li jkun dikjarazzjoni doganali, jew meta d-dikjarazzjoni doganali tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant dwar l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali u għandu jipprovdih b’MRN għal dik id-dikjarazzjoni u bid-data tal-aċċettazzjoni tiegħu.

Dan l-Artikolu ma għandux japplika qabel id-dati rispettivi tat-twettiq tal-AES, tal-NCTS u tal-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tal-importazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE jkunu operazzjonali.

Artikolu 227

Dikjarazzjoni doganali ppreżentata qabel il-preżentazzjoni tal-merkanzija

Meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 171 tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jipproċessaw id-dettalji mogħtija qabel il-preżentazzjoni tal-merkanzija, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ analiżi tar-riskju.



Taqsima 4

Simplifikazzjonijiet oħra



Sottotaqsima 1

Merkanzija li taqa’ taħt sottointestaturi tariffarji differenti

Artikolu 228

Merkanzija li taqa’ taħt sottointestaturi tariffarji differenti ddikjarati taħt sottointestatura waħda

(l-Artikolu 177(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 177 tal-Kodiċi, meta l-merkanzija f’kunsinna taqa’ taħt sottointestaturi tariffarji suġġetti għal dazju speċifiku mfisser b’referenza għall-istess unità ta’ miżura, id-dazju li għandu jitħallas fuq il-kunsinna kollha għandu jkun ibbażat fuq is-sottointestatura tariffarja suġġetta għall-ogħla dazju speċifiku.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 177 tal-Kodiċi, meta l-merkanzija f’kunsinna taqa’ taħt sottointestaturi tariffarji suġġetti għal dazju speċifiku mfisser b’referenza għall-unitajiet differenti ta’ kejl, l-ogħla dazju speċifiku għal kull unità ta’ miżura għandu jiġi applikat għall-merkanzija kollha fil-kunsinna li għaliha d-dazju speċifiku huwa espress b’referenza għal dik l-unità, u kkonvertit f’dazju ad valorem għal kull tip ta’ dik il-merkanzija.

Id-dazju li għandu jitħallas fuq il-kunsinna kollha għandu jkun ibbażat fuq is-sottointestatura tariffarja suġġetta għall-ogħla rata ta’ dazju ad valorem li jirriżulta mill-konverżjoni skont l-ewwel sottoparagrafu.

3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 177 tal-Kodiċi, meta l-merkanzija f’kunsinna taqa’ taħt sottointestaturi tariffarji suġġetti għal dazju ad valorem u dazju speċifiku, l-ogħla dazju speċifiku kif iddeterminat skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jinbidel f’dazju ad valorem għal kull tip ta’ merkanzija li għaliha d-dazju speċifiku huwa espress b’referenza għall-istess unità.

Id-dazju li għandu jitħallas fuq il-kunsinna kollha għandu jkun ibbażat fuq is-sottointestatura tariffarja suġġetta għall-ogħla rata ta’ dazju ad valorem, inkluż id-dazju ad valorem li jirriżulta mill-konverżjoni skont l-ewwel sottoparagrafu.



Sottotaqsima 2

Rilaxx ċentralizzat

Artikolu 229

Proċedura ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet għal rilaxx ċentralizzat

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  Il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija ►M1  fl-Artikolu 14 ◄ għandha tiġi segwita meta awtorità doganali tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għar-rilaxx ċentralizzat imsemmi fl-Artikolu 179 tal-Kodiċi li jinvolvi iktar minn awtorità doganali waħda, sakemm l-awtorità tad-dwana kompetenti biex tieħu deċiżjoni ma tkunx tal-fehma li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din ma jkunux issodisfati.

2.  Mhux iktar tard minn 45 jum wara d-data ta’ aċċettazzjoni tal-applikazzjoni, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tikkomunika dan li ġej lill-awtoritajiet doganali l-oħra involuti:

(a) l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni, inklużi t-termini preskrittivi msemmija fl-Artikolu 231(5) u (6) ta’ dan ir-Regolament;

(b) fejn xieraq, pjan ta’ kontroll, li jelabora l-kontrolli speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali differenti involuti ladarba tingħata l-awtorizzazzjoni;

(c) informazzjoni rilevanti oħra meqjusa meħtieġa mill-awtoritajiet doganali involuti.

3.  L-awtoritajiet doganali kkonsultati għandhom jikkomunikaw il-qbil jew l-oġġezzjonijiet tagħhom kif ukoll kwalunkwe bidliet fl-abbozz tal-awtorizzazzjoni jew għall-pjan ta’ kontroll propost fi żmien 45 jum mid-data li fiha ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu debitament ġustifikati.

Meta l-oġġezzjonijiet jiġu kkomunikati, u ma jintlaħaq ebda ftehim fi żmien 90 jum mid-data li fiha ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata għall-partijiet li fuqhom ġew imqajma oġġezzjonijiet. Meta l-awtoritajiet doganali kkonsultati ma jikkomunikawx oġġezzjonijiet fit-terminu preskrittiv preskritt, għandu jitqies li urew qbil.

4.  Sad-dati rispettivi tat-twettiq tas-CCI u tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, permezz ta’ deroga mill-paragrafi 2 u mill-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodi msemmija fihom jistgħu jiġu estiżi bi 15-il jum mill-awtorità doganali kompetenti li tieħu din id-deċiżjoni.

Permezz ta’ deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu msemmi fih jista’ jiġi estiż bi 30 jum mill-awtorità doganali kompetenti li tieħu din id-deċiżjoni.

5. Sad-data tat-twettiq tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, permezz ta’ deroga mill-punt b tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-pjan ta’ kontroll imsemmi fih għandu dejjem jiġi kkomunikat.

Artikolu 230

Monitoraġġ tal-awtorizzazzjoni

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatturi li nqalgħu wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat li jistgħu jinfluwenzaw il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha.

▼M1

2.  L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra dwar l-attivitajiet relatati mad-dwana tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat.

▼B

Artikolu 231

Formalitajiet u kontrolli doganali fir-rigward ta’ rilaxx ċentralizzat

(l-Artikolu 179(4) tal-Kodiċi)

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għar-rilaxx ċentralizzat għandu jkollu l-merkanzija ppreżentata f’uffiċċju doganali kompetenti kif stabbilit f’dik l-awtorizzazzjoni u billi jippreżenta fl-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) dikjarazzjoni doganali standard kif imsemmija fl-Artikolu 162 tal-Kodiċi;

(b) dikjarazzjoni doganali simplifikata kif imsemmija fl-Artikolu 166 tal-Kodiċi;

(c) notifika ta’ preżentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 234(1)(a) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta d-dikjarazzjoni doganali tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant, għandhom japplikaw l-Artikoli 234, 235 u 236 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Ir-rinunzja ta’ preżentazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi għandha tapplika għal rilaxx ċentralizzat sakemm id-detentur tal-awtorizzazzjoni li jippreżenta dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant ikun issodisfa l-obbligu stipulat fl-Artikolu 234(1)(f) ta’ dan ir-Regolament.

4.  Meta l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza jkun aċċetta d-dikjarazzjoni doganali jew irċieva n-notifika msemmija fil-paragrafu 1(c), huwa għandu:

(a) iwettaq il-kontrolli xierqa għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali jew tan-notifika ta’ preżentazzjoni;

(b) jittrasmetti immedjatament lill-uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni, id-dikjarazzjoni jew in-notifika doganali u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju relatata;

(c)  ►C2  jinforma lill-uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni dwar xi wieħed minn dawn li ġejjin: ◄

(i) li l-merkanzija tista’ tiġi rilaxxata għall-proċedura doganali kkonċernata;

(ii) li huma meħtieġa kontrolli doganali skont l-Artikolu 179(3)(c) tal-Kodiċi.

5.  Meta l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni li l-merkanzija tista’ tiġi rilaxxata għall-proċedura doganali kkonċernata, l-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni għandu, fit-terminu preskrittiv stabbilit fl-awtorizzazzjoni għar-rilaxx ċentralizzat, jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza jekk il-kontrolli tiegħu stess ta’ dik il-merkanzija, inklużi kontrolli relatati ma’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet nazzjonali, jaffettwawx dak ir-rilaxx.

6.  Meta l-uffiċċju doganali ta ‘sorveljanza jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni li huma meħtieġa kontrolli doganali skont l-Artikolu 179(3)(c) tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni għandu, fit-terminu preskrittiv stabbilit fl-awtorizzazzjoni għar-rilaxx ċentralizzat, jirrikonoxxi li rċieva t-talba tal-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza biex iwettaq il-kontrolli meħtieġa u, meta jkun xieraq, jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza dwar il-kontrolli tiegħu stess tal-merkanzija, inklużi kontrolli relatati ma’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet nazzjonali.

7.  L-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni dwar ir-rilaxx tal-merkanzija.

8.  Fl-esportazzjoni, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu, mar-rilaxx tal-merkanzija, jagħmel id-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, supplimentati fejn xieraq skont l-Artikolu 330 ta’ dan ir-Regolament, disponibbli lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ iddikjarat. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza dwar il-ħruġ tal-merkanzija skont l-Artikolu 333 ta’ dan ir-Regolament. L-uffiċċju doganali tas-sorveljanza għandu jiċċertifika l-ħruġ lid-dikjarant skont l-Artikolu 334 ta’ dan ir-Regolament.

9.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-dati rispettivi tat-twettiq tas-CCI u tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/255/UE, għall-merkanzija koperta b’awtorizzazzjoni ta’ kklerjar ċentralizzat, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-dikjarant għandhom:

(a) jippreżentaw il-merkanzija fil-postijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni u indikati jew approvati mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi, għajr meta jitneħħa l-obbligu li l-merkanzija tiġi ppreżentata, f’konformità mal-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi; kif ukoll

(b) jippreżentaw dikjarazzjoni doganali jew idaħħlu l-merkanzija fir-rekords tagħhom fl-uffiċċju doganali speċifikat fl-awtorizzazzjoni.

10.  Sad-dati rispettivi tat-twettiq tas-CCI u tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom japplikaw il-pjan ta’ kontroll li għandu jispeċifika livell minimu ta’ kontrolli.

▼M1

11.  Sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tal-AES u tal-Iżdoganar Centralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

▼B

Artikolu 232

Rilaxx ċentralizzat li jinvolvi iktar minn awtorità doganali waħda

(l-Artikolu 179 tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali ta ‘sorveljanza għandu jittrażmetti dan li ġej lill-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni:

(a) kwalunkwe emenda jew invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali standard li tkun seħħet wara r-rilaxx tal-merkanzija;

(b) meta tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni supplimentari, dik id-dikjarazzjoni u kwalunkwe emenda jew invalidazzjoni tagħha.

2.  Meta d-dikjarazzjoni supplimentari tkun aċċessibbli għad-dwana fis-Sistema tal-IT tal-kummerċjant skont l-Artikolu 225 ta’ dan ir-Regolament, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jittrażmetti d-dettalji mhux aktar tard minn 10 ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ żmien kopert mid-dikjarazzjoni supplimentari, u kwalunkwe emenda jew invalidazzjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni supplimentari estratta.



Sottotaqsima 3

Dħul fir-rekords tad-dikjarant

Artikolu 233

Pjan ta’ kontroll

(l-Artikolu 23(5) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu pjan ta’ kontroll speċifiku għall-operatur ekonomiku meta jagħtu awtorizzazzjoni biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182(1) tal-Kodiċi, li jipprovdi għas-superviżjoni tal-proċeduri doganali mħaddma bl-awtorizzazzjoni, filwaqt li tiġi stabbilita l-frekwenza tal-kontrolli doganali u, fost l-affarijiet l-oħra, jiġi żgurat li jistgħu jitwettqu kontrolli doganali effettivi fl-istadji kollha tal-proċedura tad-dħul fir-rekords tad-dikjarant.

2.  Meta jkun applikabbli l-pjan ta’ kontroll għandu jqis il-perjodu ta’ limitazzjoni għan-notifika tad-dejn doganali msemmi fl-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi.

3.  Il-pjan ta’ kontroll għandu jipprovdi li l-kontroll jiġi mwettaq fil-każ li tingħata rinunzja ta’ preżentazzjoni skont l-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi.

4.  Fil-każ ta’ rilaxx ċentralizzat, il-pjan ta’ kontroll, li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti bejn l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza u l-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni, għandu jqis il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet applikabbli fil-post fejn ikun allokat l-uffiċċju doganali ta’ preżentazzjoni.

Artikolu 234

Obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni li jippreżenta dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant

(l-Artikolu 182(1) tal-Kodiċi)

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni li jippreżenta dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant għandu:

(a) jippreżenta l-merkanzija lid-dwana, ħlief fejn japplika l-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi, u jdaħħal id-data tan-notifika tal-preżentazzjoni fir-rekords;

(b) idaħħal mill-inqas id-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali simplifikata u kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn fir-rekords;

(c) fuq talba tal-uffiċċju doganali tas-sorveljanza, jagħmel disponibbli d-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali mdaħħla fir-rekords u kwalunkwe dokument ta’ sostenn, għajr meta l-awtoritajiet doganali jippermettu li d-dikjarant jipprovdi aċċess kompjuterizzat dirett għal dik l-informazzjoni fir-rekords tiegħu;

(d) jagħmel disponibbli lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza informazzjoni dwar merkanzija li tkun suġġetta għal restrizzjonijiet u projbizzjonijiet;

(e) jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn lill-uffiċċju doganali tas-sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi qabel ma l-merkanzija ddikjarata tkun tista’ tiġi rilaxxata;

(f) meta tapplika r-rinunzja msemmija fl-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi, jiżgura li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja jkollu l-informazzjoni neċessarja bħala prova li ntemmet il-ħażna temporanja;

(g) ħlief meta jiġi rinunzjat l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 167(2) tal-Kodiċi, jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza bil-mod u fit-terminu preskrittiv stabbilit fl-awtorizzazzjoni.

2.  L-awtorizzazzjoni li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant ma għandhiex tapplika għad-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a) dikjarazzjonijiet doganali li jikkostitwixxu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(b) dikjarazzjonijiet doganali ppreżentati minflok ta’ dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul skont l-Artikolu 130(1) tal-Kodiċi.

Artikolu 235

Rilaxx tal-merkanzija meta dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant

(l-Artikolu 182 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtorizzazzjoni biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant tistabbilixxi terminu preskrittiv biex id-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġi infurmat dwar kwalunkwe kontrolli li għandhom jiġu mwettqa, il-merkanzija għandha titqies li ġiet rilaxxata fl-iskadenza ta’ dak it-terminu preskrittiv, sakemm l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza ma jkunx indika f’dak il-limitu ta’ żmien l-intenzjoni tiegħu li jwettaq kontroll.

2.  Meta l-awtorizzazzjoni ma tistabbilix terminu preskrittiv kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jirrilaxxa l-merkanzija skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi.

Artikolu 236

Kwota tariffarja

(l-Artikolu 182 tal-Kodiċi)

1.  Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija suġġetta għal kwota tariffarja amministrata b’mod konformi mal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali, id-detentur tal-awtorizzazzjoni biex jippreżenta dikjarazzjoni doganali f’dik il-forma għandu jitlob l-għoti tal-kwota tariffarja f’dikjarazzjoni supplimentari.

2.  Fejn it-talba għall-għoti ta’ kwota tariffarja amministrata b’mod konformi mal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali ssir fid-dikjarazzjoni supplimentari, it-talba tista’ tiġi pproċessata biss wara l-preżentazzjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni. Madankollu, id-data li fiha l-merkanzija tiddaħħal fir-rekords tad-dikjarant għandha titqies għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwota tariffarja.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-dati tal-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tad-dikjarazzjonijiet fuq l-importazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/255/UE, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-talba biex jibbenefikaw minn kwota tariffarja ġestita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49 sa 54 ta’ dan ir-Regolament li tkun saret f’forma għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, diment li d-dettalji kollha neċessarji jkunu disponibbli għall-Istati Membri biex jiġġudikaw il-validità tat-talba.



Sottotaqsima 4

Awtovalutazzjoni

Artikolu 237

Determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni pagabbli

(l-Artikolu 185(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta operatur ekonomiku jkun awtorizzat li jiddetermina l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni pagabbli skont l-Artikolu 185(1) tal-Kodiċi, dak l-operatur għandu, fit-tmiem tal-perjodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali fl-awtorizzazzjoni, jiddetermina l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni pagabbli għal dak il-perjodu skont ir-regoli stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.

2.  Fi żmien 10 ijiem mit-tmiem tal-perjodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali fl-awtorizzazzjoni, id-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza dettalji tal-ammont stabbilit skont il-paragrafu 1. Id-dejn doganali għandu jitqies li jkun notifikat fil-ħin ta’ dik is-sottomissjoni.

3.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jħallas l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 fil-perjodu previst fl-awtorizzazzjoni u mhux aktar tard mill-iskadenza stipulata fl-Artikolu 108(1) tal-Kodiċi.



KAPITOLU 3

Verifika u rilaxx tal-merkanzija



Taqsima 1

Verifika

Artikolu 238

Post u ħin tal-eżaminazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikolu 189 tal-Kodiċi)

Meta l-uffiċċju doganali kompetenti jkun iddeċieda li jeżamina l-merkanzija skont l-Artikolu 188(c) tal-Kodiċi jew li jieħu kampjuni skont l-Artikolu 188(d) tal-Kodiċi, dan għandu jinnomina l-ħin u l-post għal dak l-iskop u għandu jinforma lid-dikjarant b’dan.

Fuq it-talba tad-dikjarant, l-uffiċċju doganali kompetenti jista’ jinnomina post li ma jkunx il-post tad-dwana jew ħin li jkun barra mis-sigħat tal-ftuħ uffiċjali ta’ dak l-uffiċċju doganali.

Artikolu 239

Eżaminazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikoli 189 u 190 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-uffiċċju doganali jiddeċiedi li jeżamina biss parti mill-merkanzija, huwa għandu jinforma lid-dikjarant dwar l-oġġetti li jixtieq jeżamina.

2.  Meta d-dikjarant jirrifjuta li jkun preżenti waqt l-eżaminazzjoni tal-merkanzija jew jonqos milli jipprovdi l-għajnuna meħtieġa kif mitlub mill-awtoritajiet doganali, dawn għandhom jistabbilixxu terminu preskritt għall-preżenza jew l-assistenza tiegħu.

Meta d-dikjarant ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet tad-dwana meta jiskadi t-terminu preskrittiv, l-awtoritajiet doganali għandhom jipproċedu bl-eżaminazzjoni tal-merkanzija, għar-riskju u l-ispejjeż tad-dikjarant. Fejn ikun meħtieġ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jużaw is-servizzi ta’ espert innominat skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 240

Teħid ta’ kampjuni

(l-Artikoli 189 u 190 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-uffiċċju doganali jiddeċiedi li jieħu kampjuni tal-merkanzija, huwa għandu jinforma lid-dikjarant b’dan.

2.  Meta d-dikjarant jirrifjuta li jkun preżenti meta jittieħdu l-kampjuni jew jonqos milli jipprovdi l-għajnuna meħtieġa kif meħtieġ mill-awtoritajiet doganali, dawn għandhom jistabbilixxu terminu preskrittiv għall-preżenza jew l-assistenza tiegħu.

Meta d-dikjarant ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet tad-dwana fl-iskadenza tat-terminu preskrittiv, l-awtoritajiet doganali għandhom jipproċedu bit-teħid tal-kampjuni, għar-riskju u l-ispejjeż tad-dikjarant.

3.  Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali stess. Madankollu, huma jistgħu jeħtieġu li l-kampjuni jittieħdu mid-dikjarant jew iqabbdu espert biex jieħu l-kampjuni, taħt is-superviżjoni tagħhom. L-espert għandu jkun innominat skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni.

4.  Il-kwantitajiet meħuda bħala kampjuni m’għandhomx jeċċedu dawk meħtieġa għal analiżi jew għal eżami aktar iddettaljat, inkluża il-possibbiltà ta’ analiżi ta’ verifika.

5.  Il-kwantitajiet meħudin bħala kampjuni m’għandhomx jitnaqqsu mill-kwantità ddikjarata.

6.  Fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ pproċessar attiv, id-dikjarant jista’ jissostitwixxi l-kwantitajiet tal-merkanzija meħuda bħala kampjuni b’merkanzija identika, sabiex issir il-kunsinna.

Artikolu 241

Eżaminazzjoni tal-kampjuni

(l-Artikoli 189 u 190 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-eżaminazzjoni tal-kampjuni tal-istess merkanzija twassal għal riżultati differenti li jeħtieġu trattament doganali differenti, għandhom jittieħdu iktar kampjuni, fejn ikun possibbli.

2.  Meta r-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-kampjuni ulterjuri jikkonfermaw ir-riżultati differenti, il-merkanzija għandha titqies li tikkonsisti f’merkanzija differenti fi kwantitajiet li jikkorrispondu mar-riżultati tal-eżami. L-istess għandu japplika meta ma jkunx possibbli li jittieħdu aktar kampjuni.

Artikolu 242

Ritorn jew rimi tal-kampjuni meħuda

(l-Artikoli 189 u 190 tal-Kodiċi)

1.  Il-kampjuni meħuda għandhom jingħataw lura lid-dikjarant fuq talba tiegħu, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-kampjuni jkunu ġew meqruda bl-analiżi jew l-eżaminazzjoni;

(b) meta jkun meħtieġ li l-kampjuni jinżammu mill-awtoritajiet doganali għall-finijiet ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) eżaminazzjoni ulterjuri;

(ii) appell jew proċeduri tal-qorti.

2.  Meta d-dikjarant ma jagħmilx talba biex il-kampjuni jiġu rritornati, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex ineħħi kwalunkwe kampjuni li jifdal jew biex jarmihom skont l-Artikolu 198(1)(c) tal-Kodiċi.

Artikolu 243

Riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali u tal-eżaminazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikolu 191 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtoritajiet doganali jivverifikaw l-eżattezza tad-dettalji li jkunu jinsabu f’dikjarazzjoni doganali, għandhom jirreġistraw il-fatt li saret verifika u r-riżultati ta’ dik il-verifika.

Meta tkun ġiet eżaminata parti biss mill-merkanzija, il-prodotti eżaminati għandhom jiġu rreġistrati.

Meta d-dikjarant ma kienx preżenti, l-assenza tiegħu għandha tiġi rreġistrata.

2.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-dikjarant dwar ir-riżultati tal-verifika.

3.  Meta r-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali ma jkunux skont id-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu u jirreġistraw liema dettalji għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dawn li ġejjin:

(a) kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u imposti oħra fuq il-merkanzija;

(b) kalkolu ta’ kwalunkwe rifużjonijiet jew ammonti oħra jew vantaġġi finanzjarji previsti fuq l-esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni;

(c) applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet oħra li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha tpoġġiet il-merkanzija.

4.  Meta l-oriġini mhux preferenzjali ddikjarata tinstab li mhix korretta, l-oriġini li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 3(a) għandha tiġi stabbilita abbażi tal-evidenza ppreżentata mid-dikjarant jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed jew sodisfaċenti, abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli.

Artikolu 244

Għoti ta’ garanzija

(l-Artikolu 191 tal-Kodiċi)

Meta l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li l-verifika tad-dikjarazzjoni doganali tista’ tirriżulta f’ammont aktar ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni jew tariffi oħrajn li jridu jitħallsu minn dak li jirriżulta mid-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija li tkun suffiċjenti biex tkopri d-differenza bejn l-ammont skont id-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali u l-ammont li finalment ikun irid jitħallas.

Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob notifika immedjata tad-dejn doganali li finalment tkun trid titħallas fuq il-merkanzija minflok jippreżenta din il-garanzija.

Artikolu 245

Rilaxx tal-merkanzija wara verifika

(l-Artikolu 191 u 194(1) tal-Kodiċi)

1.  Meta, abbażi tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jiddeterminaw ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni differenti mill-ammont li jirriżulta mid-dettalji fid-dikjarazzjoni, l-Artikolu 195(1) tal-Kodiċi għandu japplika fir-rigward tal-ammont hekk stmat.

2.  Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubji dwar jekk tapplikax projbizzjoni jew restrizzjoni u dan ma jistax jiġi solvut sakemm ma jkunu disponibbli r-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet doganali, il-merkanzija inkwistjoni ma għandhiex tiġi rilaxxata.



Taqsima 2

Rilaxx

Artikolu 246

Reġistrazzjoni u n-notifika tar-rilaxx tal-merkanzija

(l-Artikolu 22(3) tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw ir-rilaxx tal-merkanzija lid-dikjarant u għandhom jirreġistraw il-merkanzija għall-proċedura doganali kkonċernata billi jindikaw mill-inqas ir-referenza tad-dikjarazzjoni doganali jew in-notifika u d-data tar-rilaxx tal-merkanzija.

Artikolu 247

Merkanzija rilaxxata

(l-Artikolu 22(3) tal-Kodiċi)

1.  Meta, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 198(1)(b) tal-Kodiċi, il-merkanzija ma tkunx tista’ tiġi rilaxxata jew meta, wara r-rilaxx tagħha, jinstab li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet għal dak ir-rilaxx l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu terminu preskrittiv raġonevoli lid-dikjarant biex jirrimedja s-sitwazzjoni tal-merkanzija.

2.  L-awtoritajiet doganali jistgħu, għar-riskju u l-ispejjeż tal-dikjarant, jittrasferixxu l-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 f’postijiet speċjali taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali.



Kapitolu 4

Rimi tal-merkanzija

Artikolu 248

Qerda tal-merkanzija

(l-Artikolu 197 tal-Kodiċi)

L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu t-tip u l-kwantità ta’ kwalunkwe skart jew fdal li jirriżulta mill-qerda tal-merkanzija sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dazju doganali u imposti oħrajn applikabbli għal dak l-iskart jew fdal meta jitqiegħed taħt proċedura doganali jew jiġi riesportat.

Artikolu 249

Abbandun tal-merkanzija

(l-Artikolu 199 tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw talba għal permess biex tiġi abbandunata l-merkanzija lill-Istat skont l-Artikolu 199 tal-Kodiċi meta tiġi milħuqa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-merkanzija ma tistax tinbiegħ fit-territorju doganali tal-Unjoni jew l-ispiża ta’ dak il-bejgħ tkun sproporzjonata mal-valur tal-merkanzija;

(b) il-merkanzija għandha tiġi meqruda.

2.  Talba għal abbandun lill-Istat għandha titqies li saret skont l-Artikolu 199 tal-Kodiċi meta l-awtoritajiet doganali jkunu għamlu appell pubbliku biex il-Proprjetarju tal-merkanzija jippreżenta ruħu u jkunu għaddew 90 jum mingħajr tfaċċa l-Proprjetarju.

Artikolu 250

Bejgħ tal-merkanzija u miżuri oħra meħuda mill-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 198(1) tal-Kodiċi)

1.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jbiegħu l-merkanzija abbandunata lill-Istat jew ikkonfiskata biss fuq il-kondizzjoni li x-xerrej minnufih iwettaq il-formalitajiet biex iqiegħed il-merkanzija taħt proċedura doganali jew jerġa’ jesportaha.

2.  Meta l-merkanzija tinbiegħ bi prezz li jinkludi l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni u imposti oħra, il-merkanzija għandha titqies li ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa. L-awtoritajiet doganali għandhom jikkalkulaw l-ammont tad-dazju u jdaħħluh fil-kontijiet. Dak il-bejgħ għandu jsir skont il-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.



▼C2

IT-TITOLU VI

▼B

RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA



KAPITOLU 1

Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa

Artikolu 251

Ċertifikati tal-użin tal-banana

(l-Artikolu 163(1) tal-Kodiċi)

1.  L-operatur ekonomiku awtorizzat biex ifassal ċertifikati skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ċertifikati tal-użin tal-banana) għandu jagħti lill-awtoritajiet doganali avviż bil-quddiem tal-użin ta’ kunsinna ta’ banana friska għall-finijiet tat-tfassil ta’ dak iċ-ċertifikat, billi jagħti dettalji dwar it-tip ta’ imballaġġ, l-oriġini u l-ħin u l-post tal-użin.

2.  Iċ-ċertifikat tal-użin tal-banana għandu jkun fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ banana friska li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 0803 90 10 suġġetti għal dazju fuq l-importazzjoni.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, fuq talba tad-dikjarant għal awtorizzazzjoni kif stabbilit ►M1  fl-Artikolu 166 tal-Kodiċi ◄ , l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li jilliberaw kunsinni ta’ banana friska f’ċirkolazzjoni ħielsa abbażi ta’ dikjarazzjoni provviżorja tal-piż bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) L-awtorizzazzjoni tobbliga lill-importatur jittrasporta l-banana kif inhi mill-istess kunsinna għal piżijiet awtorizzati magħżulin imsemmijin fid-dikjarazzjoni simplifikata fejn il-piż korrett u l-valur ser ikun determinat;

(b) Id-dikjarant ikun responsabbli biex jibgħat iċ-ċertifikat tal-użin lill-uffiċċju doganali taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi żmien 10 ijiem tal-kalendarju wara li d-dikjarazzjoni simplifikata tkun ġiet aċċettata;

(c) Id-dikjarant għandu jippreżenta garanzija kif stipulat fl-Artikolu 195(1) tal-Kodiċi.

Il-piż proviżorju jista’ jkun derivat minn ċertifikat ta’ użin preċedenti għall-banana mill-istess tip u oriġini.

4.  Iċ-ċertifikat tal-użin tal-banana għandu jiġi mfassal permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 61-02.

Artikolu 252

Kontroll tal-użin ta’ banana friska

(l-Artikolu 188 tal-Kodiċi)

L-uffiċċji doganali għandhom jikkontrollaw mill-inqas 5 % tan-numru totali ta’ ċertifikati tal-użin tal-banana ppreżentati kull sena, jew billi jkunu preżenti waqt l-użin tal-kampjuni rappreżentattivi tal-banana mill-operatur ekonomiku awtorizzat biex ifassal ċertifikati tal-użin tal-banana jew inkella billi jiżnu dawk il-kampjuni huma stess, skont il-proċedura stabbilita fil-punti 1, 2 u 3 tal-Anness 61-03.



KAPITOLU 2

Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni



Taqsima 1

Merkanzija ritornata

Artikolu 253

Informazzjoni meħtieġa:

(l-Artikolu 203(6) tal-Kodiċi)

1.  Id-dikjarant għandu jagħmel l-informazzjoni li tistabbilixxi li jkunu intlaħqu l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni disponibbli lill-uffiċċju doganali fejn tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pprovduta minn xi wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a) aċċess għad-dettalji rilevanti tad-dikjarazzjoni doganali jew tar-riesportazzjoni li abbażi tagħha l-oġġetti ritornati ġew oriġinarjament esportati jew riesportati mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(b) kopja stampata, awtentikata mill-uffiċċju doganali kompetenti, tad-dikjarazzjoni doganali jew ta’ riesportazzjoni li abbażi tagħha l-merkanzija ritornata kienet oriġinarjament esportata jew riesportata mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c) dokument maħruġ mill-uffiċċju doganali kompetenti, bid-dettalji rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni;

(d) dokument maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni jkunu ġew milħuqa (folja ta’ informazzjoni INF3).

3.  Meta l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali kompetenti tistabbilixxi li l-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kienet oriġinarjament esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni u f’dak iż-żmien kienet issodisfat il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni bħala merkanzija ritornata, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhiex tkun meħtieġa.

4.  Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każijiet fejn il-merkanzija tista’ tiġi ddikjarata verbalment jew b’xi att ieħor għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. Lanqas m’għandu japplika għall-moviment internazzjonali tal-materjali ta’ imballaġġ, mezzi tat-trasport jew ċerta merkanzija mdaħħla taħt arranġamenti doganali speċifiċi sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.

Artikolu 254

Merkanzija li fl-esportazzjoni bbenefikat minn miżuri stabbiliti taħt il-politika agrikola komuni

(l-Artikolu 203(6) tal-Kodiċi)

Dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa relatata ma’ merkanzija ritornata li l-esportazzjoni tagħha tista’ twassal għat-twettiq ta’ formalitajiet bl-iskop ta’ kisba ta’ rifużjonijiet jew ammonti oħra previsti skont il-politika agrikola komuni, għandha tiġi appoġġata bid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 253 ta’ dan ir-Regolament u b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet responsabbli għall-għoti ta’ tali rifużjonijiet jew ammonti fl-Istat Membru tal-esportazzjoni.

Meta l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija tkun iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jkollhom informazzjoni li tistabbilixxi li ma tkun ingħatat ebda rifużjoni jew ammont ieħor ipprovdut fl-esportazzjoni skont il-politika agrikola komuni, u ma tistax tingħata b’mod sussegwenti, iċ-ċertifikat m’għandux ikun meħtieġ.

Artikolu 255

Folja ta’ informazzjoni INF 3 ta’ ħruġ

(l-Artikoli 6(3)(a) u 203(6) tal-Kodiċi)

1.  L-esportatur jista’ jitlob folja ta’ informazzjoni INF 3 mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni.

2.  Meta l-esportatur jitlob il-folja ta’ informazzjoni INF 3 fiż-żmien tal-esportazzjoni, il-folja ta’ informazzjoni INF 3 għandha tinħareġ mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni meta jiġu mwettqa l-formalitajiet ta’ esportazzjoni għall-merkanzija.

Meta jkun possibbli li l-merkanzija esportata tiġi ritornata lit-territorju doganali tal-Unjoni permezz ta’ diversi uffiċċji doganali, l-esportatur jista’ jitlob diversi folji ta’ informazzjoni INF 3, fejn kull waħda minnhom tkopri parti mill-kwantità totali tal-merkanzija esportata.

3.  Meta l-esportatur jitlob folja ta’ informazzjoni INF 3 wara t-tlestija tal-formalitajiet ta’ esportazzjoni għall-merkanzija, il-folja ta’ informazzjoni INF 3 tista’ tinħareġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jekk l-informazzjoni dwar il-merkanzija ddikjarati fit-talba tal-esportatur tikkorrispondi għall-informazzjoni dwar il-merkanzija esportata għad-dispożizzjoni tal-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u ma tkun ingħatat ebda rifużjoni jew ammont ieħor ipprovdut fuq l-esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni, u ma tistax tingħata b’mod sussegwenti, fir-rigward tal-merkanzija.

4.  Meta tkun inħarġet folja ta’ informazzjoni INF 3, l-esportatur jista’ jitlob li l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jibdilha b’diversi folji ta’ informazzjoni INF 3 li kull waħda minnhom tkopri parti mill-kwantità totali tal-merkanzija inkluża fil-folja ta’ informazzjoni INF 3 maħruġa inizjalment.

5.  L-esportatur jista’ jitlob li folja ta’ informazzjoni INF 3 tinħareġ biss fir-rigward ta’ parti waħda mill-merkanzija esportata.

6.  Meta folja ta’ informazzjoni INF 3 tinħareġ fuq karta, għandha tinżamm kopja mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni li tkun ħarġitha.

7.  Meta l-folja ta’ informazzjoni INF 3 oriġinali tkun inħarġet fuq karta u tinsteraq, tintilef jew tiġi meqruda l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni li jkun ħariġha jista’ joħroġ kopja duplikata fuq talba tal-esportatur.

L-awtoritajiet doganali tal-esportazzjoni għandhom jirreġistraw fuq il-kopja tal-folja ta’ informazzjoni INF 3 fil-pussess tagħhom li kopja duplikata li tkun ġiet maħruġa.

8.  Meta folja ta’ informazzjoni INF 3 tinħareġ fuq karta, dan għandu jitfassal permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 62-02.

Artikolu 256

Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet

(l-Artikolu 203(6) tal-Kodiċi)

Fuq talba tal-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija ritornata tiġi ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jikkomunika kwalunkwe informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu li tistabbilixxi li jkunu ġew milħuqa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ dik il-merkanzija.



Taqsima 2

Il-prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħra meħuda mill-baħar

Artikolu 257

Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni

(l-Artikolu 208(2) tal-Kodiċi)

Evidenza li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 208(1) tal-Kodiċi tista’ tiġi pprovduta skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 213, 214 u 215 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 130, 131, 132 u 133 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, kif xieraq.



IT-TITOLU VII

PROĊEDURI SPEĊJALI



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali



Taqsima 1

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

Artikolu 258

Dokument ta’ sostenn għal dikjarazzjoni doganali verbali għal dħul temporanju

(l-Artikolu 22(2) tal-Kodiċi)

Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal dħul temporanju tkun ibbażata fuq dikjarazzjoni doganali verbali, id-dikjarant għandu jippreżenta d-dokument ta’ sostenn imsemmi fl-Artikolu 165 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 f’żewġ kopji, u kopja waħda għandha tkun iffirmata mill-awtoritajiet doganali u tingħata lid-detentur tal-awtorizzazzjoni.



Taqsima 2

Teħid ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

Artikolu 259

Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi

(l-Artikoli 28(1)(a) u 211(6) tal-Kodiċi)

1.  Meta wara applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 211(1)(a) tal-Kodiċi, ikun meħtieġ li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ekonomiċi skont l-Artikolu 211(6) tal-Kodiċi, l-amministrazzjoni doganali tal-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tittrażmetti l-fajl lill-Kummissjoni mingħajr dewmien biex titlob tali eżaminazzjoni.

2.  Meta, wara l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ proċedura ta’ pproċessar, issir disponibbli evidenza għall-amministrazzjoni doganali ta’ Stat Membru li l-interessi essenzjali ta’ produtturi tal-Unjoni x’aktarx li jiġu affettwati b’mod negattiv bl-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni, dik l-amministrazzjoni doganali għandha tittrażmetti l-fajl lill-Kummissjoni li titlob eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi.

3.  Eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni tista’ sseħħ ukoll fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni x’aktarx li jiġu affettwati b’mod negattiv bl-użu ta’ awtorizzazzjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti, magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi jkunux ġew sodisfati jew le.

5.  Il-konklużjoni li ntlaħqet dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi għandha titqies mill-awtorità doganali kkonċernata u minn kwalunkwe awtorità doganali oħra li titratta applikazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet simili.

Fil-konklużjonijiet li saru, jistgħu jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet ekonomiċi li l-każ eżaminat huwa uniku u għalhekk ma jistax iservi bħala preċedent għal applikazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet oħra.

6.  Meta jkun ġie konkluż li l-kundizzjonijiet ekonomiċi mhumiex aktar issodisfati, l-awtorità doganali kompetenti għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni rilevanti. Ir-revoka għandu jkollha effett mhux aktar tard minn sena wara l-jum ta’ wara d-data li fiha tasal id-deċiżjoni dwar ir-revoka għand id-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 260

Proċedura ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  Meta tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 211(1) tal-Kodiċi u tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed, l-Artikoli 10 u 14 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw, sakemm l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni ma tkunx tal-fehma li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din ma jkunux issodisfati.

2.  L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet doganali oħrajn ikkonċernati l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ aċċettazzjoni tal-applikazzjoni.

3.  Ebda awtorizzazzjoni li tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed ma għandha tinħareġ mingħajr il-ftehim minn qabel tal-awtoritajiet doganali kkonċernati dwar l-abbozz tal-awtorizzazzjoni.

4.  L-awtoritajiet doganali l-oħra kkonċernati għandhom jikkomunikaw oġġezzjonijiet, jekk ikun hemm, jew il-qbil tagħhom fi żmien 30 jum wara d-data li fiha jkun ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu debitament ġustifikati.

Meta l-oġġezzjonijiet jiġu kkomunikati f’dak it-terminu preskritt u ma jintlaħaq ebda ftehim fi żmien 60 jum mid-data li fiha ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata safejn ikunu ġew imqajma oġġezzjonijiet.

5.  Jekk l-awtoritajiet doganali l-oħrajn ikkonċernati ma kkomunikawx oġġezzjonijiet fi żmien 30 jum mid-data li fiha ġie kkomunikat l-abbozz tal-awtorizzazzjoni, għandu jitqies li ngħata l-qbil tagħhom.

Artikolu 261

Każijiet fejn il-proċedura ta’ konsultazzjoni mhix meħtieġa

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

1.  L-awtorità doganali kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni mingħajr ma tikkonsulta mal-awtoritajiet doganali l-oħrajn ikkonċernati kif stipulat fl-Artikolu 260 ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) awtorizzazzjoni li tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed hija:

(i) imġedda;

(ii) suġġetta għal emendi minuri;

(iii) annullata;

(iv) sospiża;

(v) revokata;

(b) tnejn jew aktar mill-Istati Membri involuti qablu dwar dan;

(c) l-unika attività li tinvolvi Stati Membri differenti hija operazzjoni fejn l-uffiċċju doganali ta’ tqegħid u l-uffiċċju doganali tar-rilaxx mhumiex l-istess;

(d) applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal dħul temporanju li tinvolvi aktar minn Stat Membru wieħed hija magħmula abbażi ta’ dikjarazzjoni doganali fil-formola standard.

F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali l-oħrajn ikkonċernati d-dettalji tal-awtorizzazzjoni.

2.  L-awtorità doganali kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni mingħajr ma tikkonsulta mal-awtoritajiet doganali l-oħrajn ikkonċernati kif stipulat fl-Artikolu 260 ta’ dan ir-Regolament u mingħajr ma tagħmel disponibbli d-dettalji tal-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganali l-oħrajn ikkonċernati skont il-paragrafu 1, fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a) fejn jintużaw carnets tal-ATA jew CPD;

(b) fejn tingħata awtorizzazzjoni għal dħul temporanju permezz tar-rilaxx ta’ merkanzija għall-proċedura doganali rilevanti skont l-Artikolu 262 ta’ dan ir-Regolament;

(c) meta tnejn jew aktar mill-Istati Membri involuti jkunu qablu dwar dan;

(d) meta l-unika attività li tinvolvi Stati Membri differenti tikkonsisti fil-moviment tal-merkanzija.

Artikolu 262

Awtorizzazzjoni fil-forma ta’ rilaxx tal-merkanzija

(l-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi)

Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun saret abbażi ta’ dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 163(1) jew (5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata permezz tar-rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura doganali rilevanti.



Taqsima 3

Regoli ta’ proċedura oħrajn;

Artikolu 263

Dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’uffiċċju doganali ieħor

(l-Artikolu 159(3) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali kompetenti f’każijiet eċċezzjonali tista’ tippermetti li d-dikjarazzjoni doganali tkun ippreżentata f’uffiċċju doganali li mhuwiex speċifikat fl-awtorizzazzjoni. F’dak il-każ, l-awtorità doganali kompetenti għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza mingħajr dewmien.

Artikolu 264

Ir-rilaxx ta’ proċedura speċjali

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija tkun tqiegħdet taħt proċedura speċjali permezz ta’ żewġ dikjarazzjonijiet doganali jew iktar bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni waħda, it-tqegħid ta’ din il-merkanzija jew tal-prodotti miksuba minnhom taħt proċedura doganali sussegwenti, jew l-allokazzjoni tagħhom għall-użu finali preskritt tagħhom, għandu jkun kkunsidrat li jagħlaq il-proċedura għall-merkanzija in kwistjoni mqiegħda taħt id-dikjarazzjoni doganali li saret l-ewwel.

2.  Meta l-merkanzija tkun tqiegħdet taħt proċedura speċjali permezz ta’ żewġ dikjarazzjonijiet doganali jew iktar bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni waħda u l-proċedura speċjali tingħalaq billi l-merkanzija tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew permezz tal-qerda tal-merkanzija mingħajr ma jifdal ebda skart, it-teħid ‘il barra tal-merkanzija jew il-qerda mingħajr ma jifdal skart għandhom jitqiesu li jagħlqu l-proċedura għall-merkanzija in kwistjoni mqiegħda taħt id-dikjarazzjoni doganali li saret l-ewwel.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura jista’ jitlob li l-għeluq isir fir-rigward ta’ merkanzija speċifika mqiegħda taħt il-proċedura.

4.  L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex twassal għal vantaġġi mhux ġustifikati fid-dazju fuq l-importazzjoni.

5.  Meta l-merkanzija taħt il-proċedura speċjali titqiegħed flimkien ma’ merkanzija oħra, u jkun hemm qerda totali jew telf għal kollox, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw evidenza prodotta mid-detentur tal-proċedura li tindika l-kwantità attwali ta’ merkanzija taħt il-proċedura li ġiet meqruda jew intilfet.

Meta d-detentur tal-proċedura ma jistax jipproduċi evidenza aċċettabbli għall-awtoritajiet doganali, l-ammont ta’ merkanzija li tkun ġiet meqruda jew mitlufa għandha tiġi stabbilita b’referenza għall-proporzjon ta’ merkanzija tal-istess tip taħt il-proċedura fiż-żmien meta seħħet il-qerda jew it-telf.

Artikolu 265

Dokument ta’ rilaxx

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 46 u 48 tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jikkontrolla d-dikjarazzjoni tar-rilaxx kif imsemmi fl-Artikolu 175(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 mingħajr dewmien.

L-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza jista’ jaċċetta l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li għandu jitħallas kif iddeterminat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

2.  L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li għandu jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104 tal-Kodiċi fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-dikjarazzjoni tar-rilaxx ġiet ikkomunikata lill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza.

Artikolu 266

Trasferiment ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet

(l-Artikolu 218 tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali kompetenti għandha tiddeċiedi jekk trasferiment tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 218 tal-Kodiċi jistax isir jew le. Jekk tali trasferiment jista’ jsir, l-awtorità doganali kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom huwa permess it-trasferiment.

Artikolu 267

Moviment tal-merkanzija taħt proċedura speċjali

(l-Artikolu 219 tal-Kodiċi)

1.  Il-moviment tal-merkanzija lejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ bil-għan li tingħalaq proċedura speċjali li mhux l-użu finali u l-ipproċessar attiv billi l-merkanzija tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jsir taħt il-kopertura tad-dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni.

2.  Meta l-merkanzija tiġi ttrasportata taħt ipproċessar passiv mill-uffiċċju doganali tat-tqegħid lejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, il-merkanzija għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet li kienu jkunu applikabbli li kieku l-merkanzija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni.

3.  Meta l-merkanzija tiġi ttrasportata skont l-użu finali lejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, il-merkanzija għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet li kienu jkunu applikabbli li kieku l-merkanzija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni.

4.  Il-formalitajiet doganali minbarra ż-żamma ta’ rekords kif imsemmi fl-Artikolu 214 tal-Kodiċi ma jkunux meħtieġa għal kull moviment li ma jkunx kopert mill-paragrafi 1 sa 3.

5.  Meta moviment tal-merkanzija jseħħ skont il-paragrafi 1 jew 3, il-merkanzija għandha tibqa’ taħt il-proċedura speċjali sakemm tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 268

Formalitajiet għall-użu ta’ merkanzija ekwivalenti

(l-Artikolu 223 tal-Kodiċi)

1.  L-użu ta’ merkanzija ekwivalenti m’għandux ikun suġġett għall-formalitajiet għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura speċjali.

2.  Merkanzija ekwivalenti tista’ tiġi maħżuna flimkien ma’ merkanzija oħra tal-Unjoni jew merkanzija mhux tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu metodi speċifiċi għall-identifikazzjoni tal-merkanzija ekwivalenti bil-għan li tingħaraf minn merkanzija oħra tal-Unjoni jew merkanzija mhux tal-Unjoni.

Meta jkun impossibbli jew ikun possibbli biss bi spejjeż sproporzjonati li jiġi identifikat dejjem kull tip ta’ merkanzija, għandha ssir segregazzjoni tal-kontabbiltà fir-rigward ta’ kull tip ta’ merkanzija, l-istatus doganali u, fejn xieraq, l-oriġini tal-merkanzija.

3.  Fil-każ tal-użu finali, il-merkanzija li hija sostitwita b’merkanzija ekwivalenti m’għandhiex tibqa’ taħt is-sorveljanza doganali fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-merkanzija ekwivalenti ntużat għall-iskopijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata mnaqqsa ta’ dazju;

(b) meta l-merkanzija ekwivalenti tkun esportata, meqruda jew abbandunata għall-Istat;

(c) meta l-merkanzija ekwivalenti ntużat għal skopijiet oħra barra dawk stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata ta’ dazju mnaqqsa u d-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli jkun ġie mħallas.

Artikolu 269

Status tal-merkanzija ekwivalenti

(l-Artikolu 223 tal-Kodiċi)

1.  Fil-każ ta’ ħażna doganali u l-dħul temporanju, il-merkanzija ekwivalenti għandha ssir merkanzija mhux tal-Unjoni u l-merkanzija li tkun qed tissostitwixxi għandha ssir merkanzija tal-Unjoni meta tiġi rilaxxata għall-proċedura doganali sussegwenti li tagħlaq il-proċedura jew fil-ħin meta l-merkanzija ekwivalenti tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Fil-każ ta’ pproċessar attiv, il-merkanzija ekwivalenti u l-prodotti pproċessati miksuba minnha għandhom isiru oġġetti mhux tal-Unjoni u l-merkanzija li tkun qed tissostitwixxi għandha ssir merkanzija tal-Unjoni meta tiġi rilaxxata għall-proċedura doganali sussegwenti li tagħlaq il-proċedura jew meta l-prodotti pproċessati jkunu telqu mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Madankollu, meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv tiġi mqiegħda fis-suq qabel tingħalaq il-proċedura, l-istatus tagħha għandu jinbidel meta titqiegħed fis-suq. F’każijiet eċċezzjonali, meta l-merkanzija ekwivalenti hija mistennija li ma tkunx disponibbli fil-mument meta l-merkanzija titqiegħed fis-suq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu, fuq talba tad-detentur tal-proċedura, li l-merkanzija ekwivalenti tkun disponibbli iktar tard f’perjodu raġonevoli li għandu jiġi ddeterminat minnhom.

3.  Fil-każ ta’ esportazzjoni minn qabel ta’ prodotti pproċessati taħt ipproċessar attiv, il-merkanzija ekwivalenti u l-prodotti pproċessati miksuba minnha għandha ssir merkanzija mhux tal-Unjoni b’effett retroattiv fil-ħin tar-rilaxx tagħha għall-proċedura ta’ esportazzjoni jekk il-merkanzija li għandha tiġi importata titqiegħed taħt dik proċedura.

Meta l-merkanzija li għandha tiġi mportata titqiegħed taħt ipproċessar attiv, fl-istess ħin issir merkanzija tal-Unjoni.

Artikolu 270

Sistema elettronika relatata mal-carnets ATA elettroniċi

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

Sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni elettronika (Sistema ta’ Carnet ATA Elettronika) stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandha tintuża għall-ipproċessar, l-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni li tappartieni għall-carnets ATA elettroniċi maħruġa abbażi tal-Artikolu 21a tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz ta’ din is-sistema mill-awtoritajiet doganali kompetenti mingħajr dewmien.

Artikolu 271

Sistema elettronika relatata mal-Iskambju standardizzat ta’ informazzjoni

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandha tintuża għall-iskambju standardizzat ta’ informazzjoni (INF) li jappartjeni għal kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) ipproċessar attiv EX/IM jew ipproċessar passiv EX/IM;

(b) ipproċessar attiv IM/EX jew ipproċessar passiv IM/EX, fejn iktar minn Stat Membru wieħed huwa involut;

(c) ipproċessar attiv IM/EX fejn Stat Membru wieħed huwa involut u l-awtorità doganali responsabbli kif imsemmija fl-Artikolu 101(1) tal-Kodiċi tkun talbet INF.

Din is-sistema għandha tintuża wkoll għall-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni rilevanti. Fejn ikun meħtieġ INF, l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz ta’ din is-sistema mill-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza mingħajr dewmien. Meta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni jew notifika ta’ riesportazzjoni tirreferi għal INF, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom jaġġornaw l-INF mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni elettronika għandha tintuża għall-iskambju standardizzat ta’ informazzjoni li jappartjeni għal miżuri ta’ politika kummerċjali.

2.  Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplika mid-data tat-twettiq tal-INF tal-KDU kif imsemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.



KAPITOLU 2

Tranżitu



Taqsima 1

Proċedura ta’ tranżitu estern u intern



Sottotaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 272

Kontrolli u formalitajiet għal merkanzija li titlaq u li terġa’ tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 226(3)(b), (c), (e), (f) u 227(2) (b), (c), (e), (f) tal-Kodiċi)

Meta, waqt il-moviment ta’ merkanzija minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-merkanzija titlaq u terġa’ tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-kontrolli doganali u l-formalitajiet applikabbli skont il-Konvenzjoni TIR, il-Konvenzjoni ATA, il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, il-Ftehim bejn il-Partijiet għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951 jew bi qbil mal-atti tal-Unjoni Postali Universali għandhom jitwettqu fil-punti fejn il-merkanzija titlaq temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni u fejn terġa’ tidħol f’dak it-territorju.

Artikolu 273

Sistema elettronika relatata mat-tranżitu

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

1.  Għall-iskambju tad-dejta tal-carnet TIR għal operazzjonijiet TIR u għat-tlestija tal-formalitajiet doganali tal-proċeduri ta’ tranżitu tal-Unjoni, għandha tintuża sistema elettronika stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi (sistema ta’ tranżitu elettronika).

2.  Fil-każ ta’ diskrepanzi bejn id-dettalji fil-carnet TIR u d-dettalji fis-sistema ta’ tranżitu elettronika, il-carnet TIR għandu jipprevali.

3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema msemmija fih skont l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw Sistema Kompjuterizzata Ġdida ta’ Tranżitu stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 ( 16 ).



Sottotaqsima 2

Moviment tal-merkanzija taħt l-operazzjonijiet TIR

Artikolu 274

Operazzjoni TIR f’ċirkostanzi partikolari

(l-Artikoli 6(3)(b), 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali għandha taċċetta carnet TIR mingħajr skambju ta’ dejta tal-carnet TIR għall-operazzjoni TIR fil-każ ta’ ħsara temporanja ta’:

(a) is-sistema elettronika tat-tranżitu;

(b) is-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-carnet TIR għall-preżentazzjoni tad-dejta fil-carnet TIR permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta;

(c) il-konnessjoni elettronika bejn is-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-carnet TIR għall-preżentazzjoni tad-dejta fil-carnet TIR permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta u s-sistema ta’ tranżitu elettronika.

L-aċċettazzjoni ta’ carnets TIR mingħajr skambju ta’ dejta tal-carnet TIR fil-każ ta’ ħsara temporanja kif imsemmi fil-punti (b) jew (c) għandha tkun suġġetta għal approvazzjoni mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 275

Itinerarju għall-movimenti tal-merkanzija taħt operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  Merkanzija li ġiet ittrasportata taħt operazzjoni TIR għandha tiġi ttrasportata lejn l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u/jew tal-ħruġ tul itinerarju ekonomikament ġustifikat.

2.  Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul tqis li huwa neċessarju, għandu jippreskrivi itinerarju għall-operazzjoni TIR b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-detentur tal-carnet TIR.

Meta jiġi preskritt itinerarju, l-uffiċċju doganali għandu jdaħħal fis-sistema tat-tranżitu elettronika u fuq il-carnet TIR mill-inqas l-indikazzjoni tal-Istati Membri li permezz tagħhom għandha sseħħ l-operazzjoni TIR.

Artikolu 276

Formalitajiet li għandhom jitlestew fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għal movimenti tal-merkanzija taħt operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  Id-detentur tal-carnet TIR għandu jissottometti d-dejta tal-carnet TIR għall-operazzjoni TIR fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul.

2.  L-uffiċċju doganali li d-dejta tal-carnet TIR tkun ġiet sottomessa lilu għandu jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, filwaqt li jqis dan li ġej:

(a) l-itinerarju;

(b) il-mezz tat-trasport;

(c) leġiżlazzjoni tat-trasport jew leġiżlazzjoni oħra li jista’ jkollha impatt fuq it-twaqqif ta’ terminu preskritt;

(d) kwalunkwe informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-detentur tal-carnet TIR.

3.  Meta t-terminu preskritt ikun stipulat mill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul, għandu jkun vinkolanti fuq l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li l-merkanzija tidħol fit-territorju tagħhom matul l-operazzjoni TIR, u dak it-terminu preskritt ma għandux jiġi mibdul minn dawk l-awtoritajiet.

4.  Meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għall-operazzjoni TIR, l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jirreġistra l-MRN tal-operazzjoni TIR fil-carnet TIR. L-uffiċċju doganali li jirrilaxxa dik il-merkanzija għandu jinnotifika lid-detentur tal-carnet TIR dwar ir-rilaxx tal-merkanzija għall-operazzjoni TIR.

Fuq talba tad-detentur tal-carnet TIR l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jipprovdi dokument ta’ tranżitu jew, fejn xieraq, dokument ta’ tranżitu/sigurtà lid-detentur tal-carnet TIR.

Id-dokument ta’ tranżitu għandu jiġi pprovdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u, jekk ikun meħtieġ, jiġi ssupplimentat bil-Lista ta’ oġġetti fil-formola stabbilita fl-Anness B-03 tal-istess Regolament Delegat. Id-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu/tas-sigurtà għandu jiġi pprovdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B-04 tal-istess Regolament Delegat u ssupplimentat bil-lista ta’ oġġetti tat-Tranżitu/tas-Sigurtà fil-formola stabbilita fl-Anness B-05 tal-istess Regolament Delegat.

5.  L-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jittrażmetti d-dettalji tal-operazzjoni TIR lill-uffiċċju doganali ddikjarat tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.

Artikolu 277

Inċidenti waqt il-moviment tal-merkanzija taħt operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  It-trasportatur għandu jippreżenta mingħajr dewmien żejjed wara l-inċident il-merkanzija flimkien mal-vettura tat-triq, il-kombinament ta’ vetturi jew il-kontejner, il-carnet TIR u l-MRN tal-operazzjoni TIR lill-eqreb awtorità doganali tal-Istat Membru li l-mezz tat-trasport ikun jinsab fit-territorju tiegħu meta:

(a) it-trasportatur ikun obbligat li jiddevja mill-itinerarju preskritt skont ►M1  l-Artikolu 275 ◄ minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu;

(b) ikun hemm inċident jew aċċident skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni TIR.

2.  Meta l-awtorità doganali li l-mezz tat-trasport jinsab fit-territorju tagħha tqis li l-operazzjoni TIR kkonċernata tista’ tkompli, hija għandha tieħu kwalunkwe passi li tqis meħtieġa.

Informazzjoni rilevanti dwar l-inċidenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ tranżitu elettronika minn dik l-awtorità doganali.

3.  Sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, informazzjoni rilevanti dwar l-inċidenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fis-sistema elettronika tat-tranżitu mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.

4.  Sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, ma għandux japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 278

Preżentazzjoni tal-merkanzija ttrasportata permezz ta’ operazzjoni TIR fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija ttrasportata permezz ta’ operazzjoni TIR tasal fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentat fl-uffiċċju doganali:

(a) il-merkanzija flimkien mal-vettura tat-triq, il-kombinament ta’ vetturi jew il-kontejner;

(b) il-carnet TIR;

(c) l-MRN tal-operazzjoni TIR;

(d) kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.

Il-preżentazzjoni għandha sseħħ matul il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ. Madankollu, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, jista’ jippermetti li l-preżentazzjoni sseħħ barra l-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ jew f’post ieħor.

2.  Meta l-preżentazzjoni tkun saret fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ wara li jiskadi t-terminu preskritt stabbilit mill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul skont l-Artikolu 276(2) ta’ dan ir-Regolament, id-detentur tal-carnet TIR għandu jitqies li kkonforma mat-terminu preskritt fejn hu jew it-trasportatur jagħti prova għas-sodisfazzjon tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ li d-dewmien ma jkunx attribwibbli għalih.

3.  Operazzjoni TIR tista’ tiġi tterminata f’uffiċċju doganali lu mhuwiex dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu. Dak l-uffiċċju doganali għandu mbagħad jitqies bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.

Artikolu 279

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għal merkanzija trasportata taħt operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla tal-merkanzija fil-jum li fih tiġi ppreżentata l-merkanzija flimkien mal-vettura tat-triq, il-kombinament ta’ vetturi jew il-kontejner, il-carnet TIR, il-MRN tal-operazzjoni TIR skont l-Artikolu 278(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta l-operazzjoni TIR tiġi tterminata f’uffiċċju doganali li ma jkunx dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu, l-uffiċċju doganali meqjus li jkun l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ skont l-Artikolu 278(3) ta’ dan ir-Regolament għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul fil-jum li fih tiġi ppreżentata l-merkanzija skont l-Artikolu 278(1).

L-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ iddikjarat fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

3.  L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jinnotifika r-riżultati tal-kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul bħala l-iktar tard fit-tielet jum wara l-jum li fih il-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ jew f’post ieħor skont l-Artikolu 278(1) ta’ dan ir-Regolament. F’każijiet eċċezzjonali dak it-terminu preskrittiv jista’ jiġi estiż sa sitt ijiem.

Madankollu, meta l-merkanzija tasal għand destinatarju awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jiġi notifikat mhux aktar tard mis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tiġi pprovduta lid-destinatarju awtorizzat.

4.  L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jittermina l-operazzjoni TIR skont l-Artikoli 1(d) u 28(1) tal-Konvenzjoni TIR. Huwa għandu jimla l-mamma Nru 2 tal-carnet TIR u jżomm il-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR. Il-carnet TIR għandu jingħata lura lill-Proprjetarju tal-carnet TIR jew lill-persuna li taġixxi għan-nom tiegħu.

5.  Meta japplika l-Artikolu 274 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandhom jagħtu lura l-parti xierqa tal-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul mingħajr dewmien u sa mhux iktar tard minn tmint ijiem mid-data li fiha tkun ġiet itterminata l-operazzjoni TIR.

Artikolu 280

Proċedura ta’ inkjesta għal movimenti ta’ merkanzija taħt operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul ma jkunx irċieva r-riżultati tal-kontroll fi żmien sitt ijiem wara li jirċievi n-notifika tal-wasla tal-merkanzija, dak l-uffiċċju doganali għandu minnufih jitlob ir-riżultati tal-kontroll mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ li jkun bagħat in-notifika tal-wasla tal-merkanzija.

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jibgħat ir-riżultati tal-kontroll immedjatament wara li jirċievi t-talba mill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul.

2.  Meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul ma tkunx għadha rċeviet informazzjoni li tippermetti għat-twettiq tal-operazzjoni TIR jew għall-irkupru tad-dejn doganali, għandha titlob l-informazzjoni rilevanti mid-detentur tal-carnet TIR jew, meta jkunu disponibbli dettalji suffiċjenti fil-post tad-destinazzjoni jew ħruġ, mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, fil-każijiet li ġejjin:

(a) l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul ma jkunx irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija sa meta jiskadi t-terminu preskritt għall-preżentazzjoni tal-merkanzija stabbilit skont l-Artikolu 276(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul ma jkunx irċieva r-riżultati tal-kontroll mitluba skont il-paragrafu 1;

(c) l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul isir jaf li n-notifika tal-wasla tal-merkanzija jew ir-riżultati tal-kontroll intbagħtu bi żball.

3.  L-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew ħruġ għandha tibgħat talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 2(a) fi żmien sebat ijiem wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien li hemm referenza għalih fih u talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 2(b) fi ħdan perjodu ta’ sebat ijiem wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien applikabbli li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ dawn it-termini preskritti, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul tirċievi informazzjoni li l-operazzjoni TIR ma ġietx itterminata b’mod korrett, jew tissuspetta li dan ikun il-każ, għandha tibgħat it-talba mingħajr dewmien.

4.  Tweġibiet għal talbiet magħmula skont il-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu fi żmien 28 jum mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba.

5.  Meta, wara talba skont il-paragrafu 2, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ ma jkunx ipprovda informazzjoni suffiċjenti biex tintemm l-operazzjoni TIR, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandha titlob lid-detentur tal-carnet TIR biex jipprovdi dik l-informazzjoni, mhux aktar tard minn 35 jum wara l-bidu tal-proċedura ta’ inkjesta.

Madankollu, sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, dik l-awtorità doganali għandha titlob lid-detentur tal-carnet TIR biex jipprovdi din l-informazzjoni, sa mhux aktar tard minn 28 jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta.

Id-detentur tal-carnet TIR għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 28 jum mid-data li fiha ġiet mibgħuta. Fuq talba tad-detentur tal-carnet TIR, dan il-perjodu jista’ jiġi mtawwal bi 28 jum ieħor.

6.  Meta carnet TIR ikun ġie aċċettat mingħajr skambju ta’ dejta tal-carnet TIR għall-operazzjoni TIR skont ►M1  l-Artikolu 274 ◄ , l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandha tibda proċedura ta’ inkjesta sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm l-operazzjoni TIR jekk, wara xahrejn mid-data tal-aċċettazzjoni tal-carnet TIR, ma tkunx irċeviet evidenza li l-operazzjoni TIR tkun intemmet. Din l-awtorità tibgħat it-talba għall-informazzjoni rilevanti lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Dik l-awtorità doganali għandha twieġeb għal dik it-talba fi żmien 28 jum mid-data li fiha ġiet mibgħuta.

Madankollu, jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul tirċievi informazzjoni li l-operazzjoni TIR ma ġietx itterminata b’mod korrett, jew ikollha suspett li dan ikun il-każ, għandha tibda l-proċedura ta’ inkjesta mingħajr dewmien.

Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda wkoll mill-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul jekk issir disponibbli informazzjoni li l-prova tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR kienet iffalsifikata u l-proċedura ta’ inkjesta tkun meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-paragrafu 9.

7.  L-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandha tinforma lill-assoċjazzjoni garanti kkonċernata li ma kienx possibbli li tintemm l-operazzjoni TIR, u tistedinha sabiex tipprovdi evidenza li l-operazzjoni TIR tkun ġiet itterminata. Dik l-informazzjoni m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala notifika fis-sens tal-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni TIR.

8.  Meta waqt il-proċedura ta’ inkjesta stabbilita fil-paragrafi 1 u 7 jiġi stabbilit li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata b’mod korrett, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandhom itemmu l-operazzjoni TIR u għandhom jinformaw minnufih lill-assoċjazzjoni garanti u lid-detentur tal-carnet TIR u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtorità doganali li setgħet bdiet proċedura ta’ rkupru.

9.  Meta matul il-passi ta’ proċedura ta’ inkjesta stipulata fil-paragrafi 1 sa 7, jiġi stabbilit li l-operazzjoni TIR ma tkunx tista’ tintemm, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandha tistabbilixxi jekk inħoloqx dejn doganali.

Jekk iġġarrab dejn doganali, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a) tidentifika d-debitur;

(b) tiddetermina l-awtorità doganali responsabbli għan-notifika tad-dejn doganali skont l-Artikolu 102(1) tal-Kodiċi.

Artikolu 281

Prova alternattiva tat-terminazzjoni ta’ operazzjoni TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  L-operazzjoni TIR għandha titqies bħala li ntemmet b’mod korrett fit-terminu preskritt stabbilit skont l-Artikolu 276(2) ta’ dan ir-Regolament meta d-detentur tal-carnet TIR jew l-assoċjazzjoni garanti jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali ta’ Stat Membru tat-tluq jew tad-dħul, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:

(a) dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ li jidentifika l-merkanzija u jistabbilixxi li l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, jew li ġiet imwassla lil destinatarju awtorizzat kif imsemmi fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi;

(b) dokument jew rekord doganali, iċċertifikat mill-awtorità doganali ta’ Stat Membru, li jistabbilixxi li l-merkanzija tkun fiżikament telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c) dokument doganali maħruġ f’pajjiż terz fejn l-oġġetti jitqiegħdu taħt proċedura doganali;

(d) dokument maħruġ f’pajjiż terz, ittimbrat jew iċċertifikat mod ieħor mill-awtorità doganali ta’ dak il-pajjiż u li jistabbilixxi li l-merkanzija hija meqjusa li tista’ tiċċirkola liberament f’dak il-pajjiż.

2.  Minflok id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, kopji tagħhom li huma ċertifikati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtorità tal-pajjiż terz ikkonċernat jew minn awtorità ta’ Stat Membru jistgħu jiġu pprovduti bħala prova.

3.  In-notifika tal-wasla tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 279(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex titqies bħala prova li l-operazzjoni TIR ġiet mitmuma b’mod korrett.

Artikolu 282

Formalitajiet għal merkanzija trasportata taħt l-operazzjoni TIR rċevuta minn destinatarju awtorizzat

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija tasal f’post speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi, id-destinatarju awtorizzat għandu:

(a) immedjatament jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar il-wasla tal-merkanzija u jinfurmah dwar kwalunkwe irregolaritajiet jew inċidenti li seħħu matul it-trasport;

(b) iħott il-merkanzija biss wara li jkun kiseb il-permess mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c) wara l-ħatt, idaħħal ir-riżultati tal-ispezzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti relatata mal-ħatt fir-reġistri tiegħu mingħajr dewmien;

(d) jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija u jinfurmaha dwar kwalunkwe irregolarità fit-tielet jum wara l-jum li fih ikun irċieva l-permess li jħott il-merkanzija, bħala l-aktar tard.

2.  Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat, huwa għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla tal-merkanzija.

3.  Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva r-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1(d) għandu jibgħat ir-riżultati ta’ kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul fis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet ipprovduta lid-destinatarju awtorizzat, bħala l-aktar tard.

4.  Fuq it-talba tad-detentur tal-carnet TIR, id-destinatarju awtorizzat għandu joħroġ irċevuta li tiċċertifika l-wasla tal-merkanzija f’post speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi u li jkun fiha referenza għall-MRN tal-operazzjoni TIR u l-carnet TIR. L-irċevuta ma għandhiex titqies bħala prova li l-operazzjoni TIR tkun ġiet itterminata fis-sens tal-Artikolu 279(4) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Id-destinatarju awtorizzat għandu jiżgura li l-carnet TIR flimkien mal-MRN tal-operazzjoni TIR ikunu ppreżentati fit-terminu preskritt stabbilit fl-awtorizzazzjoni, fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għall-finijiet tat-tmiem tal-operazzjoni TIR skont l-Artikolu 279(4) ta’ dan ir-Regolament.

6.  Id-detentur tal-carnet tat-TIR għandu jitqies li jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 1(o) tal-Konvenzjoni fejn il-carnet TIR flimkien mal-vettura tat-triq, il-kombinament tal-vetturi jew il-kontejner u l-merkanzija jkunu ġew ippreżentati sħaħ lid-destinatarju awtorizzat f’post speċifikat fl-awtorizzazzjoni.



Sottotaqsima 3

Moviment tal-merkanzija skont il-Konvenzjoni ATA u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul

Artikolu 283

Notifika ta’ kontravenzjonijiet u irregolaritajiet

(l-Artikoli 226(3)(c) u 227(2)(c) tal-Kodiċi)

L-uffiċċju doganali ta’ koordinazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 166, tal-Istat Membru meta kontravvenzjoni jew irregolarità tkun ġiet imwettqa matul jew in konnessjoni ma’ moviment ta’ tranżitu ATA għandu jinnotifika lid-detentur tal-carnet ATA u lill-assoċjazzjoni garanti dwar il-kontravvenzjoni jew l-irregolarità fi żmien sena mid-data ta’ skadenza tal-validità tal-carnet.

Artikolu 284

Prova alternattiva tat-terminazzjoni tal-operazzjoni ta’ tranżitu ATA

(l-Artikoli 226(3)(c) u 227(2)(c) tal-Kodiċi)

1.  L-operazzjoni ta’ tranżitu ATA għandha titqies bħala li ġiet itterminata b’mod korrett fejn id-detentur tal-carnet ATA jippreżenta, fit-termini preskritti stipulati fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-Konvenzjoni ATA fejn il-carnet jinħareġ skont il-Konvenzjoni ATA jew fl-Artikolu 9(1)(a) u (b) tal-Anness A għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul fejn il-carnet jinħareg taħt il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:

(a) id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ATA fejn il-carnet jinħareġ skont il-Konvenzjoni ATA jew fl-Artikolu 10 tal-Anness A għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul fejn il-carnet jinħareġ skont il-Konvenzjoni ta’ Istanbul;

(b) dokument iċċertifikat mill-awtorità doganali li jistabilixxi li l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ;

(c) dokument maħruġ mill-awtoritajiet doganali f’pajjiż terz fejn il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali.

2.  Minflok id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, kopji tagħhom li huma ċċertifikati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali jistgħu jiġu pprovduti bħala prova.



Sottotaqsima 4

Moviment ta’ merkanzija taħt il-kopertura tal-formola 302

Artikolu 285

Uffiċċji doganali maħtura

(l-Artikoli 226(3)(e), 227(2)(e) u 159(3) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali f’kull Stat Membru li jkunu stazzjonati fih il-forzi tal-Organizzazzjoni Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) eliġibbli biex jużaw il-formola 302 għandhom jaħtru l-uffiċċju jew l-uffiċċji doganali responsabbli għall-formalitajiet u l-kontrolli doganali li jikkonċernaw il-moviment ta’ merkanzija li tkun saret minn jew f’isem dawk il-forzi.

Artikolu 286

Provvista ta’ formoli 302 lil forzi tan-NATO

(l-Artikoli 226(3)(e) u 227(2)(e) tal-Kodiċi)

L-uffiċċju doganali nominat tal-Istat Membru tat-tluq għandu jipprovdi l-forzi tan-NATO stazzjonati fiż-żona tiegħu bil-formoli 302 li:

(a) huma awtentikati minn qabel bit-timbru u l-firma ta’ uffiċċjal ta’ dak l-uffiċċju; (q) huma numerati f’sensiela;

(b) jkollhom in-numri tas-serje;

(c) għandhom l-indirizz sħiħ ta’ dik uffiċċju doganali nominat għall-kopja ta’ ritorn tal-formola 302.

Artikolu 287

Regoli proċedurali li japplikaw għall-użu tal-formola 302

(l-Artikoli 226(3)(e) u 227(2)(e) tal-Kodiċi)

1.  Fil-ħin tat-tluq tal-merkanzija, il-forzi tan-NATO għandhom jagħmlu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) jippreżentaw id-dejta tal-formola 302 elettronikament fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul;

(b) jikkompletaw il-formola 302 b’dikjarazzjoni li l-oġġetti jkunu qegħdin jiġu ttrasportati taħt il-kontroll tagħhom u jawtentikaw din id-dikjarazzjoni bil-firma tagħhom, timbru u d-data.

2.  Meta l-forzi tan-NATO jippreżentaw id-dejta tal-formola 302 b’mod elettroniku skont il-paragrafu 1(a), l-Artikoli 294, 296, 304, 306, 314, 315 u 316 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.  Meta l-forzi tan-NATO jipproċedu skont il-paragrafu 1(b), kopja tal-formola 302 għandha tingħata, mingħajr dewmien, lill-uffiċċju doganali nominat responsabbli għall-formalitajiet u kontrolli doganali li għandhom x’jaqsmu mal-forzi tan-NATO li jibagħtu l-merkanzija jew li l-merkanzija tintbagħat f’isimhom.

Il-kopji l-oħra tal-formola 302 għandu jakkumpanja l-kunsinna lill-forzi tan-NATO tad-destinazzjoni fejn il-formoli għandhom jiġu stampati u ffirmati minn dawk il-forzi tan-NATO.

Fil-ħin tal-wasla tal-merkanzija għandhom jingħataw żewġ kopji tal-formola lill-uffiċċju doganali nominat responsabbli għall-formalitajiet u kontrolli doganali li għandhom x’jaqsmu mal-forzi tan-NATO tad-destinazzjoni.

Dak l-uffiċċju doganali nominat għandu jżomm kopja waħda u għandu jirritorna t-tieni kopja lill-uffiċċju doganali responsabbli għall-formalitajiet u l-kontrolli doganali li għandhom x’jaqsmu mal-forzi tan-NATO li jibagħtu l-merkanzija jew li l-merkanzija tintbagħat f’isimhom.



Sottotaqsima 5

Tranżitu tal-merkanzija ttrasportata taħt is-sistema postali

Artikolu 288

Moviment ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fil-konsenji postali taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern

(l-Artikolu 226(3)(f) tal-Kodiċi)

Meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni tiġi ttrasportata taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern skont l-Artikolu 226(3)(f) tal-Kodiċi, il-kunsinna postali u kull dokument ta’ sostenn għandu jkollhom tikketta kif stipulat fl-Anness 72-01.

Artikolu 289

Moviment ta’ konsenji postali li jkun fihom kemm merkanzija tal-Unjoni kif ukoll merkanzija mhux tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(f) u 227(2)(f) tal-Kodiċi)

1.  Meta kunsinna postali jkun fiha kemm merkanzija tal-Unjoni kif ukoll merkanzija mhux tal-Unjoni, dik il-kunsinna u kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn għandu jkollhom tikketta kif stipulat fl-Anness 72-01.

2.  Għall-merkanzija tal-Unjoni li tinstab f’kunsinna kif imsemmi fil-paragrafu 1, prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni jew referenza għall-MRN ta’ dak il-mezz ta ‘prova għandha tintbagħat separatament lill-operatur postali ta’ destinazzjoni jew tkun inkluża mal-kunsinna.

Meta l-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni tintbagħat separatament lill-operatur postali ta’ destinazzjoni, dak l-operatur postali għandu jippreżenta l-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni flimkien mal-kunsinna.

Meta l-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni jew l-MRN tagħha jkun inkluż mal-kunsinna, għandu jkun indikat b’mod ċar fuq barra tal-pakkett.

Artikolu 290

Moviment tal-konsenji postali taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern f’sitwazzjonijiet speċjali

(l-Artikolu 227(2)(f) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija tal-Unjoni tiġi ttrasportata lejn, minn jew bejn territorji fiskali speċjali taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern f’konformità mal-Artikolu 227(2)(f) tal-Kodiċi, il-kunsinna postali u kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn għandu jkollhom tikketta kif stipulat fl-Anness 72- 02.

2.  Meta l-merkanzija tal-Unjoni tiġi ttrasportata taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern f’konformità mal-Artikolu 227(2)(f) tal-Kodiċi mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn pajjiż ta’ tranżitu komuni għat-trażmissjoni ‘l quddiem lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, dik il-merkanzija għandha tkun akkumpanjata minn prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni stabbilita b’wieħed mill-mezzi msemmija fl-Artikolu 199 ta’ dan ir-Regolament.

Il-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali mad-dħul mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni.



Taqsima 2

Proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni estern u intern



Sottotaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 291

Operazzjoni ta’ tranżitu f’ċirkostanzi partikolari

▼M1

(l-Artikoli 6(3)(b), 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

▼B

1.  L-awtorità doganali għandha taċċetta dikjarazzjoni ta’ tranżitu fuq il-karta fil-każ ta’ ħsara temporanja:

(a) is-sistema elettronika tat-tranżitu;

(b) is-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta;

(c) il-konnessjoni elettronika bejn is-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta u s-sistema ta’ tranżitu elettronika.

Ir-regoli dwar l-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu fuq il-karta għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness 72-04.

2.  L-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu fuq il-karta fil-każ ta’ ħsara temporanja kif imsemmi fil-punti (b) jew (c) għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali.

Artikolu 292

Verifika u għajnuna amministrattiva

(l-Artikolu 48 tal-Kodiċi)

1.  L-awtorità doganali kompetenti tista ‘twettaq kontrolli ta’ wara r-rilaxx tal-informazzjoni pprovduta u ta’ kwalunkwe dokumenti, forom, awtorizzazzjonijiet jew dejta relatata ma’ operazzjoni ta’ tranżitu sabiex tivverifika li l-entrati, l-informazzjoni skambjata u t-timbri jkunu awtentiċi. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fejn iqumu dubji dwar l-eżattezza u l-awtentiċità tal-informazzjoni pprovduta jew fejn ikun hemm suspett ta’ frodi. Jistgħu ukoll isiru abbażi ta’ analiżi tar-riskju inkella b’għażla aleatorja.

2.  Awtorità doganali kompetenti li tirċievi talba għal kontroll wara r-rilaxx għandha tindirizzaha mingħajr dewmien.

3.  Meta l-awtorità doganali kompetenti tal-Istat Membru tat-tluq tagħmel talba lill-awtorità doganali kompetenti għal kontroll ta’ wara r-rilaxx ta’ informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 215(2) tal-Kodiċi għall-għeluq tal-proċedura tat-tranżitu għandhom jitqiesu li kinux ġew issodisfati qabel ma tiġi kkonfermata l-awtentiċità u l-eżattezza tad-dejta.

Artikolu 293

Il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.   ►C2  Meta d-detentur tal-merkanzija juża l-proċedura ta' tranżitu komuni, għandhom japplikaw il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 189 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Madankollu, merkanzija li tiċċirkola fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqies li tqiegħdet taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu. ◄

2.  Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu u merkanzija tal-Unjoni tgħaddi minn pajjiż jew minn pajjiżi komuni ta’ tranżitu, il-merkanzija għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu interna tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 227(2)(a) tal-Kodiċi, ħlief għal merkanzija tal-Unjoni li tinġarr kompletament bil-baħar jew bl-ajru.

Artikolu 294

Konsenji mħallta

▼M1

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

▼B

Kunsinna tista’ tinkludi kemm merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni skont l-Artikolu 226 tal-Kodiċi kif ukoll merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern tal-Unjoni skont l-Artikolu 227 tal-Kodiċi, sakemm kull oġġett tal-merkanzija jkun immarkat kif xieraq fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

Artikolu 295

Kamp ta’ applikazzjoni

▼M1

(l-Artikolu 226(3)(a) tal-Kodiċi)

▼B

Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandha tkun obbligatorja fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni li tinġarr bl-ajru tiġi mgħobbija jew mgħobbija mill-ġdid f’ajruport tal-Unjoni;

(b) meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni li tinġarr bil-baħar tinġarr permezz ta’ servizz regolari tat-trasport marittimu skont l-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.



Sottotaqsima 2

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tat-tluq

Artikolu 296

Dikjarazzjoni ta’ tranżitu u l-mezzi ta’ trasport

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Kull dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tinkludi biss merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni li hija ttrasportata jew li għandha tiġi ttrasportata minn uffiċċju doganali tat-tluq għal uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fuq mezz ta’ trasport uniku, f’kontejner jew f’pakkett.

Madankollu, dikjarazzjoni ta’ tranżitu waħda tista’ tinkludi merkanzija trasportata jew li għandha tiġi ttrasportata minn uffiċċju doganali tat-tluq lejn uffiċċju doganali tad-destinazzjoni f’iktar minn kontejner wieħed jew f’aktar minn pakkett wieħed fejn il-kontejners jew il-pakketti jkunu mgħobbija permezz ta’ mezz uniku tat-trasport.

2.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu wkoll bħala li jikkostitwixxu mezz ta’ trasport uniku, sakemm il-merkanzija ttrasportata tintbagħat f’daqqa:

(a) vettura tat-triq flimkien mat-trejler/s jew is-semitrejler/s tagħha;

(b) sett ta’ vaguni doppji tal-ferrovija;

(c) bastimenti li flimkien jagħmlu unità waħda.

3.  Meta, għall-iskop tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, mezz uniku ta’ trasport jintuża għat-tagħbija tal-merkanzija f’iktar minn uffiċċju doganali wieħed tat-tluq u għall-ħatt f’iktar minn uffiċċju doganali wieħed tad-destinazzjoni, għandhom jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu separati għal kull waħda mill-konsenji.

Artikolu 297

Limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-merkanzija

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jistabbilixxi terminu preskritt li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a) l-itinerarju;

(b) il-mezz tat-trasport;

(c) leġiżlazzjoni tat-trasport jew leġiżlazzjoni oħra li jista’ jkollha impatt fuq it-twaqqif ta’ terminu preskritt;

(d) kwalunkwe informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-detentur tal-proċedura.

2.  Meta t-terminu preskritt jiġi stabbilit mill-uffiċċju doganali tat-tluq, għandu jkun vinkolanti fuq l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li l-merkanzija tidħol fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni, u dak it-terminu preskritt ma għandux jiġi emendat minn dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 298

Itinerarju għal movimenti ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandha titressaq fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni flimkien ma’ itinerarju ekonomikament ġustifikat.

2.  Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq jew id-detentur tal-proċedura jqis li huwa neċessarju, dak l-uffiċċju doganali għandu jippreskrivi itinerarju għall-movimenti tal-merkanzija matul il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni filwaqt li titqies kull informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-detentur tal-proċedura.

Meta jippreskrivi itinerarju, l-uffiċċju doganali għandu jdaħħal fis-sistema ta’ tranżitu elettronika mill-inqas l-indikazzjoni tal-Istati Membri li t-tranżitu għandu jgħaddi minnhom.

Artikolu 299

Issiġillar bħala miżura ta’ identifikazzjoni

(l-Artikoli 192, 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija jkollha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jissiġilla dawn li ġejjin:

(a) l-ispazju li jkun fih il-merkanzija, fejn il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ikun ġie approvat mill-uffiċċju doganali tat-tluq bħala adattat għall-issiġillar;

(b) kull pakkett individwali, f’każijiet oħra.

2.  L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jirreġistra n-numru tas-siġilli u l-identifikaturi individwali tas-siġilli, fis-sistema ta’ tranżitu elettronika.

Artikolu 300

Adattabbiltà għall-issiġillar

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jikkunsidra mezz tat-trasport jew kontejners li jkunu adattati għall-issiġillar bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) siġilli jistgħu jitwaħħlu sempliċement u effettivament mal-mezz tat-trasport jew il-kontejner;

(b) il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ikun mibni b’tali mod li meta titneħħa jew tiddaħħal merkanzija, it-tneħħija jew l-introduzzjoni jħallu traċċi viżibbli, is-siġilli jiġu miksura jew juru sinjali ta’ tbagħbis, jew sistema ta’ monitoraġġ elettronika tirreġistra t-tneħħija jew l-introduzzjoni;

(c) il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ma jkollhiex spazji moħbija fejn tista’ tinħeba merkanzija;

(d) l-ispazji riżervati għall-merkanzija jkunu aċċessibbli faċilment għall-ispezzjoni mill-awtorità doganali.

2.  Kull vettura tat-triq, trejler, semi-trejler jew kontejner approvat għall-ġarr tal-merkanzija taħt is-siġill doganali skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni tkun parti minnu għandu jitqies ukoll bħala adattat għall-issiġillar.

Artikolu 301

Karatteristiċi ta’ siġilli doganali

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Is-siġilli doganali għandu jkollhom mill-inqas il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

(a) karatteristiċi essenzjali tas-siġilli:

(i) li jibqgħu intatti u jissakkru tajjeb fl-użu normali;

(ii) li jippermettu li dak li jkun jivverifikahom u jagħrafhom faċilment;

(iii) li jkunu magħmula b’tali mod li kwalunkwe ksur, tbagħbis jew tneħħija jħalli traċċi viżibbli għall-għajn;

(iv) li jkunu ddisinjati għal użu wieħed biss jew, jekk maħsuba għal aktar minn użu wieħed, ikunu ddisinjati b’tali mod li jistgħu jingħataw marka ċara, individwali għall-identifikazzjoni kull darba li jerġgħu jintużaw;

(v) li jkollhom ta’ identifikaturi ta’ siġill individwali li jkunu permanenti, jistgħu jinqraw faċilment u numerati unikament;

(b) speċifikazzjonijiet tekniċi:

(i) il-forma u d-dimensjonijiet tas-siġilli jistgħu jvarjaw skont il-metodu tal-issiġillar użat imma d-dimensjonijiet għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-marki tal-identifikazzjoni jkunu jistgħu jinqraw faċilment;

(ii) il-marki tal-identifikazzjoni tas-siġilli għandhom ikunu impossibbli li tiffalsifikhom u diffiċli li tirriproduċihom;

(iii) il-materjal użat għandu jkun reżistenti għal ksur aċċidentali u tali li jevita falsifikazzjoni li ma tistax tkun mikxufa jew li tkun tista’ terġa’ tintuża.

2.  Meta s-siġilli jkunu ġew iċċertifikati minn korp kompetenti skont l-ISO Standard Internazzjonali Nru 17712: 2013 “Kontejners tat-tagħbija - Siġilli Mekkaniċi”, dawk is siġilli għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

Għat-trasport fil-kontejners, għandhom jintużaw kemm jista’ jkun siġilli b’karatteristiċi ta’ sigurtà għolja.

3.  Is-siġill doganali għandu jkollu l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kelma “Dwana” f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew abbrevjazzjoni korrispondenti;

(b) kodiċi tal-pajjiż, fil-forma tal-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2, li jidentifika l-Istat Membru li fih jitwaħħal is-siġill.

(c) L-Istati Membri jistgħu jżidu s-simbolu tal-bandiera Ewropea.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, bi qbil ma’ xulxin, li jużaw karatteristiċi u teknoloġija komuni ta’ sigurtà.

4.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tipi tas-siġill doganali li juża. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha.

5.  Kull meta siġill jeħtieġ jitneħħa biex tkun tista’ ssir spezzjoni doganali, l-awtorità doganali għandha tagħmel ħilitha biex tissiġilla mill-ġdid kif meħtieġ, b’siġill doganali li minn tal-inqas ikollu karatteristiċi ekwivalenti ta’ sigurtà u tikteb id-dettalji tal-azzjoni, inklużi n-numru tas-siġill il-ġdid, fuq id-dokumentazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 302

Miżuri ta’ identifikazzjoni alternattivi għall-issiġillar

(l-Artikoli 192, 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 299 ta’ dan ir-Regolament, l-uffiċċju doganali tat-tluq jista’ jiddeċiedi li ma jissiġillax il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u minflok jiddependi fuq id-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jew fid-dokumenti supplimentari sakemm id-deskrizzjoni tkun preċiża biżżejjed biex tippermetti identifikazzjoni faċli tal-merkanzija u tiddikjara l-kwantità u n-natura u kwalunkwe fatturi speċjali tagħha bħal numri tas-serje tal-merkanzija.

2.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 299 ta’ dan ir-Regolament, sakemm l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jiddeċidix mod ieħor, la l-mezzi tat-trasport u lanqas il-pakketti individwali li jkun fihom il-merkanzija ma għandhom jiġu ssiġillati meta:

(a) il-merkanzija tinġarr bl-ajru, u jew jitwaħħlu tikketti ma’ kull kunsinna li jkollha n-numru tal-polza tal-ajru li jakkumpanjaha, jew il-kunsinna tikkostitwixxi unità ta’ tagħbija li fuqha jkun indikat in-numru tal-polza tal-ajru li jakkumpanjaha;

(b) il-merkanzija tinġarr bil-ferrovija, u miżuri ta’ identifikazzjoni jiġu applikati mill-kumpaniji ferrovjarji.

Artikolu 303

Rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Il-merkanzija li tkun ġiet issiġillata skont l-Artikolu 299 ta’ dan ir-Regolament biss jew li fir-rigward tagħha jkunu ttieħdu miżuri ta’ identifikazzjoni alternattivi skont l-Artikolu 302 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rilaxxata għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni.

2.  Mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jittrażmetti d-dettalji tal-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni:

(a) lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ddikjarat;

(b) lil kull uffiċċju doganali ta’ tranżitu ddikjarat.

Dawk id-dettalji għandhom ikunu bbażati fuq dejta derivata mid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, emendata fejn xieraq.

3.  L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jinnotifika lid-detentur tal-proċedura tar-rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni.

4.  Fuq it-talba tad-detentur tal-proċedura, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jipprovdi dokument ta’ akkumpanjament ta’ tranżitu jew, fejn xieraq, dokument ta’ akkumpanjament ta’ tranżitu/sigurtà lid-detentur tal-proċedura.

Id-dokument ta’ tranżitu għandu jiġi pprovdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u, jekk ikun meħtieġ, jiġi ssupplimentat bil-Lista ta’ oġġetti fil-formola stabbilita fl-Anness B-03 tal-istess Regolament Delegat. Id-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu/tas-sigurtà għandu jiġi pprovdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B-04 tal-istess Regolament Delegat u ssupplimentat bil-lista ta’ oġġetti tat-Tranżitu/tas-Sigurtà fil-formola stabbilita fl-Anness B-05 tal-istess Regolament Delegat.



Sottotaqsima 3

Formalitajiet matul il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

Artikolu 304

Preżentazzjoni ta’ merkanzija trasportata taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni fl-uffiċċju doganali ta’ tranżitu

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Il-merkanzija flimkien mal-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tiġi ppreżentata f’kull uffiċċju doganali ta’ tranżitu.

2.  Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu f’kull uffiċċju doganali ta’ tranżitu, għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/2446.

3.  L-uffiċċji doganali ta’ tranżitu għandu jirreġistra l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija abbażi tad-dettalji tal-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni rċevut mill-uffiċċju doganali tat-tluq. Dak il-passaġġ għandu jiġi notifikat mill-uffiċċji doganali ta’ tranżitu lill-uffiċċju doganali tat-tluq.

4.  Meta l-merkanzija tinġarr permezz ta’ uffiċċju doganali ta’ tranżitu li ma jkunx dak iddikjarat, l-uffiċċju doganali attwali ta’ tranżitu għandu jitlob id-dettalji tal-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni mill-uffiċċju doganali tat-tluq u jinnotifika l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija lill-uffiċċju doganali tat-tluq.

5.  L-uffiċċji doganali ta’ tranżitu jista’ jispezzjona l-merkanzija. Kwalunkwe spezzjoni tal-merkanzija għandha titwettaq prinċipalment abbażi tad-dettalji tal-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni rċevuta mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

6.  Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija sakemm l-uffiċċju tad-dwana ta’ tranżitu ma jkunx jista’ jivverifika l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija permezz ta’ mezzi oħra. Din il-verifika għandha sseħħ biss f’każ ta’ bżonn. Il-verifika tista’ ssir b’mod retrospettiv.

Artikolu 305

Inċidenti waqt moviment ta’ merkanzija taħt operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  It-trasportatur għandu jippreżenta l-merkanzija mingħajr dewmien żejjed wara l-inċident flimkien mal-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu lill-eqreb awtorità doganali tal-Istat Membru li l-mezz tat-trasport ikun jinsab fit-territorju tiegħu meta:

(a) it-trasportatur ikun obbligat li jiddevja mill-itinerarju preskritt skont l-Artikolu 298 ta’ dan ir-Regolament minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu;

(b) is-siġilli jinfetħu jew jiġu mbagħbsa waqt it-trasport, minħabba kawżi li m’għandux kontroll fuqhom it-trasportatur;

(c) taħt is-superviżjoni tal-awtorità doganali, il-merkanzija tiġi trasferita minn mezz ta’ trasport għal ieħor;

(d) minħabba periklu imminenti ikun meħtieġ li jinħatt parzjalment jew totalment b’mod immedjat il-mezz tat-trasport issiġillat;

(e) ikun hemm inċident li jista’ jaffettwa l-ħila tad-detentur tal-proċedura jew li t-trasportatur ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu;

(f) jinbidel kwalunkwe wieħed mill-elementi li jikkostitwixxi mezz uniku ta’ trasport kif imsemmi fl-Artikolu 296(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta l-awtorità doganali li l-mezz tat-trasport jinsab fit-territorju tagħha tqis li l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni kkonċernata tista’ tkompli, għandha tieħu kwalunkwe passi li hi tqis meħtieġa.

Informazzjoni rilevanti dwar l-inċidenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ tranżitu elettronika minn dik l-awtorità doganali.

3.  Fil-każ ta’ inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni tal-merkanzija flimkien mal-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) il-merkanzija tiġi trasferita minn mezz tat-trasport li ma jkunx issiġillat;

(b) id-detentur tal-proċedura jew it-trasportatur f’isem id-detentur tal-proċedura jipprovdi informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-trasferiment lill-awtorità doganali tal-Istat Membru li l-mezz tat-trasport jinsab fit-territorju tiegħu;

(c) l-informazzjoni rilevanti tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ tranżitu elettronika minn dik l-awtorità.

4.  Fil-każ ta’ inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(f), it-trasportatur jista’ jkompli l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni meta karru wieħed jew aktar jew vagun wieħed jew aktar jiġu rtirati minn sett ta’ karrijiet jew vaguni doppji ferrovjarji marbutin flimkien minħabba problemi tekniċi.

5.  Fil-każ ta’ inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(f), meta l-unità tat-trattur ta’ vettura tat-triq tkun mibdula mingħajr ma jinbidlu t-trejlers jew is-semi-trejlers, l-awtorità doganali m’għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni tal-merkanzija flimkien mal-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jekk il kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) id-detentur tal-proċedura jew it-trasportatur f’isem id-detentur tal-proċedura jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-kompożizzjoni tal-vettura tat-triq lill-awtorità doganali tal-Istat Membru li dik il-vettura tat-triq tkun tinsab fih;

(b) l-informazzjoni rilevanti tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ tranżitu elettronika minn dik l-awtorità.

6.  Sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, it-trasportatur għandu jdaħħal l-entrati meħtieġa fid-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu jew fid-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu/tas-sigurtà u mingħajr dewmien żejjed, wara l-inċident, jippreżenta l-merkanzija flimkien mad-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu jew tad-dokument ta’ sostenn tat-tranżitu/tas-sigurtà lill-eqreb awtorità doganali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab il-mezz ta’ trasport.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3(a) u (b), 4 u 5(a), it-trasportatur ma jkollux għalfejn jippreżenta l-merkanzija u l-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu lil din l-awtorità doganali.

Informazzjoni rilevanti dwar inċidenti waqt operazzjoni ta’ tranżitu għandha tiġi rreġistrata fis-sistema elettronika tat-tranżitu mill-uffiċċju doganali tat-tranżitu jew mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

7.  Sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, ma għandux japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.



Sottotaqsima 4

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni

Artikolu 306

Preżentazzjoni ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tasal fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju doganali:

(a) il-merkanzija;

(b) l-MRN tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu;

(c) kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Il-preżentazzjoni għandha sseħħ matul il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ. Madankollu, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jista’ jippermetti li l-preżentazzjoni sseħħ barra l-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ jew fi kwalunkwe post ieħor.

▼M1

2.  Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-MRN tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

▼B

3.  Meta l-preżentazzjoni tkun seħħet wara l-iskadenza tat-terminu preskritt stabbilit mill-uffiċċju doganali tat-tluq skont l-Artikolu 297(1) ta’ dan ir-Regolament, id-detentur tal-proċedura għandu jkun meqjus li kkonforma mat-terminu preskritt fejn hu jew it-trasportatur jagħti prova għas-sodisfazzjon tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni li d-dewmien ma jkunx attribwibbli għalih.

4.  Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tista’ tintemm f’uffiċċju doganali differenti minn dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu. Dak l-uffiċċju doganali għandu mbagħad jitqies bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

5.  Fuq talba tal-persuna li tippreżenta l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-uffiċċju doganali għandu japprova irċevuta li tiċċertifika l-preżentazzjoni tal-merkanzija f’dak l-uffiċċju doganali u jkun fiha referenza għall-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

L-irċevuta għandha tkun ipprovduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 72-03 u timtela minn qabel mill-persuna kkonċernata.

L-irċevuta ma għandhiex tintuża bħala prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 312 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 307

Notifika tal-wasla tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar il-wasla tal-merkanzija fil-jum li l-merkanzija u l-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 306(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tintemm f’uffiċċju doganali li ma jkunx dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu, l-uffiċċju doganali meqjus li jkun l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 306(4) ta’ dan ir-Regolament għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-jum tal-preżentazzjoni tal-merkanzija u l-MRN tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu skont l-Artikolu 306(1) ta’ dan ir-Regolament.

L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu.

Artikolu 308

Kontrolli u ħruġ ta’ prova alternattiva

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta tintemm il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jwettaq kontrolli doganali abbażi tad-dettalji tal-operazzjoni ta’ tranżitu fl-Unjoni rċevuti mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

2.  Meta l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tintemm, ma tkun instabet ebda irregolarità mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u d-detentur tal-proċedura jippreżenta d-dokument ta’ akkumpanjament tat-tranżitu jew id-dokument ta’ akkumpanjament tat-tranżitu/ta’ sigurtà, dak l-uffiċċju doganali għandu jiffirma dak id-dokument fuq talba tad-detentur tal-proċedura għall-iskop li jipprovdi prova alternattiva skont ►M1  fl-Artikolu 312 ◄ . L-approvazzjoni għandha tikkonsisti mit-timbru ta’ dak l-uffiċċju doganali, il-firma tal-uffiċjal, id-data u t-tismija li ġejja:

“Prova alternattiva – 99202”.

Artikolu 309

Kif jintbagħtu r-riżultati tal-kontroll

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jinnotifika r-riżultati tal-kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq l-iktar tard fit-tielet jum wara l-jum li fih jiġi ppreżentata l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew f’post ieħor skont l-Artikolu 306(1) ta’ dan ir-Regolament. F’każijiet eċċezzjonali, dak it-terminu preskrittiv jista’ jiġi estiż sa sitt ijiem.

2.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, meta l-merkanzija tasal għand destinatarju awtorizzat kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jiġi notifikat mhux aktar tard mis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tiġi kkunsinnata lid-destinatarju awtorizzat.

Meta l-merkanzija tinġarr bil-ferrovija u karru jew vagun wieħed jew aktar minn wieħed jiġi mneħħi minn sett ta’ karrijiet jew vaguni ferrovjarji marbutin flimkien minħabba problemi tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 305(4) ta’ dan ir-Regolament, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jiġi nnotifikat mhux aktar tard mit-12-il jum wara l-jum li fih ġiet ippreżentata l-ewwel parti tal-merkanzija.

3.  Sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, ma għandux japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.



Sottotaqsima 5

Proċedura ta’ inkjesta u rkupru tad-dejn doganali

Artikolu 310

Proċedura ta’ inkjesta għal merkanzija trasportata taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx għadu rċieva r-riżultati tal-kontroll f’sitt ijiem skont l-Artikolu 309(1) ta’ dan ir-Regolament jew l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 309(2) ta’ dan ir-Regolament jew tnax-il jum skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 309(2) ta’ dan ir-Regolament wara li jirċievi n-notifika tal-wasla tal-merkanzija, dak l-uffiċċju doganali għandu minnufih jitlob ir-riżultati tal-kontroll mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni li bagħat in-notifika tal-wasla tal-merkanzija.

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tal-kontroll immedjatament wara li jirċievi t-talba mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

2.  Meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma tkunx għadha rċeviet informazzjoni li tippermetti l-għeluq tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni jew l-irkupru tad-dejn doganali, għandha titlob l-informazzjoni rilevanti mid-detentur tal-proċedura jew, meta jkunu disponibbli dettalji suffiċjenti fil-post tad-destinazzjoni, mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, fil-każijiet li ġejjin:

(a) l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija sa meta jiskadi t-terminu preskritt għall-preżentazzjoni tal-merkanzija stabbilit skont l-Artikolu 297 ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx irċieva r-riżultati tal-kontroll mitluba skont il-paragrafu 1;

(c) l-uffiċċju doganali tat-tluq jara li n-notifika tal-wasla tal-merkanzija jew ir-riżultati tal-kontroll kienu mibgħuta bi żball.

3.  L-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha tibgħat talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 2(a) fi żmien perjodu ta’ sebat ijiem wara l-limitu ta’ żmien li hemm referenza għalih u talbiet għal informazzjoni għandhom jintbagħtu skont il-paragrafu 2(b) f’perjodu ta’ sebat ijiem wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien applikabbli li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ dawk it-termini preskritti, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq tirċievi informazzjoni li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni ma tkunx ġiet itterminata b’mod korrett, jew tissuspetta li dan ikun il-każ, għandha tibgħat it-talba mingħajr dewmien.

4.  Tweġibiet għal talbiet magħmula skont il-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu fi żmien 28 jum mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba.

5.  Meta, wara talba skont il-paragrafu 2, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti biex il-proċedura ta’ tranżitu Unjoni tiġi magħluqa, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha titlob lid-detentur tal-proċedura jipprovdi dik l-informazzjoni, mhux aktar tard minn 35 jum minn meta tinbeda l-proċedura ta’ inkjesta.

Madankollu, sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, dik l-awtorità doganali għandha titlob lid-detentur tal-proċedura biex jipprovdi din l-informazzjoni, sa mhux aktar tard minn 28 jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta.

Id-detentur tal-proċedura għandu jwieġeb għal dik it-talba fi żmien 28 jum mid-data li ntbagħtet fiha.

6.  Jekk l-informazzjoni pprovduta f’risposta mid-detentur tal-proċedura skont il-paragrafu 5 ma tkunx biżżejjed biex tingħalaq il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, imma l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq tqis li hija biżżejjed sabiex titkompla l-proċedura ta’ inkjesta, dik l-awtorità għandha immedjatament tibgħat talba għal informazzjoni supplimentari lill-uffiċċju doganali involut.

Dak l-uffiċċju doganali għandu jwieġeb għat-talba fi żmien 40 jum mid-data li ġiet mibgħuta fiha.

7.  Meta matul proċedura ta’ inkjesta stabbilita fil-paragrafi 1 u 6 jiġi stabbilit li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tkun intemmet korrettament, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha tagħlaq il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni u għandha tinforma lid-detentur tal-proċedura immedjatament u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtorità doganali li setgħet bdiet proċedura ta’ rkupru.

8.  Meta matul proċedura ta’ inkjesta stipulata fil-paragrafi 1 sa 6 jiġi stabbilit li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni ma tistax tiġi magħluqa, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha tistabbilixxi jekk ikunx iġġarrab dejn doganali.

Jekk ikun iġġarrab dejn doganali, l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a) tidentifika d-debitur;

(b) tiddetermina l-awtorità doganali responsabbli għan-notifika tad-dejn doganali skont l-Artikolu 102(1) tal-Kodiċi.

Artikolu 311

Talba għall-irkupru tat-trasferiment tad-dejn doganali

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq, waqt il-proċedura ta’ inkjesta, u qabel jiskadi t-terminu preskritt imsemmi fl-Artikolu 77(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tikseb evidenza li l-post fejn ġraw l-avvenimenti li minnhom joħroġ id-dejn doganali huwa fi Stat Membru ieħor, din l-awtorità għandha tibgħat immedjatament u fi kwalunkwe każ f’dak it-terminu preskritt l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtorità doganali kompetenti f’dak il-post.

2.  L-awtorità doganali kompetenti f’dak il-post għandha tirrikonoxxi l-irċevuta tal-informazzjoni u tinforma lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq jekk hix responsabbli għall-irkupru jew le. Jekk l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma tkunx irċeviet din l-informazzjoni fi żmien 28 jum, għandha minnufih tkompli l-proċedura ta’ inkjesta jew tibda l-irkupru.

Artikolu 312

Prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandha titqies bħala li ntemmet korrettament meta d-detentur tal-proċedura jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:

(a) dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jidentifika l-merkanzija u jistabbilixxi li l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, jew li ġiet ikkunsinnata lil destinatarju awtorizzat kif imsemmi fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi;

(b) dokument jew rekord doganali, iċċertifikat mill-awtorità doganali ta’ Stat Membru li jistabbilixxi li l-merkanzija tkun fiżikament telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c) dokument doganali maħruġ f’pajjiż terz fejn l-oġġetti jitqiegħdu taħt proċedura doganali;

(d) dokument maħruġ f’pajjiż terz, ittimbrat jew iċċertifikat mod ieħor mill-awtorità doganali ta’ dak il-pajjiż u li jistabbilixxi li l-merkanzija hija meqjusa li tista’ tiċċirkola liberament f’dak il-pajjiż.

2.  Minflok id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, kopji tagħhom li huma ċertifikati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtorità tal-pajjiż terz ikkonċernat jew minn awtorità ta’ Stat Membru jistgħu jiġu pprovduti bħala prova.

3.  In-notifika tal-wasla tal-merkanzija msemmija ►M1  fl-Artikolu 307 ◄ m’għandhiex tkun meqjusa bħala prova li l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni tkun intemmet b’mod korrett.



Sottotaqsima 6

Simplifikazzjonijiet użati għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

Artikolu 313

Ambitu territorjali ta’ simplifikazzjonijiet

▼M1

(l-Artikolu 233(4)(a), (b), (c) u (e) tal-Kodiċi)

▼B

1.  Is-simplifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 233(4)(a) u (c) tal-Kodiċi għandhom japplikaw biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Unjoni li jibdew fl-Istat Membru fejn tingħata l-awtorizzazzjoni tas-simplifikazzjonijiet.

2.  Is-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi għandha tapplika biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Unjoni li jintemmu fl-Istat Membru fejn tingħata l-awtorizzazzjoni tas-simplifikazzjoni.

3.  Is-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(e) tal-Kodiċi għandha tapplika fl-Istati Membri speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-simplifikazzjoni.

Artikolu 314

Tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni minn kunsinnatur awtorizzat

(l-Artikolu 233(4)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta kunsinnatur awtorizzat ikollu l-ħsieb li jqiegħed merkanzija taħt il-proċedura ta’ tal-Unjoni, għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ tranżitu fl-uffiċċju doganali tat-tluq. Il-kunsinnatur awtorizzat ma jistax jibda l-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni sal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(a) tal-Kodiċi.

2.  Il-kunsinnatur awtorizzat għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fis-sistema tat-tranżitu elettronika:

(a) l-itinerarju fejn ikun ġie preskritt itinerarju skont ►M1  l-Artikolu 298 ◄ ;

(b) il-limitu ta’ żmien stabbilit skont l-Artikolu 297 ta’ dan ir-Regolament li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c) in-numru u l-identifikaturi tas-siġill individwali tas-siġilli, fejn xieraq.

3.  Il-kunsinnatur awtorizzat jista’ jipprintja dokument ta’ akkumpanjament tat-tranżitu jew dokument ta’ akkumpanjament tat-tranżitu/sigurtà biss wara l-irċevuta tan-notifika tar-rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni mill-uffiċċju doganali tat-tluq. Madankollu, sad-dati tat-twettiq tal-aġġornament tal-NCTS imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, il-konsenjatur awtorizzat għandu jistampa dawk id-dokumenti.

Artikolu 315

Formalitajiet għal merkanzija trasportata taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni rċevuta minn destinatarju awtorizzat

(l-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija tasal f’post speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi, id-destinatarju awtorizzat għandu:

(a) immedjatament jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar il-wasla tal-merkanzija u jinfurmah dwar kwalunkwe irregolaritajiet jew inċidenti li seħħu matul it-trasport;

(b) iħott il-merkanzija biss wara li jkun kiseb il-permess mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c) wara l-ħatt, idaħħal ir-riżultati tal-ispezzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti relatata mal-ħatt fir-reġistri tiegħu mingħajr dewmien;

(d) jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija u jinfurmaha dwar kwalunkwe irregolarità fit-tielet jum wara l-jum li fih ikun irċieva l-permess li jħott il-merkanzija, bħala l-aktar tard.

2.  Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat, huwa għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar il-wasla tal-merkanzija.

3.  Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva r-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1(d), għandu jibgħat ir-riżultati tal-kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul fis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet ikkunsinnata lid-destinatarju awtorizzat, bħala l-aktar tard.

Artikolu 316

Tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għal merkanzija rċevuta minn kunsinnatarju awtorizzat

(l-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi)

1.  Id-detentur tal-proċedura għandu jiġi kkunsidrat li jkun wettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu u l-proċedura ta’ tranżitu għandha titqies li tintemm skont l-Artikolu 233(2) tal-Kodiċi, meta l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata intatta lid-destinatarju awtorizzat kif previst fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi fil-post speċifikat fl-awtorizzazzjoni fit-terminu preskritt stabbilit skont l-Artikolu 297(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Fuq talba tat-trasportatur, il-kunsinnant awtorizzat għandu joħroġ l-irċevuta li tiċċertifika l-wasla tal-merkanzija f’post speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 233(4)(b) tal-Kodiċi u jkun fiha referenza għall-MRN tal-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni. L-irċevuta għandha tiġi pprovduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 72-03.

Artikolu 317

Formalitajiet għall-użu ta’ siġilli speċjali

(l-Artikolu 233(4)(c) tal-Kodiċi)

1.  Is-siġilli speċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 301(1) ta’ dan ir-Regolament.

Meta s-siġilli jkunu ġew iċċertifikati minn korp kompetenti skont l-ISO Standard Internazzjonali Nru 17712: 2013 “Kontejners tat-tagħbija - Siġilli Mekkaniċi”, dawk is siġilli għandhom jitqiesu li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti.

Għat-trasport fil-kontejners, għandhom jintużaw kemm jista’ jkun siġilli b’karatteristiċi ta’ sigurtà għolja.

2.  Is-siġill speċjali għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-isem tal-persuna awtorizzata biex tużah skont l-Artikolu 233(4)(c) tal-Kodiċi;

(b) abbrevjazzjoni jew kodiċi korrispondenti li abbażi tagħha l-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq tkun tista’ tidentifika l-persuna kkonċernata.

3.  Id-detentur tal-proċedura għandu jdaħħal in-numru u l-identifikaturi tas-siġill individwali tas-siġilli speċjali fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u għandu jwaħħal is-siġilli mhux iktar tard minn meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni.

Artikolu 318

Superviżjoni doganali għall-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali

(l-Artikolu 233(4)(c) tal-Kodiċi)

L-awtorità doganali għandha tagħmel dan li ġej:

(a) tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra dwar siġilli speċjali li jkunu qed jintużaw u dwar siġilli speċjali li tkun iddeċidiet li ma tapprovax minħabba irregolaritajiet jew ħsarat tekniċi.

(b) tirrevedi s-siġilli speċjali approvati minnha u li jkunu qed jintużaw, meta tirċievi informazzjoni li awtorità oħra tkun iddeċidiet li ma tapprovax siġill partikolari ta’ tip speċjali;

(c) twettaq konsultazzjoni reċiproka sabiex tintlaħaq valutazzjoni komuni;

(d) tissorvelja l-użu tas-siġilli speċjali minn persuni awtorizzati skont l-Artikolu 197 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. (e)

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri bi qbil ma’ xulxin jistgħu jistabbilixxu sistema komuni ta’ numerazzjoni, jiddefinixxu l-użu ta’ karatteristiċi komuni tas-sigurtà u t-teknoloġija.

Artikolu 319

Konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ dokument ta’ trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru jew it-trasport marittimu

(l-Artikolu 22 tal-Kodiċi)

Wara li tkun eżaminat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 191 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 199 ta’ dak ir-Regolament Delegat għat-trasport bl-ajru jew fl-Artikolu 200 ta’ dak ir-Regolament Delegat għat-trasport marittimu, rispettivament, għall-awtorizzazzjoni humiex sodisfatti, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità doganali fl-ajruporti tat-tluq u tad-destinazzjoni fil-każ ta’ trasport bl-ajru jew mal-awtorità doganali fil-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni fil-każ ta’ trasport marittimu.

It-terminu preskritt għall-konsultazzjoni għandu jkun 45 jum mill-komunikazzjoni msemmija ►M1  fl-Artikolu 14 ◄ mill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu eżaminati mill-awtorità doganali kkonsultata.

Artikolu 320

Formalitajiet għall-użu ta’ dokument ta’ trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru jew trasport marittimu

(l-Artikolu 233(4)(e) tal-Kodiċi)

1.  Il-merkanzija għandha tiġi rilaxxata għall-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni meta d-dettalji tad-dokument tat-trasport elettroniku jkunu saru disponibbli lill-uffiċċju doganali tat-tluq fl-ajruport fil-każ ta’ trasport bl-ajru jew lill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-port fil-każ ta’ trasport marittimu skont il-mezzi definiti fl-awtorizzazzjoni.

2.  Meta l-merkanzija jkollha tiġi mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, id-detentur tal-proċedura għandu jdaħħal il-kodiċijiet xierqa ħdejn l-oġġetti kollha fid-dokument tat-trasport elettroniku.

3.  Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandha tintemm meta l-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fl-ajruport fil-każ ta’ trasport bl-ajru jew fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fil-port fil-każ ta’ trasport marittimu, u d-dettalji tad-dokument tat-trasport elettroniku jkunu saru disponibbli għal dak l-uffiċċju doganali skont il-mezzi definiti fl-awtorizzazzjoni.

4.  Id-detentur tal-proċedura għandu jinnotifika lill-uffiċċji doganali tat-tluq u tad-destinazzjoni immedjatament dwar il-kontravenzjonijiet u l-irregolaritajiet kollha.

5.  Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni hija meqjusa li ġiet magħluqa sakemm l-awtoritajiet doganali ma jkunux irċevew informazzjoni jew ikunu stabbilixxew li l-proċedura ma tkunx ingħalqet b’mod korrett.



Sottotaqsima 7

Merkanzija trasportata permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport;

Artikolu 321

Trasport permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport u operat tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni

(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija ttrasportata permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni permezz ta’ dik l-istallazzjoni, dik il-merkanzija għandha titqies li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni meta tidħol f’dak it-territorju.

2.  Meta l-merkanzija tkun diġà fit-territorju doganali tal-Unjoni u tiġi ttrasportata permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport, dik il-merkanzija għandha titqies li tqiegħdet taħt proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni meta jitqiegħed fis-istallazzjoni fissa trasport.

3.  Għall-finijiet tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni meta l-merkanzija tiġi ttrasportata minn installazzjonijiet fissi tat-trasport, id-detentur tal-proċedura għandu jkun l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport stabbilit fl-Istat Membru li l-merkanzija tidħol permezz tat-territorju tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 jew l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport fl-Istat Membru li l-moviment jibda fih fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2.

Id-detentur tal-proċedura u l-awtorità doganali għandhom jaqblu dwar il-metodi ta’ sorveljanza doganali fuq il-merkanzija ttrasportata.

4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 233(3) tal-Kodiċi, l-operatur ta’ installazzjoni fissa tat-trasport stabbilit fi Stat Membru li l-merkanzija tiġi ttrasportata mit-territorju tiegħu permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport għandu jitqies bħala t-trasportatur.

5.  Il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandha titqies li ntemmet meta ssir entrata xierqa fir-reġistri kummerċjali tad-destinatarju jew l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport li tiċċertifika li l-merkanzija ttrasportata mill-installazzjoni fissa ta’ trasport:

(a) tkun waslet fl-impjant tad-destinatarju;

(b) tiġi aċċettata fin-netwerk tad-distribuzzjoni tad-destinatarju; jew

(c) telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni.



KAPITOLU 4

Użu speċifiku



Taqsima 1

Ammissjoni temporanja

Artikolu 322

Rilaxx tal-proċedura ta’ dħul temporanju fil-każijiet li jikkonċernaw mezzi ta’ trasport bil-ferrovija, palits u kontejners

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

1.  Għal mezzi ta’ trasport bil-ferrovija użati konġuntament skont ftehim bejn trasportaturi tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni li jipprovdu servizzi tat-trasport bil-ferrovija, il-proċedura tad-dħul temporanju tista’ tingħalaq meta mezzi tat-trasport bil-ferrovija tal-istess tip jew l-istess valur bħal dawk li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni huma esportati jew riesportati.

2.  Għall palits, il-proċedura tad-dħul temporanju tista’ tingħalaq meta palits tal-istess tip jew valur bħal dawk li tqiegħdu taħt il-proċedura huma esportati jew riesportati.

3.  Għal kontejners, skont il-Konvenzjoni dwar it-Trattament Doganali ta’ Kontenituri Pool użati fit-Trasport Internazzjonali ( 17 ), il-proċedura ta’ dħul temporanja għandha tiġi rilaxxata meta kontenituri tal-istess tip jew valur bħal dawk li tqiegħdu taħt il-proċedura huma esportati jew riesportati.

Artikolu 323

Għeluq speċjali għal merkanzija għal avvenimenti jew għall-bejgħ

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

Għall-finijiet tal-għeluq tal-proċedura ta’ dħul temporanju fir-rigward ta’ merkanzija msemmija fl-Artikolu 234(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 bl-eċċezzjoni ta’ merkanzija msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/118/KE, il-konsum, qerda jew distribuzzjoni tagħha mingħajr ħlas lill-pubbliku fl-avveniment għandu jkun ikkunsidrat bħala riesportazzjoni sakemm il-kwantità tagħhom tkun tikkorrispondi għan-natura tal-avveniment, in-numru ta’ viżitaturi u l-grad tal-parteċipazzjoni tad-detentur tal-proċedura fiha.



KAPITOLU 5

Proċessar

Proċessar attiv

Artikolu 324

Każijiet speċjali ta’ għeluq tal-proċedura IM/EX ta’ proċessar attiv

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

1.  Għall-finijiet tar-rilaxx tal-ipproċessar attiv tal-proċedura IM/EX, dan li ġej għandu jitqies bħala esportazzjoni mill-ġdid:

(a) il-prodotti pproċessati huma kkunsinnati lil persuni li huma eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-18 ta’ April 1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, jew skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-24 ta’ April 1963 dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jew il-Konvenzjoni ta’ New York tas-16 ta’ Diċembru 1969 dwar Missjonijiet Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 128(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 ( 18 );

(b) il-prodotti pproċessati huma kkunsinnati lill-forzi armati ta’ pajjiżi oħrajn li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn dak l-Istat Membru jagħti eżenzjoni speċjali mid-dazju fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009;

(c) il-kunsinna ta’ inġenji tal-ajru;

(d) il-kunsinna ta’ inġenji spazjali u ta’ tagħmir relatat;

(e) il-kunsinna ta’ prodotti pproċessati prinċipali li r-rata erga omnes tad-dazju fuq l-importazzjoni għalihom hija “mingħajr ħlas” jew li għalihom inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002 ( 19 );

(f) ir-rimi, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ prodotti pproċessati sekondarji li d-distruzzjoni tagħhom taħt sorveljanza doganali hija pprojbita għal raġunijiet ambjentali;

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a) meta merkanzija mhux tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura IM/EX ta’ proċessar attiv tkun suġġetta għal miżura ta’ politika agrikola, jew kummerċjali, dazju proviżorji jew definittiv antidumping, dazju kompensatorju, miżura ta’ salvagwardja jew dazju addizzjonali li jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet jekk dawn kienu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa;

(b) meta jkun se jiġġarrab dejn doganali skont l-Artikolu 78(1) tal-Kodiċi għal merkanzija mhux oriġinarja mqiegħda skont il-proċedura IM/EX ta’ proċessar attiv, jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun biħsiebu jesporta mill-ġdid il-prodotti ipproċessati.

3.  Fil-każ tal-paragrafu 1(c), l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jippermetti li l-proċedura IM/EX ta’ pproċessar tingħalaq wara li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tkun ġiet użata għall-ewwel darba għall-manifattura, tiswija inkluża manutenzjoni, modifika jew konverżjoni ta’ inġenji tal-ajru jew partijiet minnhom, bil-kundizzjoni li r-rekords tad-detentur tal-proċedura jkunu tali li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-proċedura tkun qed tiġi applikata u mħaddma b’mod korrett.

4.  Fil-każ tal-paragrafu 1(c), l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jippermetti li l-proċedura IM/EX ta’ pproċessar tingħalaq wara li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tkun ġiet użata għall-ewwel darba għall-manifattura, tiswija inkluża manutenzjoni, modifika jew konverżjoni ta’ satelliti, il-vetturi tal-illonċjar u tagħmir tal-istazzjon tal-art tagħhom u partijiet minnhom li jkunu parti integrali mis-sistemi, bil-kundizzjoni li r-rekords tad-detentur tal-proċedura jkunu tali li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-proċedura tkun qed tiġi applikata u mħaddma b’mod korrett.

5.  Fil-każ tal-paragrafu 1(e), l-uffiċċju doganali ta’ sorveljanza għandu jippermetti li l-proċedura IM/EX ta’ pproċessar tingħalaq wara li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tkun ġiet użata għall-ewwel darba fl-operazzjonijiet tal-ipproċessar relatati mal-prodotti pproċessati kkunsinnati jew partijiet minnhom, bil-kundizzjoni li r-rekords tad-detentur tal-proċedura jkunu tali li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-proċedura tkun qed tiġi applikata u mħaddma b’mod korrett.

6.  Fil-każ tal-paragrafu 1(f), id-detentur tal-proċedura ta’ pproċessar attiv għandha jagħti prova li l-għeluq tal-proċedura IM/EX ta’ pproċessar attiv skont ir-regoli normali hija impossibbli jew mhux ekonomika.

Artikolu 325

Prodotti pproċessati jew merkanzija meqjusa li ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa

(l-Artikolu 215 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv IM/EX tkun speċifikat li l-prodotti pproċessati jew merkanzija oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura jkunu meqjusa li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa jekk ma jkunux tqiegħdu taħt proċedura doganali sussegwenti jew riesportati meta jiskadi l-perjodu għall-għeluq, id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandha titqies li ġiet ippreżentata u aċċettata u li ngħata rilaxx fid-data tal-iskadenza tal-perjodu għall-għeluq.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-prodotti jew il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura IM/EX ta’ pproċessar attiv għandhom isiru merkanzija tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq.



IT-TITOLU VIII

MERKANZIJA MAĦRUĠA ‘L BARRA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI



KAPITOLU 1

Formalitajiet qabel il-ħruġ ta’ merkanzija

Artikolu 326

Sistema elettronika relatata mal-ħruġ

(l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi)

Għall-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-ħruġ ta’ merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dawn il-finijiet skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

L-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplika mid-dati tat-twettiq tal-AES tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE.

Artikolu 327

Prodotti mhux koperti minn dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

Fejn jinstab li l-merkanzija maħsuba li tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq, u ħlief meta l-obbligu li ssir tali dikjarazzjoni jkun irrinunzjat, il-ħruġ tal-merkanzija għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 328

Analiżi tar-riskju

(l-Artikolu 264 tal-Kodiċi)

1.  Għandu jsir analiżi tar-riskju qabel ir-rilaxx tal-merkanzija f’terminu preskritt li jikkorrispondi għall-perjodu bejn it-tmiem tat-terminu preskritt għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq kif stabbilit fl-Artikolu 244 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u t-tagħbija jew il-ħruġ tal-merkanzija, kif xieraq.

2.  Meta tkun tapplika rinunzja mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq skont l-Artikolu 245 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija abbażi tad-dikjarazzjoni doganali, id-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni tar-riesportazzjoni li tkopri dik il-merkanzija jew, meta ma jkunux disponibbli, abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra dwar il-merkanzija.



KAPITOLU 2

Formalitajiet mal-ħruġ ta’ merkanzija

Artikolu 329

Determinazzjoni tal-uffiċċju doganali tal-ħruġ

(l-Artikolu 159(3) tal-Kodiċi)

1.  Ħlief fejn japplikaw il-paragrafi 2 sa 7, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post minn fejn il-merkanzija titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni għal destinazzjoni barra dak it-territorju.

2.  Fil-każ ta’ merkanzija li tiġi ttrasportata mit-territorju doganali tal-Unjoni permezz ta’ installazzjoni fissa tat-trasport, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni.

3.  Meta l-merkanzija titgħabba fuq bastiment jew inġenju tal-ajru għal ġarr lejn destinazzjoni barra t-territorju doganali tal-Unjoni, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija titgħabba fuq dak il-bastiment jew l-inġenju tal-ajru.

4  Meta l-merkanzija titgħabba fuq bastiment li ma jkunx assenjat lil servizz regolari tat-trasport marittimu msemmi fl-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/2446, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post li fih il-merkanzija titgħabba fuq it-tali bastiment.

5.  Meta, wara li tkun ġiet rilaxxata għall-esportazzjoni, il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta’ tranżitu passiv, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali tat-tluq tal-operazzjoni ta’ tranżitu.

6.  Meta, wara li tkun ġiet rilaxxata għall-esportazzjoni, il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta’ tranżitu differenti mill-proċedura ta’ tranżitu passiv, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali tat-tluq tal-operazzjoni ta’ tranżitu sakemm jiġu tintlaħaq xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni tal-operazzjoni ta’ tranżitu jinsab f’pajjiż ta’ tranżitu komuni;

(b) l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni tal-operazzjoni ta’ tranżitu jinsab fuq il-fruntiera tat-territorju doganali tal-Unjoni u l-merkanzija tittieħed barra minn dak it-territorju doganali, wara li tkun għaddiet minn pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni.

7.  Fuq talba tal-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija tittieħed taħt kuntratt ta’ trasport uniku għat-trasport tal-merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni mill-kumpaniji ferrovjarji, l-operaturi postali, il-linji tal-ajru jew il-kumpaniji tat-tbaħħir sakemm il-merkanzija tħalli t-territorju doganali tal-Unjoni bil-ferrovija, bil-posta, bl-ajru jew bil-baħar

▼M1 —————

▼B

9.  Meta notifika ta’ riesportazzjoni jkollha tiġi depożitata skont l-Artikolu 274(1) tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija tkun fiż-żona ħielsa jew f’ħażna temporanja.

Artikolu 330

Komunikazzjoni bejn l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni u tal-ħruġ

(l-Artikolu 267(1) tal-Kodiċi)

Ħlief meta d-dikjarazzjoni doganali tieħu l-forma ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jibgħat id-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ iddikjarat. Dawk id-dettalji għandhom ikunu bbażati fuq dejta derivata mid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, emendata fejn xieraq.

Artikolu 331

Preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija mal-ħruġ għandha, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ:

(a) tindika l-MRN tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew tar-riesportazzjoni;

(b) tindika kwalunkwe diskrepanzi bejn il-merkanzija ddikjarata u rilaxxat għall-esportazzjoni u dik ippreżentata, inklużi każijiet fejn il-merkanzija tkun ġiet ippakkjata mill-ġdid jew imqiegħda f’kontejners qabel il-preżentazzjoni tagħha fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

(c) meta parti biss mill-merkanzija koperta minn dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni tkun ippreżentata, il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tindika wkoll il-kwantità tal-merkanzija attwalment ippreżentata.

Madankollu, meta dik il-merkanzija tkun ippreżentata f’pakketti jew f’kontejners, dik il-persuna għandha tinnotifika n-numru ta’ pakketti u, jekk ikunu f’kontejner, għandha tinnotifika n-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontejners.

►M1  2. ◄   Merkanzija ddikjarata għal esportazzjoni jew riesportazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’uffiċċju doganali ta’ ħruġ li ma jkunx dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni. Meta l-uffiċċju doganali attwali ta’ ħruġ ikun jinsab fi Stat Membru differenti minn dak iddikjarat oriġinarjament, dak l-uffiċċju doganali għandu jitlob id-dettalji tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew tar-riesportazzjoni mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni.

Artikolu 332

Formalitajiet mal-ħruġ ta’ merkanzija

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija li jkollha tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni tkun suġġetta għal kontrolli doganali, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jeżamina l-merkanzija abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni.

2.  Meta l-persuna li tippreżenta l-merkanzija tindika, jew l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri, li ftit mill-merkanzija ddikjarata għall-esportazzjoni, riesportazzjoni jew ipproċessar passiv tkun nieqsa meta tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, dak l-uffiċċju doganali għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-merkanzija nieqsa.

3.  Meta l-persuna li tippreżenta l-merkanzija tindika, jew l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri, li ftit mill-merkanzija ppreżentata lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ tkun iżjed minn dik iddikjarata għall-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew l-ipproċessar passiv, dak l-uffiċċju doganali għandu jirrifjuta l-ħruġ tal-merkanzija żejda sakemm ma tiġix ippreżentata dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni għal dik il-merkanzija. Dik id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

4.  Meta l-persuna li tippreżenta l-merkanzija tindika, jew l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri, li hemm diskrepanza fin-natura tal-merkanzija ddikjarata għall-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew l-ipproċessar passiv meta mqabbla ma’ dik ippreżentata lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jirrifjuta l-ħruġ ta’ dik il-merkanzija sakemm ma tiġix ippreżentata dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni għalihom u għandha tinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni. Dik id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

5.  It-trasportatur għandu jinnotifika l-ħruġ tal-merkanzija lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ billi jipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) in-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna jew in-numru ta’ referenza tad-dokument tat-trasport;

(b) meta l-merkanzija tkun ippreżentata f’pakketti jew f’kontejners, in-numru ta’ pakketti u, jekk ikunu f’kontejner, in-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontejners;

(c) l-MRN tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew tar-riesportazzjoni fejn applikabbli.

Dak l-obbligu m’għandux japplika sakemm dik l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, tal-port jew tat-trasport eżistenti.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-persuna li tagħti l-merkanzija lit-trasportatur għandha tipprovdilu d-dettalji msemmija f’dak il-paragrafu.

It-trasportatur jista’ jgħabbi l-prodotti għall-ġarr barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tkun disponibbli għalih.

Artikolu 333

Sorveljanza ta’ merkanzija rilaxxata għall-ħruġ u skambju ta’ informazzjoni bejn l-uffiċċji doganali

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  Ladarba l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata għall-ħruġ, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jissorveljaha sakemm tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Meta l-uffiċċji doganali ta’ ħruġ u ta’ esportazzjoni tkun differenti, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih il-merkanzija tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Madankollu, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 7 tal-Artikolu 329 ta’ dan ir-Regolament, it-terminu preskritt biex l-uffiċċju doganali ta’ ħruġ jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija għandu jkun dan li ġej:

(a) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 329(3) u (4), mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih il-bastiment jew l-inġenju tal-ajru li tkun ġiet mgħobbija fuqu l-merkanzija jitlaq mill-port jew mill-ajruport tat-tagħbija;

(b) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 329(5), mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet imqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern;

(c) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 329(6), mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih il-proċedura ta’ tranżitu tkun ingħalqet;

(d) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 329(7), mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet imqiegħda taħt il-kopertura ta’ kuntratt ta’ trasport uniku;

3.  Meta l-uffiċċji doganali ta’ ħruġ u tal-esportazzjoni jkunu differenti u l-ħruġ tal-merkanzija tiġi rrifjutata, l-uffiċċju doganali ta’ ħruġ għandu jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol wara l-jum li fih ikun ġie rrifjutat il-ħruġ tal-merkanzija.

4.  F’ċirkustanzi mhux previsti, meta l-merkanzija koperta minn dikjarazzjoni waħda ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni tiġi ttrasportata lejn uffiċċju doganali tal-ħruġ u sussegwentement toħroġ mit-territorju doganali tal-Unjoni permezz ta’ iktar minn uffiċċju doganali ta’ ħruġ wieħed, kull uffiċċju doganali ta’ ħruġ fejn il-merkanzija tkun ġiet ippreżentata għandu jissorvelja l-ħruġ tal-merkanzija li għandha tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. L-uffiċċji doganali tal-ħruġ għandhom jinformaw lill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija taħt is-sorveljanza tagħhom.

5.  Meta l-merkanzija koperta minn dikjarazzjoni waħda ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni tiġi ttrasportata lejn uffiċċju doganali ta’ ħruġ u sussegwentement titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala iktar minn kunsinna waħda minħabba ċirkostanzi mhux previsti, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ ta’ kull kunsinna.

6.  Meta l-merkanzija jkollha titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni fil-każ imsemmi fl-Artikolu 329(7) ta’ dan ir-Regolament, it-trasportatur għandu, fuq talba mill-awtoritajiet doganali kompetenti fil-punt tal-ħruġ, jipprovdi informazzjoni dwar din il-merkanzija. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) l-MRN tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni;

(b) kopja tal-kuntratt ta’ trasport uniku għall-merkanzija kkonċernata;

(c) in-numru uniku ta’ referenza tal-kunsinna jew in-numru ta’ referenza tad-dokument tat-trasport u meta l-merkanzija tiġi ppreżentata f’pakketti jew f’kontejners, in-numru ta’ pakketti u, jekk ikunu f’kontejners, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejners.

▼M1

7.  Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, sad-dati tal-implimentazzjoni tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 329, il-limitu ta' żmien għall-uffiċċju doganali tat-tluq li jgħarraf lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija għandu jkun l-ewwel jum ta' ħidma wara l-jum li fih il-merkanzija titqiegħed skont il-proċedura ta' tranżitu jew il-merkanzija tiġi ttrasportata 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tiġi rilaxxata l-proċedura ta' tranżitu.

▼B

8.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, sad-dati tat-twettiq tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ li fih tkun ġiet ippreżentata l-ewwel darba l-konsenja għandu jiġbor ir-riżultati tal-ħruġ mill-uffiċċji doganali l-oħra tal-ħruġ u għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija. Dan jista’ jsir biss meta l-merkanzija kollha tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni.

9.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, sad-dati tat-twettiq tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, meta merkanzija koperta minn dikjarazzjoni waħda ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni tiġi mċaqalqa lejn uffiċċju doganali tal-ħruġ u sussegwentement tiġi ttrasportata ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni f’iktar minn kunsinna waħda minħabba ċirkostanzi mhux previsti, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija biss meta l-merkanzija kollha tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 334

Ċertifikazzjoni tal-ħruġ tal-merkanzija

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  L-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jiċċertifika l-ħruġ tal-merkanzija lid-dikjarant jew lill-esportatur fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta dak l-uffiċċju jkun ġie infurmat dwar il-ħruġ tal-merkanzija mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

(b) meta dak l-uffiċċju jkun l-istess bħall-uffiċċju doganali tal-ħruġ u l-merkanzija tkun ħarġet;

(c) meta dak l-uffiċċju jqis li l-evidenza pprovduta skont l-Artikolu 335(4) ta’ dan ir-Regolament hija biżżejjed.

2.  Meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jkun iċċertifika l-ħruġ tal-merkanzija skont il-paragrafu 1(c), għandu jinforma lill-uffiċċju doganali dwar il-ħruġ tagħha.

Artikolu 335

Proċedura ta’ inkjesta

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  Meta, wara 90 jum mir-rilaxx tal-merkanzija għall-esportazzjoni, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni ma jkunx ġie infurmat dwar il-ħruġ tal-merkanzija, jista’ jitlob lid-dikjarant biex jinfurmah bid-data li fiha l-merkanzija telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni u l-uffiċċju doganali li ħarġet minnu.

2.  Id-dikjarant jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar id-data li fiha l-merkanzija telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni u l-uffiċċju doganali li ħarġet minnu.

3.  Meta d-dikjarant jipprovdi informazzjoni lill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2, huwa jista’ jitlob lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni biex jiċċertifika l-ħruġ. Għal dak il-għan, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jitlob informazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, li għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem.

Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ma jirrispondix f’dak it-terminu preskritt, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jinforma lid-dikjarant b’dan.

4.  Meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jinforma lid-dikjarant li l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ma jkunx wieġeb fit-terminu preskritt imsemmi fil-paragrafu 3, id-dikjarant jista’ jipprovdi evidenza lill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni li l-oġġetti jkunu telqu mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Dik l-evidenza tista’ tiġi pprovduta, b’mod partikolari, permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a) kopja tan-nota ta’ kunsinna ffirmata jew awtentikata mid-destinatarju barra t-territorju doganali tal-Unjoni,

(b) il-prova ta’ ħlas;

(c) il-fattura;

(d) in-nota tal-kunsinna;

(e) dokument iffirmat jew awtentikat mill-operatur ekonomiku li ħa l-merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(f) dokument ipproċessat mill-awtorità doganali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli f’dak l-Istat jew il-pajjiż;

(g) rekords tal-operaturi ekonomiċi dwar il-merkanzija pprovduta lil bastimenti, inġenji tal-ajru jew installazzjonijiet offshore.



KAPITOLU 3

Esportazzjoni u riesportazzjoni

Artikolu 336

Dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni għal merkanzija f’numru ta’ konsenji

(l-Artikolu 162 tal-Kodiċi)

Meta l-merkanzija tkun maħsuba biex tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala aktar minn kunsinna waħda, kull kunsinna individwali għandha tkun koperta minn dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni separata.

Artikolu 337

Preżentazzjoni retrospettiva ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni

(l-Artikoli 162 u 267 tal-Kodiċi)

1.  Meta tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni imma l-merkanzija tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr din id-dikjarazzjoni, l-esportatur għandu jippreżenta dikjarazzjoni retrospettiva ta’ esportazzjoni jew ta’ riesportazzjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata għand l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn huwa stabbilit l-esportatur; Dak l-uffiċċju doganali għandu jiċċertifika l-ħruġ tal-merkanzija lill-esportatur sakemm ir-rilaxx kien jingħata kieku d-dikjarazzjoni kienet ġiet ippreżentata qabel il-ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni u jkollu evidenza għad-dispożizzjoni tiegħu li l-merkanzija tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Meta merkanzija tal-Unjoni li kienet intiża għall-importazzjoni mill-ġdid tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni imma ma tibqax intiża biex tiġi importata mill-ġdid, u kien jintuża tip differenti ta’ dikjarazzjoni doganali kieku ma kienx hemm il-ħsieb ta’ importazzjoni mill-ġdid, l-esportatur jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni retrospettiva, li tissostitwixxi d-dikjarazzjoni oriġinali, fl-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni. Dak l-uffiċċju doganali għandu jiċċertifika l-ħruġ tal-merkanzija lill-esportatur.

Madankollu, meta l-merkanzija tal-Unjoni tkun telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni taħt il-kopertura ta’ carnet ATA u CPD, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jiċċertifika l-ħruġ tal-merkanzija lill-esportatur sakemm il-fattura tal-importazzjoni mill-ġdid u l-mamma tal-carnet ATA u CPD ikunu invalidati.

Artikolu 338

Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni għal merkanzija koperta minn carnet ATA u CPD

(l-Artikolu 159(3) tal-Kodiċi)

L-uffiċċju doganali kompetenti għar-riesportazzjoni ta’ merkanzija koperta minn carnet ATA u CPD għandu, minbarra l-uffiċċji doganali msemmija fl-Artikolu 221(2) ta’ dan ir-Regolament, ikun l-uffiċċju doganali ta’ ħruġ.

Artikolu 339

Użu ta’ carnet ATA u CPD bħala dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni

(l-Artikolu 162 tal-Kodiċi)

1.  Carnet ATA u CPD għandu jitqies bħala dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni meta l-carnet jkun inħareġ fi Stat Membru li jkun parti kontraenti għall-Konvenzjoni ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u approvat u garantit minn assoċjazzjoni stabbilita fl-Unjoni u li jifforma parti minn katina ta’ garanzija kif definit fl-Artikolu 1(d) tal-Anness A għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul.

2.  Il-carnet tal-ATA u CPD ma għandux jintuża bħala dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija tal-Unjoni meta:

(a) dik il-merkanzija tkun suġġetta għal formalitajiet ta’ esportazzjoni minħabba l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni;

(b) dik il-merkanzija li kienet parti minn ħażniet ta’ intervent, tkun suġġetta għal miżuri ta’ kontroll dwar użu jew destinazzjoni, u tkun għaddiet minn formalitajiet doganali dwar esportazzjoni lejn territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni taħt il-politika agrikola komuni;

(c) dik il-merkanzija tkun eliġibbli għal ħlas mill-ġdid jew remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni bil-kundizzjoni li tiġi esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(d) dik il-merkanzija tiġi ttrasportata skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju fit-territorju tal-Unjoni skont id-Direttiva 2008/118/KE, ħlief fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva.

3.  Meta carnet ATA tintuża bħala dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jwettaq il-formalitajiet li ġejjin:

(a) jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-kaxex A sa Ġ tal-fattura tal-esportazzjoni kontra l-merkanzija koperta bil-carnet;

(b) jimla, meta jkun il-każ, il-kaxxa “Ċertifikat mill-awtoritajiet doganali” li tinsab fuq il-paġna ta’ barra tal-carnet;

(c) jimla l-mamma u l-kaxxa H tal-fattura tal-esportazzjoni;

(d) jidentifika l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni fil-kaxxa H(b) tal-vawċer tal-importazzjoni mill-ġdid;

(e) iżomm il-fattura tal-esportazzjoni.

4.  Jekk l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jkun differenti mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni għandu jwettaq il-formalitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, imma ma għandux jimla l-kaxxa 7 tal-mamma, liema kaxxa għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

5.  It-termini preskritti għall-importazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija stabbilit mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni fil-kaxxa H(b) tal-fattura tal-esportazzjoni ma jistax jaqbeż il-perjodu tal-validità tal-carnet.

Artikolu 340

Merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni jew riesportazzjoni li ma titlaqx mit-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 267 tal-Kodiċi)

1.  Meta l-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni jew riesportazzjoni ma tkunx għadha maħsuba biex tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, id-dikjarant għandu immedjatament jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-merkanzija tkun diġà ġiet ippreżentata lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, il-persuna li tneħħi l-merkanzija mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ għal ġarr lejn post fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta’ ħruġ li l-merkanzija mhux se tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u tispeċifika l-MRN tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew riesportazzjoni.

3.  Meta, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 329(5), (6) u (7) ta’ dan ir-Regolament, modifika fil-kuntratt tat-trasport ikollha l-effett li ttemm operazzjoni tat-trasport fit-territorju doganali tal-Unjoni li suppost kellha tintemm barra minn dan it-territorju, il-kumpaniji jew l-awtoritajiet in kwistjoni jistgħu jwettqu dan il-kuntratt modifikat biss permezz ta’ ftehim minn qabel tal-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

4.  Fil-każ ta’ invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew riesportazzjoni skont l-Artikolu 248 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni għandu jinforma lid-dikjarant u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ iddikjarat dwar dik l-invalidazzjoni.



KAPITOLU 4

Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ

Artikolu 341

Miżuri li għandhom jittieħdu mal-irċevuta ta’ dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ

(l-Artikolu 271 tal-Kodiċi)

L-uffiċċju doganali fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ skont l-Artikolu 271(1) tal-Kodiċi għandu:

(a) jirreġistra d-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ immedjatament mal-wasla tiegħu;

(b) jipprovdi MRN lid-dikjarant;

(c) fejn ikun xieraq, jirrilaxxa l-merkanzija għall-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 342

Merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ li ma titlaqx mit-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 174 tal-Kodiċi)

Meta l-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ ma tibqax maħsuba li tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-persuna li tneħħi l-merkanzija mill-uffiċċju doganali ta’ ħruġ għal ġarr lejn post f’dak it-territorju għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta’ ħruġ li l-merkanzija mhux se tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u tispeċifika l-MRN tad-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ.



KAPITOLU 5

Notifika ta’ riesportazzjoni

Artikolu 343

Miżuri li għandhom jittieħdu mal-irċevuta ta’ notifika ta’ riesportazzjoni

(l-Artikolu 274 tal-Kodiċi)

L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu:

(a) jirreġistra n-notifika ta’ riesportazzjoni immedjatament mal-wasla tagħha;

(b) jipprovdi MRN lid-dikjarant;

(c) fejn ikun xieraq, jirrilaxxa l-merkanzija għall-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 344

Merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata notifika ta’ riesportazzjoni li ma titlaqx mit-territorju doganali tal-Unjoni

(l-Artikolu 174 tal-Kodiċi)

Meta l-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata notifika ta’ riesportazzjoni ma tibqax maħsuba li tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-persuna li tneħħi l-merkanzija mill-uffiċċju doganali ta’ ħruġ għal ġarr lejn post f’dak it-territorju għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta’ ħruġ li l-merkanzija mhux se tittieħed barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u tispeċifika l-MRN tan-notifika tar-riesportazzjoni.



IT-TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 345

Regoli proċedurali għall-valutazzjoni mill-ġdid ta’ awtorizzazzjonijiet diġà fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2016

1.  Deċiżjonijiet wara valutazzjoni mill-ġdid ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 250(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għandhom jittieħdu qabel l-1 ta’ Mejju 2019.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet ivvalutati mill-ġdid u, fejn xieraq, jagħtu awtorizzazzjonijiet ġodda. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

2.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 253(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, jekk tingħata awtorizzazzjoni ġdida biex tintuża garanzija komprensiva bħala riżultat ta’ valutazzjoni mill-ġdid ta’ awtorizzazzjoni biex tintuża garanzija komprensiva marbuta ma’ deċiżjoni għall-għoti ta’ differiment tal-ħlas billi tintuża waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 226(b) jew (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 20 ), differiment ġdid ta’ awtorizzazzjoni għal ħlas għandu jinħareġ awtomatikament fl-istess ħin skont l-Artikolu 110 tal-Kodiċi.

3.  Meta l-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 251 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jinkludi referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, dawk ir-referenzi għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness 90 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

▼M1

4.  Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, Awtorizzazzjonijiet Uniċi għal Proċeduri Simplifikati (SASP) maħruġa skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u li jkunu għadhom validi fl-1 ta' Mejju 2016 għandhom jibqgħu validi sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tas-CCI u tal-AES msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/578/UE.

▼B

Artikolu 346

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet sottomessi qabel l-1 ta’ Mejju 2016

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet skont il-Kodiċi u dan ir-Regolament sottomessi qabel l-1 ta’ Mejju 2016. L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni tista’ tagħti awtorizzazzjonijiet skont il-Kodiċi u dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Mejju 2016. Madankollu, dawk l-awtorizzazzjonijiet ma għandhomx ikunu validi qabel l-1 ta’ Mejju 2016.

Artikolu 347

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-valur tat-tranżazzjoni

1.   ►C2  Il-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija jista' jiġi ddeterminat abbażi ta' bejgħ li jseħħ qabel il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 128(1) ta' dan ir-Regolament meta l-persuna li għan-nom tagħha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni huwa marbut minn kuntratt konkluż qabel it-18 ta' Jannar 2016. ◄

2.  Dan l-Artikolu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 348

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar ir-rilaxx tal-merkanzija

Meta merkanzija tkun ġiet iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, għall-ipproċessar attiv, għall-ipproċessar bil-kontrolli doganali, għad-dħul temporanju jew għall-ipproċessar passiv skont ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 qabel l-1 ta’ Mejju 2016 u ma ġietx rilaxxata sa dik id-data, għandha tiġi rilaxxata għall-proċedura iddikjarata fid-dikjarazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi, [Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013] u dan ir-Regolament.

Artikolu 349

Dispożizzjonijiet tranżizzjoni għal merkanzija mqiegħda taħt ċerti proċeduri doganali li ma ġietx rilaxxata qabel 1 ta’ Mejju 2016

1.  Meta merkanzija tkun ġiet mqiegħda taħt il-proċeduri doganali li ġejjin qabel l-1 ta’ Mejju 2016, u l-proċedura ma tkunx ġiet rilaxxata qabel dik id-data, il-proċedura għandha tiġi rilaxxata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi, [Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013] u dan ir-Regolament:

(a) rilaxx ta’ merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa bi trattament tariffarju favorevoli jew b’rata mnaqqsa jew żero ta’ dazju minħabba l-użu finali tagħha;

(b) ħażna doganali tat-tipi A, B, C, E u F;

(c) ipproċessar attiv fil-forma tas-sistema ta’ sospensjoni;

(d) ipproċessar bil-kontrolli doganali.

2.  Meta l-merkanzija tkun tqiegħdet taħt il-proċeduri doganali li ġejjin qabel l-1 ta’ Mejju 2016, u l-proċedura ma tkunx ġiet rilaxxata qabel dik id-data, il-proċedura għandha tiġi rilaxxata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament 2454/93:

(a) ħażna doganali tat-tip D;

(b) importazzjoni temporanja;

(c) ipproċessar attiv bir-rifużjoni;

(d) ipproċessar passiv.

Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2019 il-proċedura għall-ħażna doganali tat-Tip D għandha tiġi rilaxxata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi, [Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013] u dan ir-Regolament.

3.  Merkanzija mqiegħda f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll II kif imsemmi fl-Artikolu 799 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew f’maħżen liberu li għadha ma ġietx assenjata għal trattament approvat mid-dwana jew użu skont ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandha, mill-1 ta’ Mejju 2016, titqies li titqiegħed taħt proċedura ta’ ħażna doganali skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi, [Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013] u dan ir-Regolament.

4.  Meta l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata għal operazzjoni ta’ tranżitu qabel l-1 ta’ Mejju 2016 u li l-operazzjoni ma tkunx ġiet rilaxxata sa dik id-data, għandha tiġi rilaxxata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (EEC) Nru 2454/93.

Artikolu 350

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Mejju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




WERREJ

IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ANNESS A:

Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet

Anness B:

Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet, tan-notifiki u tal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

Anness 12-01:

Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra

Anness 12-02:

Id-deċiżjonijiet dwar l-informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini

Anness 12-03:

It-tikketta li għandha tiġi mwaħħla fuq il-bagalji tal-istiva f'ajruport tal-unjoni (artikolu 44)

IT-TITOLU II

IL-FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM JIĠU APPLIKATI DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW FUQ L-ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRA DWAR IL-KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA

ANNESS 21-01:

Il-lista ta’ elementi ta’ dejta dwar is-sorveljanza msemmijin fl-Artikolu 55(1)

ANNESS 21-02:

Il-lista ta’ elementi ta’ dejta dwar is-sorveljanza msemmijin fl-artikolu 55(6) u l-korrelazzjoni mad-dikjarazzjoni u/jew il-format tal-kaxxa

ANNESS 22-02:

Iċ-ċertifikat tat-tagħrif INF4 u l-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħrif INF4

ANNESS 22-06:

Applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat għall-fini tal-iskemi tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) tal-Unjoni Ewropea, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tat-Turkija

ANNESS 22-06A:

Applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta' esportaturi tal-istati membri

Anness 22-07:

Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini

ANNESS 22-08:

Il-formola A taċ-ċertifikat ta’ oriġini

ANNESS 22-09:

Id-dikjarazzjoni fuq fattura

ANNESS 22-10:

Iċ-ċertifikat ta’ moviment EUR. 1 u l-applikazzjonijiet rilevanti

Anness 22-13 – IA:

Id-dikjarazzjoni fuq fattura

ANNESS 22-14:

Iċ-ċertifikat ta’ oriġini għal ċerti prodotti li jkunu soġġetti għal arranġamenti speċjali mhux preferenzjali ta’ importazzjoni

ANNESS 22-15:

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal prodotti li għandhom l-istatus ta’ oriġini preferenzjali

ANNESS 22-16:

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul għal prodotti li għandhom l-istatus ta’ oriġini preferenzjali

ANNESS 22-17:

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal prodotti li ma għandhomx l-istatus ta’ oriġini preferenzjali

ANNESS 22-18:

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul għal prodotti li ma għandhomx l-istatus ta’ oriġini preferenzjali

ANNESS 22-19:

Ir-rekwiżiti għat-tfassil tal-formola a taċ-ċertifikati ta’ oriġini ta’ sostituzzjoni

ANNESS 22-20:

Ir-rekwiżiti għat-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet ta’ sostituzzjoni dwar l-oriġini

ANNESS 23-01:

Il-kostijiet tat-trasport bl-ajru li jridu jiġu inklużi fil-valur doganali

ANNESS 23-02:

Il-lista ta’ merkanzija msemmija fl-Artikolu 142(6)

IT-TITOLU III

ID-DEJN DOGANALI U L-GARANZIJI

Anness 32-01:

L-impenn tal-garanti – Il-garanzija individwali

Anness 32-02:

L-impenn tal-garanti – Il-garanzija individwali fil-forma ta' vawċers

Anness 32-03:

L-impenn tal-garanti – Il-garanzija komprensiva

Anness 32-06:

Il-vawċer ta’ garanzija individwali

ANNESS 33-03:

Il-mudell tal-memo ta’ informazzjoni dwar il-pretensjoni għall-ħlas tad-dejn fil-proċedura ta’ tranżitu lill-assoċjazzjoni garanti skont il-permess tad-dwana tal-ammissjoni temporanja (ATA)/tal-ammissjoni temporanja elettronika (e-ATA)

ANNESS 33-04:

Il-formola tat-tassazzjoni għall-kalkolu tad-dazji u tat-taxxi li jirriżultaw minn pretensjoni għall-ħlas tad-dejn fil-proċedura ta’ tranżitu lill-assoċjazzjoni garanti skont il-permess tad-dwana tal-ATA/tal-e-ATA

ANNESS 33-05:

Il-mudell tar-rilaxx li jindika li l-proċedimenti tal-pretensjoni inbdew fir-rigward tal-assoċjazzjoni garanti fl-istat membru fejn iġġarrab id-dejn doganali fil-proċedura ta’ tranżitu skont il-permess tad-dwana tal-ATA/tal-e-ATA

ANNESS 33-06:

Talba għal informazzjoni supplimentari meta l-merkanzija tkun tinsab fi Stat Membru ieħor

ANNESS 33-07:

Il-ħlas lura jew il-maħfra tad-dazju tal-Unjoni Ewropea

IT-TITOLU IV

IL-MERKANZIJA MIĠJUBA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI

L-ebda anness

IT-TITOLU V

IR-REGOLI ĠENERALI DWAR L-ISTATUS DOGANALI, IT-TQEGĦID TAL-MERKANZIJA SKONT PROĊEDURA DOGANALI, IL-VERIFIKA, IR-RILAXX U D-DISPONIMENT TAL-MERKANZIJA

ANNESS 51-01:

Id-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-istatus

IT-TITOLU VI

IR-RILAXX GĦAĊ-ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA U L-AĠEVOLAZZJONI MID-DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI

ANNESS 61-02:

Iċ-ċertifikati tal-użin tal-banana — eżempju

ANNESS 61-03:

Iċ-ċertifikat tal-użin tal-banana — il-proċedura

ANNESS 62-02:

INF 3 — Il-folja tat-tagħrif dwar il-merkanzija ritornata

IT-TITOLU VII

IL-PROĊEDURI SPEĊJALI

ANNESS 72-01:

It-tikketta safra

ANNESS 72-02:

It-tikketta safra

ANNESS 72-03:

TC11 — l-irċevuta

Anness 72-04:

Il-proċedura tal-kontinwità tal-operat tat-tranżitu tal-Unjoni

IT-TITOLU VIII

IL-MERKANZIJA MAĦRUĠA ’L BARRA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI

L-ebda anness




ANNESS A

IL-FORMATI U L-KODIĊIJIET TAR-REKWIŻITI KOMUNI TAD-DEJTA TAL-APPLIKAZZJONIJIET U TAD-DEĊIŻJONIJIET

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Id-dispożizzjonijiet inklużi f’dawn in-noti huma applikabbli għat-Titoli kollha ta’ dan l-Anness.

2. Il-formati, il-kodiċijiet u, jekk applikabbli, l-istruttura tar-rekwiżiti tad-dejta inklużi f’dan l-Anness huma applikabbli b’rabta mar-rekwiżiti tad-dejta għall-applikazzjonijiet u għad-deċiżjonijiet kif previst fl-Anness A tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

3. Il-formati u l-kodiċijiet kif definiti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet magħmula u d-deċiżjonijiet meħuda permezz ta’ teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta kif ukoll għall-applikazzjonijiet u għad-deċiżjonijiet fuq il-karta.

4. It-Titolu I jinkludi l-formati tal-elementi ta’ dejta.

5. Kull meta t-tagħrif f’applikazzjoni jew f’deċiżjoni msemmijin fl-Anness A tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ikollu l-għamla ta’ kodiċijiet, għandha tiġi applikata l-lista ta’ kodiċijiet prevista fit-Titolu II.

6. Id-daqs ta’ element ta’ dejta m’għandux iżomm lill-applikant milli jagħti biżżejjed tagħrif. Fejn id-dettalji meħtieġa ma jkunux jistgħu joqogħdu f’format partikolari ta’ element ta’ dejta, għandhom jintużaw id-dokumenti mehmużin.

7. It-terminu ‘it-tip/it-tul’ fl-ispjegazzjoni ta’ attribut jindika r-rekwiżiti għat-tip ta’ dejta u għat-tul ta’ dejta. Il-kodiċijiet għat-tipi ta’ dejta huma kif ġej:

a

alfabetiċi

n

numeriċi

an

alfanumeriċi

In-numru ta’ wara l-kodiċi jindika t-tul ammissibbli ta’ dejta. Japplika dan li ġej.

Iż-żewġ tikek fakultattivi qabel l-indikatur tat-tul ifissru li d-dejta m’għandhiex tul fiss, iżda jista’ jkollha għadd ta’ ċifri, kif speċifikat mill-indikatur tat-tul. Virgola fit-tul ta’ dejta tfisser li l-attribut jista’ jkollu deċimali, iċ-ċifra qabel il-virgola tindika t-tul totali tal-attribut, iċ-ċifra wara l-virgola tindika n-numru massimu ta’ ċifri wara l-punt deċimali.

Eżempji ta’ tulijiet u ta’ formati tal-oqsma:

a1

karattru alfabetiku wieħed, tul fiss

n2

żewġ karattri numeriċi, tul fiss

an3

tliet karattri alfanumeriċi, tul fiss

a..4

sa erba’ karattri alfabetiċi

n..5

sa ħames karattri numeriċi

an..6

sa sitt karattri alfanumeriċi

n..7,2

sa seba’ karattri numeriċi inkluż massimu ta’ żewġ deċimali, b’limitatur li jitħalla jidher fil-wiċċ.

8. It-taqsiriet u l-akronimi użati f’dan l-Anness għandhom jiġu interpretati kif ġej:



It-taqsira/l-akronimu

It-tifsira

E.D.

Element ta’ dejta

m.a.

Mhux applikabbli

9. Il-kardinalità tirreferi għall-ogħla numru possibbli ta’ rikorrenzi ta’ element partikolari ta’ dejta fi ħdan l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni kkonċernata.

IT-TITOLU I

Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet



Ir-referenza tat-Titolu fl-Anness A tar-tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

In-numru tal-ordni tal-E.D.

Isem l-E.D.

Il-format tal-E.D.

(It-tip/it-tul)

Il-kardinalità

Il-lista ta’ kodiċijiet fit-Titolu II (Iva/Le)

In-noti

Titolu I

1/1

It-tip ta’ kodiċi tal-Applikazzjoni/tad-Deċiżjoni

an..4

1x

Iva

 

Titolu I

1/2

Il-firma/l-awtentikazzjoni

an..256

1x

Le

 

Titolu I

1/3

It-tip ta’ applikazzjoni

Il-kodiċi: n1 + (jekk applikabbli)

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni:

— il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

— il-kodiċi tad-deċiżjoni it-tip: an..4 +

— in-numru ta’ referenza: an..29

1x

Iva

 

Titolu I

1/4

Il-validità ġeografika — L-Unjoni

Il-kodiċi: n1 + (jekk applikabbli)

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2

Il-kodiċi tal-validità: 1x

Il-kodiċi tal-pajjiż: 99x

Iva

Dwar il-kodiċi tal-pajjiż, għandu jintuża l-kodiċi definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (1)

Titolu I

1/5

Il-validità ġeografika — Il-pajjiżi komuni ta’ tranżitu

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2

99x

Le

Dwar il-kodiċi tal-pajjiż, għandhom jintużaw il-kodiċi alfa 2 tal-ISO 3166.

Titolu I

1/6

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 +

In-numru ta’ referenza: an..29

1x

Iva

L-istruttura hija definita fit-Titolu II.

Titolu I

1/7

L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni

Ikkowdjat: an8

Jew

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II.

Titolu I

2/1

Applikazzjonijiet u deċiżjonijiet oħra marbutin mal-informazzjoni vinkolanti miżmuma

Kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Il-pajjiż tal-applikazzjoni: a2 +

Il-post tal-applikazzjoni: an..35 +

Id-data tal-applikazzjoni: n8 (ssssxxjj) +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni: a2 (il-kodiċi tal-pajjiż) + an..4 (it-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni) + an..29 (in-numru ta’ referenza) +

Id-data tal-bidu tad-deċiżjoni: n8 (ssssxxjj) +

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an..22

Kaxxa b’lista ta’ għażliet: 1x

Inkella: 99x

Le

 

Titolu I

2/2

Id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti maħruġa għal Detenturi oħra

Kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni: a2 (il-kodiċi tal-pajjiż) + an..4 (it-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni) + an..29 (in-numru ta’ referenza) +

Id-data tal-bidu tad-deċiżjoni: n8 (ssssxxjj) +

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an..22

Kaxxa b’lista ta’ għażliet: 1x

Inkella: 99x

Le

 

Titolu I

2/3

Il-proċeduri legali jew amministrattivi pendenti jew mogħtija

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

Isem il-qorti: an..70 +

L-indirizz tal-qorti:

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35 +

Ir-referenza għal proċeduri legali u/jew amministrattivi: an..512

99x

Le

 

Titolu I

2/4

Dokumenti mehmużin

►M1  Għadd totali ta' dokumenti: n..3 +

It-tip ta' dokument: an..70 +

L-identifikatur tad-dokument: an..35 +

Id-data tad-dokument: n8 (ssssxxjj)

1x

999x ◄

 

 

Titolu I

2/5

In-numru tal-identifikazzjoni tal-faċilità tal-ħażna

an..35

999x

Le

 

Titolu I

3/1

L-Applikant/id-Detentur tal-awtorizzazzjoni jew tad-deċiżjoni

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

 

Titolu I

3/2

L-identifikazzjoni tal-Applikant/tad-Detentur tal-awtorizzazzjoni jew tad-deċiżjoni

an..17

1x

Le

 

Titolu I

3/3

Ir-rappreżentant

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

 

Titolu I

3/4

L-identifikazzjoni tar-rappreżentant

an..17

1x

Le

 

Titolu I

3/5

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għal kwistjonijiet doganali

L-isem: an..70 +

In-numru tat-telefon: an..50 +

Numru tal-faks: an..50 +

L-indirizz tal-posta elettronika: an..50

1x

Le

 

Titolu I

3/6

Il-persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-applikazzjoni

L-isem: an..70 +

In-numru tat-telefon: an..50 +

Numru tal-faks: an..50 +

L-indirizz tal-posta elettronika: an..50

1x

Le

 

Titolu I

3/7

Il-persuna responsabbli għall-kumpanija applikanti jew li twettaq kontroll fuq il-ġestjoni tagħha

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35 +

In-numru nazzjonali tal-identifikazzjoni: an..35 +

Id-data tat-twelid: n8 (ssssxxjj)

99x

Le

 

Titolu I

3/8

Sid il-merkanzija

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

99x

Le

 

Titolu I

4/1

Il-post

m.a.

 

Le

L-element ta’ dejta li ntuża biss għal applikazzjonijiet u deċiżjonijiet fuq il-karta.

Titolu I

4/2

Id-data

n8 (ssssxxjj)

1x

Le

 

Titolu I

4/3

Il-post fejn jinżammu jew huma aċċessibbli l-kontijiet ewlenin għall-finijiet doganali

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

JEW

Il-kodiċi LOCODE tan-NU: an..17

1x

Le

Jekk il-kodiċi LOCODE tan-NU jintuża biex jiddefinixxi l-post ikkonċernat, l-istruttura għandha issegwi d-deskrizzjoni prevista fir-Rakkomandazzjoni 16 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar il-kodiċi LOCODE tan-NU — Il-kodiċi tal-portijiet u ta’ postijiet oħra.

Titolu I

4/4

Il-post fejn jinżammu r-reġistri

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

JEW

Il-kodiċi LOCODE tan-NU: an..17

99x

Le

Jekk il-kodiċi LOCODE tan-NU jintuża biex jiddefinixxi l-post konċernat, l-istruttura għandha issegwi d-deskrizzjoni prevista fir-Rakkomandazzjoni 16 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar il-kodiċi LOCODE tan-NU — Il-kodiċi għall-portijiet u għall-postijiet oħra.

Titolu I

4/5

L-ewwel post tal-użu jew tal-ipproċessar

Il-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tal-post: a1 +

Il-kwalifikatur tal-identifikazzjoni: a1 +

Ikkowdjat:

L-identifikazzjoni tal-post: an..35 +

L-identifikatur addizzjonali: n..3

JEW

Id-deskrizzjoni tat-test liberu:

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

L-istruttura u l-kodiċijiet kif definiti fl-Anness B għall-E.D. 5/23 Il-post fejn qiegħda l-merkanzija għandu jintuża għall-indikazzjoni tal-post.

Titolu I

4/6

[Mitluba] Id-data tal-bidu tad-deċiżjoni

n8 (ssssxxjj)

JEW

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

4/7

Id-data tal-iskadenza tad-deċiżjoni

n8 (ssssxxjj)

1x

Le

 

Titolu I

4/8

Il-post fejn qiegħda l-merkanzija

Il-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tal-post: a1 +

Il-kwalifikatur tal-identifikazzjoni: a1 +

Ikkowdjat:

L-identifikazzjoni tal-post: an..35 +

L-identifikatur addizzjonali: n..3

JEW

Id-deskrizzjoni tat-test liberu:

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

9999x

Le

L-istruttura u l-kodiċijiet kif definiti fl-Anness B għall-E.D. 5/23 Il-post fejn qiegħda l-merkanzija għandu jintuża għall-indikazzjoni tal-post.

Titolu I

4/9

Il-post(ijiet) tal-ipproċessar jew tal-użu

Il-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tal-post: a1 +

Il-kwalifikatur tal-identifikazzjoni: a1 +

Ikkowdjat:

L-identifikazzjoni tal-post: an..35 +

L-identifikatur addizzjonali: n..3

JEW

Id-deskrizzjoni tat-test liberu:

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

999x

Le

L-istruttura u l-kodiċijiet kif definiti fl-Anness B għall-E.D. 5/23 Il-post fejn qiegħda l-merkanzija għandu jintuża għall-indikazzjoni tal-post.

Titolu I

4/10

L-uffiċċju(i) doganali tat-tqegħid

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/11

L-uffiċċju(i) doganali tal-verifika

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/12

L-uffiċċju doganali tal-garanzija

an8

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/13

L-uffiċċju doganali tas-superviżjoni

an8

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/14

L-uffiċċju(i) doganali destinatarju

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/15

L-uffiċċju(i) doganali tat-tluq

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

Titolu I

4/16

Il-limitu ta’ żmien

n..4

1x

Le

 

Titolu I

4/17

Il-perjodu għall-verifika

Perjodu: n..2 +

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

4/18

Id-dokument tar-rilaxx

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

L-iskadenza: n2 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

5/1

Kodiċi tal-prodott bażiku

L-ewwel sottodiviżjoni (il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda): an..8 +

It-tieni sottodiviżjoni (is-sottointestatura tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC)): an2 +

It-tielet sottodiviżjoni (il-kodiċi(jiet) addizzjonali tat-TARIC): an4 +

Ir-raba’ sottodiviżjoni (il-kodiċi(jiet) addizzjonali nazzjonali): an..4

999x

Dwar id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti

1x

Le

 

Titolu I

5/2

Id-deskrizzjoni tal-merkanzija

Test liberu: an..512

Dwar l-applikazzjoni għal u deċiżjoni dwar l-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (BTI), il-format għandu jkun an..2560

999x

Dwar id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti

1x

Le

 

Titolu I

5/3

Il-kwantità tal-merkanzija

L-unità ta’ kejl: an..4 +

Il-kwantità: n..16,6

►M1  999x

Dwar id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti: 1x ◄

Le

 

Titolu I

5/4

Il-valur tal-merkanzija

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

999x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

It-Titolu I

5/5

Ir-rata ta’ rendiment

Test liberu: an..512

999x

Le

 

Titolu I

5/6

Il-merkanzija ekwivalenti

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an8 +

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Il-kodiċi: n1 +

Il-kwalità kummerċjali u l-karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija: an..512

999x

Le

Il-kodiċijiet mogħtija għall-E.D. 5/8 Tista’ tintuża l-identifikazzjoni tal-merkanzija fit-Titolu II.

It-Titolu I

5/7

Il-prodotti pproċessati

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an8 +

Id-deskrizzjoni tal-merkanzija: an..512

999x

Le

 

Titolu I

5/8

L-identifikazzjoni tal-merkanzija:

Il-kodiċi: n1 +

Test liberu: an..512

999x

Iva

 

Titolu I

5/9

Il-kategoriji jew il-movimenti esklużi tal-merkanzija

an6

999x

Le

 

Titolu I

6/1

Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

6/2

Il-kundizzjonijiet ekonomiċi

n..2 +

Test liberu: an..512

999x

Iva

 

Titolu I

6/3

Il-kummenti ġenerali

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

7/1

It-tip ta’ tranżazzjoni

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

It-tip ta’ proċedura speċjali a..70

99x

Le

 

Titolu I

7/2

It-tip ta’ proċeduri doganali

Il-kodiċi tal-proċedura an2 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni (Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 + It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 + In-numru ta’ referenza: an..29)

99x

Le

Il-kodiċijiet previsti fl-Anness B li jikkonċerna l-E.D. 1/10 Il-proċedura għandha tintuża għall-indikazzjoni tat-tip ta’ proċedura doganali. Għandu jintuża l-kodiċi “80” meta l-awtorizzazzjoni hija intiża sabiex tintuża fil-kuntest tal-proċedura tat-tranżitu.

Meta l-awtorizzazzjoni hija maħsuba għat-tħaddim ta’ faċilità ta’ ħażna temporanja, għandu jintuża l-kodiċi “XX”.

►M1  Meta l-awtorizzazzjoni tkun maħsuba biex tintuża għall-operat ta' mħażen doganali, għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

— il-kodiċi “XR” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip I,

— il-kodiċi “XS” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip II,

— il-kodiċi “XU” għal maħżen doganali privat. ◄

Titolu I

7/3

It-tip ta’ dikjarazzjoni

It-tip ta’ dikjarazzjoni: n1 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni (Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 + It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 + In-numru ta’ referenza: an..29)

9x

Iva

 

Titolu I

7/4

In-numru ta’ operazzjonijiet

n..7

1x

Le

 

Titolu I

7/5

Id-dettalji dwar l-attivitajiet ippjanati

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/1

It-tip ta’ kontijiet ewlenin għal finijiet doganali

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/2

It-tip ta’ reġistri

Test liberu: an..512

99x

Le

 

Titolu I

8/3

L-aċċess għad-dejta

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/4

Il-kampjuni, eċċ.

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

Titolu I

8/5

Tagħrif addizzjonali

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/6

Il-garanzija

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

In-Numru ta’ Referenza tal-Garanzija (GRN): an..24

1x

Iva

 

Titolu I

8/7

L-ammont tal-garanzija

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

1x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

Titolu I

8/8

It-trasferiment tad-drittijiet u tal-obbligi

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/9

Il-kliem ewlieni

Test liberu: an..70

99x

Le

 

Titolu I

8/10

Id-dettalji dwar il-faċilitajiet tal-ħażna

Test liberu: an..512

999x

Le

 

Titolu I

8/11

Il-ħażna tal-merkanzija tal-Unjoni

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

Titolu I

8/12

Il-kunsens għall-pubblikazzjoni fil-lista tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

It-Titolu I

8/13

Il-kalkolu tal-ammont tad-dazju tal-importazzjoni skont l-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

It-Titolu II

II/1

Ħruġ mill-ġdid tad-deċiżjoni dwar il-BTI

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni dwar il-BTI: a2 (il-kodiċi tal-pajjiż) + an..4 (it-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni) + an..29 (in-numru ta’ referenza) +

Il-validità tad-deċiżjoni dwar il-BTI: n8 (ssssxxjj) +

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an..22

1x

Le

 

It-Titolu II

II/2

In-nomenklatura doganali

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

an..70

1x

Le

 

It-Titolu II

II/3

Id-denominazzjoni kummerċjali u t-tagħrif addizzjonali

Test liberu: an..2560

1x

Le

 

It-Titolu II

II/4

Il-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija

Test liberu: an..2560

1x

Le

 

It-Titolu II

II/5

Il-materjal mogħti mill-applikant li abbażi tiegħu nħarġet id-deċiżjoni dwar il-BTI

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

99x

Le

 

It-Titolu II

II/6

Stampi:

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

It-Titolu II

II/7

Id-data tal-applikazzjoni

n8 (ssssxxjj)

1x

Le

 

It-Titolu II

II/8

Id-data tat-tmiem tal-użu estiż

n8 (ssssxxjj)

1x

Le

 

It-Titolu II

II/9

Ir-raġuni tal-invalidazzjoni

n2

1x

Iva

 

It-Titolu II

II/10

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 +

In-numru ta’ referenza: an..29

 

Le

L-istruttura kif definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/6 Għandu jintuża n-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni.

It-Titolu III

III/1

Il-bażi ġuridika

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/2

Il-kompożizzjoni tal-merkanzija

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/3

It-tagħrif li jippermetti d-determinazzjoni tal-oriġini

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/4

Indika liema dejta għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/5

Il-pajjiż ta’ oriġini u l-qafas legali

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/6

Il-ġustifikazzjoni tal-valutazzjoni tal-oriġini

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/7

Il-prezz mill-fabbrika

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/8

Il-materjali li ntużaw, il-pajjiż ta’ oriġini, il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u l-valur

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/9

Id-deskrizzjoni tal-ipproċessar meħtieġ sabiex jinkiseb l-oriġini

m.a.

 

Le

 

It-Titolu III

III/10

Il-lingwa

a2

 

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 2 kif speċifikat fl-ISO — 639-1 tal-2002 għandhom jintużaw għal-lingwa.

It-Titolu IV

IV/1

L-istatus ġuridiku tal-applikant

an.. 50

1x

Le

 

It-Titolu IV

IV/2

Id-data tal-istabbiliment

n8 (ssssxxjj)

1x

Le

 

It-Titolu IV

IV/3

Ir-rwol(i) tal-applikant fil-katina internazzjonali tal-provvista

an..3

99x

Iva

 

It-Titolu IV

IV/4

L-Istati Membri fejn jitwettqu l-attivitajiet marbuta mad-dwana

Il-pajjiż: a2 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35 +

It-tip ta’ faċilità: an..70 (test liberu)

99x

Le

 

It-Titolu IV

IV/5

It-tagħrif dwar il-qsim tal-fruntieri:

an8

99x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu IV

IV/6

Is-simplifikazzjonijiet jew il-faċilitazzjonijiet li diġà ngħataw, iċ-ċertifikati ta’ sigurtà u/jew sikurezza maħruġa abbażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, ta’ Standard Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ Standard Ewropew ta’ korpi Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, jew iċ-ċertifikati ekwivalenti għal dawk minn Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO) li jkunu maħruġa f’pajjiżi terzi

It-tip ta’ simplifikazzjoni/faċilitazzjoni an..70 +

In-numru tal-identifikazzjoni taċ-ċertifikat: an..35 +

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi tal-proċedura doganali: an2

99x

Le

Il-kodiċijiet previsti fl-Anness B li jikkonċerna l-E.D. 1/10 Il-proċedura għandha tintuża għall-indikazzjoni tat-tip ta’ proċedura doganali.

It-Titolu IV

IV/7

Il-kunsens għall-iskambju tat-tagħrif fl-awtorizzazzjoni tal-AEO sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-sistemi stipulati fi ftehimiet/arranġamenti internazzjonali ma’ pajjiżi terzi marbuta mar-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u l-miżuri marbuta mas-sigurtà.

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

L-isem traslitterat: an..70 +

It-triq u n-numru traslitterati: an..70 +

Il-kodiċi postali traslitterat: an..9 +

Il-belt traslitterata: an..35

1x

Le

 

It-Titolu IV

IV/8

L-istabbiliment Permanenti tan-Negozju (PBE)

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35 +

In-numru tal-VAT: an..17

99x

Le

 

It-Titolu IV

IV/9

L-uffiċċju(i) fejn tinżamm u fejn hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni doganali

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

99x

Le

 

It-Titolu IV

IV/10

Il-post fejn iseħħu l-attivitajiet loġistiċi ġenerali

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

 

It-Titolu IV

IV/11

L-attivitajiet kummerċjali

an..4

99x

Le

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

It-Titolu V

V/1

Is-suġġett u n-natura tas-simplifikazzjoni

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu VI

VI/1

L-ammont ta’ dazju u ta’ tariffi oħra

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

99x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

It-Titolu VI

VI/2

Il-perjodu medju bejn it-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura u l-għeluq tal-proċedura

Test liberu: an…35

99x

Le

 

It-Titolu VI

VI/3

Il-livell ta’ garanzija

Il-kodiċi tal-livell ta’ garanzija: a2

Test liberu: an..512

99x

Iva

 

It-Titolu VI

VI/4

Il-forma tal-garanzija

Il-forma tal-garanzija: n..2 +

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35 +

Test liberu: an..512

1x

Iva

 

It-Titolu VI

VI/5

L-ammont ta’ referenza

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

Test liberu: an..512

1x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

It-Titolu VI

VI/6

Il-limitu ta’ żmien għall-ħlas

n1

1x

Iva

 

It-Titolu VII

VII/1

It-tip ta’ diferiment tal-ħlas

n1

1x

Iva

 

It-Titolu VIII

VIII/1

It-Titolu għall-irkupru

an..35

999x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/2

L-uffiċċju doganali fejn id-dejn doganali ġie nnotifikat

an8

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu VIII

VIII/3

L-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tinsab il-merkanzija

an8

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu VIII

VIII/4

Il-kummenti tal-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tinsab il-merkanzija

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/5

Il-proċedura doganali (talba biex il-formalitajiet jitlestew minn qabel)

Il-kodiċi tal-proċedura an2 +

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni (Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 + It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 + In-numru ta’ referenza: an..29)

1x

Le

Il-kodiċijiet previsti fl-Anness B li jikkonċerna l-E.D. 1/10 Għandha tintuża il-proċedura.

It-Titolu VIII

VIII/6

Il-valur doganali:

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

1x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

It-Titolu VIII

VIII/7

L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jrid jitħallas lura jew jinħafer ta’

Il-munita: a3 +

L-ammont: n..16,2

1x

Le

Il-kodiċijiet ISO alfa 3 tal-muniti (ISO 4217) għandhom jintużaw għall-munita.

It-Titolu VIII

VIII/8

It-tip ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni

Il-kodiċijiet tal-Unjoni: a1+n2

Il-kodiċijiet nazzjonali: n1+an2

99x

Le

Il-kodiċijiet previsti fl-Anness B li jikkonċerna l-E.D. 4/3 Il-kalkolu tat-taxxi – għandu jintuża t-tip ta’ taxxa.

It-Titolu VIII

VIII/9

Il-bażi ġuridika

a1

1x

Iva

 

It-Titolu VIII

VIII/10

L-użu jew id-destinazzjoni tal-merkanzija

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/11

Il-limitu ta’ żmien għat-tlestija tal-formalitajiet

n..3

1x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/12

Id-dikjarazzjoni tal-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjonijiet

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/13

Id-deskrizzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-ħlas lura jew għall-maħfra

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu VIII

VIII/14

Id-dettalji tal-bank u tal-kont

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu IX

IX/1

Il-moviment tal-merkanzija

Il-kodiċi tal-bażi ġuridika: an1 +

In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI): an..17 +

Il-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tal-post: a1 +

Il-kwalifikatur tal-identifikazzjoni: a1 +

Ikkowdjat:

L-identifikazzjoni tal-post: an..35 +

L-identifikatur addizzjonali: n..3

JEW

Id-deskrizzjoni tat-test liberu:

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

999x

Iva

L-istruttura u l-kodiċijiet kif definiti fl-Anness B għall-E.D. 5/23 Il-post fejn qiegħda l-merkanzija għandu jintuża għall-indikazzjoni tal-indirizz tal-faċilità ta’ ħażna temporanja.

It-Titolu X

X/1

L-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) mis-servizz regolari tat-trasport marittimu

Il-kwalifikatur: n1 +

Il-kodiċi tal-pajjiż: a2

99x

Iva

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet tal-pajjiżi previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (3).

It-Titolu X

X/2

Isem il-bastimenti

Isem il-bastiment an..35 +

In-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) tal-bastiment: OMI + n7

99x

Le

 

It-Titolu X

X/3

Il-portijiet tal-waqfa

an8

99x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu X

X/4

L-impriża

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

It-Titolu XI

XI/1

L-uffiċċju(i) doganali responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu XII

XII/1

Il-limitu ta’ żmien għat-tressiq ta’ dikjarazzjoni supplimentari

n..2

1x

Le

 

It-Titolu XII

XII/2

Is-sottokuntrattur

L-isem: an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

1x

Le

 

It-Titolu XII

XII/3

L-identifikazzjoni tas-sottokuntrattur

an..17

1x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/1

Il-kumpaniji involuti fl-awtorizzazzjoni fi Stati Membri oħra

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

999x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/2

Il-kumpaniji involuti fl-awtorizzazzjoni, fl-identifikazzjoni ta’ Stati Membri oħra

an..17

999x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/3

L-uffiċċju(i) doganali tal-preżentazzjoni

an8

999x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu XIII

XIII/4

L-identifikazzjoni tal-awtoritajiet tal-VAT, tas-sisa u tal-istatistika

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

999x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/5

Il-metodu ta’ ħlas tal-VAT

a1

1x

Le

Il-kodiċijiet previsti fl-Anness B li jikkonċerna l-E.D. 4/8 Il-kalkolu tat-taxxi – Għandu jintuża l-metodu ta’ ħlas.

It-Titolu XIII

XIII/6

Ir-rappreżentant tat-taxxa

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

99x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/7

L-identifikazzjoni tar-rappreżentant tat-taxxa

an..17

99x

Le

Għandu jintuża n-numru tal-VAT

It-Titolu XIII

XIII/8

Il-kodiċi tal-istatus tar-rappreżentant tat-taxxa

n1

1x (għal kull rappreżentant)

Iva

 

It-Titolu XIII

XIII/9

Il-persuna responsabbli għall-formalitajiet tas-sisa

L-isem an..70 +

It-triq u n-numru: an..70 +

Il-pajjiż: a2 +

Il-kodiċi postali: an..9 +

Il-belt: an..35

99x

Le

 

It-Titolu XIII

XIII/10

L-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli għall-formalitajiet tas-sisa

an..17

99x

Le

 

It-Titolu XIV

XIV/1

It-tneħħija tan-notifika ta’ preżentazzjoni

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XIV

XIV/2

It-tneħħija tad-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XIV

XIV/3

L-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn il-merkanzija hija disponibbli għal kontrolli

an8

1x

Le

L-istruttura tal-kodiċijiet hija definita fit-Titolu II għall-E.D. 1/7 L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni.

It-Titolu XIV

XIV/4

L-iskadenza għat-tressiq tad-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali kompluta

n..2

1x

Le

 

It-Titolu XV

XV/1

L-identifikazzjoni ta’ formalitajiet u kontrolli li għandhom jiġu delegati lill-operatur ekonomiku

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XVI

XVI/1

L-attività ekonomika

n1

1x

Iva

 

It-Titolu XVI

XVI/2

It-tagħmir tal-użin

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XVI

XVI/3

Garanziji addizzjonali

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XVI

XVI/4

Notifika bil-quddiem lill-awtoritajiet doganali

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XVII

XVII/1

L-esportazzjoni minn qabel (IP EX/IM)

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Il-limitu ta’ żmien: n..2

1x

Le

 

It-Titolu XVII

XVII/2

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa permezz ta’ dokument tar-rilaxx

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1

1x

Le

 

It-Titolu XVIII

XVIII/1

Is-sistema ta’ skambju standard

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

It-tip ta’ sistema ta’ skambju standard: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Iva

 

It-Titolu XVIII

XVIII/2

Il-prodotti sostituti

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: an..8 +

Id-deskrizzjoni: an..512 +

Il-kodiċi: n1

999x

Iva

 

It-Titolu XVIII

XVIII/3

L-importazzjoni minn qabel ta’ prodotti sostituti

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Il-limitu ta’ żmien: n..2

1x

Le

 

It-Titolu XVIII

XVIII/4

L-importazzjoni minn qabel ta’ prodotti pproċessati (OP IM/EX)

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Il-limitu ta’ żmien: n..2

1x

Le

 

It-Titolu XIX

XIX/1

It-tneħħija temporanja

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XIX

XIX/2

Ir-rata ta’ telf

Test liberu: an..512

1x

Le

 

It-Titolu XX

XX/1

Il-miżuri ta’ identifikazzjoni

Test liberu: an..512

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni (Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 +

In-numru ta’ referenza: an..29)

1x

Le

L-istruttura tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ siġilli speċjali għandha ssegwi l-istruttura kif definita fit-Titolu II b’rabta mal-E.D. 1/6 In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni.

It-Titolu XX

XX/2

Il-garanzija komprensiva

Il-kaxxa b’lista ta’ għażliet: n1 +

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni (Il-kodiċi tal-pajjiż: a2 +

It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni: an..4 +

In-numru ta’ referenza: an..29)

1x

Le

L-istruttura tal-awtorizzazzjonijiet għall-għoti ta’ garanzija komprensiva jew ta’ tneħħija tal-garanzija għandha ssegwi l-istruttura kif definita fit-Titolu II b’rabta mal-E.D. 1/6 In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni.

It-Titolu XXI

XXI/1

It-tip ta’ siġill

Test liberu: an..512

1x

Le

 

(1)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).

(2)   Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi n-nomenklatura statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90, kif ukoll ċerti Regolamenti KE dwar oqsma statistiċi speċifiċi (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)   Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).

IT-TITOLU II

Il-kodiċijiet b’rabta mar-rekwiżiti komuni tad-dejtatal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet

1.   L-INTRODUZZJONI

Dan it-Titolu fih il-kodiċijiet li jridu jintużaw għall-applikazzjonijiet u għad-deċiżjonijiet.

2.   IL-KODIĊIJIET

1/1.    It-tip ta’ kodiċi tal-Applikazzjoni/tad-Deċiżjoni

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:



Il-kodiċi

It-tip ta’ Applikazzjoni/Deċiżjoni

L-intestatura tal-kolonna tat-tabella fl-Anness A tar-tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

BTI

L-applikazzjoni jew id-deċiżjoni marbuta mal-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi

1a

BOI

L-applikazzjoni jew id-deċiżjoni dwar l-Informazzjoni Vinkolanti dwar l-Oriġini

1b

AEOC

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat — Is-simplifikazzjonijiet doganali

2

AEOS

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat — Is-sigurtà u s-sikurezza

2

AEOF

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat — Is-simplifikazzjonijiet doganali/Is-sigurtà u s-sikurezza

2

CVA

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għas-simplifikazzjoni ta’ kif jiġu stabbiliti l-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija

3

CGU

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ garanzija komprensiva, inkluż it-tnaqqis possibbli jew it-tneħħija

4a

DPO

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għal differiment tal-ħlas

4b

REP

L-applikazzjoni jew id-deċiżjoni għall-ħlas lura tal-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni

4c

REM

L-applikazzjoni jew id-deċiżjoni għall-maħfra tal-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni

4c

TST

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ħażna għall-ħażna temporanja tal-merkanzija

5

RSS

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ servizz regolari tat-trasport marittimu

6a

ACP

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ emittent awtorizzat sabiex tiġi stabbilita l-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

6b

SDE

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni sabiex tintuża dikjarazzjoni simplifikata

7a

CCL

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat

7b

EIR

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni biex wieħed jagħmel dikjarazzjoni doganali permezz ta’ dħul ta’ dejta fir-reġistri tad-dikjarant, inkluż għall-proċedura tal-esportazzjoni

7c

SAS

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-awtovalutazzjoni

7d

AWB

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għal l-istatus ta’ min huwa awtorizzat għall-użin tal-banana

7e

IPO

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal- ipproċessar attiv

8a

OPO

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar passiv

8b

EUS

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-użu aħħari

8c

TEA

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-ammissjoni temporanja

8d

CWP

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ħażna għall-ħażna doganali tal-merkanzija f’maħżen doganali privat.

8e

CW1

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ħażna għall-ħażna doganali tal-merkanzija f’maħżen doganali pubbliku tat-tip I

8e

CW2

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ħażna għall-proċedura tal-ħażna doganali tal-merkanzija f’maħżen doganali pubbliku tat-tip II.

8e

ACT

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ destinatarju awtorizzat għall-proċedura tat-Trasport Internazzjonali bit-Triq (TIR)

9a

ACR

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ min huwa awtorizzat li jibgħat għat-tranżitu fl-Unjoni

9b

ACE

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ destinatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni

9c

SSE

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali

9d

TRD

L-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għall-użu tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu b’sett imnaqqas ta’ dejta

9e

ETD

L-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dokument elettroniku tat-trasport bħala dikjarazzjoni doganali

9f

1/3.    It-tip ta’ applikazzjoni

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

1.

l-ewwel applikazzjoni

2.

l-applikazzjoni għall-emenda tad-deċiżjoni

3.

l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni

4.

l-applikazzjoni għar-revoka tad-deċiżjoni

1/4    Il-validità ġeografika – L-Unjoni

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

1.

l-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni li hija valida fl-Istati Membri kollha

2.

l-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni li hija limitata għal ċerti Stati Membri

3.

l-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni li hija limitata għal Stati Membru wieħed

1/6.    In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni

In-numru ta’ referenza tad-deċiżjoni huwa strutturat kif ġej:



Il-qasam

Il-kontenut

Il-format

Eżempji

1

L-identifikatur tal-Istat Membru fejn ittieħdet id-deċiżjoni (il-kodiċi alfa 2 tal-pajjiż)

a2

PT

2

It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni

an..4

SSE

3

L-identifikatur uniku tad-deċiżjoni għal kull pajjiż

an..29

1234XYZ12345678909876543210AB

Il-qasam 1 kif spjegat hawn fuq.

Il-qasam 2 għandu jimtela’ bil-kodiċi tad-deċiżjoni kif definit għall-E.D. 1/1 It-tip ta’ kodiċi tad-deċiżjoni f’dan it-Titolu.

Il-qasam 3 għandu jimtela’ b’identifikatur tad-deċiżjoni kkonċernata. Il-mod kif jintuża dak il-qasam huwa responsabbiltà tal-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda kull deċiżjoni meħuda fi ħdan il-pajjiż partikolari jrid ikollu numru uniku b’rabta mat-tip ta’ deċiżjoni kkonċernata.

1/7.    L-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni

L-istruttura tal-kodiċijiet hija din:

 l-ewwel żewġ karattri (a2) jidentifikaw il-pajjiż permezz tal-kodiċi tal-pajjiżi kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji ( 21 ),

 is-sitt karattri (an6) li jmiss jirrappreżentaw l-uffiċċju kkonċernat f’dak il-pajjiż. Huwa suġġerit li tiġi adottata l-istruttura li ġejja:

 L-ewwel tliet karattri (an3) jkunu meħuda mill-kodiċi LOCODE tan-NU ( 22 ) ta’ isem il-post u l-aħħar tliet karattri jkunu meħuda minn sottodiviżjoni alfanumerika nazzjonali (an3). Jekk din is-sottodiviżjoni ma tintużax, għandhom jiddaħħlu l-karattri “000”.

Eżempju: BEBRU000: BE = ISO 3166 għall-Belġju, BRU = il-kodiċi LOCODE tan-NU ta’ isem il-post għall-belt ta’ Brussel, “000” għas-sottodiviżjoni li ma ntużatx.

5/8.    L-identifikazzjoni tal-merkanzija

Il-kodiċijiet li jridu jintużaw għall-identifikazzjoni tal-merkanzija huma dawn li ġejjin:

1.

in-numru tas-serje jew tal-manifattur

2.

it-twaħħil ta’ ċomb, ta’ siġilli, ta’ marki tal-klipps jew ta’ marki distintivi oħra

4.

it-teħid ta’ kampjuni, ta’ illustrazzjonijiet jew ta’ deskrizzjonijiet tekniċi

5.

it-twettiq tal-analiżi

6.

id-dokument ta’ informazzjoni sabiex jiffaċilita l-esportazzjoni temporanja tal-merkanzija mibgħuta minn pajjiż għall-ieħor għall-manifattura, l-ipproċessar u t-tiswija (xieraq biss għall-ipproċessar passiv)

7.

il-mezzi l-oħra ta’ identifikazzjoni (agħti spjegazzjoni dwar il-mezzi ta’ identifikazzjoni li se jintużaw)

8.

mingħajr il-miżuri ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 250(2)(b) tal-Kodiċi (xieraq biss għall-ammissjoni temporanja)

6/2.    Il-kundizzjonijiet ekonomiċi

Il-kodiċijiet li jridu jintużaw għall-każijiet li fihom il-kundizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li ġew issodisfati għall-ipproċessar attiv:

Il-kodiċi 1

l-ipproċessar tal-merkanzija li mhijiex imniżżla fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446,

Il-kodiċi 2

it-tiswija,

Il-kodiċi 3

l-ipproċessar ta’ merkanzija li tkun direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, u li twettaq skont speċifikazzjonijiet f’isem persuna stabbilita ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, ġeneralment bi ħlas tal-ispejjeż tal-ipproċessar biss,

Il-kodiċi 4

l-ipproċessar tal-qamħ durum f’għaġin,

Il-kodiċi 5

it-tqegħid tal-merkanzija skont l-ipproċessar attiv fil-limiti tal-kwantità stabbilita abbażi ta’ bilanċ f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 ( 23 ),

Il-kodiċi 6

l-ipproċessar tal-merkanzija li hija mniżżla fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, fil-każ li ma tkunx disponibbli l-merkanzija prodotta fl-Unjoni u li jkollha l-istess kodiċi bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija maħsuba għall-importazzjoni għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti,

Il-kodiċi 7

l-ipproċessar tal-merkanzija li hija mniżżla fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, diment li jkun hemm differenzi fil-prezz bejn il-merkanzija li tkun prodotta fl-Unjoni u dik maħsuba għall-importazzjoni, meta l-merkanzija komparabbli ma tkunx tista’ tintuża peress li l-prezz tagħhom iwassal biex l-operat kummerċjali propost ma jkunx ekonomikament vijabbli

Il-kodiċi 8

l-ipproċessar tal-merkanzija li hija mniżżla fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 skont l-ipproċessar attiv, diment li jkun hemm obbligu kuntrattwali, meta l-merkanzija komparabbli ma tikkonformax mar-rekwiżiti kuntrattwali tax-xerrej minn pajjiż terz, li jkun xtara l-prodotti pproċessati, jew meta, f’konformità mal-kuntratt, il-prodotti pproċessati jridu jinkisbu mill-merkanzija maħsuba għat-tqegħid skont l-ipproċessar attiv sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali jew kummerċjali

Il-kodiċi 9

l-ipproċessar tal-merkanzija li hija mniżżla fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, diment li l-valur aggregat tal-merkanzija li trid titqiegħed skont il-proċedura tal-ipproċessar attiv għal kull applikant u għal kull sena kalendarja għal kull kodiċi bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda ma jiżboqx EUR 150 000 ,

Il-kodiċi 10

l-ipproċessar tal-merkanzija sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-merkanzija mar-rekwiżiti tekniċi għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa,

Il-kodiċi 11

l-ipproċessar tal-merkanzija li mhijiex ta’ natura kummerċjali,

Il-kodiċi 12

l-ipproċessar tal-merkanzija li nkisbet b’awtorizzazzjoni preċedenti, fejn il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni kien soġġett għal eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi,

Il-kodiċi 13

l-ipproċessar tal-frazzjonijiet solidi u fluwidi taż-żejt tal-palm, taż-żejt tal-ġewż tal-Indi, tal-frazzjonijiet fluwidi taż-żejt tal-ġewż tal-Indi, taż-żejt taż-żerriegħa tal-palm, tal-frazzjonijiet fluwidi taż-żejt taż-żerriegħa tal-palm, taż-żejt babassu jew taż-żejt tar-riġnu fi prodotti li mhumiex maħsuba għas-settur tal-ikel,

Il-kodiċi 14

l-ipproċessar fi prodotti li għandhom ikunu inkorporati fl-inġenji ċivili tal-ajru jew użati fihom u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-validità għat-tajran,

Il-kodiċi 15

l-ipproċessar fi prodotti li jibbenefikaw mis-sospensjoni awtonoma tad-dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti armi u tagħmir militari f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/2003 ( 24 ),

Il-kodiċi 16

l-ipproċessar tal-merkanzija f’kampjuni,

Il-kodiċi 17

l-ipproċessar ta’ kwalunkwe tip elettroniku ta’ komponenti, partijiet, assemblaġġi jew kull materjal ieħor fi prodotti tat-teknoloġija tal-informatika,

Il-kodiċi 18

l-ipproċessar tal-merkanzija li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda 2707 jew 2710 fi prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda 2707 , 2710 jew 2902 ,

Il-kodiċi 19

il-merkanzija li tispiċċa tingħadda għall-iskart u għall-iskrapp, għall-qerda, għall-irkupru tal-partijiet jew tal-komponenti,

Il-kodiċi 20

id-denaturazzjoni,

Il-kodiċi 21

il-forom tas-soltu ta’ immaniġġar imsemmija fl-Artikolu 220 tal-Kodiċi,

Il-kodiċi 22

il-valur aggregat tal-merkanzija li trid titqiegħed skont il-proċedura tal-ipproċessar attiv għal kull applikant u għal kull sena kalendarja għal kull kodiċi bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda ma jiżboqx EUR 150 000 fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u EUR 300 000 fir-rigward ta’ merkanzija oħra, għajr meta l-merkanzija maħsuba għat-tqegħid skont il-proċedura tal-ipproċessar attiv tkun soġġetta għal dazju definittiv jew proviżorji tal-antidumping, għal dazju kumpensatorju, għal miżura ta’ salvagwardja jew għal dazju addizzjonali li jkun jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet jekk il-merkanzija tkun ġiet iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa

7/3.    It-tip ta’ dikjarazzjoni

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għat-tipi ta’ dikjarazzjonijiet:

1.

Id-dikjarazzjoni standard (skont l-Artikolu 162 tal-Kodiċi)

2.

Id-dikjarazzjoni simplifikata (skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi)

3.

Dħul fir-reġistri tad-dikjarant (skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi)

8/6.    Il-garanzija

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

0.

Il-garanzija mhux meħtieġa

1.

Il-garanzija meħtieġa

II/9.    Ir-raġuni tal-invalidazzjoni

Daħħal wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin:

55.

Annullata

61

Invalidata minħabba tibdil fil-kodiċi tan-nomenklatura doganali

62

Invalidata minħabba miżura tal-Unjoni

63

Invalidata minħabba miżura legali nazzjonali

64

Revoka minħabba klassifikazzjoni żbaljata

65

Revoka għal raġunijiet għajr il-klassifikazzjoni

66.

Invalidata minħabba validità limitata tal-kodiċi tan-nomenklatura fil-waqt tal-ħruġ

IV/3.    Ir-rwol(i) tal-applikant fil-katina internazzjonali tal-provvista

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:



Il-kodiċi

Ir-rwol

Id-deskrizzjoni

MF

Il-manifattur tal-merkanzija

Il-parti li timmanifattura l-merkanzija.

Dan il-kodiċi għandha jintuża biss jekk l-operatur ekonomiku jimmanifattura l-merkanzija. Ma jkoprix każijiet fejn l-operatur ekonomiku huwa involut biss fil-kummerċ tal-merkanzija (eż. l-esportazzjoni, l-importazzjoni).

IM

L-importatur

Il-parti li tagħmel dikjarazzjoni fuq l-importazzjoni, jew li jagħmilha f’isimha xi aġent doganali għall-ikklerjar jew xi ħadd ieħor awtorizzat. Dan jista’ jinkludi xi ħadd li għandu l-pussess tal-merkanzija jew li saritlu l-kunsinna tal-merkanzija.

EX

L-esportatur

►C2  Il-parti li tagħmel dikjarazzjoni fuq l-esportazzjoni, jew li jagħmilha f'isimha xi ħadd, u li hija sid il-merkanzija jew li għandha drittijiet simili ta' disponiment fuqhom fil-waqt meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata. ◄

CB

Is-sensar doganali

Aġent jew rappreżentant jew professjonist doganali tal-ikklirjar aġent li jittratta direttament mad-Dwana f’isem l-importatur jew l-esportatur.

Il-kodiċi jista’ jintuża wkoll għall-operaturi ekonomiċi li jagħmluha ta’ aġenti/rappreżentanti anke għal għanijiet oħra (eż. l-aġent tat-trasportatur).

CA

It-trasportatur

Il-parti li twettaq jew li tagħmel l-arranġamenti għat-trasport tal-merkanzija bejn żewġ punti msemmijin.

FW

Il-kuntrattur tat-trasportaturi

Il-parti li tagħmel l-arranġamenti għat-trasport tal-merkanzija.

CS

Il-konsolidatur

Il-parti li tikkonsolida diversi kunsinni, ħlasijiet, eċċ.

TR

L-operatur tat-terminal

Il-parti li tieħu ħsieb it-tagħbija u l-ħatt tal-bastimenti tal-baħar.

WH

Id-detentur tal-maħżen

Il-parti li tieħu r-responsabbiltà għall-merkanzija li tiddaħħal f’ maħżen.

Dan il-kodiċi għandu jintuża wkoll mill-operaturi ekonomiċi li għandhom operat f’tipi oħra ta’ faċilitajiet tal-ħażna (eż. il-ħażna temporanja, iż-żona ħielsa, eċċ.).

CF

L-operatur tal-kontejners

Il-parti li tingħata l-pussess ta’ proprjetà speċifikata (eż. kontejner) għal perjodu ta’ żmien għal korrispettiv ta’ ħlasijiet tal-kera.

DEP

Il-burdnar

Il-parti li tieħu ħsieb it-tagħbija u l-ħatt tal-bastimenti tal-baħar minn diversi terminals.

HR

Is-servizz ta’ linja tat-trasport marittimu

Jidentifika l-organizzazzjoni tas-servizz ta’ linja tat-trasport marittimu.

999

Oħrajn

 

VI/3.    Il-livell ta’ garanzija

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għal-livell tal-garanzija:

Sabiex ikunu koperti djun doganali eżistenti u, fejn applikabbli, tariffi oħra:

AA

100 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

AB

30 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

Sabiex ikunu koperti djun doganali potenzjali u, fejn applikabbli, tariffi oħra:

BA

100 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

BB

50 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

BC

30 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

BD

0 % tal-parti rilevanti tal-ammont ta’ referenza

VI/4.    Il-forma tal-garanzija

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għall-forma tal-garanzija:

1.

Id-depożitu fi flus kontanti

2.

B’impenn minn garanti li jagħmel tajjeb

3*.

Forom oħra kif speċifikat fl-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

▼B

31.

il-ħolqien ta’ ipoteka, ta’ imposta fuq il-proprjetà immobbli, ta’ antikresi jew ta’ dritt ieħor meqjus bħala ekwivalenti għal dritt marbut mal-proprjetà immobbli;

32.

iċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, ir-rahan, biċ-ċediment tal-pussess jew mingħajr iċ-ċediment tal-pussess, tal-merkanzija, tat-titoli jew tal-pretensjonijiet jew ta’ ktieb ta’ bank tat-tfaddil jew ta’ dħul fir-reġistru nazzjonali tad-dejn;

33.

l-aċċettazzjoni tar-responsabbiltà kontrattwali konġunta għall-ammont sħiħ tad-dejn minn parti terza approvata għal dak l-iskop mill-awtoritijiet doganali, jew il-preżentazzjoni ta’ kambjala li l-ħlas tagħha jkun garantit minn dik il-parti terza;

34.

depożitu fi flus kontanti jew mezzi ta’ ħlas li jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għalihom, ħlief bl-euro jew bil-munita tal-Istat Membru li fih hija meħtieġa l-garanzija;

35.

il-parteċipazzjoni, permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjoni, fi skema ġenerali ta’ garanzija amministrata mill-awtoritajiet doganali.

VI/6.    Il-limitu ta’ żmien għall-ħlas

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għal-limitu ta’ żmien:

1.

Il-perjodu normali qabel il-ħlas, jiġifieri sa massimu ta’ għaxart ijiem wara n-notifika lid-debitur tad-dejn doganali skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi

2.

Il-pagament differit (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi)

VII/1.    It-tip ta’ diferiment tal-ħlas

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għad-diferiment tal-ħlas:

1.

L-Artikolu 110(b) tal-Kodiċi, jiġifieri għalkollox fir-rigward ta’ kull ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mdaħħal fil-kontijiet f’konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 105(1) matul perjodu fiss li ma jiżboqx 31 jum.

2.

L-Artikolu 110(c) tal-Kodiċi, jiġifieri għalkollox fir-rigward tal-ammonti kollha ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jiffurmaw entrata waħda f’konformità mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 105(1)

VIII/9.    Il-bażi ġuridika

Il-kodiċijiet li ġejjin għandhom jintużaw bħala bażi ġuridika:



Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-bażi ġuridika

A

L-ammonti żejda ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li ġew imposti

L-Artikolu 117 tal-Kodiċi

B

Il-merkanzija difettuża jew il-merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt

L-Artikolu 118 tal-Kodiċi

C

Żball mill-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 119 tal-Kodiċi

D

L-ekwità

L-Artikolu 120 tal-Kodiċi

E

L-ammont ta’ dazju mħallas fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni b’rabta ma’ dikjarazzjoni doganali invalidata skont l-Artikolu 174 tal-Kodiċi

L-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi

IX/1.    Il-moviment tal-merkanzija

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin għall-bażi ġuridika tal-moviment:

Għall-merkanzija f’ħażna temporanja:

A

L-Artikolu 148(5)(a) tal-Kodiċi