2015R2403 — MT — 19.12.2015 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333 19.12.2015, p. 62) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2403
tal-15 ta' Diċembru 2015
li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji A, B, C jew D kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.
2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew imqiegħda fis-suq.
Artikolu 2
Persuni u entitajiet awtorizzati li jiddiżattivaw l-armi tan-nar
Id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandha titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn persuni awtorizzati li jagħmlu dan skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 3
Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I (“l-entità ta' verifika”).
2. Fejn entità ta' verifika hija awtorizzata wkoll tiddiżattiva l-armi tan-nar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-separazzjoni ċara ta' dawk il-kompiti u tal-persuni li jwettquhom f'dik l-entità.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha lista ta' entitajiet ta' verifika maħtura mill-Istati Membri, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-entità ta' verifika u s-simbolu tagħha kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt.
4. Meta d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun twettqet skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I, l-entità ta' verifika għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni lil sid l-arma tan-nar skont il-mudell stipulat fl-Anness III. L-informazzjoni kollha inkluża fiċ-ċertifikat tad-diżattivazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-ilsien tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifkat ta' diżattivazzjoni kif ukoll bl-Ingliż.
5. Sid arma tan-nar diżattivata għandu jżomm iċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni dejjem għandu. Jekk arma tan-nar diżattivata titqiegħed fis-suq, din għandha jkun akkumpanjata miċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa għal armi tan-nar diżattivati, b'indikazzjoni tad-data ta' diżattivazzjoni u n-numru taċ-ċertifikat, għal perjodu ta' mill-inqas 20 snin.
Artikolu 4
Talbiet għall-assistenza
Kull Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-entitajiet awtorizzati li jidiżattivaw l-armi tan-nar jew dawk maħtura bħala entitajiet ta' verifika minn Stat Membru ieħor sabiex iwettqu jew jivverifikaw id-diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, rispettivament. Meta entità ta' verifika taċċetta talba għall-verifika ta' diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, l-entità ta' verifika li tipprovdi l-għajnuna għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont l-Artikolu 3(4).
Artikolu 5
Immarkar ta' armi tan-nar diżattivati
Armi tan-nar diżattivati għandhom jiġi mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li jindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika għall-komponenti kollha mmodifikati u l-arma tan-nar għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) tkun viżibbli b'mod ċar u ma tistax titneħħa;
(b) ikollha tagħrif dwar l-Istat Membru fejn twettqet id-diżattivazzjoni u l-entità ta' verifika li ċċertifikat id-diżattivazzjoni;
(c) jinżammu n-numru/i tas-serje oriġinali tal-arma tan-nar.
Artikolu 6
Miżuri ta' diżattivazzjoni addizzjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.
2. Il-Kummissjoni, b'mod regolari u flimkien mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, għandha tanalizza kwalunkwe miżura addizzjonali meħuda mill-Istati Membri u għandha tikkunsidra li meta jkun il-waqt tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 7
Trasferiment ta' armi tan-nar diżattivati fl-Unjoni
1. Armi tan-nar diżattivati jistgħu jiġu trasferiti biss lil Stat Membru ieħor sakemm ikollhom il-marka unika komuni u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tad-diżattivazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri li introduċew miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 6 jistgħu jitolbu prova li l-arma tan-nar diżattivata li tkun se tiġi ttrasferita fit-territorju tagħhom tikkonforma ma' dawn il-miżuri addizzjonali.
Artikolu 8
Rekwiżiti ta' notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament kif ukoll bi kwalunkwe miżura addizzjonali introdotta f'konformità mal-Artikolu 6. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/1535.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar
I. L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex iġibu l-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:
— It-Tabella I telenka t-tipi differenti ta' armi tan-nar;
— It-Tabella II tiddeskrivi l-attivitajiet li għandhom jitwettqu biex iġibu kull komponent essenzjali tal-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment;
— It-Tabella III tistabbilixxi liema operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni għandhom jitwettqu għad-diversi tipi ta' arma tan-nar.
II. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fl-armi tan-nar u l-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni matul iż-żmien, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, tal-anqas kull sentejn (2).
III. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni se telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.
TABELLA I: Lista ta' tipi ta' armi tan-nar
|
TIPI TA' ARMI TAN-NAR |
|
|
1 |
Pistoli (tir wieħed, semi-awtomatiċi) |
|
2 |
Rivolvers (inklużi rivolvers ikkargati minn ċilindru) |
|
3 |
Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action) |
|
4 |
Armi tan-nar bi break action (eż. smoothebore, combination, falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal) |
|
5 |
Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled) |
|
6 |
Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled) |
|
7 |
Armi tan-nar awtomatiċi (sħaħ): eż. azzarini tal-assalt (assault rifle) partikolari, (sub) machine-guns, pistoli awtomatiċi (sħaħ) |
|
8 |
Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading) |
TABELLA II: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent
|
KOMPONENT |
PROĊESS |
|
1. IL-KANNA |
1.1. Jekk il-kanna tkun imwaħħla mal-qafas (1), għaddi splengun tal-azzar imwebbes minn ġoċ-ċhamber u l-qafas biex tqabbad il-kanna mal-mekkaniżmu (dijametru > 50 % chamber, minimu ta' 4,5 mm). L-isplengun irid ikun iwweldjat (2). |
| 1.2. Jekk il-kanna tkun ħielsa (mhux fissa), aqta' xaqq għat-tul tal-ħajt kollu taċ-chamber (wisa' >
|
|
|
1.3. Fl-ewwel terz tal-kanna miċ-chamber, jew iddrillja toqob (irid ikollhom minimu ta' 2/3 tad-dijametru tal-fetħa tal-kanna għall-armi smoothbore u d-dijametru sħiħ tal-fetħa għall-armi l-oħra kollha; waħda wara l-oħra, 3 għall-armi qosra, 6 għall-armi twal) jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq forma ta' V (angolu 60 ± 5°) billi tiftaħ il-kanna lokalment jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq għat-tul (wisa' 8-10 mm ± 0,5 mm, tul ≥ 52 mm) fl-istess pożizzjoni tat-toqob, jew aqta' xaqq għat-tul (wisa' 4-6 mm ± 0,5 mm miċ-chamber għall-kanna, ħlief 5 mm mal-kanna). |
|
|
1.4. Għal kanen b'rampa ta' alimentazzjoni (feed ramp), neħħi r-rampa. |
|
|
1.5. Żomm milli l-kanna titneħħa mill-qafas billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew billi tiwweldja. |
|
|
2. IL-BLOKKA TAL-KULATTA (BREECH BLOCK), RAS IL-FIRROLL |
2.1. Neħħi jew qassar il-pinn. |
|
2.2. Illima wiċċ il-firroll b'angolu ta' mill-inqas 45 grad u fuq superfiċje li tkun akbar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka. |
|
|
2.3. Iwweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn. |
|
|
3. IĊ-ĊILINDRU |
3.1. Neħħi l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru għal minimu ta' 2/3 ta' tul billi tillima ċirku tond > = dijamteru tal-iskartoċċ |
|
3.2. Fejn possibbli, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-qafas, jew jekk ma jkunx possibbli, ħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli. |
|
|
4. L-ISLAJD |
4.1. Illima jew neħħi aktar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka b'angolu bejn 45 u 90 grad. |
|
4.2. Neħħi jew qassar il-pinn. |
|
|
4.3. Illima u wweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn. |
|
|
4.4. Illima l-imqabad tas-sokor fl-islajd. |
|
|
4.5. Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer fuqani ta' quddiem tal-parti tal-ħruġ fl-islajd għal angolu ta' 45 grad. |
|
|
5. IL-QAFAS (PISTOLI) |
5.1. Neħħi r-rampa tal-alimentazzjoni (feed ramp). |
|
5.2. Illima mill-inqas 2/3 taż-żrieżaq tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas. |
|
|
5.3. Iwweldja s-sokra tal-islajd. |
|
|
5.4. Żomm milli jiġu żarmati pistoli tal-polimeru billi tiwweldja. Skont il-liġijiet nazzjonali, dan il-proċess jista' jsir wara kontroll mill-Awtorità Nazzjonali. |
|
|
6. SISTEMA AWTOMATIKA |
6.1. Eqred il-pistun u s-sistema tal-gass billi taqta' jew tiwweldja. |
|
6.2. Neħħi l-blokka u minflokha itfa' biċċa tal-azzar u wweldjaha; inkella naqqas il-blokka b'minimu ta' 50 %, iwweldjaha u aqtal-imqabad tas-sokor minn ras il-firroll. |
|
|
6.3. Iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu u, jekk possibbli, iwweldjah mal-qafas. Jekk l-iwweldjar fil-qafas mhuwiex possibbli: neħħi l-mekkaniżmu tal-isparar u imla l-ispazju vojt kif xieraq (eż. billi twaħħal biċċa tad-daqs bil-kolla jew billi timla b'raża epossidika (epoxy resin)). |
|
|
6.4. Żomm milli tiżżarma s-sistema tal-għeluq tal-manku mal-qafas billi tiwweldja jew tieħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli. Iwweldja sew il-mekkaniżmu tal-alimentazzjoni għal armi alimentati b'ċintorin tal-munizzjon. |
|
|
7. Il-MEKKANIŻMU |
7.1. Illima kon ta' 60 grad minimu (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal għal dijametru tal-bażi daqs 1 cm mill-inqas jew id-dijametru ta' wiċċ il-blokka. |
|
7.2. Neħħi l-pinn, kabbar it-toqba tal-pinn għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn. |
|
|
8. IL-MAGAZZIN (fejn applikabbli) |
8.1. Iwweldja l-magazzin b'boċoċ fuq il-qafas jew il-manku, skont it-tip tal-arma biex iżżomm milli jitneħħa l-magazzin. |
|
8.2. Jekk il-magazzin ikun nieqes, itfa' boċoċ tal-welding fil-post fejn ikun il-magazzin jew waħħal sokra li żżomm permanentament milli jiddaħħal magazzin. |
|
|
8.3. Għaddi splengun tal-azzar imwebbes mill-magazzin, iċ-chamber u l-qafas. Iwweldja. |
|
|
9. IKKARGAR MILL-KANNA (MUZZLE LOADING) |
9.1. Neħħi jew iwweldja n-nippla/i, iwweldja t-toqba (toqob). |
|
10. SILENZJATUR |
10.1. Żomm milli jitneħħa l-moderatur tal-ħoss mill-kanna billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew iwweldja jekk il-moderatur tal-ħoss huwa parti mill-arma. |
|
10.2. Neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn jeħlu mal-moderatur ħalli jibqa' biss tubu. Ħaffer toqob kull 5 ċm fuq in-naħa ta' barra tat-tubu li jifdal. |
|
|
Ebusija tal-inserzjonijiet |
Ebusija tal-isplengun/virga/tapp = 58-0; + 6 HRC Stainless steel għall-iwweldjar TIG, tip ER 316 L |
|
(1) Il-kanna titwaħħal mal-qafas billi tiġi invitata jew ikklampjata jew bi proċess ieħor. (2) L-iwweldjar huwa proċess ta' fabrikazzjoni jewproċess skulturali li jgħaqqad il-materjali, normalmentmetalli jew termoplastiks, billi jikkawżal-fużjoni. |
|
TABELLA III: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent essenzjali ta' kull tip ta' arma tan-nar
|
TIP |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
|
PROĊESS |
Pistoli (ħlief awtomatiċi) |
Rivolvers |
Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action) |
Armi tan-nar bi break action (smoothbore, rifled, combination) |
Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled) |
Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled) |
Armi tan-nar awtomatiċi: azzarini tal-assalt, (sub) machine-guns |
Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading) |
|
1.1 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
|
1.2 u 1.3 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
1.4 |
X |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
1.5 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
2.1 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
|
2.2 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
|
2.3 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
|
3.1 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
3.2 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
4.1 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
4.2 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
4.3 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
4.4 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
4.5 |
X |
|
|
|
|
X |
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
5.1 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
5.2 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
5.3 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
5.4 |
X (qafas tal-polimeru) |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
|
6.1 |
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
6.2 |
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
6.3 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
6.4 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
7.1 |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
7.2 |
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
8.1 u 8.2 |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
8.3 |
|
|
|
|
X (tubu tal-magazzin) |
X (tubu tal-magazzin) |
|
|
|
9.1 |
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
10.1 |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
|
|
10.2 |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
ANNESS II
Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati
◄
1) Marka tad-diżattivazzjoni
2) Pajjiż tad-diżattivazzjoni — kodiċi internazzjonali uffiċjali
3) Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar
4) Sena tad-diżattivazzjoni
Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.
ANNESS III