02015R2205 — MT — 30.04.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 314 1.12.2015, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017

  L 113

15

29.4.2017

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018

  L 113

1

29.4.2019




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.  Il-klassijiet ta' derivattivi barra l-Borża (OTC) elenkati fl-Anness ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Il-klassijiet ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ma jinkludux kuntratti konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, sakemm dawk il-kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejin:

(a) Jintużaw biss biex jiħħeġġjaw ir-rata tal-imgħax jew id-diskrepanzi fil-munita tal-pool ta' kopertura f'relazzjoni mal-bond koperti;

(b) Ikunu rreġistrati jew irrekordjati fil-pool ta' kopertura tal-bond koperti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bond kopert;

(c) Ma jiġux terminati fil-każ ta' riżoluzzjoni jew insolvenza ta' min joħroġ bonds koperti jew tal-pool ta' kopertura;

(d) Il-kontroparti għad-derivattiva OTC konkluża ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, tkun fil-livell mill-anqas identiku mad-detenturi ta' bonds koperti ħlief meta l-kontroparti tad-derivattivi OTC konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti tkun il-parti f'inadempjenza jew dik affettwata, jew iċċedi l-livell identiku;

(e) Il-bond kopert ikun jissodisfa l-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u jkun suġġett għal obbligu ta' kollateralizzazzjoni regolatorja ta' mill-anqas 102 %.

Artikolu 2

1.  Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar ikunu maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:

(a) Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri li jikklerjaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti qabel dik id-data li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawk il-klassijiet;

(b) Il-kategoriji 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 tkun aktar minn EUR 8 biljun u li jkunu xi waħda mis-segwenti:

(i) Kontropartijiet finanzjarji;

(ii) Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

(c) Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) Kontropartijiet finanzjarji;

(ii) Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

(d) Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, il-Kategorija 2 jew il-Kategorija 3.

2.  Għall-iskop tal-kalkolu tal-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tal-grupp ta' ammont nozzjonali pendenti gross imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-derivattivi kklerjati mhux ċentralment tal-grupp, inklużi antiċipi ta' skambju tal-munita, swaps u currency swaps, ikunu inklużi.

3.  Fejn il-kontropartijeti ikunu fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE jew impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), l-għatba ta' EUR 8 biljun imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika b'mod individwali fil-livell ta' fond.

Artikolu 3

Id-data li minnha jibda l-obbligu tal-ikklerjar.

1.  Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a) fil-21 ta' Ġunju 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

(b) fil-21 ta' Diċembru 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

▼M1

(c) fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

▼B

(d) fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.

Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li minnha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak il-kuntratt tkun id-data tal-aħħar.

▼M2

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a) fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew

(b) l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(i) 60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii) id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.

▼B

Din id-deroga tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;

(b) Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:

(i) Kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija finanzjarja possedenti, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew

(ii) Jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;

(c) Iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d) Iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;

(e) Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ikunu ssodisfati u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

Artikolu 4

Maturità residwa minima

1.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 1, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

(c) 6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

2.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 2, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

(c) 6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

3.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 tal-Anness;

(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 tal-Anness;

4.  Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti jew bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), il-maturità residwa minima li tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu tkun l-itwal maturità residwa li jifdal applikabbli.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESSI

Klassijiet ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC suġġetit għall-obbligu tal-ikklerjar



Tabella 1

Klassijiet bażiċi ta' swaps

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.1.1

Bażi

EURIBOR

EUR

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.2

Bażi

LIBOR

GBP

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.3

Bażi

LIBOR

JPY

28D-30Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.1.4

Bażi

LIBOR

USD

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli



Tabella 2

Klassijiet ta' Fixed-to-Float interest rate swap

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.2.1

Fixed- to-Float

EURIBOR

EUR

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.2

Fixed- to-Float

LIBOR

GBP

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.3

Fixed- to-Float

LIBOR

JPY

28D-30Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.2.4

Fixed- to-Float

LIBOR

USD

28D-50Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli



Tabella 3

Klassijiet ta' forward rate agreement

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.3.1

FRA

EURIBOR

EUR

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.3.2

FRA

LIBOR

GBP

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.3.3

FRA

LIBOR

USD

3D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli



Tabella 4

Klassijiet ta' overnight index swap

id

Tip

Indiċi ta' Referenza

Munita ta' Saldu

Maturità

Tip ta' Munita ta' Saldu

Opzjonalità

Tip Nozzjonali

A.4.1

OIS

EONIA

EUR

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.4.2

OIS

FedFunds

USD

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli

A.4.3

OIS

SONIA

GBP

7D-3Y

Munita unika

Le

Kostanti jew varjabbli



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 2 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).