02015R2120 — MT — 15.05.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►M2 REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 ◄ (ĠU L 310 26.11.2015, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2018/1972 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Diċembru 2018 |
L 321 |
36 |
17.12.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2018/1971 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Diċembru 2018 |
L 321 |
1 |
17.12.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1309 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2024 |
L 1309 |
1 |
8.5.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2015
li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE.
Japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:
“fornitur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku” tfisser impriża li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku;
“servizz ta’ aċċess għall-Internet” tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi aċċess għall-Internet, u b’hekk konnettività ma’ virtwalment kull punt aħħari tal-Internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk u t-tagħmir terminali użati;
“komunikazzjonijiet intra-UE regolati” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġinaw fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u jitterminaw f’kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan ta’ numerazzjoni tat-telefon nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, u li l-ħlas li jintalab ikun ibbażat b’mod intier jew parzjali fuq il-konsum attwali;
“servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri” tfisser servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“komunikazzjonijiet domestiċi” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni, tal-istess Stat Membru;
“komunikazzjonijiet intra-UE” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
Salvagwardja ta’ aċċess għal Internet miftuħ
Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġi tal-Unjoni, marbuta mal-legalità tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.
L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet milli jimplimentaw miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku. Sabiex jitqiesu raġonevoli, dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, u ma għandhomx ikunu msejsa fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali iżda fuq rekwiżiti oġġettivament differenti għall-kwalità teknika tas-servizz ta’ kategoriji speċifiċi tat-traffiku. Miżuri bħal dawn m’għandhomx jissorveljaw il-kontenut speċifiku u ma għandhomx jinżammu għal aktar żmien milli jkun meħtieġ.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet ma għandhomx iwettqu miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku li jmorru lil hinn minn dawk imniżżla fit-tieni subparagrafu, u b’mod partikolari ma għandhomx jimblokkaw, inaqqsu l-veloċità ta’, ibiddlu, jirrestrinġu, jinterferixxu fi, jiddegradaw jew jiddiskriminaw bejn kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta’ dawn, ħlief kif meħtieġ, u biss għal kemm ikun meħtieġ, sabiex:
ikun hemm konformità mal-atti leġislattivi tal-Unjoni, jew il-leġislazzjoni nazzjonali li hija konformi mal-liġi tal-Unjoni, li għaliha l-fornitur tas-servizzi tal-aċċess għall-Internet huwa soġġett, jew ma’ miżuri li huma konformi mal-liġi tal-Unjoni li jagħmlu effettivi tali atti leġislattivi tal-Unjoni jew leġislazzjoni nazzjonali, inklużi ordnijiet minn qrati jew awtoritajiet pubbliċi li jkunu ngħataw is-setgħat rilevanti;
jitħarsu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerk, tas-servizzi pprovduti permezz ta’ dak in-netwerk, u tat-tagħmir tat-terminal tal-utenti aħħarin;
tiġi pprevenuta konġestjoni imminenti tan-netwerk u jittaffew l-effetti ta’ konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja tan-netwerk, sakemm il-kategoriji ekwivalenti tat-traffiku jiġu trattati bl-istess mod.
Il-fornituri ta’ komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, jistgħu joffru jew jiffaċilitaw servizzi bħal dawn biss jekk il-kapaċità tan-netwerk tkun biżżejjed biex jiġu pprovduti flimkien ma’ kwalunkwe servizz ta’ aċċess għall-Internet ipprovdut. Servizzi bħal dawn ma għandhomx ikunu jistgħu jintużaw jew jiġu offruti bħala sostitut għal servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u ma għandhomx ikunu jagħmlu ħsara lid-disponibbiltà jew il-kwalità ġenerali tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet għall-utenti aħħarin.
Artikolu 4
Miżuri ta’ trasparenza biex jiġi żgurat aċċess għal Internet miftuħ
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jiżguraw li kwalunkwe kuntratt li jinkludi servizzi ta’ aċċess għall-Internet jispeċifika mill-inqas:
informazzjoni dwar kif il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku applikati minn dak il-fornitur jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, il-privatezza tal-utenti aħħarin u l-ħarsien tad-data personali tagħhom;
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe limitazzjoni fil-volum tad-data, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u b’mod partikolari fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe servizz imsemmi fl-Artikolu 3(5) li għalih ikun abbonat l-utent aħħari jista’ fil-prattika jkollu impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet ipprovduti lil dak utent aħħari;
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar il-veloċità minima, normalment disponibbli, massima u rreklamata tat-tniżżil u tat-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks fissi, jew tal-veloċità massima u rreklamata stmata tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks mobbli, u dwar kif devjazzjonijiet sinifikanti mill-veloċitajiet irreklamati rispettivi tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data jistgħu jolqtu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti aħħarin stipulati fl-Artikolu 3(1);
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem tar-rimedji disponibbli għall- konsumatur skont il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja tas-servizz ta’ aċċess għall-Internet fir-rigward tal-veloċità jew parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata skont il-punti (a) sa (d).
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal kuntratti konklużi jew imġedda mid-29 ta’ Novembru 2015.
Artikolu 5
Sorveljanza u infurzar
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapporti kull sena dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom, u jipprovdu dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni u lill-BEREC.
Artikolu 5a
Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw is-suq u l-iżviluppi tal-prezzijiet għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni.
Fejn fornitur ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati jistabbilixxi li, minħabba ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali li jiddistingwuh minn bosta fornituri oħra tal-Unjoni, l-applikazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ikollha impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-fornitur li jżomm il-prezzijiet eżistenti tiegħu għal komunikazzjonijiet domestiċi, awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fuq it-talba ta’ dak il-fornitur, tagħti deroga mill-paragrafu 1 biss sa fejn meħtieġ u għal perijodu ta’ sena li jiġġedded. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell domestiku tat-tariffi għandha tissejjes fuq fatturi oġġettivi rilevanti li jkunu speċifiċi għall-fornitur ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati, kif ukoll il-livell ta’ prezzijiet u dħul domestiku.
Fejn il-fornitur applikant ikun ipprovda l-evidenza meħtieġa, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddetermina l-livell tal-prezz massimu f’eċċess ta’ kwalunkwe wieħed jew taż-żewġ limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1 li jkunu indispensabbli sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell domestiku tat-tariffi tal-fornitur. Il-BEREC għandu jippubblika linji gwida dwar il-parametri li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-valutazzjonijiet tagħhom.
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi:
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż bl-ingrossa relatati mal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE;
l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u x-xejra tal-prezzijiet bl-imnut tal-komunikazzjonijiet intra-UE fl-Istati Membri differenti;
l-evoluzzjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi u l-għażla ta’ offerti speċjali u pakketti mhux imposti fuq il-bażi tal-konsum reali tal-komunikazzjonijiet intra-UE;
l-impatt possibbli fuq is-swieq nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b’mod partikolari fuq il-prezzijiet bl-imnut imposti fuq il-konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE, u l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq id-dħul għall-fornituri u, jekk possibbli, il-kapaċità ta’ investiment tal-fornituri, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-introduzzjoni futura ta’ networks f’konformità mal-miri għall-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 fejn l-imposti addizzjonali għall-komunikazzjonijiet intra-UE ma jkunux diġà ġew applikati;
il-firxa tal-użu, id-disponibbiltà u l-kompetittività tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jew kwalunkwe alternattiva għall-komunikazzjonijiet intra-UE;
l-evoluzzjoni tal-pjanijiet tariffarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE, u b’mod partikolari, il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 8 pproduċiet riżultati fid-direzzjoni tal-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi bejn komunikazzjonijiet domestiċi u dawk intra-UE.
Artikolu 5b
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 6
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri sat-30 ta’ April 2016 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 5a u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli u l-miżuri stabbiliti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5a sal-15 ta’ Mejju 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 7
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 531/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
jitħassru l-punti (i), (l) u (n);
jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“prezz domestiku bl-imnut” ifisser il-ħlas domestiku bl-imnut għal kull unità tal-fornitur tar-roaming applikabbli għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata minn klijent; fil-każ li ma jkun hemm ebda ħlas domestiku bl-imnut speċifiku għal kull unità, il-prezz domestiku bl-imnut għandu jitqies li huwa l-istess mekkaniżmu ta’ ħlas bħal dak applikat lill-konsumatur għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata fl-Istat Membru ta’ dak il-klijent;
“bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut” ifisser il-forniment ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fornuti lill-konsumaturi tar-roaming direttament fuq netwerk miżjura minn fornitur alternattiv tar-roaming.”.
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut”;
fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jitħassar;
il-paragrafi 4 u 5 jitħassru.
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Implimentazzjoni ta’ bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut”;
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
fil-paragrafu 3, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 6a
Tneħħija ta’ ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut
B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, sakemm l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat wara l-proposta msemmija fl-Artikolu 19(2) ikun applikabbli f’dik id-data, il-fornituri tar-roaming ma għandhom jimponu ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata bir-roaming regolata li ssir jew tiġi riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS bir-roaming regolat li jintbagħat u għal kwalunkwe servizz regolat ta’ roaming tad-data li jintuża, inklużi messaġġi MMS, u lanqas xi ħlas ġenerali biex it-tagħmir jew servizz terminali jkun jista’ jintuża barra mill-pajjiż, soġġett għall-Artikoli 6b u 6c.
Artikolu 6b
Użu ġust
Kwalunkwe politika ta’ użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkunsmaw volumi ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli li huma konsistenti mal-pjanijiet tariffarji rispettivi tagħhom.
Artikolu 6c
Is-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut
Artikolu 6d
Implimentazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut
Fir-rigward tal-Artikolu 6b, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u l-konsum fl-Istati Membri;
il-livell ta’ konverġenza tal-livelli tal-prezzijiet domestiċi madwar l-Unjoni;
it-tendenzi tal-ivvjaġġar fl-Unjoni;
kwalunkwe riskji ċari ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u dawk miżjura.
Fir-rigward tal-Artikolu 6c, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut għal fornitur tar-roaming, il-Kummissjoni għandha ssejjishom fuq dan li ġej:
id-determinazzjoni tal-ispejjeż globali reali u mbassra tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut b’referenza għall-ħlasijiet ta’ roaming bl-ingrossa effettivi għal traffiku żbilanċjat u sehem raġonevoli tal-ispejjeż konġunti u komuni meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;
id-determinazzjoni tad-dħul reali u mbassar mill-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;
il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming;
il-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bi prezzijiet domestiċi bl-imnut jaffettwa b’mod apprezzabbli l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet.
Artikolu 6e
Provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika ħlas supplimentari għall-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ‘l fuq minn kwalunkwe limiti skont kwalunkwe politika ta’ użu ġust, għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti (minbarra l-VAT):
kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandux jaqbeż il-ħlasijiet massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7(2), 9(1) u 12(1), rispettivament;
is-somma tal-prezz domestiku bl-imnut u kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandhiex taqbeż EUR 0,19 għal kull minuta, EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS u EUR 0,20 għal kull megabyte użata, rispettivament;
kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati riċevuti bir-roaming ma għandux jaqbeż il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafu 2.
Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw ebda ħlas supplimentari għal messaġġ SMS regolat li jiġi riċevut bir-roaming jew għal messaġġ fuq voicemail riċevut bir-roaming. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħlasijiet applikabbli l-oħra bħal dawk biex wieħed jisma’ messaġġi ta’ dan it-tip.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq telefonati magħmula u riċevuti bir-roaming fuq bażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perijodu minimu ta’ ħlas tal-bidu li ma jaqbiżx 30 sekonda għal telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq il-klijenti tagħhom għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fuq bażi ta’ kull kilobyte, ħlief għal messaġġi MMS li l-ħlas għalihom jista’ jkun ibbażat fuq kull unità. F’każ bħal dan, il-ħlas bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ messaġġ MMS bir-roaming m’għandux jaqbeż il-ħlas massimu bl-imnut għal servizzi regolati ta’ roaming tad-data stipulat fl-ewwel subparagrafu.
Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 6f(1), dan il-paragrafu m’għandux jipprekludi offerti li jipprovdu lill-klijenti tar-roaming, għal ħlas kuljum jew kwalunkwe ħlas perjodiku ieħor iffissat, ċertu volum ta’ konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bil-kundizzjoni li l-konsum tal-ammont sħiħ ta’ dak il-volum iwassal għal prezz tal-unità għat-telefonati magħmula, it-telefonati riċevuti u l-messaġġi SMS regolati mibgħuta bir-roaming u s-servizzi ta’ roaming tad-data li ma jaqbiżx il-prezz domestiku bl-imnut rispettiv u l-ħlas supplimentari massimu kif stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile għandha tissejjes fuq il-kriterji li ġejjin:
il-livell massimu tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile imposti fis-suq għal terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq netwerks tal-mobile individwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar l-Aċċess, u
l-għadd totali ta’ abbonati f’kull Stat Membru.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 6a u 6b, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti eżistenti u ġodda kollha tar-roaming awtomatikament.
Kwalunkwe klijent tar-roaming jista’, fi kwalunkwe ħin, jitlob li jaqleb għal jew minn tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jibdlu t-tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c, u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jaqilbu lura għaliha, kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu bidla sa meta t-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perijodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz regolat ta’ roaming bl-imnut jispeċifika l-karatteristiċi ewlenin ta’ dak is-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut, inkluż partikolarment:
il-pjan tariffarju jew pjanijiet tariffarji speċifiċi u, għal kull pjan tariffarju, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjoni;
kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ipprovduti bil-livell applikabbli ta’ prezzijiet domestiċi bl-imnut, partikolarment informazzjoni kwantifikata dwar kif kwalunkwe użu tal-politika ta’ użu ġust jiġi applikat b’referenza għall-parametri ewlenin tal-prezzijiet, tal-volum jew parametri oħrajn tas-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut ikkonċernat.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 6f
Ħlasijiet supplimentari tranżizzjonali ta’ roaming bl-imnut
L-Artikoli 8, 10 u 13 huma mħassra.
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwiti b’dan li ġej:
“Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tkun espressa fil-munita tal-kont tal-pajjiż ta’ oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent u għandha tinkludi informazzjoni dwar:
kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u
kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.”;
fil-paragrafu 1, is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-politika ta’ użu ġust u l-ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c, għandhom japplikaw ukoll għal servizzi ta’ roaming ta’ telefonati bil-vuċi u ta’ SMS użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.”;
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-fornituri tar-roaming għandhom wara dan ifakkru permezz ta’ messaġġ, f’intervalli raġonevoli, lill-konsumaturi kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.”.
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 2 huwa sostitwiti b’dan li ġej:
Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tinkludi informazzjoni dwar:
kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u
kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.
L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat tal-mobile tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, posta elettronika jew pop-up window fuq l-apparat tal-mobile, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz ta’ roaming tad-data f’dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent tar-roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-data, b’mezz xieraq li jkun adattat biex jiffaċilita li din tiġi riċevuta u tinftiehem faċilment.
Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.”;
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:
“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u jissorveljaw lill-fornituri tar-roaming li huma stess jagħmlu użu mill-Artikolu 6b, 6c u 6e(3).”
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 19
Rieżami
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa ppreċeduta minn konsultazzjoni pubblika, biex jiġu emendati l-ħlasijiet bl-ingrossa għas-servizzi regolati ta’ roaming stipulati f’dan ir-Regolament jew biex tiġi pprovduta soluzzjoni oħra biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fil-livell bl-ingrossa bil-ħsieb li jitneħħew il-ħlasijiet supplimentari tar-roaming regolat sal-15 ta’ Ġunju 2017.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. Kull rapport għandu jinkludi, fost affarijiet oħra, valutazzjoni ta’:
id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi regolati ta’ roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;
il-livell ta’ kompetizzjoni kemm fis-swieq bl-imnut kif ukoll f’dawk bl-ingrossa, b’mod partikolari s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;
sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi regolati ta’ roaming.
Fuq il-bażi tad-data miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment ukoll dwar l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll ta’ roaming u l-evoluzzjoni tar-rati reali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming.
Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data u dawk is-sejbiet.”.
▼M1 —————
Artikolu 9
Klawżola ta’ rieżami
Sat-30 ta’ April 2019 u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuqhom,. ‘akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti xierqa bil-ħsieb li jiġi emendat dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji
Huwa għandu japplika mit-30 ta’ April 2016, minbarra dan li ġej:
Fil-każ li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat wara l-proposta msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 ikun applikabbli fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6a sa 6d tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-punt 7(a) sa (c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 8(a), (b) u (d) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn dik id-data.
Fil-każ li l-att leġislattiv ma jkunx applikabbli fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikolu 6f tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 għandu jkompli japplika sakemm dak l-att leġislattiv isir applikabbli.
Fil-każ li dak l-att leġislattiv isir applikabbli wara l-15 ta’ Ġunju 2017, il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6a sa 6d tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-punt 7(a) sa (c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 8(a), (b) u (d) tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att leġislattiv;
l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-punt 4(c) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, u fil-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, rigward l-Artikoli 6d u 6e(2) tar-Regolament (EU) Nru 531/2012 għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015;
l-Artikolu 5(3) għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015;
il-punt 10 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mid-29 ta’ Novembru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 15, p. 355).
( 4 ) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 29, p. 514).
( 5 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1203/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 dwar il-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 347, 15.12.2012, p. 1).