02015R1108 — MT — 20.02.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika l-ħall skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181 9.7.2015, p. 75) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/149 tat-30 ta' Jannar 2019 |
L 27 |
20 |
31.1.2019 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1108
tat-8 ta' Lulju 2015
li japprova s-sustanza bażika l-ħall skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Approvazzjoni ta' sustanza bażika
Kif jispeċifika l-Anness I, is-sustanza l-ħall hija approvata bħala sustanza bażika bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Ħall Nru tal-CAS: 90132-02-8 |
Mhux disponibbli |
Grad ta' ikel li jkun fih massimu ta' 10 % ta' aċidu aċetiku. |
fl-1 ta' Lulju 2015. |
L-użi approvati huma biss dawk ta' funġiċida u ta' batteriċida bħala sustanza bażika. ►M1 Il-ħall għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-ħall (SANCO/12896/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu. ◄ |
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità l-ispeċifikazzjoni u l-użu tas-sustanza attiva nagħtaw fir-rapport ta' analiżi. |
||||
ANNESS II
Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“5 |
Ħall Nru tal-CAS: 90132-02-8 |
Mhux disponibbli |
Grad ta' ikel li jkun fih massimu ta' 10 % ta' aċidu aċetiku. |
fl-1 ta' Lulju 2015. |
L-użi approvati huma biss dawk ta' funġiċida u ta' batteriċida bħala sustanza bażika. Il-ħall jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-ħall (SANCO/12896/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.” |
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità l-ispeċifikazzjoni u l-użu tas-sustanza attiva nagħtaw fir-rapport ta' analiżi. |
|||||