02015R0757 — MT — 01.01.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►M2 REGOLAMENT (UE) 2015/757 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ◄ (ĠU L 123 19.5.2015, p. 55) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2071 tat-22 ta' Settembru 2016 |
L 320 |
1 |
26.11.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2023/957 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Mejju 2023 |
L 130 |
105 |
16.5.2023 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2776 tat-12 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
14.12.2023 |
|
REGOLAMENT (UE) 2015/757 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2015
dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f’portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Il-gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament huma:
id-diossidu tal-karbonju (CO2);
fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati mill-2024 ’il quddiem, il-metan (CH4); u
fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati mill-2024 ’il quddiem, l-ossidu nitruż (N2O).
Meta dan ir-Regolament jirreferi għall-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra jew gassijiet serra aggregati totali emessi, għandu jinftiehem li jirreferi għall-ammonti aggregati totali ta’ kull gass separatament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra koperti b’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1c), l-ewwel subparagrafu, minn bastimenti;
port ta’ waqfa tfisser port ta’ waqfa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (z), tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“vjaġġ” tfisser kwalunkwe moviment ta’ bastiment li joriġina minn port ta’ waqfa jew li jintemm fih;
“kumpanija” tfisser il-kumpanija tat-tbaħħir kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (w), tad-Direttiva 2003/87/KE;
“tunnellaġġ gross” (TG) tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkolat skont ir-regolamenti tal-kejl tat-tunnellaġġ li jinsab fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kejl tat-Tunnellaġġ Metriku tal-Bastimenti, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) f'Londra fit-23 ta' Ġunju 1969, jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessura tagħha;
“verifikatur” tfisser entità ġuridika li tagħmel attivitajiet ta' verifika li tkun akkreditata minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;
“verifika” tfisser l-attivitajiet li jsiru minn verifikatur sabiex jivvaluta l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpannija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
“dokument ta' konformità” tfisser dokument speċifiku għal bastiment, maħruġ għal kumpannija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-bastiment sar konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal perijodu speċifiku ta' rappurtar;
“informazzjoni oħra rilevanti” tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;
“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra relattivament għad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta' ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta' konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;
“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu raġonevolment jiġu attribwiti lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espress bħala perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kont meħud ta' kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;
“konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet jkun ġie definit sabiex jiġi żgurat li ma ssir l-ebda sottovalutazzjoni ta' emissjonijiet annwali jew sovravalutazzjoni ta' distanzi jew ta' ammonti ta' merkanzija li nġarru;
“perjodu ta’ rappurtar” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kwalunkwe sena partikolari; għall-vjaġġi li jibdew u jispiċċaw f’żewġ snin differenti, id-data rispettiva għandha titqies skont is-sena kkonċernata;
“bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b'mod sikur f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru waqt li jkun qed jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet ta' merkanzija;
“klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni mogħtija lill-bastiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-bandiera, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta minn dak l-Istat, li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f'kondizzjonijiet ta' silġ fuq il-baħar;
“awtorità amministrattiva responsabbli” tfisser l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir imsemmija fl-Artikolu 3gf tad-Direttiva 2003/87/KE;
“data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji” tfisser is-somma tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrappurtati minn kumpanija skont dik id-Direttiva, fir-rigward tal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħha matul il-perjodu ta’ rappurtar.
KAPITOLU II
MONITORAĠĠ U RAPPURTAR
TAQSIMA 1
Prinċipji u metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar
Artikolu 4
Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar
Artikolu 5
Metodi għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ u informazzjoni rilevanti oħra
Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħall-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 kif stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ biex jirrifletti n-natura tal-gassijiet serra rilevanti. Il-metodi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u r-regoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom, fejn xieraq, jiġu allinjati mal-metodi u r-regoli stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.
TAQSIMA 2
Pjan ta' monitoraġġ
Artikolu 6
Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta' monitoraġġ għall-bastiment ikkonċernat u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż ismu, in-numru tiegħu ta' identifikazzjoni tal-IMO, il-port tiegħu ta' reġistrazzjoni jew port ta' domiċilju, u l-isem ta' sid il-bastiment;
l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta’ persuna ta’ kuntatt u n-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-IMO tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat;
deskrizzjoni tas-sorsi ta' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ li ġejjin abbord il-bastiment: magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass bojlers u ġeneraturi tal-gass inert, u t-tipi ta' fjuwils użati;
deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-lista tas-sorsi ta' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ matul il-perijodu ta' rappurtar;
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi;
deskrizzjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inklużi:
il-metodu magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwils ta' kull sors ta' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ , inkluża, fejn applikabbli, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat,
proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-karburant ippompjat u tal-karburant fit-tankijiet, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trasmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli,
il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli,
proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-karburant tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli b'referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-konsumatur jew għall-istandards ta' preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;
fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta' analiżi u deskrizzjoni tal-laboratorji użati, bl-akkreditazzjoni ISO 17025 ta' dawk il-laboratorji, fejn rilevanti;
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-data tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza,
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta' passiġġieri, kif applikabbli,
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin ta' tbaħħir bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;
deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-data ta' sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-data;
folja ta' reġistrazzjoni ta' reviżjoni biex tirreġistra d-dettalji kollha tal-istorja ta' reviżjoni.
Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex temenda l-Artikoli 6 sa 10 fir-rigward tar-regoli li jinsabu f’dawk l-Artikoli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, biex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli.
Artikolu 7
Modifiki fil-pjan ta' monitoraġġ
Il-kumpanniji għandhom jimmodifikaw il-pjan ta' monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
fejn isseħħ bidla fil-kumpannija;
fejn iseħħu emissjonijiet ġodda ta' ►M2 gass serra ◄ minħabba sorsi ġodda ta' emissjonijiet jew minħabba l-użu ta' fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;
fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' tagħmir tal-kejl, ta' metodi ġodda għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ġodda ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li tista' taffettwa l-eżattezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ ;
fejn id-data li tirriżulta mill-metodu ta' monitoraġġ applikat tinstab li mhijiex korretta;
fejn kwalunkwe parti mill-pjan ta' monitoraġġ hija identifikata bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jkun meħtieġ li l-kumpannija tirrivediha skont l-Artikolu 13(1).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni ta’ bidliet fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli.
TAQSIMA 3
Monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ u informazzjoni rilevanti oħra
Artikolu 8
Monitoraġġ tal-attivitajiet fil-perijodu ta' rappurtar
Mill-1 ta' Jannar 2018, il-kumpanniji għandhom, fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), jagħmlu monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ għal kull bastiment abbażi ta' kull vjaġġ u kull sena billi japplikaw il-metodu xieraq għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ skont il-Parti A tal-Anness I.
Artikolu 9
Monitoraġġ abbażi ta' kull vjaġġ
Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment li jasal fi, jew jitlaq minn, port, u għal kull vjaġġ lejn jew minn port, li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti A tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:
il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;
l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil totalment ikkonsmat;
►M2 gass serra ◄ emess;
id-distanza vjaġġata;
il-ħin fuq il-baħar;
il-merkanzija li nġarret;
ix-xogħol ta' trasport.
Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik relatata man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kumpannija għandha tiġi eżentata mill-obbligu ta' monitoraġġ tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi ta' kull vjaġġ fir-rigward ta' bastiment speċifiku, jekk:
il-vjaġġi kollha tal-bastiment matul il-perijodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u
il-bastiment, skont l-iskeda tiegħu, jagħmel aktar minn 300 vjaġġ matul il-perijodu ta' rappurtar.
Artikolu 10
Monitoraġġ abbażi ta' kull sena
Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti B tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:
l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil ikkonsmat bħala total;
l-ammont totali ta' ►M2 gass serra ◄ aggregat emess fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
it-totali tad-distanza vjaġġata;
it-totali tal-ħin ta' tbaħħir;
it-totali tax-xogħol ta' trasport;
il-medju tal-effiċjenza enerġetika;
l-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) ta’ dik id-Direttiva prevista fl-Artikolu 12(3-e) sa (3-b) tagħha.
Il-kumpanniji jistgħu jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni marbuta mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik marbuta man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.
Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-fjuwil ikkunsmat u ta' ►M2 gass serra ◄ emess billi jiddifferenzjaw abbażi ta' kriterji oħra definiti fil-pjan ta' monitoraġġ.
TAQSIMA 4
Rappurtar
Artikolu 11
Il-kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet
Mill-2025, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom, għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jippreżentaw lill-awtorità amministrattiva responsabbli, lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera kkonċernati għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u lill-Kummissjoni rapport dwar l-emissjonijiet għall-perjodu kollu ta’ rappurtar tas-sena ta’ qabel, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur skont l-Artikolu 13. L-awtorità amministrattiva responsabbli tista’ titlob lill-kumpaniji jippreżentaw ir-rapporti dwar l-emissjonijiet tagħhom sa data aktar kmieni mill-31 ta’ Marzu, iżda mhux aktar kmieni mit-28 ta’ Frar.
Il-kumpanniji għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet l-informazzjoni li ġejja:
id-data li tidentifika l-bastiment u l-kumpannija, inklużi:
l-isem tal-bastiment,
in-numru ta' identfikazzjoni tal-IMO,
il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta' domiċilju,
klassi tas-silġ tal-bastiment, jekk inkluża fil-pjan ta' monitoraġġ,
l-effiċjenza teknika tal-bastiment (Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI) jew Valur tal-Indiċi Stmat (EIV) skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.215 (63), fejn applikabbli)
l-isem ta' sid il-bastiment,
l-indirizz ta' sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu,
l-isem tal-kumpannija (jekk mhuwiex is-sid tal-bastiment),
l-indirizz tal-kumpannija (jekk mhux is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha,
l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta' persuna ta' kuntatt;
l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet;
informazzjoni dwar il-metodu ta' monitoraġġ użat u l-livell ta' inċertezza relatat;
ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10.
Artikolu 11a
Ir-rappurtar u l-preżentazzjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji
Artikolu 12
Il-format tar-rapport dwar l-emissjonijiet u r-rappurtar tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji
KAPITOLU III
VERIFIKA U AKKREDITAZZJONI
Artikolu 13
Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika u tar-rapport ta' verifika
Meta l-verifikatur jikkonkludi, b’assigurazzjoni raġonevoli, li d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tkun ħielsa minn dikjarazzjonijiet ħżiena materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika li jiddikjara li d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.
Artikolu 14
Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
Meta jikkunsidra l-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tal-proċeduri ta' monitoraġġ applikati mill-kumpannija, il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta' monitoraġġ u tad-data u l-informazzjoni relatati mal-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ , b'mod partikolari:
il-mod kif jiġi attribwit il-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u l-kejl u l-kalkoli relatati;
l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjonijiet;
il-kalkoli li jwasslu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra u tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu skont l-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva;
il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika.
Il-verifikatur għandu jikkunsidra biss rapporti dwar emissjonijiet li jkunu sottomessi skont l-Artikolu 12 jekk data u informazzjoni affidabbli u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ jiġu ddeterminati b'livell raġonevoli ta' ċertezza u bil-kondizzjoni li jkun żgurat kif ġej:
id-data rappurtata hija koerenti relattivament għal data estimata li tkun ibbażata fuq id-data tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;
id-data rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b'mod partikolari meta jitqabbel il-volum totali tal-fjuwil mixtri kull sena minn kull bastiment mal-aggregat tal-fjuwil ikkonsmat matul vjaġġi;
il-ġbir tad-data sar f'konformità mar-regoli applikabbli; u
ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u konsistenti.
Artikolu 15
Proċeduri ta' verifika
Artikolu 16
Akkreditazzjoni tal-verifikaturi
KAPITOLU IV
KONFORMITÀ U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 17
Dokument ta' konformità
Id-dokument ta' konformità għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);
l-isem, l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta' sid il-bastiment;
l-identità tal-verifikatur;
id-data tal-ħruġ tad-dokument ta' konformità, il-perijodu ta' validità tiegħu u l-perijodu ta' rappurtar li għalih jirriferi.
Artikolu 18
Obbligu li jkun hemm dokument ta' konformità validu abbord
Sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara t-tmiem ta' perijodu ta' rappurtar, il-bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, u li jkunu għamlu vjaġġi matul dak il-perijodu ta' rappurtar, għandhom ikollhom abbord dokument ta' konformità.
Artikolu 19
Konformità ma' rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar u ispezzjonijiet
Artikolu 20
Penali, skambju ta' informazzjoni u ordni ta' tkeċċija
Meta bastiment kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jinstab li kien f’wieħed mill-portijiet tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, jista’ joħroġ ordni ta’ detenzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-EMSA u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
It-twettiq ta’ dawk l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għandu jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tkeċċija. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta’ bastimenti f’diffikultà.
Il-possibbiltà ta’ deroga skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal Stat Membru li l-awtorità tiegħu hija l-awtorità amministrattiva responsabbli.
Artikolu 21
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni u tar-rapport tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej fl-informazzjoni li għandha ssir disponibbli pubblikament:
l-identità tal-bastiment (l-isem, il-kumpanija, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-IMO u l-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta’ domiċilju);
l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli);
l-emissjonijiet ►M2 gass serra ◄ annwali;
it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;
il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ►M2 gass serra ◄ għal kull distanza mbaħħra fuq vjaġġi;
il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ għal kull distanza mbaħħra u merkanzija għal vjaġġi;
il-ħin totali annwalment imqatta' fuq il-baħar għal vjaġġi;
il-metodu applikat għall-monitoraġġ;
id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tad-dokument ta' konformità;
l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet.
kull informazzjoni oħra mmonitorjata u rrappurtata fuq bażi volontarja f'konformità mal-Artikolu 10.
KAPITOLU V
KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 22
Kooperazzjoni internazzjonali
Artikolu 22a
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, tirrevedi dan ir-Regolament, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-esperjenza ulterjuri miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu, fost oħrajn, bil-għan li tinkludi l-bastimenti ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-ħsieb ta’ inklużjoni sussegwenti possibbli ta’ tali bastimenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jew li tipproponi miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn tali bastimenti. Dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
KAPITOLU VI
SETGĦAT TA' DELEGA U TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Eżerċizzju tad-delega
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 11a(4) u l-Artikolu 13(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-5 ta’ Ġunju 2023.
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin rispettiv. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza, ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għall-atti delegati adottati sal-1 ta’ Ottubru 2023 skont l-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 6(8), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 11(4).
Artikolu 24
Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 25
Emendi għad-Direttiva 2009/16/KE
Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness IV għad-Direttiva 2009/16/KE:
“50. Dokument ta' Konformità maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet jiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( *1 ).
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
A. KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA (ARTIKOLU 9)
1. Formuli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-fjuwils “i” kollha li jużaw, permezz tal-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CH4 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CH4 li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-fjuwils “i” kollha użati flimkien mal-emissjonijiet ikkawżati mit-telf tas-CH4, permezz tal-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-N2O billi jżidu l-emissjonijiet tal-N2O tal-fjuwils “i” kollha użati, permezz tal-formula li ġejja:
Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat separatament għall-emissjonijiet minn vjaġġi bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal emissjonijiet fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Il-konsum tal-fjuwil fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru waqt l-irmiġġ għandu jiġi kkalkolat separatament.
|
Terminu |
Spjegazzjoni |
|
GHGMRV |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2, fejn “ekwivalenti ta’ CO2” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, bil-konverżjoni tal-ammonti ta’ CH4 u N2O għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali. |
|
|
Total aggregat ta’ CO2 emess. |
|
|
Total aggregat ta’ CH4 emess. |
|
|
Total aggregat ta’ N2O emess. |
|
|
Potenzjal ta’ tisħin globali tas-CH4 fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044( (1)). |
|
|
Potenzjal ta’ tisħin globali tal-N2O fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1044. |
|
“i” |
Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils użati abbord il-bastiment fil-perjodu ta’ rapportar. |
|
“j” |
Indiċi li jikkorrispondi għas-sorsi tal-emissjonijiet abbord il-bastiment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi kkunsidrati jinkludu mill-inqas il-magni ewlenin, il-magni awżiljarji, it-turbini tal-gass, il-bojlers u l-ġeneraturi tal-gassijiet inerti. |
|
Mi |
Il-konsum tal-fjuwil, bħala l-massa totali tal-fjuwil “i” speċifiku użat (total għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet). |
|
Mi, j |
Il-konsum tal-fjuwil, bħala massa tal-fjuwil i speċifiku użat fl-emittent j. |
|
Cj |
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-fjuwil mitluf (koeffiċjent ta’ telf) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil “i“użat mill-emittent “j” [%]. Cjtinkludi l-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu. L-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-emittent jew li ma jiġix ikkunsmat mill-emittent minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. |
|
Mi,NC |
Il-massa totali ta’ fjuwil “i” mhux maħruq iżda rilaxxat fl-atmosfera.
|
|
|
L-ammont ta’ CH4 mhux maħruq rilaxxat fl-atmosfera. Sabiex jiddeterminaw dan l-ammont, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:
|
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CO2 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CH4 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-N2O bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
|
(1)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (ĠU L 230, 17.7.2020, p. 1). |
|
2. Fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti
Fit-tabella li ġejja:
Il-valuri prestabbiliti, kif jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt, għall-fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwils u għall-emittenti użati abbord il-bastiment għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Meta ċellola tindika jew TBM jew N/A, għandu jintuża l-ogħla valur prestabbilit tal-klassi tal-fjuwil fl-istess kolonna. Fejn, għal klassi partikolari ta’ fjuwil, iċ-ċelloli kollha fl-istess kolonna jindikaw jew TBM jew N/A, għandu jintuża valur prestabbilit tat-tip ta’ fjuwils fossils l-inqas favorevoli. Din ir-regola ma tapplikax għall-kolonna 6 fejn TBM jew N/A tirreferi għal valuri mhux disponibbli għall-emittent. Fil-każ ta’ ebda valur awtomatiku għas-Cj, għandu jintuża valur iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
Il-kumpaniji jistgħu jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, wara, kif applikabbli, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament (UE) 2023/1805.
Għall-fjuwils mhux fossili mhux elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, il-kumpanija għandha tiddetermina l-fatturi tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066**.
Fejn ikun hemm taħlita ta’ fjuwils, kull fjuwil għandu jitqies separatament.
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
Klassi tal-Fjuwil |
Tip ta’ Fjuwil |
|
|
|
Cj Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-emittent |
|
Fossili |
HFO Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK |
3,114 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
LFO Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD |
3,151 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
MDO MGO Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB |
3,206 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
LNG |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
|||||
|
LPG (Butan) |
3,03 |
TBM |
TBM |
Mhux disponibbli |
|
|
LPG (Propan) |
3,00 |
TBM |
TBM |
Mhux disponibbli |
|
|
H2 (fossili) |
0 |
0 |
— għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil |
— |
|
|
TMM għal Magna b’Kombustjoni Interna (ICE) |
|||||
|
NH3 (fossili) |
0 |
Mhux disponibbli |
TBM |
Mhux disponibbli |
|
|
Metanol (fossili) |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
|
|
Bijofjuwils |
Etanol |
1,913 |
TBM |
TBM |
— |
|
Bijodiżil |
2,834 |
TBM |
TBM |
— |
|
|
Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO) |
3,115 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bio-LNG) |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
|||||
|
Bijometanol |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
|
|
Oħra |
3,115 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
Bio-H2 |
0 |
0 |
0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil |
— |
|
|
TBM għal ICE |
|||||
|
Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) – e-Fjuwils |
e-Diżil |
3,206 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
e-Metanol |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
|
|
e-LNG |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
|||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
|||||
|
e-H2 |
0 |
0 |
0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil |
— |
|
|
TBM għal ICE |
|||||
|
e-NH3 |
0 |
Mhux disponibbli |
TBM |
Mhux disponibbli |
|
|
e-LPG |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
|
|
e-DME |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
— |
Il-kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils.
Il-kolonna 2 tidentifika l-isem tat-tipi rilevanti ta’ fjuwil għal kull klassi.
Il-kolonna 3 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għad-diossidu tal-karbonju f’gCO2/gfjuwil.
Il-kolonna 4 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-metan f’gCH4/gfuel.
Il-kolonna 5 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel].
Il-kolonna 6 tidentifika l-parti tal-fjuwil mitlufa bħala emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu (Cj) imkejla bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għal fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu kif ippreżentat fit-tabella huwa espress f’% tal-massa tal-fjuwil użat. Il-valuri ta’ Cj fit-tabella huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija sħiħa tal-magna.
* Ir-Regolament (UE) 2023/1085 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).
** Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).
B. METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA
Il-kumpanija għandha tindika fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodu ta’ monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba jkun intgħażel il-metodu, dan jiġi applikat konsistentement.
Jistgħu jintużaw il-metodi A, B, C u D li ġejjin, abbażi tal-approċċ tal-kalkolu jew tal-approċċ tal-kejl.
Skont l-approċċ tal-kalkolu (il-metodi A, B u C), l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli stabbiliti fil-Parti A. Għal dak il-għan, il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull vjaġġ għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C deskritti hawn taħt u użati għall-fini tal-kalkolu. Is-sorsi ta’ inċertezza u l-livelli assoċjati ta’ inċertezza għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C. Il-kumpanija għandha twettaq regolarment attivitajiet ta’ kontroll xierqa, fosthom kontroverifiki bejn il-kwantità tal-bunkering kif mogħtija min-Nota tal-Kunsinna tal-Bunker (BDN) u l-kwantità tal-bunkering indikata mill-kejl abbord, u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet notevoli.
Skont l-approċċ tal-kejl (il-metodu D), jintuża l-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti.
Kwalunkwe kombinazzjoni tal-metodi A, B, C u D, ladarba tkun valutata mill-verifikatur, tista’ tintuża jekk iżżid il-preċiżjoni ġenerali tal-kejl.
1. Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif indikat fuq il-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, flimkien mal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perjodu u l-fjuwil de-bunkered bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.
Dan il-metodu ma għandux jintuża meta l-BDN ma humiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG).
Taħt ir-regolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL, il-BDN hija obbligatorja, u għandha tinżamm abbord għal 3 snin wara l-kunsinna tal-fjuwil tal-bunker u għandha tkun disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjuwil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet rilevanti għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
sistemi ta’ kejl abbord;
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
2. Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tankijiet tal-fjuwil għat-tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tankijiet għandu jsir kuljum meta l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar u kull darba li l-bastiment ikun qed jibbankerja jew jiġi żvujtat.
Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ istanzi ta’ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.
Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
sistemi ta’ kejl abbord;
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
3. Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-data mill-arloġġi għall-kejl tal-flussi konnessi ma’ sorsi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil għal perjodu speċifiku.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu mmonitorjati.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-arloġġi għall-kejl tal-flussi użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ikkunsmat jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
sistemi ta’ kejl abbord;
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
4. Metodu D: Kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti
Il-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti jista’ jintuża għal vjaġġi u għal emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Għall-bastimenti li għalihom ir-rapportar tas-CO2 huwa bbażat fuq dan il-metodu applikat għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet abbord il-bastiment, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla tas-CO2 u l-fatturi tal-emissjoni applikabbli tal-fjuwils u tas-sorsi tal-emissjonijiet rilevanti.
Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.
L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma għandhiex iżżomm lill-kumpaniji milli japplikaw kwalunkwe metodu ieħor deskritt f’din il-Parti għal kwalunkwe gass serra ieħor.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-apparati użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
C. IMMANIĠĠAR U KONTROLL TAD-DATA
1. Sistema ta’ kontroll
1.1. Il-kumpanija għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tidentifika sorsi ta’ riskji ta’ żbalji fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fir-rapport tal-emissjonijiet u għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiżgura li r-rapporti li jirriżultaw minn attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu f’konformità mal-pjan tal-monitoraġġ u ma’ dan ir-Regolament.
Il-kumpanija għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel paragrafu disponibbli għall-awtorità amministrattiva responsabbli fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika.
1.2. Għall-finijiet tal-punt 1.1, l-ewwel paragrafu, il-kumpanija għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm proċeduri bil-miktub, separatament mill-pjan ta’ monitoraġġ, għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u tinkludi referenzi għal u deskrizzjoni ta’ dawk il-proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-kumpanija għandha tagħmel kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmel ukoll disponibbli tali dokumentazzjoni għall-finijiet tal-verifika.
1.3. L-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.2 għandhom jinkludu, fejn applikabbli:
il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;
il-garanzija tal-kwalità ta’ sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b’mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, akkurat u f’waqtu tad-data skont ir-riskji identifikati skont punt 1.1;
is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta’ fluss tad-data u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif ukoll l-immaniġġar tal-kompetenzi meħtieġa;
rieżamijiet interni u validazzjoni tad-data;
korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;
kontroll tal-proċessi esternalizzati;
iż-żamma ta’ reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġar ta’ verżjonijiet ta’ dokumenti.
1.4. Għall-finijiet tal-punt 1.3(a), il-kumpanija għandha tiżgura li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi kkontrollat skont standards ta’ kejl traċċabbli għall-istandards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u b’mod proporzjonat mar-riskji li ġew identifikati.
Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, il-kumpanija għandha tidentifika dawk il-komponenti fil-pjan ta’ monitoraġġ u tipproponi attivitajiet alternattivi ta’ kontroll.
Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-kumpanija għandha tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih.
1.5. Għall-finijiet tal-punt 1.3(d), il-kumpanija għandha tirrieżamina u tivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-punt 1.2.
Tali rieżami u validazzjoni tad-data għandhom jinkludu dan li ġej:
verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;
tqabbil tad-data li l-kumpanija tkun kisbet, immonitorjat u rrapportat tul diversi snin;
tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn metodi ta’ monitoraġġ differenti meta jiġi applikat aktar minn metodu ta’ monitoraġġ wieħed.
1.6. Għall-finijiet tal-punt 1.3(e), il-kumpanija għandha tiżgura li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawn l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed.
1.7. Għall-finijiet tal-punt 1.3(f), meta l-kumpanija testernalizza waħda jew aktar mill-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.1, għandha tipproċedi għal dan kollu li ġej:
tivverifika l-kwalità tal-attivitajiet tal-fluss tad-data esternalizzati u l-attivitajiet ta’ kontroll skont dan ir-Regolament;
tindika rekwiżiti xierqa għall-prodotti tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f’dawn il-proċessi;
tivverifika l-kwalità tal-prodotti u l-metodi msemmija fil-punt (b);
tiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b’mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.1.
1.8. Il-kumpanija għandha timmonitorja l-effettività tas-sistema ta’ kontroll, inkluż billi twettaq rieżamijiet interni u tikkunsidra s-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet u rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2).
Meta l-kumpanija ssib li s-sistema ta’ kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, din għandha tipprova ttejjeb is-sistema ta’ kontroll u taġġorna l-pjan tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, skont kif ikun xieraq.
2. Lakuni fid-data
2.1. Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, il-kumpanija għandha tuża data ta’ sostituzzjoni kkalkolata skont il-metodu/i alternattiv(i) indikat(i) fil-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli.
Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, li għaliha l-pjan ta’ monitoraġġ ma jelenka l-ebda metodu ta’ monitoraġġ alternattiv jew sors alternattiv ta’ data biex jikkorrobora d-data jew għall-għeluq tad-data, il-kumpanija għandha tuża metodu ta’ stima xieraq għad-determinazzjoni ta’ data ta’ sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta’ żmien rispettiv u għall-parametru nieqes.
2.2. Fejn, għal raġunijiet tekniċi, temporanjament ma jkunx fattibbli li jiġi applikat il-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat b’mod sodisfaċenti mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli, il-kumpanija għandha tapplika metodu bbażat fuq sorsi alternattivi ta’ data elenkati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-fini tat-twettiq ta’ kontrolli korrobottivi, jew, jekk tali alternattiva ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ, metodu alternattiv li jipprovdi data ta’ sostituzzjoni jew stima konservattiva, sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat ikunu reġgħu nkisbu.
Il-kumpanija għandu tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikseb applikazzjoni minnufih tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.
2.3. Meta jintuża metodu ta’ stima f’konformità mal-punt 2.1, jew fejn isseħħ devjazzjoni temporanja mill-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-punt 2.2, il-kumpanija għandha mingħajr dewmien żejjed tiżviluppa proċedura bil-miktub biex tevita dan it-tip ta’ nuqqas ta’ data fil-futur u timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 7.”
ANNESS II
Monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra
A. MONITORAĠĠ GĦAL KULL VJAĠĠ (ARTIKOLU 9)
1. Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi ta' kull vjaġġ (Artikolu 9 (1)), il-kumpanniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:
►M1 id-data u s-siegħa tat-tluq mill-irmiġġ u tal-wasla fl-irmiġġ għandhom jiġu kkunsidrati bl-użu tal-Ħin Universali ta' Greenwich (GMT/UTC). ◄ Il-ħin ta' tbaħħir għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ.
id-distanza tal-vjaġġ tista' tkun jew id-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta' korrezzjoni konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza mbaħħra ma tkunx sottovalutata b'mod sinifikanti. Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jispeċifika liema kalkolu ta' distanza jintuża u, jekk neċessarju, il-fattur ta' korrezzjoni użat. ►M1 Id-distanza vvjaġġata għandha tkun determinata mill-irmiġġ fil-port tat-tluq sal-irmiġġ fil-port tal-wasla u għandha tkun espressa f'mili nawtiċi. ◄
ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza ta' tbaħħir tiġi mmultiplikata bl-ammont ta' merkanzija li tinġarr.
għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta' passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta' bastimenti, l-ammont ta' merkanzija li tinġarr għandu jkun espress jew bħala tunnellati metriċi jew bħala metri kubi standard ta' merkanzija, skont il-każ;
►M1 għal bastimenti ro-ro, il-merkanzija li tkun qed tinġarr għandha tiġi definita bħala l-massa ta' merkanzija abbord, stabbilita bħala l-massa attwali jew bħala n-numru ta' unitajiet ta' merkanzija (trakkijiet, karozzi, eċċ.) jew il-metri fil-korsija okkupati mmultiplikat bil-valuri predefiniti għall-piż tagħhom. ◄
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment ro-ro” tfisser bastiment mibni għall-ġarr ta' unitajiet għat-trasport ta' merkanzija roll-on-roll-off jew li jkollu spazju għal merkanzija roll-on-roll-off.
għal bastimenti tal-kontejners, il-merkanzija li tinġarr għandha tiġi definita bħala l-piż totali tal-merkanzija f'tunnellati metriċi jew, fin-nuqqas ta' dan,l-ammont ta' Għoxrin Pied ta' Unitajiet Ekwivalenti (TEUs, Twenty HUF Equivalent Units) multiplikat b'valuri prestabbiliti għall-piż tgaħhom. Fejn il-merkanzija li tkun qed tinġarr minn bastiment tal-kontejners tiġi definita skont il-linji gwida applikabbli tal-IMO jew strumenti skont il-Konvenzjoni għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS), dik id-definizzjoni għandha titqies bħala konformi ma' dan ir-Regolament.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment tal-kontejners” tfisser bastiment mibni esklużivament għall-ġarr ta' kontejners fl-istiva jew fuq il-gverta;
id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners għandha tiffaċilita li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-piż u l-volum tal-merkanzija li tinġarr u l-għadd ta' passiġġieri li jinġarru. Dawn il-kategoriji għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, tankers, bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa, bastimenti ta' merkanzija ġenerali, bastimenti tal-merkanzija bil-friża, bastimenti tal-vetturi u bastimenti li jġorru kombinazzjoni ta' dawn.
2. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ►M3 il-punt 1(g) ◄ , il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti implimentattivi, regoli tekniċi li jispeċifikaw il-parametri applikabbli għall-kull kategorija oħra ta' bastimenti msemmija taħt dak il-punt.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016 skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tirrivedi, fejn ikun il-każ, il-parametri applikabbli msemmija ►M3 il-punt 1(g) ◄ . Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll dawk il-parametri biex jittieħed kont tal-emendi f'dan l-Anness skont l-Artikolu 5(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
3. Waqt li jikkonformaw mar-regoli msemmija ►M3 il-punti 1 u 2 ◄ , il-kumpanniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni minn ġos-silġ.
B. MONITORAĠĠ FUQ BAŻI TA’ KULL SENA (ARTIKOLU 10)
Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali, il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:
Il-valuri li tagħhom għandu isir monitoraġġ taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu determinati bl-aggregazzjoni tad-data rispettiva għal kull vjaġġ.
L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ mill-inqas erba’ indikaturi: il-konsum tal-fjuwil għal kull distanza, il-konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport, li għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata
Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta’ xogħol ta’ trasport
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/id-distanza totali vvjaġġata
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/ix-xogħol totali ta’ trasport.
Barra minn hekk, meta jkun rilevanti, il-bastimenti jistgħu jimmonitorjaw l-effiċjenza enerġetika medja billi jużaw iż-żewġ indikaturi tal-effiċjenza enerġetika li ġejjin: il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar, li għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
Il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar = il-konsum annwali totali tal-fjuwil/il-ħin totali li jitwettaq fuq il-baħar
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/il-ħin totali li jitqatta’ fuq il-baħar
Waqt li jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli, il-kumpaniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni ġos-silġ, kif ukoll informazzjoni oħra relatata mal-fjuwil ikkunsmat u l-emissjoni tal-gassijiet serra, waqt li jkun hemm differenzazzjoni abbażi ta’ kriterji oħrajn indikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
C. MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TOTALI AGGREGATI TAL-GASSIJIET SERRA KOPERTI MID-DIRETTIVA 2003/87/KE FIR-RIGWARD TAL-ATTIVITAJIET TAT-TRASPORT MARITTIMU U TAL-INFORMAZZJONI BIEX JIĠU ĠĠUSTIFIKATI D-DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(3) TA’ DIK ID-DIRETTIVA (ARTIKOLU 10, PUNT (K))
1. Regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra ta’ bastiment koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva
Il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-ammonti rilevanti ta’ kull gass serra separatament u t-total ta’ dawk l-ammonti espressi f’ekwivalenti ta’ CO2.
Il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw l-ammonti ta’ kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat għall-attivitajiet tat-trasport marittimu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva.
Il-kumpaniji għandhom, fejn applikabbli, iwettqu l-kalkoli stipulati fil-punti 1.1. sa 1.7 fl-ordni stabbilita hawn taħt.
1.1. Prinċipju ġenerali
Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tat-tipi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.
1.2. Deroga mill-prinċipju ġenerali u l-użu ta’ fatturi tal-emissjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE
B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża fjuwil li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u mal-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil għandu jkun żero.
B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) u Fjuwil tal-Karbonju Riċiklat (RCF). F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
1.3. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ vjaġġ bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru
F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 u 1.2 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’50 % meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rilaxxati minn bastiment li jwettaq vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jew vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
1.4. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fl-Artikolu 12(3a) u (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE
B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) jew (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti ta’ tali emissjonijiet ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.
1.5. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra minn vjaġġ jew attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE
B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.4 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.
1.6. Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-każ li l-kumpanija tkun trid tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva
Il-kumpaniji li jridu jibbenefikaw mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ prevista fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom inaqqsu 5 % mill-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.5 ta’ din il-Parti, kif applikabbli.
1.7. Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva
Fir-rigward tal-emissjonijiet għas-snin ta’ rapportar 2024 u 2025, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-perċentwali ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għall-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.6 ta’ din il-Parti, kif applikabbli. Il-kumpaniji għandhom jaggregaw l-ammonti ta’ kull gass biex jikkalkulaw l-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE.
2. Monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE
2.1. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw, għall-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta’ deroga prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, fuq bażi ta’ kull vjaġġ:
il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;
l-ammont u l-fattur tal-emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.2;
l-emissjonijiet tal-gassijiet serra emessi, ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3;
id-distanza vvjaġġata;
il-ħin imqatta’ fuq il-baħar.
2.2. Meta l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra rilaxxati minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE u fejn, skont l-iskeda tagħha, il-bastiment iwettaq aktar minn 300 vjaġġ matul dak il-perjodu ta’ rapportar, il-kumpanija ma għandhiex tkun obbligata timmonitorja l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 ta’ din il-Parti fuq bażi ta’ kull vjaġġ fir-rigward ta’ dak il-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar.
2.3. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jipprovdu informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment.
ANNESS III
Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-atti delegati previsti fl-Artikoli 15 u 16
A. PROĊEDURI TA' VERIFIKA
B. AKKREDITAZZJONI TAL-VERIFIKATURI
( 1 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
( 3 ) Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).
( 4 ) Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar- rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
( *1 ) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.”.
( 5 ) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)