02015R0242 — MT — 08.03.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/242 tad-9 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 041 17.2.2015, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1575 tat-23 ta' Ġunju 2017 |
L 239 |
1 |
19.9.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/204 tat-8 ta’ Diċembru 2021 |
L 34 |
1 |
16.2.2022 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/242
tad-9 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Stat Membru kkonċernat” tfisser Stat Membru li jkollu interess ta' ġestjoni diretta fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(22) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fil-qasam tal-kompetenza ta' Kunsill Konsultattiv kif iddefinit fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għall-Kunsilll Konsultattiv għall-akkwakultura u l-Kunsill Konsultattiv għas-swieq, “Stat Membru kkonċernat” se tkun tfisser l-Istati Membri kollha tal-Unjoni.
“Organizzazzjonijiet tas-setturi” tfisser organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi fis-settur tas-sajd (fosthom lis-sajjieda impjegati) u, fejn jixraq, lill-operaturi fis-settur tal-akkwakultura, u rappreżentanti mis-setturi tal-ipproċessar u tal-kummerċ.
“Gruppi ta' interess oħrajn” tfisser rappreżentanti ta' gruppi affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd li mhumiex organizzazzjonijiet tas-settur, b'mod partikolari organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi tal-konsumaturi.
Artikolu 3
Il-bidu tal-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi l-ġodda
Organizzazzjonijiet tas-settur u gruppi ta' interess oħrajn b'interess f'wieħed mill-Kunsilli Konsultattivi msemmijin fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom iressqu applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv rispettiv. L-applikazzjoni konġunta għandha tkun kompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fl-Artikolu 43(1) u fl-Anness III, u għandha tinkludi:
dikjarazzjoni tal-għanijiet;
il-prinċipji tal-operazzjoni;
ir-regoli tal-proċedura;
lista tal-organizzazzjonijiet tas-settur u ta' gruppi ta' interess oħrajn.
Artikolu 4
L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi
L-assemblea ġenerali ta’ Kunsill Konsultattiv għandha:
tadotta r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill Konsultattiv;
tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena biex tapprova r-rapport annwali, il-pjan strateġiku annwali u l-baġit annwali tal-Kunsill Konsultattiv;
tiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsill Konsultattiv taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn” permezz tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I u abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli, bħad-dispożizzjonijiet tal-istatuti, il-lista tal-membri u n-natura tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni kkonċernata.
Il-Kumitat Eżekuttiv għandu:
jiggwida u jimmaniġġja l-kompiti tal-Kunsill Konsultattiv f’konformità mal-Artikolu 44(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
iħejji r-rapport annwali, il-pjan strateġiku annwali u l-baġit annwali;
jadotta r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti msemmijin fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 5
Metodi ta’ Ħidma
Il-Kunsill Konsultattiv għandu jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti maħruġa:
jikkonformaw mar-regoli u mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
jiġu żviluppati skont prinċipji stretti ta’ trasparenza, rappreżentanza bilanċjata u rispett tal-opinjonijiet kollha espressi;
jiġu adottati, fejn possibbli, b’kunsens. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, l-opinjonijiet tal-membri li ma jaqblux għandhom jiġu rreġistrati fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-maġġoranza tal-membri preżenti li jkunu qed jivvotaw.
Artikolu 6
Il-kontribut finanzjarju tal-Kunsilli Konsultattivi
Artikolu 7
L-appoġġ tal-Istati Membri
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-appoġġ tekniku, loġistiku u finanzjarju xieraq biex jiffaċilitaw il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.
Artikolu 7a
Ir-rieżamijiet tal-prestazzjoni
Il-Kunsill Konsultattiv għandu joqgħod għal rieżami indipendenti tal-prestazzjoni mill-inqas darba kull ħames snin. Dan ir-rieżami għandu jkollu l-għan li jidentifika l-aħjar prattiki u nuqqasijiet, jelenka rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv u jivvaluta l-kontribut ġenerali tiegħu għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-riżultati ta’ dawn ir-rieżamijiet għandhom jiġu ppubblikati u, fejn jiġu identifikati nuqqasijiet fil-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv, għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti u skeda ta’ żmien ċara għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Kriterji għall-klassifikazzjoni tal-Membri tal-Kunsilli Konsultattivi taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn”
1. Organizzazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala “organizzazzjoni tas-settur” meta tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
l-organizzazzjoni tirrappreżenta, jew ikollha, interessi ekonomiċi diretti jew indiretti fis-setturi tas-sajd kummerċjali, tal-akkwakultura, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar;
parti kbira mill-membri tal-organizzazzjoni, kemm persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi, jirrappreżentaw, jew ikollhom, interessi ekonomiċi diretti jew indiretti fis-setturi tas-sajd kummerċjali, tal-akkwakultura, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar;
l-organizzazzjoni tirrappreżenta impjegati fis-setturi relatati mas-sajd kummerċjali, l-akkwakultura, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar;
mill-inqas 50 % tal-finanzjament tal-organizzazzjoni joriġina minn impriżi attivi fil-qasam tas-sajd kummerċjali, l-akkwakultura, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar.
l-organizzazzjoni tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji elenkati fil-punti 1(a) sa 1(d) u tkun attiva fil-qasam tal-ambjent, tal-konsumaturi u tad-drittijiet tal-bniedem, tas-saħħa, tal-promozzjoni tal-ugwaljanza jew tat-trattament xieraq tal-annimali.
2. Organizzazzjoni għandha tkun klassifikata bħala “grupp ta’ interess ieħor” meta ma tkun tissodisfa ebda mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u:
tkun primarjament attiva fil-qasam tal-ambjent, tal-konsumaturi u tad-drittijiet tal-bniedem, tas-saħħa, tal-promozzjoni tal-ugwaljanza, tat-trattament xieraq tas-saħħa tal-annimali jew tas-sajd rikreattiv jew sportiv; jew
tkun tirrappreżenta, jew ikollha, interessi ekonomiċi diretti jew indiretti marbuta mal-użu tal-ambjent tal-baħar jew tal-ispazju marittimu għajr is-sajd kummerċjali, l-akkwakultura jew l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar.