02015O0035 — MT — 20.04.2020 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 014 21.1.2016, p. 30) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Novembru 2016 |
L 344 |
117 |
17.12.2016 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2018/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Frar 2018 |
L 95 |
45 |
13.4.2018 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2019/1033 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Mejju 2019 |
L 167 |
75 |
24.6.2019 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/506 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-7 ta’ April 2020 |
L 109I |
1 |
7.4.2020 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Novembru 2015
dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)
Artikolu 1
Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli
1. Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fil-punt 97 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 u 2a fl-Anness għal din il-Linja Gwida.
2. Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:
il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;
il-maturità residwa jew il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 3;
l-istruttura tal-kupun tal-assi; u
il-pass ta' kwalità ta' kreditu li għalih huwa allokat l-assi.
Artikolu 2
Determinazzjoni tal-kategoriji ta' haircut għal assi negozjabbli
Assi negozjabbli eliġibbli għandhom jiġu allokati għal waħda mill-ħames kategoriji ta' haircut, ibbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi, kif rifless fit-Tabella 1 fl-Anness għal din il-Linja Gwida:
Strumenti ta' dejn maħruġin minn gvernijiet ċentrali, ċertifikati ta' dejn tal-BĊE u ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro huma inklużi fil-kategorija ta' haircut;
Strumenti ta' dejn maħruġin minn: (i) gvernijiet lokali u reġjonali; (ii) entitajiet li huma istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet mhux ta' kreditu kklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); (iii) banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS, huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;
bonds koperti konformi mal-UCITS minbarra bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS; bonds koperti oħrajn; u strumenti ta' dejn maħruġa minn (i) korporazzjonijiet mhux finanzjarji, (ii) korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern, u (iii) aġenziji li huma istituzzjonijet li mhumiex ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;
strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn: (i) istituzzjonijiet ta' kreditu; (ii) aġenziji li huma istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); u (iii) korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;
titoli ggarantiti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-emittent.
Artikolu 3
Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli
1. Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':
l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta' kwalità ta' kreditu 1, 2 jew 3;
il-maturità residwa tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2;
l-istruttura tal-kupun tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2.
2. Għal assi negozjabbli allokati għal kategoriji ta' haircut I sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandha tiddependi fuq il-maturità residwa u fuq l-istruttura tal-kupun tal-assi (fissi, żero, varjabbli) kif iddeterminata abbazi ta' Tabella 2 fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi, irrispettivament mit-tip tal-istruttura tal-kupun. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw fir-rigward tal-istruttura tal-kupun:
kupuni varjabbli b'perijodu ta' risettjar itwal minn sena għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;
kupuni varjabbli li għandhom indiċi ta' inflazzjoni taz-zona euro bħala rata ta' referenza għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;
kupuni varjabbli b'minimu li ma huwiex daqs żero u/jew kupuni varjabbli b'limitu massimu għandhom jitqiesu bħala kupuni ta' rata fissa;
il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li għandhomaktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess livell ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi tista' tiġi kkunsidrata għal dan il-għan.
2a. Il-maturità residwa għall bonds koperti għall-uzu proprju għandha tiġi ddefinita bħala l-massimu tal-maturità legali, billi jiġi kkunsidrat kull dritt ta' estensjoni tal-ħlasijiet tal-kapital inkluz fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Għall-finijiet ta dan il-paragrafu, “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).
3. Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta' haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif dettaljat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts il-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.
4. Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' titolu ggarantit b'assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar ħlas lura għal dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b'assi użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b'assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).
Artikolu 4
Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli
Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:
titoli ggarantiti minn assi, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma teoretikament vvalutati skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni ta' 4 %;
bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta' (i) 6,4 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 9,6 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3;
għall-finijiet tal-paragrafu (b), “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista' tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta' ġestjoni ta' kollateral ta' BĊN, aġent tripartit, jew TARGET2-Securities għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f'dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.
Artikolu 5
Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi mhux negozjabbli eliġibbli
1. Pretensjonijiet ta' kreditu individwali għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-pass tal-kwalità tal-kreditu u l-istruttura tar-rata tal-imgħax kif stabbilita fit-Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.
2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-istruttura tar-rata tal-imgħax ta' pretensjonijiet ta' kreditu:
pretensjonijiet ta' kreditu b'“kupun żero” għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'livell massimu għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar sa sena jew inqas u b'livell minimu, imma mingħajr livell massimu, għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli;
il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal pretensjoni ta' kreditu b'aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandha tiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.
▼M3 —————
5. Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta’ 25,2 %.
6. Depożiti għal terminu fiss m'għandhomx ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni.
7. Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut fil-valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati ►M3 fil-paragrafi 1 sa 2 ◄ . Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jitqies ineliġibbli.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.
Artikolu 7
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
ANNESS
Tabella 1
Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
Kategorija V |
strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali ċertifikati ta' dejn tal-BĊE ċertifikati ta' dejn maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv |
strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet (istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet li mhumiex ta' kreditu) ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS |
bonds koperti konformi mal-UCITS minbarra bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS bonds koperti oħrajn strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern u aġenziji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u aġenziji li huma istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu |
titoli ggarantiti minn assi |
Tabella 2
Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircuts I sa IV
|
Kategoriji ta' haircuts |
||||||||||||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (1) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||||||
kupun fiss |
kupun żero |
kupun varjabbli |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun varjabbli |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun varjabbli |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun varjabbli |
||
Passi 1 u 2 |
[0,1) |
0,4 |
0,4 |
0,4 |
0,8 |
0,8 |
0,8 |
0,8 |
0,8 |
0,8 |
6,0 |
6,0 |
6,0 |
[1,3) |
0,8 |
1,6 |
0,4 |
1,2 |
2,0 |
0,8 |
1,6 |
2,4 |
0,8 |
8,0 |
8,4 |
6,0 |
|
[3,5) |
1,2 |
2,0 |
0,4 |
2,0 |
2,8 |
0,8 |
2,4 |
3,6 |
0,8 |
10,4 |
10,8 |
6,0 |
|
[5,7) |
1,6 |
2,4 |
0,8 |
2,8 |
3,6 |
1,2 |
3,6 |
4,8 |
1,6 |
11,6 |
12,4 |
8,0 |
|
[7,10) |
2,4 |
3,2 |
1,2 |
3,6 |
5,2 |
2,0 |
4,8 |
6,4 |
2,4 |
13,2 |
14,4 |
10,4 |
|
[10, ∞) |
4,0 |
5,6 |
1,6 |
6,4 |
8,4 |
2,8 |
7,2 |
10,4 |
3,6 |
16,0 |
20,4 |
11,6 |
|
Pass 3 |
[0,1) |
4,8 |
4,8 |
4,8 |
5,6 |
5,6 |
5,6 |
6,4 |
6,4 |
6,4 |
10,4 |
10,4 |
10,4 |
[1,3) |
5,6 |
6,4 |
4,8 |
7,6 |
10,8 |
5,6 |
9,6 |
12,0 |
6,4 |
18,0 |
20,0 |
10,4 |
|
[3,5) |
7,2 |
8,0 |
4,8 |
10,8 |
14,8 |
5,6 |
13,2 |
17,6 |
6,4 |
22,4 |
26,0 |
10,4 |
|
[5,7) |
8,0 |
9,2 |
5,6 |
11,2 |
16,0 |
7,6 |
14,8 |
20,8 |
9,6 |
24,4 |
28,0 |
18,0 |
|
[7,10) |
9,2 |
10,4 |
7,2 |
12,8 |
19,6 |
10,8 |
15,2 |
22,4 |
13,2 |
24,8 |
29,6 |
22,4 |
|
[10, ∞) |
10,4 |
12,8 |
8,0 |
15,2 |
23,6 |
11,2 |
15,6 |
24,0 |
14,8 |
25,2 |
30,4 |
24,4 |
|
(1) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |
Tabella 2a
Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategorija ta' haircut V
|
|
Kategorija V |
Kwalità tal-kreditu |
Ħajja Medja Ppeżata (1) |
Haircut fil-valutazzjoni |
Passi 1 u 2 |
[0,1) |
3,2 |
[1,3) |
3,6 |
|
[3,5) |
4,0 |
|
[5,7) |
7,2 |
|
[7,10) |
10,4 |
|
[10, ∞) |
16,0 |
|
(1) jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta' inqas minn sena, [1,3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |
Tabella 3
Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (1) |
Pagament ta' imgħax fiss |
Pagament ta' imgħax varjabbli |
Passi 1 u 2 |
[0,1) |
6,4 |
6,4 |
[1,3) |
9,6 |
6,4 |
|
[3,5) |
12,8 |
6,4 |
|
[5,7) |
14,8 |
9,6 |
|
[7,10) |
19,2 |
12,8 |
|
[10, ∞) |
28 |
14,8 |
|
Pass 3 |
[0,1) |
12 |
12 |
[1,3) |
22,4 |
12 |
|
[3,5) |
29,2 |
12 |
|
[5,7) |
34,4 |
22,4 |
|
[7,10) |
36 |
29,2 |
|
[10, ∞) |
38,4 |
34,4 |
|
(1) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |