02015O0035 — MT — 01.10.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Novembru 2015

dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)

(ĠU L 014 21.1.2016, p. 30)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Novembru 2016

  L 344

117

17.12.2016

►M2

LINJA GWIDA (UE) 2018/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Frar 2018

  L 95

45

13.4.2018




▼B

LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Novembru 2015

dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)



▼M1

Artikolu 1

Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

1.  Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fil-punt 97 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 u 2a fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

2.  Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:

(a) il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;

(b) il-maturità residwa jew il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 3;

(c) l-istruttura tal-kupun tal-assi; u

(d) il-pass ta' kwalità ta' kreditu li għalih huwa allokat l-assi.

▼B

Artikolu 2

Determinazzjoni tal-kategoriji ta' haircut għal assi negozjabbli

Assi negozjabbli eliġibbli għandhom jiġu allokati għal waħda mill-ħames kategoriji ta' haircut, ibbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi, kif rifless fit-Tabella 1 fl-Anness għal din il-Linja Gwida:

(a) Strumenti ta' dejn maħruġin minn gvernijiet ċentrali, ċertifikati ta' dejn tal-BĊE u ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro huma inklużi fil-kategorija ta' haircut;

▼M1

(b) Strumenti ta' dejn maħruġin mill-gvern lokali u reġjonali, entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema, banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-(UCITS), huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;

(c) bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS oħra u strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;

▼B

(d) strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u minn korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;

(e) titoli ggarantiti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-emittent.

▼M1

Artikolu 3

Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli

1.  Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':

(a) l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta' kwalità ta' kreditu 1, 2 jew 3;

(b) il-maturità residwa tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2;

(c) l-istruttura tal-kupun tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2.

▼M2

2.  Għal assi negozjabbli allokati għal kategoriji ta' haircut I sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandha tiddependi fuq il-maturità residwa u fuq l-istruttura tal-kupun tal-assi (fissi, żero, varjabbli) kif iddeterminata abbazi ta' Tabella 2 fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi, irrispettivament mit-tip tal-istruttura tal-kupun. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw fir-rigward tal-istruttura tal-kupun:

(a) kupuni varjabbli b'perijodu ta' risettjar itwal minn sena għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;

(b) kupuni varjabbli li għandhom indiċi ta' inflazzjoni taz-zona euro bħala rata ta' referenza għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;

(c) kupuni varjabbli b'minimu li ma huwiex daqs żero u/jew kupuni varjabbli b'limitu massimu għandhom jitqiesu bħala kupuni ta' rata fissa;

(d) il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li għandhomaktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess livell ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi tista' tiġi kkunsidrata għal dan il-għan.

▼M2

2a.  Il-maturità residwa għall bonds koperti għall-uzu proprju għandha tiġi ddefinita bħala l-massimu tal-maturità legali, billi jiġi kkunsidrat kull dritt ta' estensjoni tal-ħlasijiet tal-kapital inkluz fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Għall-finijiet ta dan il-paragrafu, “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼M1

3.  Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta' haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif dettaljat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts il-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

4.  Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' titolu ggarantit b'assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar ħlas lura għal dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b'assi użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b'assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼B

Artikolu 4

Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli

Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:

(a) titoli ggarantiti minn assi, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma vvalutati teoretikament skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni ta' 5 %;

(b) bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta' (i) 8 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 12 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3;

▼M2

(c) għall-finijiet tal-paragrafu (b), “uzu proprju” għandha jkollha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(2)(a);

▼B

(d) jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista' tiġi applikata fir-rigward ta' sistema ta' ġestjoni ta' kollateral ta' BĊN, aġent tripartit, jew Titoli TARGET2 għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f'dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.

Artikolu 5

Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi mhux negozjabbli eliġibbli

▼M2

1.  Pretensjonijiet ta' kreditu individwali għandhom ikunu suġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-livell tal-kwalità tal-kreditu, l-istruttura tal-kupun u l-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata mill-BĊN, kif stabbilit f'Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

2.  Ħlas ta' imgħax għandu jiġi ttrattat bħala ħlas b'rata varjabbli jekk ikun marbut ma' rata ta' imgħax ta' referenza u l-perijodu ta' risettjar li jikkorrespondi ma' dan il-ħlas ma jkunx ta' aktar minn sena. Ħlasijiet ta' imgħax li għalihom il-perijodu ta' risettjar ikun itwal minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.

▼M2

Pretensjoni ta' kreditu għandha tiġi ttrattat bħala pretensjoni ta' kreditu b'rata fissa, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-haircuts fil-valutazzjoni, kull meta hemm il-possibilità li l-pretensjoni ta' kreditu ser tħallas rata ta' imgħax fissa, kontinġenti fuq il-valur ta' rata ta' imgħax ta' referenza eliġibbli elenkata fl-Artikolu 90(b)(iii) ta' Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), b'mod partikolari fejn il-kupun għandu espressament limitu massimu jew limitu minimu li mhuwiex żero.

▼B

3.  Il-haircut fil-valutazzjoni applikat għal talba ta' kreditu b'iktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandu jiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tat-talba ta' kreditu.

4.  Għal pretensjonijiet ta' kreditu b'kupun żero, għandha tapplika l-haircut fil-valutazzjoni korrispondenti tal-pretensjoni ta' kreditu b'imgħax fiss.

▼M2

5.  Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki għall-konsumatur mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 31,5 %.

▼B

6.  Depożiti għal terminu fiss m'għandhomx ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni.

▼M1

7.  Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut fil-valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jitqies ineliġibbli.

▼B

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.  Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.  Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.

Artikolu 7

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

▼M1




ANNESS



Tabella 1

Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali

ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

ċertifikati ta' dejn maħruġa minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv

strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali

strumenti ta' dejn maħruġa mill-entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema

strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali

Bonds kopert jumbo li jikkonformaw tal-UCITS

Bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS

bonds koperti oħra

strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu

Titoli ggarantiti b'assi

▼M2



Tabella 2

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV

 

Kategoriji ta' haircut

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

Livelli 1 u 2

0-1

0,5

0,5

0,5

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

7,5

7,5

7,5

1-3

1,0

2,0

0,5

1,5

2,5

1,0

2,0

3,0

1,0

10,0

10,5

7,5

3-5

1,5

2,5

0,5

2,5

3,5

1,0

3,0

4,5

1,0

13,0

13,5

7,5

5-7

2,0

3,0

1,0

3,5

4,5

1,5

4,5

6,0

2,0

14,5

15,5

10,0

7-10

3,0

4,0

1,5

4,5

6,5

2,5

6,0

8,0

3,0

16,5

18,0

13,0

> 10

5,0

7,0

2,0

8,0

10,5

3,5

9,0

13,0

4,5

20,0

25,5

14,5

 

Kategoriji ta' haircut

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

Livell 3

0-1

6,0

6,0

6,0

7,0

7,0

7,0

8,0

8,0

8,0

13,0

13,0

13,0

1-3

7,0

8,0

6,0

9,5

13,5

7,0

12,0

15,0

8,0

22,5

25,0

13,0

3-5

9,0

10,0

6,0

13,5

18,5

7,0

16,5

22,0

8,0

28,0

32,5

13,0

5-7

10,0

11,5

7,0

14,0

20,0

9,5

18,5

26,0

12,0

30,5

35,0

22,5

7-10

11,5

13,0

9,0

16,0

24,5

13,5

19,0

28,0

16,5

31,0

37,0

28,0

> 10

13,0

16,0

10,0

19,0

29,5

14,0

19,5

30,0

18,5

31,5

38,0

30,5

(*1)   i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

▼M1



Tabella 2a

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut V

 

 

Kategorija V

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Peżata (WAL) (1)

Haircut ta' valutazzjoni

Passi 1 u 2 (AAA sa A–)

[0-1)

4,0

[1-3)

4,5

[3-5)

5,0

[5-7)

9,0

[7-10)

13,0

[10,∞)

20,0

(*1)   i.e. [0-1) WAL ta' inqas minn sena, [1-3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

▼M2



Tabella 3

Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss jew varjabbli

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (1)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Passi 1 u 2 (AAA sa A-)

0-1

10,0

10,0

12,0

12,0

1-3

12,0

10,0

16,0

12,0

3-5

14,0

10,0

21,0

12,0

5-7

17,0

12,0

27,0

16,0

7-10

22,0

14,0

35,0

21,0

> 10

30,0

17,0

45,0

27,0

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (1)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Livell 3 (BBB+ sa BBB-)

0-1

17,0

17,0

19,0

19,0

1-3

28,5

17,0

33,5

19,0

3-5

36,0

17,0

45,0

19,0

5-7

37,5

28,5

50,5

33,5

7-10

38,5

36,0

56,5

45,0

> 10

40,0

37,5

63,0

50,5

(*1)   i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.