02015L0849 — MT — 30.06.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA (UE) 2015/849 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141 5.6.2015, p. 73) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2018/843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 |
L 156 |
43 |
19.6.2018 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/2177 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2019 |
L 334 |
155 |
27.12.2019 |
DIRETTIVA (UE) 2015/849 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2015
dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TAQSIMA 1
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawn li ġejjin, meta jitwettqu b'intenzjoni, għandhom jitqiesu bħala ħasil tal-flus:
il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-fini ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna;
il-ħabi jew it-travestiment tan-natura, is-sors, il-lokalità, id-dispożizzjoni, il-moviment, jew is-sidien veri tal-proprjetà jew tad-drittijiet veri fir-rigward tagħha, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;
l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;
parteċipazzjoni f'attentati jew assoċjazzjoni fihom, għat-twettiq u l-għoti ta' għajnuna, sostenn, tħaffif u l-għoti ta' parir għat-twettiq ta' xi waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet marbutin b'obbligu li ġejjin:
l-istituzzjonijiet ta' kreditu;
l-istituzzjonijiet finanzjarji;
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin meta jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom:
awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa, jew kwalunkwe persuna oħra li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħra li magħhom hija relatata dik il-persuna l-oħra, għajnuna materjali, assistenza jew pariri dwar kwistjonijiet ta’ taxxa bħala l-attività ta’ negozju jew professjonali prinċipali;
nutara u professjonisti legali indipendenti oħra, fejn dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f'isem jew għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe transazzjoni finanzjarja jew immobbiljarja, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fit-twettiq ta' transazzjonijiet għall-klijent tagħhom li jirrigwardaw:
ix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew ta' entitajiet kummerċjali;
il-ġestjoni ta' flus, titoli jew assi oħra tal-klijent;
il-ftuħ jew il-ġestjoni ta' kontijiet bankarji ta' tfaddil jew ta' titoli;
l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-ħolqien, l-operazzjoni jew il-ġestjoni ta' kumpanniji;
il-kostituzzjoni, l-operat jew il-ġestjoni ta' trusts, ta' kumpanniji, ta' fondazzjonijiet jew ta' strutturi simili;
fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpanniji li mhumiex diġà koperti mill-punti (a) jew (b);
aġenti immobbiljari inkluż meta jaġixxu bħala intermedjarji fil-kiri ta’ proprjetà immobbli, iżda dan biss b’rabta ma’ tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-kera fix-xahar tammonta għal EUR 10 000 jew aktar;
persuni oħrajn li jinnegozjaw fi prodotti, sa fejn il-ħlasijiet isiru jew jiġu riċevuti fi flus kontanti f'ammont ta' EUR 10 000 jew aktar, kemm jekk it-transazzjoni ssir f'operazzjoni waħda jew inkella f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin;
fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard;
fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali;
fornituri tal-kartieri ta’ kustodja;
persuni li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet tal-arti, inkluż meta dan isir minn galleriji tal-arti u swali tal-irkant, meta l-valur tat-tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar;
persuni li jaħżnu, jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ xogħlijiet ta’ arti meta din issir minn portijiet ħielsa, meta l-valur ta’ tranżazzjoni jew ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal EUR 10 000 jew aktar.
Fost il-fatturi li jikkunsidraw fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-grad ta' vulnerabbiltà tat-transazzjonijiet applikabbli, inkluż fir-rigward tal-metodi ta' ħlas użati.
Fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jindikaw kif huma jkunu ħadu kont tal-konklużjonijiet rilevanti fir-rapporti maħruġin mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.
Kull deċiżjoni meħuda minn Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju speċifika. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-persuni li jidħlu f'attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew ferm limitata fejn ftit li xejn hemm riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva dment li jkunu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin:
l-attività finanzjarja tkun limitata f'termini assoluti;
l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta' transazzjoni;
l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali ta' tali persuni;
l-attività finanzjarja tkun anċillari u marbuta direttament mal-attività prinċipali ta' tali persuni;
l-attività ewlenija ta' tali persuni ma tkunx attività msemmija fil-punti (a) sa (d) jew fil-punt (f) tal-paragrafu 1(3);
l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali ta' tali persuni u ma tkunx offruta lill-pubbliku b'mod ġenerali.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal persuni involuti fl-attività ta' ħlas ta' flus kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
Artikolu 3
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), inklużi l-fergħat tagħha, kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, li jkunu jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab fl-Unjoni kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser:
intrapriża, li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu, li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet inklużi fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), inklużi l-attivitajiet ta' uffiċċji ta' kambju tal-munita;
impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), sa fejn hija twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja koperti minn dik id-Direttiva;
ditta ta' investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
intrapriża ta' investiment kollettiv li tikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tagħha;
intermedjarja tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) fejn taġixxi fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja u servizzi oħra relatati mal-investiment, bl-eċċezzjoni ta' intermedjarju marbut ta' assigurazzjoni kif definita fil-punt (7) ta' dak l-Artikolu;
fergħat, meta jinsabu fl-Unjoni, ta' istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fil-punti (a) sa (e), kemm jekk l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikunu jinsab fi Stat Membru kif ukoll jekk ikun jinsab f'pajjiż terz;
“proprjetà” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm korporali kif ukoll inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma inkluż dik elettronika jew diġitali, li tixhed it-titolu ta' tali assi jew interess fihom;
“attività kriminali” tfisser kwalunkwe tip ta' involviment kriminali fit-twettiq tar-reati serji li ġejjin:
reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi kif stabbilit fit-Titoli II u III tad-Direttiva (UE) 2017/541 ( 8 );
kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;
l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet kriminali kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ( 9 );
frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn tkun mill-inqas serja, kif definit fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 10 );
korruzzjoni;
ir-reati kollha, inklużi reati fiskali, relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti u kif definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;
“korp awtoregolatorju” tfisser korp li jirrappreżenta membri ta' professjoni u li għandu rwol fir-regolamentazzjoni tagħhom, fit-twettiq ta' ċerti funzjonijiet tat-tip superviżorju jew ta' monitoraġġ u fl-iżgurar tal-infurzar tar-regoli li jirrigwardawhom;
“sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe persuna jew persuni fiżiċi li huma s-sid jew li għandhom l-kontroll finali tal-klijent jew il-persuna jew persuni fiżiċi li f'isimhom tkun qed titwettaq transazzjoni jew attività u tinkludi:
fil-każ ta' entitajiet korporattivi:
il-persuna fiżika/persuni fiżiċi li hija s-sid jew li għandha l-kontroll finali ta' entità ġuridika permezz ta' sjieda diretta jew indiretta ta' perċentwal suffiċjenti tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess ta' sjieda f'dik l-entità, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji bearer, jew permezz ta' kontroll b'mezzi oħra, minbarra kumpannija elenkata fuq suq regolat li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' żvelar konsistenti mal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti li jiżguraw it-trasparenza adegwata tal-informazzjoni tas-sjieda.
Il-pussess ta' ishma ta' 25 % u sehem wieħed jew interess ta' sjieda ta' aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn persuna fiżika, għandu jkun indikazzjoni ta' sjieda diretta. Il-parteċipazzjoni azzjonarja ta' 25 % u sehem wieħed jew interess ta' sjieda ta' aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn entità korporattiva, li tkun taħt il-kontroll ta' persuna fiżika jew persuni fiżiċi, jew minn entitajiet korporattivi multipli, li jkunu taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew persuni fiżiċi, għandha tkun indikazzjoni ta' sjieda indiretta. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu li perċentwal aktar baxx jista' jkun indikazzjoni ta' sjieda jew kontroll. Jista' jiġi determinat kontroll permezz ta' mezzi oħra, fost oħrajn, f'konformità mal-kriterji fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
jekk, wara li tkun eżawriet il-mezzi kollha possibbli u sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għal suspett, l-ebda persuna taħt il-punt (i) ma tkun identifikata, jew jekk ikun hemm xi dubbju li l-persuna jew persuni identifikati huma s-sid jew sidien benefiċjarji, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkollhom l-inkarigu ta' uffiċjal jew uffiċjali ta' maniġment superjuri; l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħudin għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji taħt il-punt (i) u dan il-punt;
fil-każ ta’ trusts, il-persuni kollha li ġejjin:
is-settlor(s);
il-fiduċjarju/i;
il-protettur(i), jekk ikun hemm;
il-benefiċjarji jew meta l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament ġuridiku jew l-entità ġuridika jkunu għad iridu jiġu ddeterminati, il-klassi ta’ persuni li fl-interess ewlieni tagħhom jiġu stabbiliti jew operati l-arranġament jew l-entità ġuridika;
kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll finali fuq it-trust permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta jew b’mezzi oħrajn;
fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi bħal fondazzjonijiet, u arranġamenti legali simili għal trusts, il-persuna fiżika jew persuni fiżiċi li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili għal dawk imsemmija fil-punt (b);
“fornitur ta' servizz ta' trusts jew kumpanniji” tfisser kwalunkwe persuna li permezz tan-negozju tagħha jipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:
il-formazzjoni ta' kumpanniji jew ta' persuni ġuridiċi oħra;
taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala direttur jew segretarju ta' kumpannija, jew bħala soċju f'soċjetà, jew f'xi pożizzjoni simili marbuta ma' persuni ġuridiċi oħra;
il-forniment ta' uffiċċju reġistrat, jew ta' indirizz kummerċjali, jew ta' indirizz ta' korrispondenza jew amministrattiv u servizzi oħra relatati lil xi kumpannija, soċjetà jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament legali ieħor;
taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala fiduċjarju ta' express trust jew ta' arranġament legali simili ieħor;
taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala azzjonist nominat għal persuna oħra li mhijiex kumpannija elenkata f'suq regolat li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta' żvelar f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti;
“relazzjoni ta' korrispondenza” tfisser:
il-forniment ta' servizzi bankarji minn bank wieħed bħala l-korrispondent lil bank ieħor bħala r-rispondenti, inkluża l-provvista ta' kont kurrenti jew kont ta' responsabbiltà ieħor u servizzi relatati, bħal ġestjoni ta' flus kontanti, trasferimenti ta' fondi internazzjonali, ikklerjar ta' ċekkijiet, pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet u servizzi ta' kambju;
ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji u fost l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji inkluż fejn jiġu fornuti servizzi simili minn istituzzjoni korrispondenti jew istituzzjoni rispondenti, u inklużi relazzjonijiet stabbiliti għal transazzjonijiet ta' titoli jew trasferimenti ta' fondi;
“persuna esposta politikament” tfisser persuna fiżika li hi jew li kienet fdata bi funzjonijiet pubbliċi prominenti u jinkludu dawn li ġejjin:
kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' gvern, Ministri u viċi Ministri jew segretarji parlamentari;
membri parlamentari jew ta' korpi leġislattivi simili;
membri ta' korpi governattivi ta' partiti politiċi;
membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali jew ta' korpi ġudizzjarji oħra ta' livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom ġeneralment mhumiex soġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali;
membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;
ambaxxaturi, chargés d'affaires u uffiċjali ta' grad għoli fil-forzi armati;
membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriżi li huma proprjetà tal-Istat;
diretturi, viċi diretturi u membri tal-bord jew funzjoni ekwivalenti ta' organizzazzjoni internazzjonali.
L-ebda funzjoni pubblika msemmija fil-punti (a) sa (h) ma għandha tinftiehem li tkopri uffiċjali ta' gradi medji jew ta' gradi inqas;
“membri tal-familja” tinkludi dawn li ġejjin:
il-konjuġi, jew persuna meqjusa ekwivalenti għal konjuġi, ta' persuna esposta politikament;
it-tfal u l-konjuġi tagħhom, jew persuni meqjusin ekwivalenti għal konjuġi, ta' persuna esposta politikament;
il-ġenituri ta' persuna esposta politikament;
“persuni magħrufa bħala assoċjati mill-qrib” tinkludi:
persuni fiżiċi li huma magħrufa li għandhom sjieda benefiċjarja konġunta ta' entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti legali, jew kwalunkwe relazzjoni oħra ta' negozju mill-qrib, ma' persuna esposta politikament;
persuni fiżiċi li għandhom sjieda benefiċjarja unika ta' entità legali jew arranġament legali li hija magħrufa li twaqqfet għall-benefiċċju de facto ta' persuna esposta politikament;
“maniġment superjuri” tfisser uffiċjal jew impjegat b'għarfien suffiċjenti dwar l-esponiment għar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti li jista' jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-esponiment għar-riskju u li mhuwiex meħtieġ li jkun membru tal-bord ta' diretturi;
“relazzjoni ta' negozju” tfisser relazzjoni ta' negozju, professjonali jew kummerċjali li hija marbuta mal-attivitajiet professjonali tal-entitajiet marbutin b'obbligu u li hija mistennija, fil-mument li jiġi stabbilit il-kuntratt, li jkollha element ta' durata;
“servizzi tal-logħob tal-azzard” tfisser servizz li jinvolvi logħob ta' flus f'logħob tal-azzard, inklużi dawk b'element ta' ħila bħal lotteriji, il-logħob tal-casino, il-logħob tal-poker u transazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f'post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni, u fuq it-talba individwali ta' min jirċievi s-servizzi;
“grupp” tfisser grupp ta' intrapriżi, li jikkonsisti minn intrapriża ewlenija, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-intrapriża ewlenija jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, kif ukoll intrapriżi marbutin flimkien b'relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
“flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, bl-esklużjoni ta’ valur monetarju kif saret referenza għalih fl-Artikolu 1(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva;
“shell bank” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, jew istituzzjoni li l-attivitajiet tagħha jkunu ekwivalenti għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, inkorporata f'ġurisdizzjoni li fiha ma għandha l-ebda preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u ġestjoni sinifikanti, u li mhijiex affiljata ma' grupp finanzjarju rregolat;
“muniti virtwali” tfisser rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur li ma tkunx maħruġa jew garantita minn bank ċentrali jew awtorità pubblika, ma tkunx neċessarjament marbuta ma’ munita stabbilita b’mod legali u ma jkollhiex status legali ta’ munita jew flus, iżda tkun aċċettata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala mezz ta’ skambju u tkun tista’ tiġi ttrasferita, maħżuna u nnegozjata elettronikament;
“fornitur tal-kartieri ta’ kustodja” tfisser entità li tipprovdi servizzi għas-salvagwardja ta’ ċwievet kriptografiċi privati f’isem il-klijenti tagħha, biex iżomm, taħżen u tittrasferixxi muniti virtwali.
Artikolu 4
Artikolu 5
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fil-limiti tal-liġi tal-Unjoni.
TAQSIMA 2
Valutazzjoni tar-riskju
Artikolu 6
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha, sas-26 ta' Ġunju 2017, tfassal rapport li jidentifika, janalizza, u jevalwa dawk ir-riskji fil-livell tal-Unjoni. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-rapport tagħha kull sentejn, jew aktar spiss jekk ikun xieraq.
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:
l-oqsma tas-suq intern li huma fl-ikbar riskju;
ir-riskji assoċjati ma’ kull settur rilevanti, inklużi, fejn applikabbli, stimi tal-volumi monetarji ta’ ħasil tal-flus ipprovduti mill-Eurostat għal kull wieħed minn dawk is-setturi;
l-aktar mezzi mifruxa użati mill-kriminali għall-ħasil ta’ rikavat illeċitu inklużi, meta jkunu disponibbli, dawk użati partikolarment fi tranżazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, indipendentement mill-identifikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).
Artikolu 7
Fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu:
jużaha biex itejjeb ir-reġim tal-AML/CFT tiegħu, b'mod partikolari billi jidentifika l-oqsma kollha li fihom l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa u, fejn xieraq, jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu;
jidentifika, fejn xieraq, setturi jew oqsma b'riskju aktar baxx jew aktar għoli tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
jużaha biex tassistih biex jalloka u biex jagħti prijorità lir-riżorsi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
jużaha biex jiżgura li jiġu mfassla regoli xierqa għal kull settur jew qasam, skont ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;
iqiegħed minnufih l-informazzjoni xierqa għad-dispożizzjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
jirrapporta l-istruttura istituzzjonali u l-proċeduri wiesgħa tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu, inklużi fost oħrajn l-UIF, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-prosekuturi, kif ukoll ir-riżorsi umani u finanzjarji allokati sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli;
jirrapporta dwar l-isforzi u r-riżorsi nazzjonali (forzi tax-xogħol u baġit) allokati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 8
Il-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu:
l-iżvilupp ta' politiki, kontrolli u proċeduri interni, inklużi l-mudelli ta' prattiki għall-ġestjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta tal-klijenti, ir-rappurtar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern, il-ġestjoni tal-konformità inkluż, fejn xieraq, skont id-daqs u n-natura tan-negozju, il-ħatra ta' uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali u l-verifiki fuq l-impjegati.
fejn xieraq, skont id-daqs u n-natura tan-negozju, funzjoni indipendenti ta' awditu biex tittestja l-politiki, kontrolli u proċeduri interni msemmija fil-punt (a).
TAQSIMA 3
Politika ta' pajjiż terz
Artikolu 9
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 biex tidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir, b’kont meħud tan-nuqqasijiet strateġiċi, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
il-qafas legali u istituzzjonali tal-AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:
il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
miżuri relatati ma’ diliġenza dovuta tal-klijenti;
rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;
rekwiżiti relatati mar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi;
id-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-arranġamenti u l-persuni ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;
is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;
l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.
KAPITOLU II
DILIĠENZA DOVUTA TAL-KLIJENTI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 10
Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
meta jistabbilixxu relazzjoni ta' negozju;
meta jwettqu transazzjoni okkażjonali li:
tammonta għal EUR 15 000 jew iżjed, kemm jekk dik it-transazzjoni ssir f'operazzjoni waħda kif ukoll jekk issir f'diversi operazzjonijiet li jidhru li huma marbuta ma xulxin; jew
tikkostitwixxi trasferiment ta' fondi kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) li jeċċedi EUR 1 000 ;
fil-każ ta' persuni li jinnegozjaw f'oġġetti, meta jwettqu transazzjonijiet okkażjonali fi flus kontanti li jammontaw għal EUR 10 000 jew aktar, kemm jekk it-transazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq f'diversi operazzjonijiet li jidhru li huma marbutin ma' xulxin;
għall-fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard, fil-ġbir ta' rebħ, fl-imħatri ta' flus, jew fit-tnejn li huma, meta jwettqu transazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 2 000 jew aktar, kemm jekk it-transazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq f'diversi operazzjonijiet li jidhru li huma marbutin ma' xulxin;
meta jkun hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, irrispettivament minn kwalunkwe deroga, eżenzjoni jew limitu;
meta jkun hemm dubbji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza ta' data ta' identifikazzjoni tal-klijent miksuba qabel.
Artikolu 12
B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 14, u abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju xierqa li turi riskju żgħir, Stat Membru jista' jippermetti lill-entitajiet marbutin b'obbligu biex ma japplikawx ċerti miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti fir-rigward ta' flus elettroniċi, fejn il-kondizzjonijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju kollha li ġejjin ikunju sodisfatti:
l-istrument tal-ħlas mhuwiex rikarikabbli, jew għandu limitu massimu ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ EUR 150 kull xahar li jistgħu jintużaw biss f’dak l-Istat Membru;
l-ammont massimu maħżun elettronikament ma jaqbiżx il-EUR 150;
l-istrument tal-ħlas jintuża esklużivament għax-xiri ta' oġġetti jew servizzi;
l-istrument tal-ħlas ma jistax jiġi ffinanzjat bi flus elettroniċi anonimi;
l-emittent iwettaq monitoraġġ suffiċjenti tat-transazzjonijiet jew tar-relazzjoni ta' negozju biex ikunu jistgħu jiġu identifikati transazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.
▼M1 —————
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx pagamenti fit-territorju tagħhom li jsiru bl-użu ta’ kards anonimi mħallsin minn qabel.
Artikolu 13
Il-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti għandhom jinkludu:
l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika tal-identità tal-klijent fuq il-bażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti, inklużi, meta disponibbli, mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sikura mill-bogħod jew elettronika, regolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;
l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju u t-teħid ta' miżuri raġonevoli biex tiġi vverifikata l-identità ta' dik il-persuna sabiex l-entità marbuta b'obbligu tkun sodisfatta li taf min hu s-sid benefiċjarju, inklużi, fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, trusts, kumpanniji, fondazzjonijiet, u arranġamenti legali simili, billi jittieħdu miżuri raġonevoli biex tinftiehem is-sjieda u l-istruttura ta' kontroll tal-klijent. ►M1 Meta s-sid benefiċjarju identifikat ikun uffiċjal maniġerjali anzjan kif imsemmi fl-Artikolu 3(6)(a)(ii), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli meħtieġa biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika li tokkupa l-kariga ta’ uffiċjal maniġerjali anzjan u għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda, kif ukoll ta’ kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha waqt il-proċess ta’ verifika; ◄
il-valutazzjoni u, kif xieraq, il-kisba ta' informazzjoni fuq l-għan u l-għan maħsub tar-relazzjoni ta' negozju;
it-twettiq ta' monitoraġġ kontinwa tar-relazzjoni ta' negozju inkluż skrutinju tat-transazzjonijiet matul il-kors ta' dik ir-relazzjoni sabiex ikun żgurat li t-transazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b'obbligu tal-klijent, in-negozju u l-profil tar-riskju, inkluż fejn ikun neċessarju tas-sors tal-fondi u jiġi żgurat li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmuma jinżammu dejjem aġġornati.
Meta jwettqu l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom jivverifikaw ukoll li kull persuna li tidher li taġixxi f'isem il-klijent tkun hekk awtorizzata u jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta' dik il-persuna.
Għal negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra li jieħdu l-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti meħtieġa għall-klijent u s-sid benefiċjarju, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jwettqu l-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti li ġejjin fuq il-benefiċjarji tal-assigurazzjoni tal-ħajja u poloz tal-assigurazzjoni oħra relatati mal-investimenti, hekk kif il-benefiċjarji jiġu identifikati jew indikati:
fil-każ ta' benefiċjarji li jiġu identifikati bħala persuni jew arranġamenti legali msemmija b'mod speċifiku, li jittieħed isem il-persuna;
fil-każ ta' benefiċjarji li huma indikati skont il-karatteristiċi jew il-klassi jew b'mezzi oħra, billi tinkiseb biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-benefiċjarji biex l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjoni finanzjarja tkun sodisfatta li ser tkun tista' tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien ir-ripagament.
Fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-verifika tal-identità tal-benefiċjarji għandha sseħħ fi żmien ir-ripagament. Fil-każ ta' ċessjoni, sħiħa jew b'mod parzjali, ta' assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni oħra relatata mal-investiment, għal parti terza, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji konxji miċ-ċessjoni għandhom jidentifikaw is-sid benefiċjarju fil-mument taċ-ċessjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika jew l-arranġament legali li jirċievu għall-benefiċċju tagħhom stess il-valur tal-polza assenjata.
Artikolu 14
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ewwel subparagrafu għal nutara, professjonisti legali indipendenti oħrajn, awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti fiskali biss sa strettament fejn dawk il-persuni jiddeterminaw il-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom, jew iwettqu l-kompitu tagħhom ta' difiża jew rappreżentanza ta' dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji jew fir-rigward tagħhom, inkluż l-għoti ta' pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' tali proċedimenti
TAQSIMA 2
Diliġenza dovuta tal-klijenti ssimplifikatA
Artikolu 15
Artikolu 16
Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu relatati mat-tipi ta' klijenti, żoni ġeografiċi, u prodotti, servizzi, transazzjonijiet jew kanali tad-distribuzzjoni partikolari, l-Istati Membri u l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom jieħdu kont tal-inqas ta' dawk il-fatturi ta' sitwazzjonijiet b'potenzjal ta' riskju aktar baxx, stipulati fl-Anness II.
Artikolu 17
►M2 Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-fatturi ta’ riskju li jridu jitqiesu u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet li fihom ikunu adatti miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida. ◄ Għandu jittieħed kont speċifiku tan-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi.
TAQSIMA 3
Diliġenza Dovuta tal-Klijenti Msaħħa
Artikolu 18
L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu japplikaw awtomatikament miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa fir-rigward ta' fergħat jew sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma tal-entitajiet marbutin b'obbligu stabbiliti fl-Unjoni li jkunu jinsabu f'pajjiżi terzi b'riskju kbir, fejn dawk il-fergħat jew sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma jikkonformaw b'mod sħiħ mal-politiki u l-proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu skont l-Artikolu 45. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-każijiet jiġu trattati mill-entitajiet marbutin b'obbligu bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jeżaminaw, sa fejn huwa raġonevolment possibbli, l-isfond u l-għan tat-tranżazzjonijiet kollha li jissodisfaw tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu tranżazzjonijiet kumplessi;
ikunu tranżazzjonijiet kbar b’mod mhux tas-soltu;
jitwettqu f’tendenzi mhux tas-soltu;
ma jidhirx li għandhom għan ekonomiku jew legali apparenti.
B’mod partikolari, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżidu l-grad u n-natura tal-monitoraġġ tar-relazzjoni ta’ negozju, sabiex jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet jidhrux suspettużi.
Artikolu 18a
Fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ negozju jew tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw il-miżuri li ġejjin għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa:
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-klijent u fuq is-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;
il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq l-għan maħsub tar-relazzjoni ta’ negozju;
il-kisba ta’ informazzjoni fuq is-sors tal-fondi u s-sors tal-beni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;
il-kisba ta’ informazzjoni fuq ir-raġunijiet għat-tranżazzjonijiet intenzjonati jew imwettqin;
il-kisba tal-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew it-tkomplija tar-relazzjoni ta’ negozju;
it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tar-relazzjoni ta’ negozju b’żieda fin-numru u l-ħin tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ tipi tat-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżaminazzjoni ulterjuri.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiżguraw, fejn applikabbli, li l-ewwel pagament jitwettaq permezz ta’ kont f’isem il-klijent ma’ istituzzjoni ta’ kreditu suġġett għal standards ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti li mhumiex inqas sodi minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
B’żieda mal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew aktar’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni lil persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jwettqu tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2). Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu f’waħda jew aktar minn dawk li ġejjin:
fl-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa;
fl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar rilevanti msaħħa jew ir-rappurtar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji;
fil-limitazzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi mill-pajjiżi terzi identifikati bħala pajjiżi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).
B’żieda mal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew bosta mill-miżuri li ġejjin fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2) f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni:
l-irrifjutar tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew rekwiżiti ta’ awditjar estern miżjudin għal fergħat u sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;
il-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fergħat u sussidjarji tagħhom li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;
il-ħtieġa li istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu jirrevedu u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż ikkonċernat.
Artikolu 19
Fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transkonfinali li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ma’ istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stipulati fl-Artikolu 13, jirrikjedu, meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju, li:
jiġbru informazzjoni biżżejjed dwar l-istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu b'mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni u l-kwalità ta' superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;
jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-istituzzjoni rispondenti;
jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;
jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' kull istituzzjoni;
fir-rigward ta' pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u prattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-istituzzjoni korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta tal-klijenti fuq talba tal-istituzzjoni korrispondenti.
Artikolu 20
Fir-rigward tat-transazzjonijiet jew ir-relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni esposti politikament, minbarra l-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu:
ikollhom stabbiliti sistemi adatti ta' ġestjoni tar-riskju, inklużi proċeduri bbażati fuq ir-riskju, sabiex jiddeterminaw jekk il-klijent jew is-sid benefiċjarju tal-klijent huwiex persuna esposta politikament;
japplikaw il-miżuri li ġejjin f'każijiet ta' relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni esposti politikament:
jiksbu l-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew it-tkomplija tar-relazzjonijiet ta' negozju ma' tali persuni;
jieħdu miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu s-sors tal-beni u s-sors tal-fondi li jkunu involuti fir-relazzjonijiet ta' negozju jew fit-transazzjonijiet ma' tali persuni;
iwettqu monitoraġġ msaħħaħ ta' dawk ir-relazzjonijiet ta' negozju fuq bażi kontinwa.
Artikolu 20a
Artikolu 21
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li entitajiet marbutin b'obbligu jieħdu miżuri raġonevoli biex jiddeterminaw jekk il-benefiċjarji ta' polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti u/jew, fejn hemm bżonn, is-sid benefiċjarju tal-benefiċjarju humiex persuni esposti politikament. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu mhux aktar tard mill-mument meta jsir il-ħlas tal-polza jew fil-mument taċ-ċessjoni tal-polza, kompletament jew parzjalment. Meta jiġu identifikati riskji ikbar, minbarra li japplikaw il-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu:
jgħarrfu lill-maniġment superjuri qabel ma jitħallas ir-rikavat mill-polza;
iwettqu skrutinju msaħħaħ tar-relazzjoni ta' negozju kollha mad-detentur tal-polza.
Artikolu 22
Fejn persuna esposta politikament ma tibqax fdata b'funzjoni pubblika prominenti minn Stat Membru jew pajjiż terz, jew xi funzjoni pubblika prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali, l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom, tal-anqas għal 12-il xahar, għandhom ikunu meħtieġa jikkunsidraw ir-riskju li dik il-persuna tibqa' timponi u li japplikaw miżuri xierqa u sensittivi għar-riskji sakemm dik il-persuna titqies li ma tkun għadha timponi l-ebda riskju speċifiku għal persuni esposti politikament.
Artikolu 23
Il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 20 u 21 għandhom japplikaw ukoll għal membri tal-familja jew persuni magħrufa bħala assoċjati mill-qrib ma' persuni esposta politikament.
Artikolu 24
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji milli jidħlu f'relazzjoni korrispondenti ma' shell bank jew jibqgħu fiha. Huma għandhom jirrikjedu li dawk l-istituzzjonijiet jieħdu miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li la jibdew u lanqas ma jibqgħu f'relazzjonijiet korrispondenti ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja li jkun magħruf li tippermetti li l-kontijiet tagħha jintużaw minn shell bank.
TAQSIMA 4
Eżekuzzjoni minn partijiet terzi
Artikolu 25
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet marbutin b'obbligu sabiex jiddependu fuq partijiet terzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1). Madankollu, ir-responsabbiltà finali li dawk ir-rekwiżiti jiġu sodisfatti għandha tibqa' tal-entità marbuta b'obbligu li tiddependi fuq il-parti terza.
Artikolu 26
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, “partijiet terzi” tfisser l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fl-Artikolu 2, l-organizzazzjonijiet jew il-federazzjonijiet membri ta' dawk l-entitajiet marbutin b'obbligu, jew istituzzjonijiet jew persuni oħra li jinsabu fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li:
japplika rekwiżiti ta' diliġenza dovuta tal-klijenti u ta' żamma ta' rekords li huma konsistenti ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva; u
l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva tkun sorveljata b'mod konsistenti mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI.
Artikolu 27
Artikolu 28
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju (għal politiki u proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu) u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti (għall-fergħat u s-sussidjarji) jistgħu jqisu li entità marbuta b'obbligu tikkonforma mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 26 u 27 permezz tal-programm tagħha għall-grupp, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-entità marbuta b'obbligu tiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta minn parti terza li hija parti mill-istess grupp;
dak il-grupp japplika miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti, regoli dwar iż-żamma tar-rekords u programmi kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f'konformità ma' din id-Direttiva jew regoli ekwivalenti;
l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) hija ssorveljata fil-livell tal-grupp minn awtorità kompetenti tal-Istati Membru tad-domiċilju jew tal-pajjiż terz.
Artikolu 29
Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal relazzjonijiet ta' esternalizzazzjoni jew tal-aġenziji fejn, abbażi ta' arranġament kuntrattwali, il-fornitur jew l-aġent tas-servizz ta' esternalizzazzjoni għandu jitqies bħala parti mill-entità marbuta b'obbligu.
KAPITOLU III
INFORMAZZJONI DWAR IS-SJIEDA BENEFIĊJARJA
Artikolu 30
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra informazzjoni dwar is-sid ġuridiku tagħhom, dawk l-entitajiet ikunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju lill-entitajiet marbutin b'obbligu, meta l-entitajiet marbutin b'obbligu jkunu qed jieħdu miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti f'konformità mal-Kapitolu II.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħra, inkluż permezz ta’ ishma, drittijiet tal-vot, interess ta’ sjieda, parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew kontroll b’mezzi oħra, jipprovdu lil dawk l-entitajiet l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-entità korporattiva jew l-entità ġuridika l-oħra tikkonforma mal-ħtiġiet tal-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:
awtoritajiet kompetenti u l-UIF, mingħajr ebda restrizzjoni;
entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;
kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali.
Il-persuni msemmija fil-punt (c) għandhom jaċċessaw tal-inqas l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid, u l-pajjiż tar-residenza u tan-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju kif ukoll in-natura u l-livell tal-interess benefiċjarju miżmum.
L-Istati Membri jistgħu, skont kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, jipprovdu aċċess għal informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data.
Awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawk l-awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.
L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, jew għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 5, 5a u 6 ta’ dan l-Artikolu.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li entità korporattiva jew entità ġuridika oħra tkun inqatgħet mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 31
Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-fiduċjarji ta’ kwalunkwe trust speċifika amministrata f’dak l-Istat Membru jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità ta’:
is-settlor(s);
il-fiduċjarju/i;
il-protettur(i) (jekk hemm);
il-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji;
kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv tat-trust.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun soġġett għal sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Fejn il-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili huwa barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm f’reġistru ċentrali stabbilit mill-Istat Membru fejn il-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju jew jiksbu proprjetà immobbli f’isem trust jew arranġament legali simili.
Fejn il-fiduċjarju ta’ trust jew persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġament legali simili huma stabbiliti jew residenti fi Stati Membri differenti, jew fejn fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’diversi relazzjonijiet ta’ negozju f’isem it-trust jew arranġament legali simili fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova ta’ reġistrazzjoni jew silta tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmum f’reġistru minn Stat Membru wieħed jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ġie ssodisfat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trust jew ta’ arranġament legali ieħor tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:
awtoritajiet kompetenti u l-UIF, mingħajr ebda restrizzjoni;
entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tista’ turi interess leġittimu;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tissottometti talba bil-miktub b’rabta ma’ trust jew arranġament legali simili li jkollha jew tkun is-sid ta’ interess kontrollanti fi kwalunkwe entità korporattiva jew entità ġuridika oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30(1), permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta, inkluż permezz ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħra.
L-informazzjoni aċċessibbli għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tikkonsisti fl-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid u l-pajjiż ta’ residenza u ta’ nazzjonalità tas-sid benefiċjarju, kif ukoll in-natura u l-portata tal-interess benefiċjarju miżmum.
L-Istati Membri jistgħu, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, jipprevedu l-aċċess għal aktar informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt, f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri jistgħu jippermettu aċċess usa’ għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistru f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
L-awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3a għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati assoċjati minn fejn oriġinaw il-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni, u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.
L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji u għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, hu ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-UIF.
▼M1 —————
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li hija aġġornata u tikkorrispondi mas-sjieda benefiċjarja attwali biss hija magħmula disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali tagħhom u permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, u l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jkun f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif imsemmi fil-paragrafu 3a ma jibqgħux jeżistu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità mal-paragrafi 4 u 4a.
Sas-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa jekk it-trusts u l-arranġamenti legali simili kollha kif imsemmi fil-paragrafu 1 irregolati skont il-liġi tal-Istati Membri ġewx identifikati debitament u jekk kinux ssoġġetti għall-obbligi kif stipulat f’din id-Direttiva. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex taġixxi fuq is-sejbiet ta’ dak ir-rapport.
Artikolu 31a
Atti ta’ implimentazzjoni
Fejn ikun meħtieġ, minbarra l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 31 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri meħtieġa biex tiġi prevista l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 30(10) u l-Artikolu 31(9), fir-rigward ta’:
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta’ data teknika meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta’ ħżin, użu u protezzjoni ta’ dik id-data;
il-kriterji komuni li jirregolaw kif l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun disponibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, skont il-livell ta’ aċċess mogħti mill-Istati Membri;
id-dettalji tekniċi dwar kif l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji għandha tkun disponibbli;
il-kondizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri;
il-modalitajiet tekniċi kif jiġu implimentati t-tipi differenti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja abbażi ttal-Artikolu 30(5) u tal-Artikolu 31(4);
il-modalitajiet ta’ ħlas meta l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huwa soġġett għall-ħlas ta’ tariffa skont l-Artikolu 30(5a) u l-Artikolu 31(4a) b’kont meħud tal-faċilitajiet ta’ ħlas disponibbli bħal tranżazzjonijiet ta’ pagament remoti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64a(2).
Fl-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tistinka sabiex jerġgħu jintużaw teknoloġija ppruvata u prattiki eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistemi li għandhom jiġu żviluppati ma għandhomx iġarrbu spejjeż ogħla minn dak li huwa assolutament meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom ikunu kkaratterizzati minn trasparenza u mill-iskambju ta’ esperjenzi u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
KAPITOLU IV
OBBLIGI TA' RAPPURTAR
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 32
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-UIF tagħhom b'riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex jwettqu l-kompiti tagħhom.
Il-funzjoni ta' analiżi tal-UIF għandha tikkonsisti f'dan li ġej:
analiżi operattiva li tiffoka fuq każijiet individwali u miri speċifiċi jew fuq informazzjoni magħżula adatta, skont it-tip u l-volum tal-informazzjoni żvelata li tkun irċeviet u l-użu mistenni tal-informazzjoni wara l-kondiviżjoni; u
analiżi strateġika li tindirizza t-tendenzi u x-xejriet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 32a
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fil-paragrafu 1:
— |
għad-detentur tal-kont tal-klijent u kull persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent : l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (a) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku; |
— |
għas-sid benefiċjarju tad-detentur tal-kont tal-klijent : l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku; |
— |
għall-kont bankarju jew tal-pagament : in-numru tal-IBAN u d-data tal-ftuħ u l-għeluq tal-kont; |
— |
għall-kaxxa ta’ depożitu sikur : l-isem tal-lokatarju ikkomplementat jew bid-data ta’ identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 13(1) jew b’numru tal-identifikazzjoni uniku u ż-żmien tal-perijodu ta’ lokazzjoni. |
Artikolu 32b
Artikolu 33
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet marbutin b'obbligu, u fejn applikabbli d-diretturi u l-impjegati tagħhom, jikkooperaw b'mod sħiħ billi fil-pront:
jinformaw lill-UIF, inkluż permezz tal-preżentazzjoni ta' rapport, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta l-entità marbuta b'obbligu tkun taf, tissuspetta jew ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li l-fondi, irrispettivament mill-ammont ikkonċernat, huma r-rikavat ta' attività kriminali jew huma relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu, u billi jwieġbu minnufih għal talbiet għal aktar informazzjoni mill-UIF f'każijiet bħal dawn; u
jipprovdu lill-UIF b’talba tagħha, direttament, l-informazzjoni kollha meħtieġa.
It-transazzjonijiet suspettużi kollha, inklużi tentattivi ta' transazzjonijiet, għandhom jiġu rapportati.
Artikolu 34
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-korp awtoregolatorju nominat għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-UIF minnufih u eżatt kif inhi.
Korpi awtoregolatorji nnominati minn Stati Membri għandhom jippubblikaw rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar:
il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 58, 59 u 60;
in-numru ta’ rapporti ta’ ksur riċevuti kif imsemmi fl-Artikolu 61, fejn applikabbli;
in-numru ta’ rapporti li waslu għand korp awtoregolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 1 u n-numru ta’ rapporti mibgħuta minn korp awtoregolatorju lill-UIF fejn applikabbli;
fejn applikabbli, in-numru u d-deskrizzjoni ta’ miżuri mwettqa skont l-Artikolu 47 u 48 għall-monitoraġġ tal-konformità mill-entitajiet marbutin b’obbligu mal-obbligi tagħhom taħt:
l-Artikoli 10 sa 24 (diliġenza dovuta tal-klijenti);
l-Artikoli 33, 34 u 35 (rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi);
l-Artikolu 40 (żamma ta’ rekords); u
l-Artikoli 45 u 46 (kontrolli interni).
Artikolu 35
Artikolu 36
Artikolu 37
L-iżvelar tal-informazzjoni bona fide minn entità marbuta b'obbligu jew minn impjegat jew direttur ta' tali entità marbuta b'obbligu f'konformità mal-Artikoli 33 u 34, ma għandux jikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandu jinvolvi lill-entità marbuta b'obbligu jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha fl-ebda tip ta' responsabbiltà, anke f'ċirkostanzi fejn ma kinux konxji b'mod preċiż tal-attività kriminali sottostanti, u irrispettivament minn jekk l-attività illegali tkunx fil-fatt twettqet.
Artikolu 38
TAQSIMA 2
Projbizzjoni ta' żvelar
Artikolu 39
KAPITOLU V
PROTEZZJONI TAD-DATA, ŻAMMA TA' REĠISTRI U DATA STATISTIKA
Artikolu 40
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet obbligati jżommu d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin f'konformità mal-liġi nazzjonali għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni, mill-UIF jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn, ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu possibbli:
fil-każ ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti, kopja tad-dokumenti u l-informazzjoni li huma neċessarji biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fil-Kapitolu II, inkluża, fejn disponibbli, informazzjoni miksuba permezz ta’ mezzi tal-identifikazzjoni elettronika, servizzi fiduċjarji rilevanti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettronika, irregolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti, għal perijodu ta’ ħames snin wara li r-relazzjoni ta’ negozju mal-klijent tagħhom tkun intemmet jew wara d-data ta’ tranżazzjoni okkażjonali;
l-evidenza ta' sostenn u r-rekords tat-transazzjonijiet, li jikkonsistu mid-dokumenti oriġinali jew kopji ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li huma neċessarji biex jiġu identifikati t-transazzjonijiet, għal perijodu ta' ħames snin wara li r-relazzjoni ta' negozju mal-klijent tagħhom tkun intemmet jew wara d-data ta' transazzjoni okkażjonali.
Mal-iskadenza tal-perijodi ta' żamma msemmijin fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jħassru d-data personali, dment li ma jkunx previst mod ieħor skont il-liġi nazzjonali, li għandha tiddetermina taħt liema ċirkostanzi l-entitajiet marbutin b'obbligu jistgħu jew għandhom ikomplu jżommu d-data. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma ulterjuri biss wara li jkunu wettqu evalwazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali żamma ulterjuri, u jikkunsidrawha ġustifikata bħala neċessarja għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perijodu ta' żamma ulterjuri ma għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż il-ħames snin addizzjonali.
Il-perijodu ta’ żamma msemmi f’dan il-paragrafu, inkluż il-perijodu ta’ żamma ulterjuri li ma għandux jaqbiżx ħames snin addizzjonali, għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ data aċċessibbli permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fl-Artikolu 32a.
Artikolu 41
Fl-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-iżvelar stipulata fl-Artikolu 39(1), l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġislattivi li jirrestrinġu, kompletament jew parzjalment, id-dritt tas-suġġett tad-data għall-aċċess għad-data personali relatata miegħu jew magħha sal-punt li tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura neċessarja u sproporzjonata f'soċjetà demokratika b'konsiderazzjoni xierqa lejn l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata sabiex:
l-entità marbuta b'obbligu jew l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista' tissodisfa l-kompiti tagħha b'mod korrett għall-finijiet ta' din id-Direttiva; jew
jiġi evitat li l-inkjesti, l-analiżi, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali jiġu ostakolati għall-finijiet ta' din id-Direttiva u sabiex ikun żgurat li l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ma jiġux ipperikolati.
Artikolu 42
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet marbutin b'obbligu tagħhom ikollhom fis-seħħ sistemi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jwieġbu b'mod sħiħ u rapidu għal mistoqsijiet mill-UIF tagħhom, jew minn awtoritajiet oħrajn, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, dwar jekk attwalment għandhomx jew kellhomx, matul perijodu ta' ħames snin qabel dak il-kweżitu, relazzjoni ta' negozju ma' persuni speċifikati u dwar in-natura ta' dik ir-relazzjoni, b'mezzi siguri u b'mod li jiżgura l-kunfidenzjalità sħiħa tal-kweżitu.
Artikolu 43
L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ din id-Direttiva għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ikkunsidrat bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ).
Artikolu 44
L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi n-numru ta’ persuni fiżiċi u entitajiet u l-importanza ekonomika ta’ kull settur;
data li tkejjel il-fażijiet ta’ rappurtar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim nazzjonali tal-AML/CFT, inklużi n-numru ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li saru lill-UIF, il-mod kif ġew segwiti dawk ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta’ każijiet investigati, in-numru ta’ persuni mixlija, in-numru ta’ persuni kkundannati għal reati ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, it-tipi ta’ reati predikati, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, u l-valur f’euro ta’ proprjetà li tkun ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata;
jekk disponibbli, data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta’ rapporti li jirriżultaw f’investigazzjoni ulterjuri, flimkien mar-rapport annwali lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jagħti fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżentaw;
data rigward in-numru ta’ talbiet transfruntiera għal informazzjoni li jkunu saru, ġew riċevuti, irrifjutati u parzjalment jew kompletament, imwieġba mill-UIF, imqassma skont il-pajjiż kontroparti;
ir-riżorsi umani allokati lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal superviżjoni AML/CFT kif ukoll ir-riżorsi umani allokati lill-UIF biex twettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 32;
in-numru ta’ azzjonijiet superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post, l-għadd ta’ ksur identifikat abbażi ta’ azzjonijiet superviżorji u sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikati mill-awtoritajiet superviżorji.
KAPITOLU VI
POLITIKI, PROĊEDURI U SUPERVIŻJONI
TAQSIMA 1
Proċeduri interni, taħriġ u feedback
Artikolu 45
L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2016.
L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2017.
Artikolu 46
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati tagħhom fi programmi ta' taħriġ speċjali kontinwu li jgħinuhom jagħrfu dawk l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom istruzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f'każijiet bħal dawn.
Fejn persuna fiżika li taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) teżegwixxi l-attivitajiet professjonali bħala impjegat ta' persuna ġuridika, l-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika pjuttost milli għall-persuna fiżika.
TAQSIMA 2
Superviżjoni
Artikolu 47
Artikolu 48
Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru ta’ dawk l-awtoritajiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq is-sit web tagħha. L-awtoritajiet fir-reġistru għandhom, fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, iservu bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti korrispondenti tal-Istati Membri l-oħra. ►M2 L-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tal-Istati Membri għandhom iservu wkoll bħala punt ta’ kuntatt għall-EBA. ◄
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet kollha marbutin b’obbligu jkunu soġġetti għal superviżjoni adegwata, inklużi s-setgħat biex iwettqu superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, u għandhom jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-każ ta’ ksur.
Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża omm tkun stabbilita jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn l-istabbilimenti li huma parti minn grupp ikunu stabbiliti.
Fil-każ tal-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 45(9), is-superviżjoni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tinkludi t-teħid ta’ miżuri adatti u proporzjonati biex jindirizzaw nuqqasijiet serji li jeħtieġu rimedji immedjati. Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u jiġu terminati meta n-nuqqasijiet identifikati jiġu indirizzati, inkluż bl-għajnuna tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-entità marbuta b’obbligu, f’konformità mal-Artikolu 45(2).
Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn l-impriża omm tkun stabbilita, jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva ta’ politiki u proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu msemmi fl-Artikolu 45(1). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn huma stabbiliti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti mill-grupp, jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tkun stabbilita.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi applikat approċċ fuq il-bażi tar-riskju għas-superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti:
ikunu jifhmu b'mod ċar ir-riskji ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu preżenti fl-Istati Membri tagħhom;
ikollhom aċċess fuq il-post u mhux fuq il-post għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-riskji domestiċi u internazzjonali speċifiċi assoċjati ma' klijenti, prodotti u servizzi tal-entitajiet marbutin b'obbligu; u
jibbażaw il-frekwenza u l-intensità tas-superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post fuq il-profil ta' riskju tal-entitajiet marbutin b'obbligu, u fuq ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu preżenti f'dak l-Istat Membru.
TAQSIMA 3
Kooperazzjoni
Artikolu 49
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfasslu l-politiki, l-UIF, is-superviżuri u awtoritajiet kompetenti oħrajn involuti fl-AML/CFT, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi, meta jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ikollhom mekkaniżmi effettivi fis-seħħ biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw fil-livell nazzjonali dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż bil-għan li jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 7.
Artikolu 50
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-EBA biex tkun tista’ twettaq dmirijietha taħt din id-Direttiva.
Artikolu 50a
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet restrittivi irraġonevoli jew bla bżonn fuq l-iskambju ta’ informazzjoni jew assistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jirrifjutawx talba għall-assistenza fuq il-bażi li:
it-talba hija kkunsidrata wkoll li tinvolvi kwistjonijiet tat-taxxa;
il-liġi nazzjonali tirrikjedi lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jżommu segretezza jew kunfidenzjalità, minbarra f’dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni rilevanti mitluba hija protetta mill-privileġġ legali jew fejn tapplika s-segretezza professjonali legali, kif deskritt fl-Artikolu 34(2);
hemm inkjesta, investigazzjoni jew proċediment għaddej fl-Istat Membru mitlub, sakemm l-assistenza timpedixxi l-inkjesta, l-investigazzjoni jew il-proċediment;
in-natura jew l-istatus tal-awtorità kontroparti kompetenti li qed tagħmel it-talba hija differenti minn dik tal-awtorità kompetenti mitluba.
Artikolu 51
Il-Kummissjoni tista' tagħti assistenza bħal din kif meħtieġ sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-UIF, fi ħdan l-Unjoni. Hija tista' tlaqqa' b'mod regolari lir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-Pjattaforma tal-UIF tal-UE, sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-UIF, isir skambju ta' fehmiet u jingħataw pariri dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni rilevanti għall-UIF u l-entitajiet relaturi kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bħal kooperazzjoni effettiva tal-UIF, l-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet suspettużi b'dimensjoni transkonfinali, l-istandardizzazzjoni tal-formati ta' rappurtar permezz tan-netwerk FIU.net jew is-suċċessur tiegħu, l-analiżi konġunta ta' każijiet transkonfinali, u l-identifikazzjoni tat-tendenzi u l-fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskji marbutin mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak sovranazzjonali.
Artikolu 52
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jikkooperaw kemm jista' jkun ma' xulxin, irrispettivament mill-istatus tal-organizzazzjoni tagħhom.
Artikolu 53
Talba għandu jkollha l-fatti rilevanti, informazzjoni ta' sfond, raġunijiet għat-talba u kif ser tintuża l-informazzjoni mitluba. Jistgħu jiġu applikati mekkaniżmi ta' skambju differenti jekk ikun hemm qbil bejn l-UIF, b'mod partikolari fir-rigward ta' skambji permezz tal-FIU.net jew is-suċċessur tiegħu.
Meta UIF tirċievi rapport skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) li jikkonċerna Stat Membru ieħor, hi għandha tibagħtu minnufih lill-UIF ta' dak l-Istat Membru.
Meta UIF tfittex li tikseb informazzjoni addizzjonali minn entità marbuta b'obbligu stabbilita fi Stat Membru ieħor li topera fit-territorju tagħha, it-talba għandha tiġi indirizzata lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita l-entità marbuta b'obbligu. ►M1 Dik l-UIF għandha tikseb informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 33(1) u tibgħat it-tweġibiet minnufih. ◄
Artikolu 54
L-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti skont l-Artikoli 52 u 53 għandhom jintużaw għat-twettiq tal-kompiti tal-UIF kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta tiskambja informazzjoni u dokumenti skont l-Artikoli 52 u 53, l-UIF li tkun qed tittrasmettihom tista' timponi restrizzjonijiet u kondizzjonijiet għall-użu ta' dik l-informazzjoni. L-UIF riċeventi għandha tikkonforma ma' dawk ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jinnominaw tal-anqas persuna waħda ta’ kuntatt jew punt li għandu jkun responsabbli biex jirċievi talbiet għal informazzjoni minn UIF fi Stati Membri oħra.
Artikolu 55
Artikolu 56
Artikolu 57
Id-differenzi bejn id-definizzjonijiet fil-liġi nazzjonali ta’ reati predikati kif imsemmi fil-punt 4 tal-Artikolu 3 ma għandhomx ixekklu l-kapaċità tal-UIF li jipprovdu assistenza lil UIF oħra u ma għandhomx jillimitaw l-iskambju, il-kondiviżjoni u l-użu ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 53, 54 u 55.
Artikolu 57a
Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali, informazzjoni kunfidenzjali li persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jirċievu matul il-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva tista’ tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, b’mod li istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji individwali ma jistgħux jiġu identifikati.
Il-paragrafu 1 m’għandux ifixkel l-iskambju tal-informazzjoni bejn:
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stat Membru skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji;
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stati Membri differenti skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta jaġixxi skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 23 ). L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.
Sal-10 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji skont din id-Direttiva u l-BĊE, li jaġixxi skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ), għandhom jikkonkludu, bl-appoġġ tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ftehim dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jużaw din l-informazzjoni biss:
fil-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont atti leġislattivi oħrajn fil-qasam tal-AML/CFT, tar-regolamentazzjoni prudenzjali u tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inkluż sanzjonar;
f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inklużi proċedimenti fil-qrati;
fi proċedimenti fil-qrati mibdija skont dispożizzjonijiet speċjali previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam ta’ din id-Direttiva jew fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji.
Meta l-informazzjoni skambjata toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi żvelata biss bil-kunsens espress tal-awtorità kompetenti li tkun iddeċidiet li taqsamha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha.
Artikolu 57b
L-informazzjoni rċevuta għandha f’kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).
Madankollu, informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss għall-iskop li jitwettqu l-kompiti legali tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-persuni li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għal konformità ma’ din id-Direttiva lill-kumitati ta’ inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti, fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;
l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);
l-persuni b’aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1);
fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha, u biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
TAQSIMA 4
Sanzjonijiet
Artikolu 58
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidentifikaw każijiet ta’ ksur li huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali, dawn jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ infurzar f’waqtu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe mod fost dawn li ġejjin:
direttament;
f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet oħrajn;
b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk il-miżuri amministrattivi jew is-sanzjonijiet jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.
Artikolu 59
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-Artikolu japplika tal-inqas għall-ksur min-naħa tal-entitajiet marbutin b'obbligu li huwa serju, ripetut, sistematiku, jew kombinament ta' dawn, tar-rekwiżiti stipulati fi:
l-Artikoli 10 sa 24 (diliġenza dovuta tal-klijenti);
l-Artikoli 33, 34 u 35 (rappurtar ta' transazzjonijiet suspettużi);
l-Artikolu 40 (żamma ta' rekords); u
l-Artikoli 45 u 46 (kontrolli interni).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u l-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dan li ġej:
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta u li ma tirrepetix dik il-kondotta;
fejn entità marbuta b'obbligu tiġi soġġetta għal awtorizzazzjoni, irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;
projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet ta' tmexxija f'entità marbuta b'obbligu, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet ta' tmexxija f'entitajiet marbutin b'obbligu;
sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi b'valur ta' mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju li jirriżulta mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat jew mill-inqas EUR 1 000 000 .
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'deroga minn paragrafu 2(e), fejn l-entità marbuta b'obbligu kkonċernata tkun istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu applikati wkoll is-sanzjonijiet li ġejjin:
fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet monetarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas EUR 5 000 000 jew 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; fejn l-entità marbuta b'obbligu tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta' impriża prinċipali li hija meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul skont id-Direttivi rilevanti dwar il-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;
fir-rigward ta' persuna fiżika, sanzjonijiet monetarji amministrattivi massimi ta' mhux inqas minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-25 ta' Ġunju 2015.
Artikolu 60
Fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni responsabbli kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew id-data personali ta' tali persuni titqies mill-awtorità kompetenti li hi sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ imwettqa fir-rigward tal-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' din id-data, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kurrenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
idewmu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument li fih ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura amministrattiva fuq bażi anonima b'mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, jekk din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura l-protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; fil-każ ta' deċiżjoni li sanzjoni jew miżura amministrattiva tiġi ppubblikata fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta għal perijodu ta' żmien raġonevoli jekk ikun previst li matul dak il-perijodu, ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu.
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura amministrattiva fil-każ li l-alternattivi stipulati f'(a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiġi żgurat li:
ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew
tiġi osservata l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri meqjusa li huma ta' natura minuri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun applikabbli:
il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;
il-livell ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika miżmuma responsabbli;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, kif indikat pereżempju mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika li tinżamm responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika li tinżamm responsabbli;
il-benefiċċju li jirriżulta mill-ksur mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, dment li dan ikun jista' jiġi ddeterminat;
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, dment li dan ikun jista' jiġi ddeterminat;
il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli mal-awtorità kompetenti;
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 59(1) imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta' dik il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
is-setgħa li tirrappreżenta l-persuna ġuridika;
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew
l-awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.
Artikolu 61
Għal dak il-għan, huma għandhom jipprovdu mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni sigura għal persuni għar-rappurtar imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Tali mezzi għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jfornu l-informazzjoni tkun magħrufa biss mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, mill-korpi awtoregolatorji.
Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
proċeduri speċifiċi ta' kif għandhom jaslu r-rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;
protezzjoni xierqa għal impjegati jew persuni f'pożizzjoni komparabbli, ta' entitajiet marbutin b'obbligu li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan l-entità marbuta b'obbligu;
protezzjoni xierqa għall-persuna akkużata;
protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, f'konformità mal-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.
regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan l-entità marbuta b'obbligu, sakemm l-iżvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità marbuta b’obbligu li jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament, kif ukoll meta jagħmlu dan lill-UIF, ikunu protetti legalment milli jiġu esposti għal theddid jew azzjoni ostili, u b’mod partikolari minn azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi li jkunu esposti għal theddid, azzjonijiet ostili, jew azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji talli jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu internament jew lill-UIF ikunu intitolati li jippreżentaw ilment b’mod sigur lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miġbura mill-UIF, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tali individwi jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv li jħares id-drittijiet tagħhom taħt dan il-paragrafu.
Artikolu 62
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 63
Il-punt (d) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) il-kontroparti ċentrali hija stabbilita jew awtorizzata f'pajjiż terz li mhuwiex ikkunsidrat, mill-Kummissjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), li għandu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim nazzjonali tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li jikkostitwixxu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.
Artikolu 64
Artikolu 64a
Artikolu 65
Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari:
kont ta’ miżuri speċifiċi adottati u mekkaniżmi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru biex jipprevjenu u jindirizzaw problemi emerġenti u żviluppi ġodda li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;
azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru fuq il-bażi ta’ tħassib li jinġieb għall-attenzjoni tagħhom, inklużi lmenti dwar il-liġijiet nazzjonali li jfixklu s-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ korpi awtoregolatorji;
kont tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti u l-UIF tal-Istati Membri, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
kont tal-kooperazzjoni internazzjonali u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF;
kont ta’ azzjonijiet tal-Kummissjoni meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-Istati Membri jieħdu azzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex jiġu evalwati problemi emerġenti u żviluppi ġodda fl-Istati Membri;
analiżi tal-fattibbiltà ta’ mekkaniżmi u miżuri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru dwar il-possibbiltajiet li tinġabar u tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn inkorporati barra mill-Unjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20;
evalwazzjoni ta’ kif id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew rispettati.
L-ewwel rapport, li se jiġi ppubblikat sal-11 ta’ Jannar 2022, għandu jiġi akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa, inkluż, fejn xieraq, fir-rigward ta’ muniti virtwali, l-għoti tas-setgħat għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali li tirreġistra l-identitajiet tal-utenti u l-indirizzi tal-kartieri aċċessibbli għall-UIF, kif ukoll forom tal-awtodikjarazzjoni għall-użu ta’ utenti tal-muniti virtwali, u biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri u applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20.
Artikolu 66
Id-Direttivi 2005/60/KE u 2006/70/KE jitħassru b'effett mis-26 ta' Ġunju 2017.
Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness IV għal din id-Direttiva.
Artikolu 67
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 12(3) mill-10 ta’ Lulju 2020.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-reġistri msemmija fl-Artikolu 30 sal-10 ta’ Jannar 2020 u r-reġistri msemmija fl-Artikolu 31 sal-10 ta’ Marzu 2020 u l-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati msemmija fl-Artikolu 32a sal-10 ta’ Settembru 2020.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikoli 30 u 31, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sal-10 ta’ Marzu 2021.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih it-test tal-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 68
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 69
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-lista li ġejja hi lista mhux eżawrjenti tal-fatturi varjabbli tar-riskju li għandhom jiġu kkunsidrati mill-entitajiet marbutin b'obbligu meta jkunu qegħdin jiddeterminaw sa fejn għandhom japplikaw il-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijenti f'konformità mal-Artikolu 13(3):
l-għan ta' kont jew relazzjoni;
il-livell ta' assi li għandhom jiġu ddepożitati minn klijent jew id-daqs tat-transazzjonijiet imwettqa;
ir-regolarità jew it-tul ta' żmien tar-relazzjoni ta' negozju.
ANNESS II
Il-lista li ġejja hi lista mhux eżawrjenti ta' fatturi u tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment aktar baxx li jissemmew fl-Artikolu 16:
Fatturi ta' riskju tal-klijenti:
kumpanniji pubbliċi kkwotati fil-Borża u soġġetti għal rekwiżiti ta' divulgazzjoni (jew mir-regoli tal-Borża jew permezz ta' liġi jew mezzi eżekuttivi), li jimponu rekwiżiti biex tiġi żgurata trasparenza adegwata tas-sjieda benefiċjarja;
amministrazzjonijiet jew impriżi pubbliċi;
klijenti li huma residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju aktar baxx kif indikat fil-punt (3);
Fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-transazzjonijiet jew il-kanali tad-distribuzzjoni;
poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom il-primjum ikun baxx;
poloz tal-assigurazzjoni għal skemi tal-pensjonijiet jekk ma jkun hemm l-ebda għażla ta' rtirar bikri u l-polza ma tistax tintuża bħala kollateral;
skema ta' pensjoni, investiment għall-pensjoni jew skema simili li tipprovdi benefiċċji tal-irtirar għall-impjegati, fejn il-kontribuzzjonijiet isiru permezz ta' tnaqqis minn salarji, u r-regoli tal-iskema ma jippermettux iċ-ċessjoni tal-interess ta' membru fl-iskema;
prodotti jew servizzi finanzjarji li jipprovdu servizzi definiti u limitati kif xieraq għal ċerti tipi ta' klijenti, sabiex jiżdied l-aċċess għall-fini ta' inklużjoni finanzjarja;
prodotti fejn ir-riskju ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu jiġi kkontrollat minn fatturi oħrajn bħal-limiti fuq l-infiq jew it-trasparenza tas-sjieda (eż. ċerti tipi ta' flus elettroniċi;
Fatturi ta’ riskju ġeografiċi - reġistrazzjoni, stabbiliment, residenza fi:
Stati Membri;
pajjiżi terzi li għandhom sistemi effettivi tal-AML/CFT;
pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli bħala li għandhom livell baxx ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
pajjiżi terzi li, abbażi ta' sorsi kredibbli bħall-evalwazzjonijiet reċiproċi, ir-rapporti ta' valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta' segwitu ppubblikati għandhom ir-rekwiżiti biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet FATF u jimplimentaw b'mod effettiv dawk ir-rekwiżiti.
ANNESS III
Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta' fatturi u tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment ogħla msemmi fl-Artikolu 18(3):
Fatturi ta' riskju tal-klijenti:
ir-relazzjoni ta' negozju titwettaq f'ċirkustanzi mhux tas-soltu;
klijenti li huma residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju ogħla kif indikat fil-punt (3);
persuni jew arranġamenti ġuridiċi li huma strutturi ta' żamma ta' assi personali;
kumpanniji li għandhom azzjonisti nominati jew ishma f'forma ta' bearer;
negozji li huma kkaratterizzati mill-intensità tal-flus kontanti;
l-istruttura tas-sjieda tal-kumpannija tidher mhux tas-soltu jew eċċessivament kumplessa meta wieħed iqis n-natura tan-negozju tal-kumpannija;
il-klijent huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għad-drittijiet ta’ residenza jew għaċ-ċittadinanza fl-Istat Membru inkambju ta’ trasferimenti kapitali, xiri ta’ proprjetà jew bonds tal-gvern, jew investiment f’entitajiet korporattivi f’dak l-Istat Membru;
Fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-transazzjonijiet jew il-kanali tad-distribuzzjoni:
servizzi bankarji privati;
prodotti jew transazzjonijiet li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità;
relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb wiċċ, mingħajr ċerti salvagwardji, bħal mezzi tal-identifikazzjoni elettronika jew servizzi fiduċjarji rilevanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew kwalunkwe proċess ieħor ta’ identifikazzjoni sigura, remota jew elettroniku, irregolat, rikonoxxut, approvat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
ħlas riċevut minn partijiet terzi mhux magħrufin jew mhux assoċjati;
prodotti ġodda u prattiki ġodda ta' negozju, inkluż mekkaniżmu ġdid ta' kunsinna, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati kemm għal prodotti ġodda u dawk eżistenti minn qabel;
tranżazzjonijiet li jirrigwardaw iż-żejt, l-armi, il-metalli prezzjużi, il-prodotti tat-tabakk, l-artefatti kulturali u oġġetti oħrajn ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta’ valur xjentifiku rari, kif ukoll l-avorju u speċi protetti;
Fatturi ta' riskju ġeografiċi:
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta' valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala li m'għandhomx sistemi tal-AML/CFT effettivi;
pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli bħala pajjiżi b'livelli sinifikanti ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
pajjiżi soġġetti għal sanzjonijiet, embargos jew miżuri simili, pereżempju dawk maħruġa mill-Unjoni jew min-Nazzjonijiet Uniti;
pajjiżi li jipprovdu finanzjament jew appoġġ għal attivitajiet terroristiċi, jew dawk li fihom joperaw organizzazzjonijiet terroristiċi identifikati.
ANNESS IV
Tabella ta' korrelazzjoni
Din id-Direttiva |
Direttiva 2005/60/KE |
Direttiva 2006/70/KE |
— |
|
Artikolu 1 |
— |
|
Artikolu 3 |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2(3) sa (9) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3(9), (10) u (11) |
|
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikoli 6 sa 8 |
— |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 11(d) |
Artikolu 10(1) |
|
— |
Artikolu 10(2) |
|
Artikoli 15, 16 u 17 |
Artikolu 11 |
|
— |
Artikolu 12 |
|
Artikoli 18 sa 24 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 22 |
|
Artikolu 2(4) |
Artikolu 25 |
Artikolu 14 |
|
— |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 16 |
|
— |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 28 |
— |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 30 |
— |
|
Artikolu 31 |
— |
|
— |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 28 |
|
— |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 46 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 49 |
— |
|
Artikolu 50 |
Artikolu 37a |
|
Artikolu 51 |
Artikolu 38 |
|
Artikoli 52 sa 57 |
— |
|
Artikoli 58 sa 61 |
Artikolu 39 |
|
— |
Artikolu 40 |
|
— |
Artikolu 41 |
|
— |
Artikolu 41a |
|
— |
Artikolu 41b |
|
Artikolu 65 |
Artikolu 42 |
|
— |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 66 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 67 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 68 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 69 |
Artikolu 47 |
|
( 1 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
( 2 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 4 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 5 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 6 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
( 7 ) Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).
( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
( 9 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
( 10 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
( 11 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 12 ) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d- Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
( 13 ) Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 14 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
( 15 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
( 16 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
( 17 ) Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti. (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
( 18 ) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
( 19 ) Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
( 20 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 21 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 22 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 23 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
( 24 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 25 ) Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-transazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
( 26 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”.
( 27 ) Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
( 28 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).