02015L0652 — MT — 24.12.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/652

tal-20 ta' April 2015

li tistabbilixxi l-metodi ta' kalkolu u r-rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil

(ĠU L 107 25.4.2015, p. 26)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018

  L 328

1

21.12.2018


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 129, 27.5.2015, p.  53 (2015/652)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/652

tal-20 ta' April 2015

li tistabbilixxi l-metodi ta' kalkolu u r-rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil



Artikolu 1

Suġġett — Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-metodi ta' kalkolu u rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE.

2.  Din id-Direttiva tapplika għall-fjuwils użati fil-propulsjoni tal-vetturi tat-triq, tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi l-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni meta ma jkunux fil-baħar), tat-tratturi agrikoli u tal-forestrija, u tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fil-baħar u għall-elettriku użat fil-vetturi tat-triq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u b'żieda mad-definizzjonijiet li diġà jinsabu fid-Direttiva 98/70/KE, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “emissjonijiet upstream” tfisser l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b'effett serra li jseħħu qabel ma tidħol il-materja prima fir-raffineriji jew fl-impjant tal-ipproċessar fejn il-fjuwil, kif imsemmi fl-Anness I, kien prodott;

(2) “bitum naturali” tfisser kwalunkwe sors ta' materja prima tar-raffineriji li:

(a) għandu Gravità tal-American Petroleum Institute ta' 10 gradi jew anqas meta jinsab f'formazzjoni ta' reservoir fil-post tal-estrazzjoni kif definit skont metodu ta' ttestjar D287 tal-American Society for Testing and Materials (ASTM) ( 1 ),

(b) għandu viskożità medja annwali f'temperatura ta' reservoir akbar minn dik ikkalkulata mill-ekwazzjoni: Viskożità (Centipoise) = 518,98e – 0,038T fejn T hija t-temperatura fi grad Celsius,

(c) li jaqa' fid-definizzjoni għal ramel taż-żift tal-kodiċi tan-nomenklatura maqgħuda (NM) 2714 kif deskritt fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 2 ), u

(d) fejn il-mobilizzazzjoni tas-sors tal-materja prima tinkiseb bl-estrazzjoni tal-minjieri jew bl-iskular bil-gravità msaħħaħ b'mod termali fejn l-enerġija termali toriġina prinċipalment minn sorsi minbarra s-sors stess tal-materja prima;

(3) “skist bituminuż” tfisser kwalunkwe sors ta' materja prima ta' raffinerija kif ikun jinsab f'formazzjoni ta' blat li jkun fih keroġenu solidu u li jaqa' taħt id-definizzjoni għal skist bituminuż tal-kodiċi NM 2714 kif deskritt fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Il-mobilizzazzjoni tas-sors ta' materja prima tinkiseb bl-estrazzjoni tal-minjieri jew bl-iskular bil-gravità msaħħaħ b'mod termali;

(4) “standard tal-linja ta' bażi tal-fjuwils” tfisser standard tal-linja ta' bażi tal-fjuwils tul iċ-ċiklu tal-ħajja l-emissjonijiet tal-gass kull unità ta' enerġija mill-fjuwils fossili fl-2010;

(5) “żejt grezz konvenzjonali” tfisser kwalunkwe materja prima minn raffinerija li juri gravità tal-API li tkun ogħla minn 10 gradi meta tkun tinsab f'formazzjoni ta' reservoir fil-post tal-oriġini tagħha kif imkejla skont il-metodu ta' ttestjar D287 tal-ASTM, u li ma taqax taħt id-definizzjoni għall-kodiċi NM 2714 kif deskritt fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 3

Metodolu għall-kalkolu tal-intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' fjuwils u enerġija pprovduti għajr il-bijofjwuils u r-rappurtar mill-fornituri

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 98/70/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jużaw il-metodu ta' kalkolu stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva biex jiddeterminaw l-intensità tal-gass serra tal-fjuwils li huma jfornu.

2.  Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7a(1) u tal-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 98/70/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri jirrappurtaw id-data billi jużaw d-definizzjonijiet u l-metodu ta' kalkolu stipulati fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Id-data għandha tiġi rrappurtata kull sena billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Direttiva.

3.  Għall-finijiet tal- Artikolu 7a(4) tad-Direttiva 98/70/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li grupp ta' fornituri li jagħżlu li jitqiesu bħala fornitur wieħed jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 7a(2) f'dak l-Istat Membru.

4.  Għall-fornituri li huma SMEs, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu simplifikat stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kalkolu tal-istandard tal-linja ta' bażi tal-fjuwils u tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet b'effett serra

Għall-finijiet tal-verika tal-konformità tal-fornituri mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 7(a)2 tad-Direttiva 98/70/KE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri jqabblu t-tnaqqis miksub minnhom ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tul-iċ-ċiklu tal-ħajja minn fjuwils u elettriku mal-istandard tal-linja ta' bażi tal-fjuwls stabbilit fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Rappurtar mill-Istati Membri

▼M1

1.  Kull sena sal-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni data għas-sena kalendarja preċedenti relatata mal-konformità mal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE, kif definit fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jużaw l-għodod tar-ReportNet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ipprovduti skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) għas-sottomissjoni tad-data stipulata fl-Anness III ta' din id-Direttiva. Id-data għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri permezz ta' trasferiment elettroniku tad-data għar-Repożitorju tad-Data Ċentrali ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

3.  Id-data għandha tkun ipprovduta kull sena billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness IV. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data tat-trażmissjoni u l-isem ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika u r-rappurtar tad-data lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-21 ta' April 2017 u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-21 ta' April 2017. Huma għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru tali referenzi għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

METODU GĦALL-KALKOLU U R-RAPPURTAR TAL-INTENSITÀ TA' GASS SERRA TUL IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAL-FJUWILS U L-ENERĠIJA SKONT IL-FORNITURI

Parti 1

Kalkolu tal-intensità ta' gass serra tal-fjuwils u l-enerġija tal-fornitur

L-intensità ta' gass serra għall-fjuwils u l-enerġija hija espressa f'termini ta' grammi ta' dijossidu tal-karbonju ekwivalenti għal kull Mega Joule ta' fjuwil (gCO2eq/MJ).

1. Il-gassijiet serra li jitqiesu għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità ta' gass serra tal-fjuwil huma d-dijossidu tal-karbonju (CO2), l-ossidu tan-nitroġenu (N2O) u l-metan (CH4). Għall-fini tal-kalkolu tal-ekwivalenza ta' CO2, l-emissjonijiet ta' dawk il-gassijiet huma vvalutati f'termini ta' emissjonijiet ekwivalenti għal CO2, kif ġej:



CO2: 1;

CH4: 25;

N2O: 298

2. L-emissjonijiet mill-manifattura ta' makkinarju u tagħmir utilizzati għall-estrazzjoni, il-produzzjoni, ir-raffinar u l-konsum ta' fjwuils fossili ma jitqisux fil-kalkolu tal-gass serra.

3. L-intensità ta' gass serra tal-fornitur mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils u tal-enerġija kollha għandha tiġi kkalkulata skont il-formula t'hawn taħt:

image

fejn:

(a) “#” tfisser l-identifikazzjoni tal-fornitur (jiġifieri l-identifikazzjoni tal-entità responsabbli għall-ħlas tad-dazju) definita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 ( 4 ) bħan-Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant (in-numru tar-reġistrazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju tad-Data dwar is-Sisa (SEED) jew in-numru ta' identità tal-VAT fil-punt 5(a) tat-Tabella 1, il-punt 5(a) tal-Anness I ta' dak ir-Regolament għall-kodiċijiet tat-Tip tad-Destinazzjoni 1 sa 5 u 8), li huwa wkoll l-entità responsabbli li tħallas id-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE ( 5 ) fil-ħin li d-dazju tas-sisa sar dovut skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/118/KE. Jekk din l-identifikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni huma stabbiliti skont l-iskema tar-rappurtar tad-dazju tas-sisa nazzjonali;

(b) “x” tfisser it-tipi ta' karburant (fjuwil) u ta' enerġija li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif espressi fil-punt 7(c) tat-Tabella 1 ) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009. Jekk din id-data mhix disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiġbru data ekwivalenti skont l-iskema nazzjonali stabbilita tar-rappurtar tad-dazju tas-sisa;

(c) “MJx” tfisser l-enerġija totali pprovduta u mibdula minn volumi rrappurtati ta' fjuwil “x” espressa f'Mega Joules. Din tiġi kkalkolata kif ġej:

(i) Il-kwantità ta' kull fjuwil għal kull tip ta' fjuwil

Hija derivata minn data rrappurtata skont il-punti 17(d), (f) u (o) tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009. Il-kwantitajiet ta' bijofjuwils jiġu kkonvertiti għall-kontenut tagħhom tal-enerġija lower-heat-value skont id-densitajiet tal-enerġija stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2009/28/KE. Il-kwantitajiet ta' bijofjuwils minn oriġini mhux bijoloġika huma kkonvertiti fil-kontenut tagħhom tal-enerġija b'valur ta' tisħin inferjuri skont id-densitajiet tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 1 tar-rapport taċ-Ċentru Konġunti tar-Riċerka-EUCAR-CONCAWE tal-(JEC) ( 6 ) Well-to-Tank (verżjoni 4) ta' Lulju 2013 ( 7 );

(ii) Koproċessar simultanju ta' fjuwils fossili u ta' bijofjuwils

Proċessar jinkludi kull modifika tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' fjuwil jew ta' enerġija pprovduta li toħloq bidla fl-istruttura molekulari tal-prodott. Iż-żieda ta' denaturant ma taqax taħt dan l-ipproċessar. Il-kwantità ta' bijofjuwils koproċessati mal-fjuwils ta' oriġini mhux bijoloġika tirrifletti l-istat ta' wara l-ipproċessar tal-bijofjuwil. Il-kwantità tal-bijofjuwil koproċessat hija determinata skont il-kontenut ta' enerġija u l-effiċjenza tal-proċess ta' koproċessar kif stabbiliti fil-punt 17 ta' Parti C tal-Anness IV, tad-Direttiva 98/70/KE.

Meta bijofjuwils multipli jitħalltu ma' fjuwils fossili l-kwantità u t-tip ta' kull bijofjuwil jitqies fil-kalkolu u jiġi rrapurtat mill-fornituri lill-Istati Membri.

Il-kwantità ta' bijokarburanti (bijofjuwils) fornuta li ma tissodisfax il-kriterji ta' sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7b(1) tad-Direttiva 98/70/KE għandha titqies bħala fjuwil fossili.

It-taħlita ta' petrol E85 għandha tiġi rrappurtata bħala fjuwil separat għall-fini tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

Jekk ma jinġabrux il-kwantitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 684/2009, l-Istati Membri għandhom jiġbru data ekwivalenti skont skema nazzjonali stabbilita għar-rappurtar tad-dazju tas-sisa;

(iii) Il-kwantità ta' elettriku kkunsmat

Dan huwa l-ammont ta' elettriku kkunsmat f'vetturi tat-triq jew muturi fejn fornitur jirrapporta dan l-ammont ta' enerġija lill-awtorità rilevanti f'kull Stat Membru skont il-formula li ġejja:

Elettriku kkunsmat = distanza vvjaġġata (km) × effiċjenza tal-konsum tal-elettriku (MJ/km);

(d) Tnaqqis fl-emissjonijiet upstream (UER)

“UER” hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet upstream ta' gassijiet serra mitlub minn fornitur imkejjel f'gCO2eq jekk kwantifikat u rrappurtat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i) Eliġibbiltà

UERs għandhom japplikaw biss għall-parti tal-emissjoni upstream tal-valuri medji awtomatiċi għal petrol, diżil, CNG jew LPG.

UERs li joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż jista' jingħadd bħala tnaqqis f'emissjonijiet ta' gassijiet serra kontra fjwuils minn kwalunkwe sors ta' materja prima pprovdut minn kull fornitur.

UER għandhom jitqiesu biss jekk ikunu assoċjati ma' proġetti li nbdew wara l-1 ta' Jannar 2011.

Mhuwiex neċessarju li jkun ippruvat li UERs ma jkunx seħħ mingħajr ir-rekwiżit ta' rapportar tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE;

(ii) Kalkolu

UERs għandhom jiġu stmati u vvalidati skont il-prinċipji u l-istandards identifikati fl-Istandards Internazzjonali u b'mod partikolari ISO 14064, ISO 14065, u ISO 14066.

L-UERs u l-emissjonijiet tal-linja ta' bażi għandhom jiġu mmonitorjati, irrappurtati u vverifikati skont l-ISO 14064 u għandhom jipprovdu riżultati ta' fiduċja ekwivalenti għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 ( 9 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 ( 10 ). L-ivverifikar tal-metodi għall-istima tal-UERs għandu jsir skont ISO 14064-3 u l-organizzazzjoni li tivverifika din għandha tkun akkreditata skont l-ISO 14065;

(e) “GHGix” hija l-intensita tal-gass serra tal-fjuwil jew tal-enerġija “x” espressa f'gCO2eq/MJ. Il-fornituri għandhom jikkalkulaw l-intensità tal-gass b'effett serra ta' kull fjuwil jew enerġija kif ġej:

(i) L-intensità tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-fjuwils minn oriġini mhux bijoloġika hija l- “l-intensità ta' gass serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ppeżata” għal kull tip ta' fjuwil elenkat fl-aħħar kolonna tat-tabella taħt il-punt 5 tal-Parti 2 ta' dan l-Anness;

(ii) L-elettriku huwa kkalkulat kif deskritt fil-punt 6 tal-Parti 2;

(iii) L-intensità tal-emissjonijiet ta' gass serra ta' bijofjuwils

Il-volum ta' bijokarburanti (bijofjuwils) li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7b(1) tad-Direttiva 98/70/KE huwa kkalkulat skont l-Artikolu 7d ta' dik id-Direttiva. Fil-każ li d-data dwar l-emissjonijiet ta' gass serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti (bijofjuwils) ġiet miksuba skont ftehim jew skema li kienet is-suġġett ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 7c(4) tad-Direttiva 98/70/KE li tkopri l-Artikolu 7b(2) ta' dik id-Direttiva, din id-data għandha tintuża wkoll biex tistabbilixxi l-intensità ta' gass serra tal-bijokarburanti (bijofjuwils) skont l-Artikolu 7b(1) ta' dik id-Direttiva. Il-volum tal-bijokarburanti (bijofjuwils) li ma jissodisfawx il-kriterji ta' sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7b(1) tad-Direttiva 98/70/KE huwa ugwali għall-intensità ta' gass serra tal-fjuwil fossili derivat miż-żejt grezz jew mill-gass konvenzjonali;

(iv) L-ikkoproċessar simultanju ta' fjuwils minn oriġini mhux bijoloġika u ta' bijofjuwils

L-intensità ta' gass serra ta' bijofjuwils koproċessati mal-fjuwils ta' oriġini mhux bijoloġika għandha tirrifletti l-istat ta' wara l-ipproċessar tal-bijofjuwil;

(f) “AF” tirrappreżenta l-fatturi ta' aġġustament għall-effiċjenzi tal-magni:



Teknoloġija ta' konverżjoni predominanti

Fattur ta' effiċjenza

Magna li taħdem bil-kombustjoni interna

1

Magna bil-batterija elettrika

0,4

Magna elettrika taċ-ċelluli tal-fjuwil tal-idroġenu

0,4

Parti 2

Rappurtar mill-fornituri għall-fjuwils għajr il-bijofjuwils

1.   UERs tal-fjuwils fossili

Sabiex l-UERs ikun eliġibbli għall-iskopijiet tal-metodu ta' rappurtar u ta' kalkolu, il-fornituri għandhom jirrappurtaw dan li ġej lill-awtorità maħtura mill-Istati Membri:

(a) id-data tal-bidu tal-proġett li għandu jiġi wara l-1 ta' Jannar 2011;

(b) it-tnaqqis annwali ta' emissjonijiet f'gCO2eq;

(c) it-tul ta' żmien li għalih it-tnaqqis iddikjarat seħħ;

(d) il-post fejn ikun jinsab il-proġett li jkun l-eqreb lejn is-sors tal-emissjonijiet f'koordinati ta' latitudni u ta' lonġitudni fi gradi sar-raba' ċifra deċimali;

(e) l-emissjonijiet annwali tal-linja ta' bażi qabel l-installazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis u l-emissjonijiet annwali wara l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis f'gCO2eq/MJ ta' materja prima prodotta;

(f) in-numru taċ-ċertifikat dwar użu ta' darba waħda li jidentifika b'mod uniku l-iskema u t-tnaqqis iddikjarat ta' gassijiet serra

(g) in-numru taċ-ċertifikat dwar użu ta' darba waħda biss li jidentifika b'mod uniku l-metodu ta' kalkolu u l-iskema assoċjata.

▼M1 —————

▼B

5.   Valuri awtomatiċi medji tal-intensità tal-gass serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-fjuwils minbarra l-bijofjuwils u l-elettriku



Sors u proċess tal-materja prima

Fjuwil mqiegħed fis-suq

Intensità GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja (gCO2eq/MJ)

Intensità GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja (gCO2eq/MJ)

Żejt grezz konvenzjonali

Petrol

93,2

93,3

Gass Naturali-għal-Likwidu

94,3

Faħam-għal-Likwidu

172

Bitum naturali

107

Skist bituminuż

131,3

Żejt grezz konvenzjonali

Diżil jew gasoil

95

95,1

Gass Naturali-għal-Likwidu

94,3

Faħam-għal-Likwidu

172

Bitum naturali

108,5

Skist bituminuż

133,7

Kull sors ta' fossili

Gass tal-petroljum likwifikat (f'magna tal-ispark ignixin)

73,6

73,6

Gass Naturali, taħlita tal-UE

Gass Naturali Kompressat f'magna tal-ispark ignixin

69,3

69,3

Gass Naturali, taħlita tal-UE

Gass Naturali Likwifikat f'magna tal-ispark ignixin

74,5

74,5

Reazzjoni Sabatier tal-idroġenu minn enerġija rinnovabbli mhux bijoloġika bl-elettrolisi

Il-metan sintetiku kompressat f'magna tal-ispark ignixin

3,3

3,3

Gass naturali bl-użu ta' riformar ta' fwar (steam reforming)

Idroġenu Kompressat f'ċellola tal-fjuwil

104,3

104,3

Elettrolisi li taħdem kompletament bl-enerġija rinnovabbli mhux bijoloġika

Idroġenu Kompressat f'ċellola tal-fjuwil

9,1

9,1

Faħam

Idroġenu Kompressat f'ċellola tal-fjuwil

234,4

234,4

Faħam bi Ġbir u Ħżin tal-Karbonju tal-emissjonijiet ta' proċess

Idroġenu Kompressat f'ċellola tal-fjuwil

52,7

52,7

Skart tal-plastik derivat minn materja prima fossili

Petrol, diżil jew gasoil

86

86

6.   Elettriku

Għar-rappurtar mill-fornituri tal-enerġija tal-elettriku kkunsmat mill-vetturi u muturi tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-valuri awtomatiċi medji nazzjonali tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont Standards Internazzjonali xierqa.

Alternattivament l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri tagħhom biex jistabbilixxu valuri tal-intensità ta' gass serra (gCO2eq/MJ) għal elettriku minn data rrappurtata mill-Istati Membri fuq il-bażi ta':

(a) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(b) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ); jew

(c) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 ( 13 ).

▼M1 —————

▼B




ANNESS II

KALKOLU TAL-ISTANDARD TAL-LINJA TA' BAŻI TAL-FJWUILS FOSSILI

Metodu ta' kalkolu

(a) L-istandard tal-linja ta' bażi hija kkalkulata abbażi tal-konsum medju ta' fjwuils fossili fl-Unjoni ta' petrol, diżil, gasoil, LPG u CNG, kif ġej:

image

fejn:

“x” tirrappreżenta l-fjuwils u l-enerġija differenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u kif iddefiniti fit-tabella hawn taħt;

“GHGix” hija l-intensità ta' gass serra tal-provvista annwali mibjugħa fis-suq ta' fjuwil x jew enerġija li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u espressa f'gCO2eq/MJ. Jintużaw il-valuri għall-fjuwils fossili ppreżentati fil-punt 5 tal-Parti 2 tal-Anness I;

“MJx” tfisser l-enerġija totali pprovduta u mibdula minn volumi rrappurtati ta' fjuwil “x” espressa f'Mega Joules.

(b) Data ta' konsum

Id-data ta' konsum użata għall-kalkolu tal-valur hija kif ġej:



Fjuwil

Konsum tal-enerġija (MJ)

Sors

diżil

7 894 969 × 106

Kif irrappurtat mill-Istati Membri fl-2010 lill-UNFCCC

gasoil mhux tat-triq

240 763 × 106

petrol

3 844 356 × 106

LPG

217 563 × 106

CNG

51 037 × 106

Intensità ta' gass serra

L-istandard tal-linja ta' bażi għall-2010 għandha tkun: 94,1 gCO2eq/MJ




ANNESS III

RAPPURTAR TAL-ISTATI MEMBRI LILL-KUMMISSJONI

▼M1

1. L-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data elenkata fil-punt 3. Dik id-data trid tiġi rrapportata għal kull karburant u enerġija mqiegħda fis-suq f'kull Stat Membru. Meta l-bijokarburanti multipli jkunu mħallta mal-karburanti fossili, trid tiġi pprovduta d-data għal kull bijokarburant.

▼B

2. Id-data elenkata fil-punt 3 għandha tkun irrappurtata separatament għall-fjuwil jew l-enerġija mqiegħda fis-suq minn fornituri fl-Istat Membru (inklużi fornituri konġunti li joperaw fi Stat Membru wieħed).

3. Għal kull fjuwil u enerġija, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni id-data li ġejja, aggregata skont il-punt 2 u kif definita fl-Anness I:

(a) it-tip ta' fjuwil jew ta' enerġija;

(b) il-volum jew il-kwantità ta' fjuwil jew elettriku;

(c) l-intensità ta' gass serra;

(d) UERs.

▼M1 —————

▼B




ANNESS IV

MUDELL GĦAR-RAPPURTAR TA' INFORMAZZJONI GĦALL-KONSISTENZA TAD-DATA RRAPPURTATA



Fjuwil — Fornituri Uniċi

Entrata

Rappurtar Konġunt (IVA/LE)

Pajjiż

Fornitur1

Tip ta' fjuwil7

Kodiċi NM tal-fjuwil7

Kwantità2

Intensità medja GHG

Tnaqqis tal-emmissjonijiet upstream 5

Tnaqqis medju fl-2010

bil-litri

skont l-enerġija

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi NM

Intensità GHG 4

Materja Prima

Kodiċi NM

Intensità GHG4

sostenibbli (IVA/LE)

 

Komponent F.1 (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.1 (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

Komponent F.n (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.m (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

 

k

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi NM2

Intensità GHG4

Materja Prima

Kodiċi NM2

Intensità GHG4

sostenibbli (IVA/LE)

 

Komponent F.1 (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.1 (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

Komponent F.n (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.1 (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

 



Fjuwil — Fornituri Konġunti

Entrata

Rappurtar Konġunt (IVA/LE)

Pajjiż

Fornitur1

Tip ta' fjuwil7

Kodiċi NM tal-fjuwil7

Kwantità2

Intensità medja GHG

Tnaqqis tal-emmissjonijiet upstream5

Tnaqqis medju fl-2010

bil-litri

skont l-enerġija

I

IVA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IVA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

Kodiċi NM

Intensità GHG4

Materja Prima

Kodiċi NM

Intensità GHG4

sostenibbli (IVA/LE)

 

Komponent F.1 (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.1 (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

Komponent F.n (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.m (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

 

x

IVA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IVA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

Kodiċi NM2

Intensità GHG4

Materja Prima

Kodiċi NM2

Intensità GHG4

sostenibbli (IVA/LE)

 

Komponent F.1 (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.1 (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

Komponent F.n (Komponent tal-Fjuwils Fossili)

Komponent B.m (Komponent tal-Bijofjuwils)

 

 

 

 

 

 

 

 



Elettriku

Rappurtar Konġunt

Pajjiż

Fornitur1

Tip ta' enerġija7

Kwantità6

Intensità GHG

Tnaqqis medju fl-2010

skont l-enerġija

LE

 

 

 

 

 

 



Informazzjoni dwar il-Fornituri Konġunti

 

Pajjiż

Fornitur1

Tip ta' enerġija7

Kwantità6

Intensità GHG

Tnaqqis fuq il-medja tal-2010

skont l-enerġija

IVA

 

 

 

 

 

 

IVA

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

▼M1 —————

▼B



L-enerġija totali rrappurtata u t-tnaqqis miksub għal kull Stat Membru

Volume (skont l-energija)10

Intensità GHG

Tnaqqis fuq il-medja tal-2010

 

 

 

Noti dwar il-format

Il-mudell ta' rappurtar mill-fornitur huwa identiku għall-mudell għall-Istat Membru li jirrapporta.

Il-kaxxi miżbugħin ma għandhomx għalfejn jimtlew.

1. L-identifikazzjoni tal-fornitur hija definita fil-punt 3(a) tal-Parti 1 tal-Anness I;

2. Il-kwantità tal-fjuwil hija definita fil-punt 3(c) tal-Parti 1 tal-Anness I;

3. Id-densità API hija definita skont il-metodu ta' ttestjar ASTM D287;

4. L-intensità ta' gass serra hija definita fil-punt 3(e) tal-Parti 1 tal-Anness I;

5. UER huwa definit fil-punt 3(d) tal-Parti 1 tal-Anness I; kwalifiki ta' rappurtar huma definiti fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness I;

6. Il-kwantità tal-elettriku hija definita fil-punt 6 tal-Parti 2 tal-Anness I;

7. It-tipi ta' fjuwil u s-CN korrispondenti huma definiti fil-punt 3(b) tal-Parti 1 tal-Anness I;

▼M1 —————

▼B

10. Il-volum totali tal-enerġija (tal-elettriku u tal-fjuwil) ikkunsmat.



( 1 ) American Society for Testing and Materials: http://www.astm.org/index.shtml

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazji tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

( 6 ) Il-konsorzju JEC iġib flimkien iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC), EUCAR (Kunsill Ewropew għar-R u Ż fis-settur awtomobilistiku) u CONCAWE (l-assoċjazzjoni Ewropea tal-kumpaniji taż-żejt għall-ambjent, saħħa u sikurezza fir-raffinar u d-distribuzzjoni).

( 7 ) http://iet.jrc.ec.europa.eu/about-jec/sites/about-jec/files/documents/report_2013/wtt_report_v4_july_2013_final.pdf

( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

( 13 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwida ta' inventarji li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 26).