02015L0413 — MT — 19.01.2025 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M1   DIRETTIVA (UE) 2015/413 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2015

li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 068 13.3.2015, p. 9)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2024/3237 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tad-19 ta’ Diċembru 2024

  L 3237

1

30.12.2024




▼B

▼M1

DIRETTIVA (UE) 2015/413 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2015

li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

▼B

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u billi tiffaċilita l-infurzar ta’ sanzjonijiet, meta dawk ir-reati jsiru b’vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

►M1  1. ◄   

Din id-Direttiva tapplika għar-reati tat-traffiku li ġejjin, relatati mas-sikurezza fit-toroq:

(a) 

sewqan b'veloċità eċċessiva;

(b) 

meta ma jintlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza;

(c) 

meta jinqabeż id-dawl aħmar tat-traffiku;

(d) 

sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

(e) 

sewqan taħt l-influwenza tad-drogi;

(f) 

meta ma jintlibisx elmu protettiv;

(g) 

użu ta' karreġġata pprojbita;

(h) 

użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan;

▼M1

(i) 

nuqqas taż-żamma ta’ distanza sikura minn mal-vettura ta’ quddiem;

(j) 

qbiż perikoluż;

(k) 

ipparkjar jew waqfien perikoluż;

(l) 

qsim ta’ linja solida waħda jew aktar;

(m) 

sewqan fid-direzzjoni żbaljata;

(n) 

nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar in-nuqqas ta’ għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza;

(o) 

użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed;

(p) 

nuqqas ta’ rispett għar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi;

(q) 

hit-and-run;

(r) 

nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja.

B’deroga mill-punt (p) tal-ewwel subparagrafu, din id-Direttiva ma tapplikax għal imġiba li tikkostitwixxi nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni dwar il-konfini tar-restrizzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew l-obbligi b’validità żonali, l-istatus ta’ aċċess attwali u l-kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni f’żoni ristretti għall-aċċess tal-vetturi kif ukoll data dwar ir-restrizzjonijiet permanenti tal-aċċess għall-vetturi ma nħolqux u saru aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 ( 1 );

(b) 

is-sewwieq ma jirrispettax ir-regoli relatati mal-imposti u tariffi oħra li għandhom jitħallsu qabel id-dħul f’żona soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi.

2.  

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-atti legali tal-Unjoni:

(a) 

id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ( 2 );

(b) 

id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(c) 

il-proċeduri għan-notifika tal-atti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( 4 );

(d) 

id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati stabbiliti fid-Direttivi 2010/64/UE ( 5 ), 2012/13/UE ( 6 ), 2013/48/UE ( 7 ), (UE) 2016/343 ( 8 ), (UE) 2016/800 ( 9 ) u (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

“vettura” tfisser kwalunkwe mezz ta’ trasport soġġett għal reġistrazzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru fejn isir ir-reat li normalment jintuża għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija bit-triq, inkluż kombinamenti ta’ vetturi jew trejlers;

▼B

(b) 

“Stat Membru fejn isir ir-reat” tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;

(c) 

“Stat Membru tar-reġistrazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet irreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;

(d) 

“sewqan b'veloċità eċċessiva” tfisser il-qbiż tal-limiti fis-seħħ ta' veloċità fl-Istat Membru fejn isir ir-reat għat-triq ikkonċernata jew għat-tip ta' vettura kkonċernat;

(e) 

“ma jintlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza” tfisser in-nonkonformità mar-rekwiżit li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema ta' sikurezza għat-tfal f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE ( 11 ) u l-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(f) 

“jinqabeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku” tfisser sewqan fuq dawl tat-traffiku aħmar jew kwalunkwe sinjal ta' waqfien ieħor rilevanti, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(g) 

“sewqan taħt l-influwenza tax-xorb” tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ma jkunx kompletament f'sensih minħabba l-alkoħol, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(h) 

“sewqan taħt l-influwenza tad-drogi” tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ma jkunx kompletament f'sensih minħabba drogi jew sustanzi oħra li għandhom effett simili, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(i) 

“ma jintlibisx elmu protettiv” tfisser li ma jintlibisx elmu protettiv, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

▼M1

(j) 

“użu ta’ karreġġata pprojbita” tfisser l-użu illegali ta’ parti permanenti jew temporanja diġà eżistenti mit-triq, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

▼B

(k) 

“użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan” tfisser l-użu illegali ta' telefon ċellulari jew kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

▼M1

(l) 

“punt ta’ kuntatt nazzjonali” tfisser l-awtoritajiet maħtura għall-finijiet tal-iskambju awtomatizzat tat-talbiet li jidħlu kif ukoll it-tweġibiet li joħorġu tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, it-talbiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata, it-talbiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka biex jintbagħtu l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew id-dokumenti ta’ segwitu lill-persuna kkonċernata u t-talbiet u t-tweġibiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka fl-infurzar tad-deċiżjonijiet amministrattivi finali dwar il-multi tat-traffiku imposti għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq;

▼B

(m) 

“tiftix awtomatizzat” tfisser proċedura ta' aċċess online għal konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data ta' Stat Membru wieħed, ta' diversi Stati Membri jew kollha kemm huma jew tal-pajjiżi parteċipanti;

(n) 

“detentur tal-vettura” tfisser il-persuna li f'isimha tkun irreġistrata l-vettura, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;

▼M1

(o) 

“nuqqas taż-żamma ta’ distanza sikura minn mal-vettura ta’ quddiem” tfisser li sewwieq ma jżommx biżżejjed distanza mill-vettura ta’ quddiem, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(p) 

“qbiż perikoluż” tfisser il-qbiż ta’ vettura oħra jew ta’ utent ieħor tat-toroq b’mod li jikser ir-regoli applikabbli dwar il-qbiż, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(q) 

“ipparkjar jew waqfien perikoluż” tfisser l-ipparkjar jew il-waqfien tal-vettura b’mod li jikser ir-regoli applikabbli dwar l-ipparkjar jew il-waqfien b’mod perikoluż, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat; in-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi tal-ipparkjar u reati simili oħra ma jitqisux bħala pparkjar jew waqfien perikoluż;

(r) 

“qsim ta’ linja solida waħda jew aktar” tfisser tibdil tal-karreġġati bil-vettura taqsam illegalment mill-inqas linja solida waħda, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(s) 

“sewqan fid-direzzjoni żbaljata” tfisser is-sewqan ta’ vettura kontra d-direzzjoni deżinjata tat-traffiku, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(t) 

“nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar in-nuqqas ta’ għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza” tfisser nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli li jippermettu lil vetturi tas-servizz ta’ emerġenza, bħall-vetturi tal-pulizija, il-vetturi tas-salvataġġ jew it-trakkijiet tat-tifi tan-nar, jgħaddu u jaslu fis-sit ta’ emerġenza, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(u) 

“użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed” tfisser l-użu ta’ vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għall-piż massimu awtorizzat jew piż massimu awtorizzat tal-fusien tagħha, kif stabbilit fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE ( 12 ), jew fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għall-vetturi jew l-operazzjonijiet li għalihom ma hu stabbilit l-ebda rekwiżit bħal dan f’dik id-Direttiva;

(v) 

“avviż ta’ reat tat-traffiku” tfisser l-ewwel deċiżjoni jew kwalunkwe dokument ieħor maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat lill-persuna kkonċernata;

(w) 

“dokument ta’ segwitu” tfisser kwalunkwe deċiżjoni jew kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat toħroġ wara l-avviż ta’ reat tat-traffiku b’rabta ma’ dak l-avviż jew mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq inkwistjoni, sal-istadju tal-appell quddiem awtorità kompetenti bis-setgħa li tadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti;

(x) 

“persuna kkonċernata” tfisser persuna identifikata f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reat bħala personalment responsabbli għal reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1) jew id-detentur, is-sid l-utent finali jew is-sewwieq tal-vettura li biha jkun sar reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1), anke jekk ma tiġix identifikata bħala personalment responsabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(y) 

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex id-detentur jew is-sid tal-vettura, iżda persuna oħra indikata fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, li jkollha l-permess tuża dik il-vettura jew tkun responsabbli għat-tħaddim ta’ kuljum tagħha, b’mod partikolari taħt kuntratt ta’ lokazzjoni jew kiri fit-tul jew bħala parti minn flotta ta’ vetturi disponibbli għall-impjegati;

(z) 

“Stat Membru tar-residenza” tfisser kwalunkwe Stat Membru li jista’ jiġi preżunt sa livell raġonevoli ta’ ċertezza li jkun il-post tar-residenza normali tal-persuna kkonċernata;

(aa) 

“nuqqas ta’ rispett għar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi” tfisser li ma jiġux rispettati regolamenti dwar l-aċċess demarkati b’mod ċar u viżibbli stabbiliti għall-kategoriji kollha tal-vetturi jew ċerti kategoriji minnhom, għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, bħal żoni pedonali u tal-iskejjel, u korsiji għar-roti, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ab) 

“hit-and-run” tfisser sitwazzjoni li fiha s-sewwieq isuq ‘l hemm wara li jkun ikkawża aċċident jew kolliżjoni tat-traffiku sabiex jevita li jiffaċċa l-konsegwenzi tal-aċċident jew tal-kolliżjoni tat-traffiku, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ac) 

“nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja” tfisser li wieħed ma jiqafx jew jaġixxi b’mod perikoluż f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ad) 

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jew liċenzji tas-sewqan, għall-bidu tal-proċedimenti ta’ segwitu jew l-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) jew għall-infurzar tas-sanzjonijiet rilevanti, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħha.

Artikolu 3a

Punti ta’ kuntatt nazzjonali

1.  

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar għal:

(a) 

l-iskambju awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD) f’konformità mal-Artikolu 4;

(b) 

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5c;

(c) 

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew dokumenti ta’ segwitu jiġu nnotifikati lill-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5e; u

(d) 

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex jiġu infurzati d-deċiżjonijiet amministrattivi finali dwar il-multi tat-traffiku imposti għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq f’konformità mal-Artikolu 5f.

Is-setgħat tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu regolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża fil-ħin, u li jkun hemm konformità mal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 5a(2) u fl-Artikolu 5c(7) u (8).

▼M1

Artikolu 4

Proċeduri għall-iskambju tal-VRD u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri

1.  

Għall-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) identifikati fit-territorju tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jagħti lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat aċċess għall-VRD nazzjonali li ġejja, bis-setgħa li jsiru tiftixiet awtomatizzati fiha:

(a) 

data relatata mal-vetturi;

(b) 

data relatata mad-detenturi u, fejn disponibbli, is-sidien u l-utenti finali tal-vetturi

L-elementi tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), li huma meħtieġa biex isir tiftix għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.  
L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biss ikollhom aċċess għall-VRD permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu.Meta jsir tiftix fl-għamla ta’ talba li toħroġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tuża n-numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li kull talba li toħroġ tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, l-identifikatur tal-persuna li qed tittratta t-talba u n-numru tal-każ tat-talba.

3.  
Sabiex jiġi stabbilit jekk reat tat-traffiku rilevanti relatat mas-sikurezza fit-toroq ikunx sar b’vettura, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ l-ewwel titlob aċċess, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha, għad-data teknika relatata mal-vetturi elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet I u II, tal-Anness, u għal dik id-data teknika biss.

Meta jiġi stabbilit li reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq ikun sar b’vettura, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ sussegwentement titlob aċċess, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha, għad-data personali relatata mal-persuna kkonċernata elenkata fit-Taqsima 2, il-PartiI u l-Partijiet III sa VI, tal-Anness.

4.  
L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu juża d-data miksuba fl-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) biex jistabbilixxi l-identità tal-persuna li tkun personalment responsabbli għal dawk ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.
5.  

Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiżgura li, meta jaċċessaw il-VRD, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jirċievu messaġġ speċifiku li jinfurmahom, f’tal-anqas il-każijiet li ġejjin, li:

(a) 

fil-mument tar-reat, il-vettura kienet irreġistrata bħala distrutta;

(b) 

fil-mument tar-reat, il-vettura kienet irreġistrata bħala misruqa f’xi reġistru nazzjonali;

(c) 

fil-mument tar-reat, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-vettura kienet irreġistrata bħala misruqa f’xi reġistru nazzjonali;

(d) 

fil-mument tar-reat, l-ebda informazzjoni dwar il-vettura ma tista’ tinsab f’xi reġistru nazzjonali;

(e) 

l-input tat-tiftix ġie identifikat bħala mhux korrett, abbażi ta’ xi rekwiżiti nazzjonali tas-sintassi;

(f) 

l-informazzjoni mitluba ma tkunx tista’ tiġi żvelata f’każ li tikxef l-identità ta’ persuna protetta f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

6.  
Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiżgura li jiġu kondiviżi biss l-elementi tad-data personali relatati mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq li jkun sar.
7.  
Għal assistenza reċiproka f’konformità mal-Artikolu 5c, 5e jew 5f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull talba għal assistenza reċiproka tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, l-identifikatur tal-persuna li tittratta t-talba u n-numru tal-każ tat-talba.

▼M1

Artikolu 4a

Reġistri nazzjonali tal-vetturi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi tad-data elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet I sa III u V, tal-Anness, meta jkunu disponibbli fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tagħhom, ikunu aġġornati.
2.  
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iżommu l-elementi tad-data elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet V u VI, tal-Anness, meta jkunu disponibbli, fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi għal mill-inqas 12-il xahar wara kwalunkwe modifika tad-detentur, is-sid jew l-utent finali tal-vettura, u mhux aktar kif meħtieġ, kif iddefinit fil-liġi tal-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 5

Avviż ta’ reat tat-traffiku

1.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tibda proċedimenti ta’ segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1).

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tiddeċiedi li tibda tali proċedimenti, dik l-awtorità kompetenti għandha, qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 5a(2), toħroġ avviż ta’ reat tat-traffiku li jinforma lill-persuna kkonċernata dwar ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li jinbdew proċedimenti ta’ segwitu.

L-avviż ta’ reat tat-traffiku jista’ jservi skopijiet oħra għajr dawk stipulati fit-tieni subparagrafu li huma meħtieġa għall-infurzar, bħal talba għall-iżvelar tal-identità u l-indirizz tal-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkjesta dwar jekk il-persuna kkonċernata tammettix jew tiċħadx it-twettiq tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq jew talba għall-ħlas.

2.  

L-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

indikazzjoni li l-avviż ta’ reat tat-traffiku qed jinħareġ għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) 

l-isem, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(c) 

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari data dwar il-vettura li biha jkun twettaq ir-reat, inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, in-natura tar-reat, referenza dettaljata għad-dispożizzjonijiet legali miksura u, meta jkun xieraq, data dwar l-apparat użat biex jiġi identifikat ir-reat;

(d) 

informazzjoni dettaljata dwar il-klassifikazzjoni legali tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, is-sanzjonijiet applikabbli u konsegwenzi legali oħra tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkluż informazzjoni relatata mal-iskwalifiki mis-sewqan (inkluż il-punti penali jew restrizzjonijiet oħra imposti fuq id-dritt tas-sewqan), f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(e) 

informazzjoni dettaljata dwar fejn, meta u kif jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet tad-difiża jew dwar fejn, meta u kif isir appell għad-deċiżjoni li jitħarrek ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkluż ir-rekwiżiti għall-ammissibbiltà ta’ dan l-appell u l-iskadenza biex jitressaq l-appell, kif ukoll dwar jekk u b’liema kundizzjonijiet japplikaw il-proċeduri in absentia, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(f) 

meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5d u l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni;

(g) 

meta jkun applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar l-isem, l-indirizz u n-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) tal-awtorità fejn tista’ titħallas penali finanzjarja imposta, dwar l-iskadenza għall-ħlas u dwar metodi vijabbli, alternattivi u aċċessibbli ta’ ħlas, b’mod partikolari applikazzjonijiet speċifiċi tas-software, dment li dawk il-metodi jkunu aċċessibbli għall-persuni residenti u mhux residenti;

(h) 

informazzjoni ċara u komprensiva dwar ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, inkluż indikazzjoni tal-post li minnu ikun possibbli li tinkiseb l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), jew skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), inkluż informazzjoni dwar minn liema sors toriġina d-data personali, jew indikazzjoni li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli b’mod ġenerali huma disponibbli fuq il-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;

(i) 

meta jkun applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar jekk u kif jistgħu jittaffew is-sanzjonijiet għar-reati relatati mas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), inkluż bi ħlas bikri ta’ penali finanzjarja;

(j) 

matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 5h(2), u meta jkun applikabbli, indikazzjoni ċara li l-entità legali privata li tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku tkun ingħatat is-setgħa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, kif imsemmi fl-Artikolu 5h(1), u delineazzjoni ċara bejn l-ammonti tal-flejjes mitluba, abbażi tal-bażi legali tagħhom;

(k) 

ħolqa u, jekk ikun possibbli, kodiċi QR għall-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8.

3.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li sewwieq mhux residenti jirċievi avviż ta’ reat tat-traffiku msemmi fil-paragrafu 2, meta:

(a) 

is-sewwieq mhux residenti jkun ġie ċċekkjat fuq il-post fi spezzjoni fit-triq; u

(b) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ma tkunx infurzat is-sanzjoni relatata mar-reat imwettaq fuq il-post.

L-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jintbagħat lis-sewwieq mhux residenti, f’konformità mal-Artikolu 5a(1) u (2).

4.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li fil-każ fejn sewwieq mhux residenti jkun ġie ċċekkjat fuq il-post fi spezzjoni fit-triq u meta dik l-awtorità kompetenti tkun infurzat is-sanzjoni relatata mar-reat imwettaq fuq il-post, is-sewwieq mhux residenti jirċievi mill-inqas dan li ġej:

(a) 

riċevuta għat-tranżazzjoni finanzjarja jew avviż ta’ imposta ta’ penali finanzjarja li għandha titħallas f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

(b) 

informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti;

(c) 

informazzjoni dwar ir-reati mwettqa u, jekk ikun rilevanti, kif għandha tiġi żgurata l-konformità fil-futur;

(d) 

jekk ikun possibbli, ħolqa jew kodiċi QR għall-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8.

Id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jew bi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjoni tal-Unjoni meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

5.  
Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, u f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li jingħata aċċess għall-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha relatata mal-investigazzjoni ta’ -reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jista’ jqis din it-talba bħala talba biex jinkiseb rimedju legali kontra s-sanzjoni imposta, f’liema każ għandu jinforma lill-persuna kkonċernata b’mod ċar u konċiż fl-avviż ta’ reat tat-traffiku li dan ikun il-każ u dwar l-implikazzjonijiet legali u proċedurali ta’ din it-talba.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidu tal-iskadenzi għall-persuni mhux residenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ appell jew biex jittaffew is-sanzjonijiet, f’konformità mal-paragrafu 2, il-punti (e) u (i) rispettivament, ikun proporzjonat biex jiġi żgurat l-eżerċitar effettiv ta’ dawn id-drittijiet u jkun jikkorrispondi għad-data tal-ispedizzjoni jew tal-wasla postali jew elettronika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku jew tad-deċiżjoni uffiċjali dwar ir-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata.

▼M1

Artikolu 5a

Notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu

1.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu lill-persuni kkonċernati bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi b’valur ugwali f’konformità mal-Kapitolu III, it-Taqsima 7 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.
2.  
L-avviż ta’ reat tat-traffiku indirizzat lid-detentur, lis-sid jew lill-utent finali tal-vettura għandu jinħareġ mhux aktar tard minn 11-il xahar wara r-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq meta t-tiftixiet awtomatizzati msemmijin fl-Artikolu 4(1) ikunu rnexxew u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun stabbiliet l-identità u l-indirizz tad-detentur, is-sid jew l-utent finali tal-vettura sal-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu.

Meta t-tiftixiet awtomatizzati msemmijin fl-Artikolu 4(1) ma jkunux irnexxew jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ma setgħetx tistabbilixxi l-identità u l-indirizz tad-detentur, tas-sid jew tal-utent finali tal-vettura bil-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu, l-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jinħareġ mhux aktar tard minn ħames xhur wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun stabbiliet din l-informazzjoni.

3.  
L-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu lill-persuni kkonċernati jikkonnettjaw b’mod remot mal-proċedimenti tal-qorti permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo.

Artikolu 5b

Traduzzjoni tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti essenzjali ta’ segwitu

1.  
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tiddeċiedi li tibda proċedimenti ta’ segwitu b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), hija għandha toħroġ l-avviż ta’ reat tat-traffiku u kwalunkwe dokument essenzjali ta’ segwitu bil-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandhom jiddeċiedu jekk dokument ta’ segwitu jkunx essenzjali. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatt li l-persuna kkonċernata teħtieġ li tifhem l-akkużi u tkun tista’ teżerċita bis-sħiħ id-drittijiet ta’ difiża. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-reat, in-natura tar-reat imwettaq, is-sanzjoni imposta, ir-rimedji legali disponibbli kontra dik id-deċiżjoni, l-iskadenza prevista għal dak l-għan u l-identifikazzjoni tal-korp li quddiemu jrid jitressaq l-appell.

2.  
Fi kwalunkwe każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandhom jiddeċiedu jekk xi dokument ieħor ikunx essenzjali.
3.  
M’għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġu tradotti partijiet minn dokumenti essenzjali li ma jkunux rilevanti biex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu bil-kawża kontrihom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk dawk il-partijiet ikunux rilevanti għal dawk il-finijiet filwaqt li jqisu l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.
4.  
Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tippermetti lil dik il-persuna tirċievi d-dokumenti ta’ segwitu b’lingwa uffiċjali addizzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ma tkunx il-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tat-traduzzjoni tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu tkun mill-inqas tal-kwalità meħtieġa skont l-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2010/64/UE.
6.  
L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jiżgura li, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-awtorità kompetenti kkonċernata tirrevedi, b’mod effettiv u rapidu, avviż ta’ reat tat-traffiku jew dokument ta’ segwitu maħruġ lil dik il-persuna, għar-raġuni li dak l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew dak id-dokument ta’ segwitu ma jkunx jikkonforma ma’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 5, l-Artikoli 5a jew l-Artikolu 5e.

Artikolu 5c

Assistenza reċiproka fl-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, wara li jkunu eżawrew il-mezzi l-oħra kollha disponibbli lilhom, b’mod partikolari wara li jkunu wettqu tiftix awtomatizzat f’konformità mal-Artikolu 4(1) ukkonsultaw bażijiet ta’ data oħrajn li espliċitament huwa permess li jiġu kkonsultati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, xorta ma jkunux jistgħu jidentifikaw il-persuna kkonċernata sal-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu biex jibdew jew iwettqu l-proċedimenti ta’ segwitu msemmija fl-Artikolu 5(1).
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin skont dan l-Artikolu. Madankollu, jekk, wara l-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ każijiet individwali, jiġi ddeterminat li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/41/UE huma ssodisfati, l-Istati Membri marbuta b’dik id-Direttiva jistgħu japplikaw dik id-Direttiva bejniethom biss.
3.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiddeċiedi jekk titlobx assistenza reċiproka biex tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4.

It-talba għal assistenza reċiproka tista’ tinbeda biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tuża d-data miksuba b’assistenza reċiproka sabiex tistabbilixxi l-identità tal-persuna li tkun personalment responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1) imwettaq fit-territorju tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

4.  
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun iddeċidiet li titlob assistenza reċiproka f’konformità mal-paragrafu 1, hija għandha tibgħat talba strutturata elettronikament permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza.
5.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ titlob lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza:

(a) 

jistabbilixxi l-identità u l-indirizz tal-persuna kkonċernata, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, inkluż bl-użu ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali bħar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan jew ir-reġistri tal-popolazzjoni;

(b) 

jitlob lid-detentur, lis-sid jew l-utent finali tal-vettura li biha twettaq ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq jipprovdi informazzjoni dwar l-identità, l-indirizz u, fejn disponibbli, idettalji oħra ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, li għandhom jiġu applikati daqslikieku l-miżura investigattiva kkonċernata ġiet ordnata mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru stess.

6.  

It-talba strutturata elettronikament għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

elementi tad-data relatati mal-persuna kkonċernata miksuba wara t-tiftix awtomatizzat imwettaq f’konformità mal-Artikolu 4(1);

(b) 

jekk tkun disponibbli, ir-reġistrazzjoni viżiva tas-sewwieq irkuprata mit-tagħmir tad-detezzjoni, b’mod partikolari l-kameras tal-veloċità;

(c) 

data relatata mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, elenkata fl-Artikolu 2(1);

(d) 

data relatata mal-vettura li biha jkun twettaq ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq;

(e) 

raġuni għat-talba għal assistenza reċiproka.

7.  
Sakemm ma jiddeċidux li jinvokaw waħda mir-raġunijiet għar-rifjut elenkati fil-paragrafu 8 jew ma jkunx possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandhom jiġbru l-informazzjoni mitluba msemmija fil-paragrafu 5, mingħajr dewmien żejjed.

Mingħajr ebda dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahrejn mill-jum li fih l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza tkun ġabret l-informazzjoni mitluba, hija għandha twieġeb għat-talba b’mod elettroniku permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament mitluba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, waqt li tkun qed tiġbor l-informazzjoni mitluba, sa fejn dawn ma jkunux inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

8.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tista’ tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba msemmija fil-paragrafu 5. Għandha tagħmel dan f’każ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin biss:

(a) 

ikun hemm immunità jew privileġġ skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, li jagħmilha impossibbli li tingħata l-informazzjoni;

(b) 

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(c) 

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jipperikola investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja;

(d) 

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jmur kontra jew jagħmel ħsara lill-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, jipperikola s-sors tal-informazzjoni jew jinvolvi l-użu ta’ informazzjoni klassifikata relatata ma’ attivitajiet speċifiċi ta’ intelligence;

(e) 

ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-għoti tal-informazzjoni mitluba jkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza f’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(f) 

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jipperikola s-sikurezza ta’ individwu jew jiżvela l-identità ta’ persuna protetta f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza.

Mhux aktar tard minn xahrejn mill-jum li fih l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tiddeċiedi li tapplika raġuni għal rifjut, jew tistabbilixxi li mhuwiex possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba, hija għandha tinforma lill-Istat Membru fejn isir ir-reat b’dan permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tista’ tiddeċiedi li ma tispeċifikax liema raġuni ta’ rifjut tapplika fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) u (f).

Artikolu 5d

Miżuri nazzjonali li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli

1.  
L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura, b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), stipulata fil-liġi nazzjonali tagħhom sabiex jirnexxilhom jidentifikaw lill-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq (il-“persuna responsabbli”), bħal miżuri relatati mal-obbligu tad-detentur, tas-sid jew tal-utent finali ta’ vettura li jikkoopera fl-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli, dment li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u proċedurali skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.
2.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari:

(a) 

jinnotifikaw id-dokumenti lill-persuni kkonċernati b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), inkluż id-dokumenti li jitolbu lill-persuni kkonċernati jikkonfermaw ir-responsabbiltà tagħhom għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq;

(b) 

japplikaw obbligi, inkluż sanzjonijiet relatati, imposti fuq il-persuni kkonċernati li jkunu rilevanti għall-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli, bl-aktar mod estensiv possibbli.

Artikolu 5e

Assistenza reċiproka fin-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu

1.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew id-dokumenti ta’ segwitu lill-persuni kkonċernati permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-indirizz tal-persuna li għaliha jkun maħsub id-dokument ma jkunx magħruf, ma jkunx komplet jew ma jkunx ċert;

(b) 

ir-regoli proċedurali skont il-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ikunu jeħtieġu prova tan-notifika tad-dokument, minbarra l-prova li tista’ tinkiseb bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1);

(c) 

id-dokument ma setax jiġi notifikat bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1);

(d) 

l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikollu raġunijiet ġustifikati biex iqis li n-notifika tad-dokument bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1) f’dak il-każ partikolari tkun ineffettiva jew mhux xierqa.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat u tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.  
L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandhom jiżguraw li l-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu li jridu jiġu nnotifikati f’konformità mal-paragrafu 1 jiġu nnotifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jew, meta jkun debitament ġustifikat, b’metodu partikolari mitlub mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, dment li dak il-metodu ma jkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħhom.
3.  

L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu tipprovdi tweġiba strutturata elettronikament li tinkludi:

(a) 

meta l-konsenja tirnexxi, id-data tan-notifika u data dwar il-persuna li tirċievi d-dokument;

(b) 

meta l-konsenja ma tirnexxix, raġuni għan-nuqqas ta’ konsenja tal-avviż ta’ reat tat-traffiku jew tad-dokument ta’ segwitu.

It-tweġiba ta’ konsenja b’suċċess għandha titqies bħala prova tan-notifika tad-dokument.

Artikolu 5f

Assistenza reċiproka fl-attivitajiet ta’ infurzar

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin fl-infurzar f’każ li ma titħallasx multa tat-traffiku imposta għat-twettiq ta’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1).
2.  
Wara n-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku lill-persuna kkonċernata u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ multa tat-traffiku imposta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, dik l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza biex tassisti fl-infurzar ta’ deċiżjonijiet amministrattivi dwar multi tat-traffiku relatati mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1).
3.  

It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku hija ta’ natura amministrattiva, finali u infurzabbli skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(b) 

l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikun fil-pussess ta’ prova tan-notifika lill-persuna kkonċernata tat-talba għall-ħlas tal-multa tat-traffiku;

(c) 

il-persuna kkonċernata ġiet infurmata u kellha l-opportunità li teżerċita r-rimedji legali kontra d-deċiżjoni amministrattiva li timponi multa tat-traffiku skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(d) 

il-multa tat-traffiku tkun ogħla minn EUR 70.

4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu, tibgħat it-talba msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza f’forma strutturata elettronikament.
5.  
Jekk il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi li tħallset il-multa tat-traffiku, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandha tinnotifika dan minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.
6.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku li tkun intbagħtet skont dan l-Artikolu mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità ulterjuri, u minnufih għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tagħha sakemm dik l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet biex ma tirrikonoxxihiex jew ma tinforzahiex previsti fil-paragrafu 8.
7.  
L-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku għandu jkun irregolat mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew fl-Istat Membru tar-residenza.
8.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu u jinfurzaw id-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku. Għandha tagħmel dan biss jekk tkun stabbiliet kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku jmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(b) 

ikun hemm immunità skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, li tagħmilha impossibbli li tiġi infurzata d-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku;

(c) 

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku ma tkunx għadha infurzabbli skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza minħabba li jkun għadda ż-żmien;

(d) 

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku ma tkunx finali;

(e) 

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku jew mill-inqas il-kontenut essenzjali tagħha ma jiġix tradott kif previst fl-Artikolu 5b;

(f) 

it-talba ma tkunx kompleta u ma tkunx tista’ timtela kollha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(g) 

il-ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-prinċipji legali fundamentali kif imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk talba tiġi miċħuda, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għaċ-ċaħda.

9.  
Is-somma ta’ flus miksuba mill-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku għandha tkun dovuta lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-Istat Membru fejn isir ir-reat u l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza. Il-flus għandhom jiġu akkumulati fil-munita tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, skont liema minn dawk l-Istati Membri jkun irċieva t-talba.
10.  
Il-paragrafi 1 sa 9 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri sa fejn dawn il-ftehimiet jew l-arranġamenti jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-infurzar ta’ penali finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5g

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ VRD u assistenza reċiproka

1.  
L-Istati Membri għandhom jużaw applikazzjoni tas-software mfassla apposta u sigura ħafna tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS) fil-verżjoni aġġornata tagħha biex jiskambjaw l-informazzjoni jew jipproċessaw l-assistenza reċiproka, f’konformità mal-Artikolu 3a(1).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data jkun sigur, kosteffiċjenti, rapidu u affidabbli, u jsir b’mezzi interoperabbli fi struttura deċentralizzata.

2.  
L-informazzjoni skambjata permezz ta’ EUCARIS għandha tintbagħat f’forma kriptata.
3.  
Sal-20 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri, il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software, inkluż miżuri taċ-ċibersigurtà għat-talbiet u t-tweġibiet strutturati elettronikament relatati mal-Artikolu 3a(1), il-punt (a), u l-mezzi ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni għall-ipproċessar tal-assistenza reċiproka, inkluż l-użu ta’ mudelli uniformi, u proċeduri kif stipulati fl-Artikoli 4, 5c, 5e u 5f. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10a(2).
4.  

Meta tkun qed tistabbilixxi l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jidentifikaw aċċess dirett u indirett meta t-talba ma tkunx ġejja minn membru magħruf tal-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkonsultaw it-talbiet sabiex jiggarantixxu li dawn ikunu debitament ġustifikati u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(c) 

il-ħtieġa li jiġu stabbiliti proċessi li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa b’rispons għal allerti awtomatiċi u għal talbiet anormali, sabiex jittaffew ir-riskji għad-data, kif ukoll biex tiġi organizzata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari biex ma tintbagħatx data b’rispons għal talbiet anormali bħala deroga għall-Artikolu 4(1);

(d) 

l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob id-dettalji tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq qabel it-trażmissjoni tad-data tar-reġistrazzjoni lill-Istat Membru fejn isir ir-reat, u li jirrifjuta t-trażmissjoni tad-data tar-reġistrazzjoni jekk l-Istat Membri fejn isir ir-reat ma jweġibx għal dik it-talba fi żmien xahar;

(e) 

il-ħtieġa għal ġurnal ta’ konsultazzjonijiet li jwasslu għal allerti awtomatiċi lill-membri fil-każ ta’ talbiet anormali;

(f) 

meta l-awtoritajiet kompetenti jrid ikollhom il-possibbiltà li jiskambjaw data f’modalità unika sinkronika u meta jrid ikollhom il-possibbiltà li jiskambjaw data f’modalità asinkronika bil-lott.

5.  
Sakemm isiru applikabbli l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-tiftixiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-Kapitolu 3, il-punti 2 u 3, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI ( 16 ), applikati b’mod konġunt mal-Anness ta’ din id-Direttiva.
6.  
Kull Stat Membru għandu jġarrab il-kostijiet tiegħu stess li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u l-aġġornamenti tal-EUCARIS u l-verżjonijiet emendati tagħha.

Artikolu 5h

Entitajiet legali privati

1.  
Sal-20 ta’ Lulju 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma jagħtux is-setgħa lil entitajiet legali bi sjieda privata jew ġestjoni privata b’personalità ġuridika distinta li jwettqu kwalunkwe attività relatata mal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2.  
fil-perjodu sad-data msemmija fil-paragrafu 1 (“il-perjodu tranżizzjonali”), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti biss jitħallew jibdew u jwettqu proċeduri relatati mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), bħall-proċeduri relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni, l-infurzar, jew kwalunkwe tip ta’ assistenza reċiproka skont din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 6

Rappurtar u monitoraġġ

1.  
Sal-20 ta’ Jannar 2029, u kull erba’ snin wara dan, kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun fih data u statistika li jikkorrispondu għal kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ rappurtar.
2.  
Ir-rapport għandu jindika l-għadd ta’ tiftixiet awtomatizzati mwettqa mill-Istat Membru fejn isir ir-reat f’konformità mal-Artikolu 4(1) u indirizzati lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, wara t-twettiq ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tip ta’ reati li għalihom ikunu ġew indirizzati xi talbiet u l-għadd strutturat ta’ talbiet li ma rnexxewx skont it-tip ta’ falliment. Din l-informazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq id-data pprovduta permezz ta’ EUCARIS.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b’rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u ta’ kwalunkwe problema relatata li l-Istati Membri jkunu ltaqgħu magħha. Id-deskrizzjoni għandha mill-inqas tispeċifika:

(a) 

l-għadd totali ta’ reati tat-traffiku rreġistrati relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) li jkunu ġew identifikati awtomatikament jew mingħajr l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata fuq il-post;

(b) 

l-għadd ta’ reati tat-traffiku reġistrati relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) li jkunu twettqu b’vetturi rreġistrati fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat u li jkunu ġew identifikati awtomatikament jew mingħajr l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata fuq il-post;

(c) 

l-għadd ta’ tagħmir tad-detezzjoni awtomatika fiss jew li jista’ jitneħħa, inkluż il-kameras tal-veloċità;

(d) 

l-għadd ta’ penali finanzjarji mħallsa volontarjament mill-persuni mhux residenti;

(e) 

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5c u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta l-informazzjoni ma tkunx ingħatat;

(f) 

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5e u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta ma kienx possibbli li d-dokumenti jiġu notifikati;

(g) 

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5f, l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta kien possibbli li jiġu infurzati s-sanzjonijiet u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta ma kienx possibbli li jiġu infurzati s-sanzjonijiet.

3.  
Ir-rapport għandu jindika wkoll l-għadd u t-tip ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) imwettqa minn sewwieqa b’vettura rreġistrata f’pajjiż terz.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti mibgħuta mill-Istati Membri u tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10a(1) dwar il-kontenut tagħhom mhux aktar minn sitt xhur wara li tirċievi r-rapporti mingħand l-Istati Membri kollha.

Artikolu 7

Obbligi addizzjonali

L-entitajiet legali fin-natura tagħhom ta’ detenturi, sidien jew utenti finali tal-vetturi soġġetti għall-iskambju tad-data ta’ din id-Direttiva għandu jkollhom id-dritt li jiksbu informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar inċidenti taċ-ċibersigurtà, notifikati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), meta l-inċidenti jkunu relatati ma’ data maħżuna fi clouds virtwali jew fiżiċi jew f’servizzi ta’ hosting tal-cloud.

▼M1

Artikolu 7a

Appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni transfruntiera

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal inizjattivi li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tar-regoli tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni, b’mod partikolari għall-iskambju tal-aqwa prattiki, għall-applikazzjoni ta’ metodoloġiji u tekniki tal-infurzar intelliġenti fl-Istati Membri, u żieda fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar. Jista’ jingħata wkoll appoġġ finanzjarju għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar infurzar transfruntier ta’ regoli tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u kampanji ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni dwar id-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

▼M1

Artikolu 8

Portal ta’ informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (Portal CBE)

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm portal online dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (“Portal CBE”) disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istutzzjonijiet tal-Unjoni ddedikat għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-utenti tat-toroq dwar ir-regoli fil-qasam kopert minn din id-Direttiva fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluż, meta jkun ta’ rilevanza partikolari, dwar kif għandha tiġi żgurata l-konformità. Il-Portal CBE għandu jinkludi informazzjoni dwar rimedji legali, dwar kwalunkwe dritt mogħti lill-persuni kkonċernati skont din id-Direttiva, inkluż għażliet lingwistiċi, informazzjoni dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u dwar is-sanzjonijiet applikabbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-riperkussjonijiet mhux finanzjarji applikabbli, u l-iskemi u l-mezzi disponibbli għall-ħlas tal-multi imposti b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.
2.  
Il-Portal CBE għandu jkun kompatibbli mal-interfaċċa stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) u ma’ portals jew pjattaformi oħra b’għan simili, bħall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
3.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta ħolqa għall-portal online fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

▼M1

Artikolu 8a

Ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri sakemm tali ftehimiet jew arranġamenti jkun fihom rekwiżiti addizzjonali għal dawk imposti minn din id-Direttiva u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri stipulati fiha.

▼M1

Artikolu 9

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 biex temenda l-Anness biex taġġornah fid-dawl tal-progress tekniku jew meta dan ikun meħtieġ minn atti legali tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Anness.

▼B

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-13 ta' Marzu 2015. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi identiċi fit-tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux dik l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u li jkollha konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti mill-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M1

Artikolu 10a

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ).
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 10b

Rappurtar mill-Kummissjoni

Sal-20 ta’ Lulju 2030 u minn hemm ’il quddiem, kull 18-il xahar wara li tirċievi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri.

Artikolu 10c

Rappurtar tranżizzjonali

Sas-6 ta’ Mejju 2026, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport komprensiv lill-Kummissjoni f’konformità mat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.

Ir-rapport komprensiv għandu jindika l-għadd ta’ tiftixiet awtomatizzati li jkun għamel l-Istat Membru fejn isir ir-reat indirizzati lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri tar-reġistrazzjoni, wara t-twettiq ta’ reati fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tip ta’ reati li għalihom ikunu ġew indirizzati talbiet u l-għadd ta’ talbiet li ma rnexxewx.

Ir-rapport komprensiv għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b’rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, abbażi tal-proporzjon ta’ dawk ir-reati li jkunu ngħataw segwitu b’avviżi ta’ reati tat-traffiku.

▼M1

Artikolu 11

Reviżjoni

Sal-20 ta’ Lulju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-inklużjoni ta’ reati oħra, sa fejn id-data tal-Istati Membri turi effetti pożittivi u kwantifikabbli fuq is-sikurezza fit-toroq.

▼B

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sas-6 ta' Mejju 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir din ir-referenza.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta' Fuq jistgħu jipposponu d-data ta' skadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu sas-6 ta' Mejju 2017.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin fl-erbat jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

Elementi tad-data meħtieġa biex isir it-tiftix imsemmi fl-Artikoli 4(1) u (3)

1.   Elementi tad-data tat-tiftix tal-bidu (talba ħierġa)



Entrata

(1)

Rimarki

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

Simbolu distintiv (2) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Numru tar-reġistrazzjoni

M

Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Data relatata mar-reat u/jew l-ispezzjoni tal-vettura

 

 

Post fejn seħħ ir-reat jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

M

Indirizz jew il-marka tal-kilometri fit-triq fejn seħħ ir-reat jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

Stat Membru fejn seħħ ir-reat u/jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

M

Simbolu distintiv (2) tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat

Awtorità kompetenti

M

Isem l-awtorità kompetenti li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Identifikatur tal-utent

M

Identifikatur tal-utent tal-persuna li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Numru tal-kawża

M

Numru tal-kawża pprovdut mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Data ta’ referenza tar-reat u/jew tal-ispezzjoni tal-vettura

M

 

Ħin ta’ referenza tar-reat u/jew tal-ispezzjoni tal-vettura

M

 

Għan tat-tiftix

M

Kodiċi li jindika t-tip ta’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq kif elenkat fl-Artikolu 2(1)

1. = Sewqan b’veloċità eċċessiva

2. = Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

3. = Sewqan bla ċinturin tas-sikurezza

4. = Nuqqas ta’ waqfien fuq dawl aħmar tat-traffiku

5. = Użu ta’ karreġġata pprojbita

10. = Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

11. = Sewqan bla elmu protettiv

12. = Użu illegali ta’ telefown ċellulari jew ta’ xi apparat ieħor ta’ komunikazzjoni waqt is-sewqan

14. = Nuqqas taż-żamma ta’ distanza ta’ sikurezza minn mal-vettura ta’ quddiem

15. = Qbiż perikoluż

16. = Parkeġġ jew waqfien perikoluż

17. = Qsim ta’ linja solida waħda jew aktar

18. = Sewqan fid-direzzjoni żbaljata

19. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar l-għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza

20. = Użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed

33. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi

34. = Hit-and-run

35. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell ta’ linja ferrovjarja

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data

(2)   

Simbolu distintiv f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar it-traffiku fit-toroq, magħmula fi Vjenna fit-8 ta’ Novembru 1968, jew il-kodiċi ta’ Stat Membru tal-EUCARIS.

2.   Elementi tad-data pprovduti b’riżultat tat-tiftix tal-bidu mwettaq skont l-Artikoli 4(1) u (3)

Parti I. Data relatata mal-vetturi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (3)



Entrata

M/F (2)

Rimarki (3)

Numru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi A) Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Numru tax-xażì/VIN (1)

M

(Kodiċi E) Numru sħiħ tax-xażì/VIN sħiħ tal-vettura

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

Simbolu distintiv (4) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Marka

M

(Kodiċi D.1) Marka tal-vettura eż. Ford, Opel, Renault

Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali

M

(Kodiċi D.3) Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-kategorija tal-UE

M

(Kodiċi J) eż. N1, M2, N2, L, T

L-ewwel data tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi B) Data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura

L-aħħar data tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi I) Data tal-aħħar reġistrazzjoni tal-vettura

Lingwa

M

Lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Talbiet preċedenti

F

Id-dati tat-talbiet preċedenti dwar il-vettura

(1)   

VIN = numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

(2)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = Komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(3)   

Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(4)   

Simbolu distintiv f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar it-traffiku fit-toroq, magħmula fi Vjenna fit-8 ta’ Novembru 1968, jew il-kodiċi ta’ Stat Membru tal-EUCARIS.

Parti II. Data relatata mal-vetturi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (3)



Entrata

M/F (1)

Rimarki (2)

Piż massimu li jista’ teknikament jiġi mgħobbi għajr għall-muturi

M

(Kodiċi F.1)

Piż massimu permess tal-vettura mgħobbija mħaddma fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi F.2)

Piż massimu permess tal-vettura kollha mgħobbija mħaddma fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi F.3)

Piż tal-vettura mħaddma bil-karozzerija u b’mekkaniżmu tat-tqabbid fil-każ ta’ vettura tal-irmonk imħaddma minn kull kategorija għajr dik M1 (f’kg)

M

(Kodiċi G)

Numru ta’ fusien

M

(Kodiċi L)

Bażi tar-roti (f’mm)

M

(Kodiċi M)

Għal vetturi b’piż totali li jaqbeż it-3 500  kg, id-distribuzzjoni tal-piż massimu li jista’ teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien:

M

 

fus 1 (f’kg)

(Kodiċi N.1)

fus 2 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.2)

fus 3 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.3)

fus 4 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.4)

fus 5 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.5)

Piż massimu teknikament permess tat-trejler li jista’ jiġi rmunkat:

M

 

bil-brejkijiet (f’kg)

(Kodiċi O.1)

mingħajr brejkijiet (f’kg)

(Kodiċi O.2)

Magna:

F

 

Tip ta’ fjuwil jew sors ta’ enerġija

 

(Kodiċi P.3)

Kategorija EURO

F

(Kodiċi V.9)

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(2)   

Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

Parti III. Data relatata mad-detenturi u s-sidien tal-vetturi



Entrata

M/F (1)

Rimarki (2)

Data relatata mad-detenturi tal-vettura

 

(Kodiċi C.1)

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni speċifiku

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.1.1)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

(Kodiċi C.1.2)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

(Kodiċi C.1.3)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara.

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Data relatata mas-sidien tal-vettura

 

(Kodiċi C.2)

Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.2.1)

Isem

M

(Kodiċi C.2.2)

Indirizz

M

(Kodiċi C.2.3)

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(2)   

Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

Parti IV. Data relatata mal-utenti finali tal-vetturi



Entrata

M/F (1)

Rimarki

Data relatata mal-utenti finali tal-vettura

 

Id-data tirreferi għall-utent finali tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

Parti V. Data fi żmien it-twettiq tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq relatata mad-detentur u s-sid preċedenti tal-vettura li tkun soġġetta għat-tiftix tal-bidu fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Artikolu 4a(2)



Entrata

M/F (1)

Rimarki (2)

Data relatata mad-detenturi preċedenti tal-vettura

 

(Kodiċi C.1)

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni speċifiku

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.1.1)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

(Kodiċi C.1.2)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

(Kodiċi C.1.3)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Data relatata mas-sidien preċedenti tal-vettura

 

(Kodiċi C.2)

Id-data tirreferi għas-sid preċedenti tal-vettura.

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.2.1)

Isem

M

(Kodiċi C.2.2)

Indirizz

M

(Kodiċi C.2.3)

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(2)   

Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

Parti VI. Data fi żmien it-twettiq tar-reat relatata mal-utent finali preċedenti tal-vettura li tkun soġġetta għat-tiftix tal-bidu fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Artikolu 4a(2)



Entrata

M/F (1)

Rimarki

Data relatata mal-utenti finali preċedenti tal-vettura

 

Id-data tirreferi għall-utent finali preċedenti tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

(1)   

M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data. f

▼M1 —————



( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 tat-2 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 122, 25.4.2022, p. 1).

( 2 ) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

( 3 ) Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

( 4 )  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

( 5 ) Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

( 9 ) Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

( 10 ) Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

( 11 ) Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

( 13 ) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

( 16 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

( 17 ) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).

( 18 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

( 19 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).