2015D2460 — MT — 24.03.2016 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2460

tat-23 ta' Diċembru 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2015) 9818)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 339 24.12.2015, p. 52)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/42 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-15 ta' Jannar 2016

  L 11

10

16.1.2016

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/237 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Frar 2016

  L 44

12

19.2.2016

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/447 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Marzu 2016

  L 78

76

24.3.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2460

tat-23 ta' Diċembru 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2015) 9818)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-virusijiet tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom tal-marda li huma distinti mill-kapaċità ta' tixrid tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tal-pollam tal-irziezet.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabba l-pollam jew jinżammu għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ( 3 ) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri ta' kontroll minimi li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. L-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva jistipula t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni, żoni ta' sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f'każ ta' tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Barra minn hekk, l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2005/94/KE jipprovdi għal ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta' sorveljanza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda, inklużi ċerti restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta' pollam, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE ( 4 ) tistipula regoli għall-kummerċ fl-Unjoni ta' pollam u bajd għat-tfaqqis, inklużi ċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jintużaw.

(6)

Franza infurmat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'azjendi fejn jinżamm il-pollam fit-territorju tagħha u minnufih ħadet il-passi meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

(7)

Minn investigazzjonijiet fil-laboratorju rriżulta li l-virusijiet tas-sottotipi H5N1, H5N2 u H5N9 misjuba fi Franza huma ferm differenti mill-virus HPAI H5N1 li feġġ fl-Asja f'nofs id-disgħinijiet u li ġie l-ewwel osservat fl-Ewropa fl-2005. Il-virusijiet tas-sottotip H5 li feġġew attwalment fil-Lbiċ ta' Franza għandhom oriġini Ewropea.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2239 ( 5 ) ġiet adottata sabiex telenka, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti minn Franza skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE.

(9)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u r-riskju ta' aktar tixrid tal-marda, Franza stabbiliet ukoll żona ristretta ulterjuri kbira madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza li hija magħmula minn diversi Dipartmenti jew partijiet minnhom fil-Lbiċ ta' dak l-Istat Membru.

(10)

Sabiex tillimita t-tixrid tal-marda, Franza għandha tiżgura li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u minn żoni ristretti ulterjuri lejn partijiet oħra ta' Franza, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.

(11)

Il-flieles ta' jum jippreżentaw riskju baxx ħafna ta' tifrix ta' virusijiet tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja sakemm dawn ikunu ġew imfaqqsa minn pollam li joriġina minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta ulterjuri u 'l barra miż-żona ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u sakemm il-mafqas li ġejjin minnu jista' jiżgura, permezz tal-loġistika u tal-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà tax-xogħol tiegħu, li dak il-bajd għat-tfaqqis ma kellu l-ebda kuntatt ma' bajd għat-tfaqqis ieħor jew ma' flieles ta' jum li joriġinaw minn qatgħat tal-pollam fiż-żoni ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza u li huma għalhekk fi stat ta' saħħa differenti.

(12)

Il-bajd għat-tfaqqis jippreżenta riskju ferm baxx ta' trażmissjoni tal-mard sakemm dan ikun inġabar minn qatgħat li jinżammu fiż-żona ristretta ulterjuri u li jkun għadda minn testijiet seroloġiċi, b'riżultati negattivi. Kundizzjoni oħra hija li dan il-bajd għat-tfaqqis u l-imballaġ tiegħu għandhom jiġu diżinfettati qabel ma jintbagħtu miż-żona ristretta ulterjuri.

(13)

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri applikabbli fiż-żona ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, huwa għalhekk xieraq li l-awtorità kompetenti ta' Franza tkun tista' tawtorizza l-bgħit ta' konsenji ta' flieles ta' jum u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żona ristretta ulterjuri elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni skont ir-rekwiżiti ta' hawn fuq u sakemm isir qbil minn qabel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni.

(14)

L-estensjoni kbira taż-żona ristretta ulterjuri kif stabbilita minn Franza skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE timponi projbizzjoni ta' moviment fuq proporzjon kbir tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli.

(15)

Huwa xieraq ukoll li jiġi mmitigat ir-riskju li l-pollam ikun espost għal virusijiet tal-influwenza avjarja li jiċċirkolaw fiż-żoni ta' sorveljanza stabbiliti billi titnaqqas malajr id-densità tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli f'dawk iż-żoni li huma inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri, b'mod partikolari permezz tal-qtil f'waqtu u r-ripopolazzjoni tardiva tal-pollam fl-azjendi f'dik iż-żona.

(16)

Minħabba l-iskala kbira u mhux mistennija tat-tifqigħat u l-erja kbira korrispondenti ta' żoni ta' sorveljanza stabbiliti madwar kull tifqigħa, huwa meħtieġ li titnaqqas malajr id-densità tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli f'dawk l-azjendi b'riskju partikolarment għoli ta' infezzjoni. It-twettiq ta' eżami kliniku sistematiku tal-pollam qabel ma jintbagħat ikompli jnaqqas ir-rata tal-proċess ta' depopolazzjoni b'mod kunsiderevoli filwaqt li jżid ir-riskju ta' tixrid tal-virus.

(17)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit li ma jsirux investigazzjonijiet kliniċi sistematiċi tal-pollam f'azjendi li jinsabu fiż-żoni ta' sorveljanza, sa minn 24 siegħa qabel il-bgħit għall-qatla immedjata fiż-żona ta' sorveljanza jew fiż-żona ristretta ulterjuri, diment li jkunu awtorizzati biss il-movimenti diretti ta' pollam li joriġina minn azjendi fiż-żoni ta' sorveljanza lejn biċċerija deżinjata ġewwa ż-żona ta' sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri; u dawn il-movimenti jitwettqu taħt miżuri ta' bijosigurtà stretti, inkluż is-separazzjoni stretta minn pollam li joriġina miż-żona ta' protezzjoni, li t-tindif u d-diżinfezzjoni jitwettqu kif xieraq, u li r-ripopolazzjoni tiġi ttardjata b'mod sinifikanti.

(18)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-marda u l-estent taż-żoni li tpoġġew taħt restrizzjonijiet f'kollaborazzjoni ma' Franza, u tqis li dawn huma adattati biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti.

(19)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta wkoll li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u taż-żona ristretta ulterjuri, stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' Franza skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE, huma mbegħdin biżżejjed mill-ażjendi li fihom ġie kkonfermat li seħħew xi tifqigħat.

(20)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li tiġi definita malajr iż-żona ristretta ulterjuri stabbilita minn Franza fil-livell tal-Unjoni u li jiġi stipulat li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u miż-żona ristretta ulterjuri lejn partijiet oħra ta' Franza, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jekk mhux b'ċerti derogi awtorizzati.

(21)

Fid-dawl tal-iskala tal-iżviluppi attwali tat-tifqigħat tal-mard, ma għadux possibbli aktar li l-lista ta' erjas stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza tiġi aġġornata fil-ħin permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, Franza għandha tippubblika dawn il-listi fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet Franċiżi, u dawn għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' informazzjoni.

(22)

Iż-żona ristretta ulterjuri madwar l-erjas ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għandha tiġi elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, kif għandu jiġi stipulat ukoll it-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni.

(23)

Peress li Franza qed timplimenta miżuri addizzjonali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2239 sabiex tevita t-tixrid tal-influwenza avjarja u għal raġunijiet ta' ċarezza, dik id-Deċiżjoni għandha titħassar.

(24)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Franza għandha tistabbilixxi żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE, u

(a) Franza għandha tippubblika listi taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE (“il-listi”).

(b) Franza għandha tiżgura li dawn il-listi jinżammu aġġornati u li tipprovdi kwalunkwe aġġornament minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha, għall-finijiet ta' informazzjoni biss.

Artikolu 2

1.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, Franza għandha tistabbilixxi żona ristretta ulterjuri skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE li tinkludi tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.  Franza għandha tiżgura li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni elenkati fl-Anness.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ta' Franza tista' tawtorizza l-bgħit ta' konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti lejn azjendi li jinsabu f'dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi diment li:

(a) ikunu tfaqqsu minn bajd għat-tfaqqis li joriġina minn azjendi tal-pollam li jinsabu 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza;

(b) il-mafqas li ġejjin minnu jista' jiżgura, permezz tal-loġistika u tal-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà tax-xogħol tiegħu, li dak il-bajd għat-tfaqqis ma kellu l-ebda kuntatt ma' bajd għat-tfaqqis ieħor jew flieles ta' jum li joriġinaw minn qatgħat tal-pollam fiż-żoni ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza stabbiliti u li huma għalhekk fi stat ta' saħħa differenti;

(c) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni tingħata notifika bil-miktub bil-quddiem u din tkun qablet li tirċievi l-konsenji ta' flieles ta' jum u tinnotifika d-data tal-wasla tal-konsenji fl-azjenda ta' destinazzjoni fit-territorju tagħha lill-awtorità kompententi ta' Franza.

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ta' Franza tista' tawtorizza il-bgħit ta' konsenji ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati fl-Anness 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti lejn imfaqas li jinsabu f'dak l-Istat Membru, Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi diment li l-bajd jinġabar minn azjendi li dakinhar tal-ġbir ikunu jinsabu fiż-żona ristretta ulterjuri elenkata fl-Anness, u li fihom il-pollam ikun għadda, b'riżultati negattivi, minn testijiet seroloġiċi għall-influwenza avjarja li jkunu kapaċi jindividwaw prevalenza ta' 5 % tal-marda b'livell ta' kunfidenza ta' mill-inqas 95 % u li t-traċċabilità tkun garantita.

5.  Franza għandha tiżgura li ċ-ċertifikati veterinarji previsti fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE li jakkumpanjaw il-konsenji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jridu jintbagħtu lejn Stati Membri oħra, ikollhom il-kelmiet:

“Il-konsenja hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 ( 6 ).

Artikolu 3

L-awtorità kompetenti ta' Franza għandha tawtorizza l-bgħit tal-pollam għall-qatla immedjata mill-erjas fiż-żoni ta' sorveljanza elenkati skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 lejn biċċerija diżenjata fiż-żona ta' sorveljanza jew żona ristretta ulterjuri diment li dan il-moviment isir:

(a) mingħajr ebda dewmien bla bżonn u bħala vjaġġ wieħed;

(b) suġġett għal miżuri ta' bijosigurtà stretti inkluż is-separazzjoni stretta minn pollam li joriġina minn reġjuni oħra, kif ukoll għal miżuri ta' tindif u dizinfezzjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2239 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tapplika ►M3  sal-15 ta' Settembru 2016 ◄ .

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

▼M2




L-ANNESS

Żona ristretta ulterjuri kif imsemmija fl-Artikolu 2(1):



ISO Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem (in-numru tad-Département)

 

 

FR

Franza

Erjas li jinkludu d-départements ta':

 

 

DORDOGNE (24)

GERS (32)

GIRONDE (33)

HAUTE-VIENNE (87)

HAUTES-PYRÉNÉES (65)

LANDES (40)

LOT-ET-GARONNE (47)

PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (64)

LOT (46)

HAUTE-GARONNE (31)

ARIÈGE (09)

AVEYRON (12)

CORRÈZE (19)

TARN (81)

TARN-ET-GARONNE (82)

 

 

 

 

Erjas li jinkludu partijiet mid-départements ta':

 

 

 

 

CHARENTE (16) il-muniċipalità ta':

16254

PALLUAUD

 

 

AUDE (11) il-muniċipalitajiet ta':

11002

11009

11011

11026

11030

11033

11049

11052

11054

11056

11057

11070

11072

11074

11075

11076

11079

11087

11089

11114

11115

11134

11136

11138

11149

11150

11154

11156

11159

11162

11166

11174

11175

11178

11180

11181

11182

11184

11189

11192

11194

11195

11196

11200

11205

11208

11218

11221

11222

11225

11226

11231

11232

11234

11236

11238

11239

11243

11252

11253

11259

11268

11275

11277

11278

11281

11283

11284

11290

11291

11292

11297

11300

11308

11312

11313

11319

11331

11334

11339

11348

11356

11357

11359

11361

11362

11365

11367

11368

11371

11372

11382

11383

11385

11391

11395

11399

11404

11407

11411

11413

11418

11419

11428

11430

11434

11438

11439

AIROUX

ALZONNE

ARAGON

BARAIGNE

BELFLOU

BELPECH

BRAM

BROUSSES-ET-VILLARET

LES BRUNELS

CABRESPINE

CAHUZAC

CARLIPA

LA CASSAIGNE

LES CASSES

CASTANS

CASTELNAUDARY

CAUDEBRONDE

CAZALRENOUX

CENNE-MONESTIES

CUMIES

CUXAC-CABARDES

FAJAC-LA-RELENQUE

FANJEAUX

FENDEILLE

FONTERS-DU-RAZES

FONTIERS-CABARDES

FOURNES-CABARDES

FRAISSE-CABARDES

GAJA-LA-SELVE

GENERVILLE

GOURVIEILLE

LES ILHES

ISSEL

LABASTIDE-D'ANJOU

LABASTIDE-ESPARBAIRENQUE

LABECEDE-LAURAGAIS

LACOMBE

LAFAGE

LAPRADE

LASBORDES

LASTOURS

LAURABUC

LAURAC

LESPINASSIERE

LIMOUSIS

LA LOUVIERE-LAURAGAIS

MARQUEIN

LES MARTYS

MAS-CABARDES

MAS-SAINTES-PUELLES

MAYREVILLE

MEZERVILLE

MIRAVAL-CABARDES

MIREVAL-LAURAGAIS

MOLANDIER

MOLLEVILLE

MONTAURIOL

MONTFERRAND

MONTMAUR

MONTOLIEU

MOUSSOULENS

ORSANS

PAYRA-SUR-L'HERS

PECHARIC-ET-LE-PY

PECH-LUNA

PEXIORA

PEYREFITTE-SUR-L'HERS

PEYRENS

PLAIGNE

PLAVILLA

LA POMAREDE

PRADELLES-CABARDES

PUGINIER

RAISSAC-SUR-LAMPY

RIBOUISSE

RICAUD

ROQUEFERE

SAINT-AMANS

SAINTE-CAMELLE

SAINT-DENIS

SAINT-JULIEN-DE-BRIOLA

SAINT-MARTIN-LALANDE

SAINT-MARTIN-LE-VIEIL

SAINT-MICHEL-DE-LANES

SAINT-PAPOUL

SAINT-PAULET

SAINT-SERNIN

SAISSAC

SALLELES-CABARDES

SALLES-SUR-L'HERS

SALSIGNE

SOUILHANELS

SOUILHE

SOUPEX

LA TOURETTE-CABARDES

TRASSANEL

TREVILLE

VENTENAC-CABARDES

VERDUN-EN-LAURAGAIS

VILLANIERE

VILLARDONNEL

VILLASAVARY

VILLAUTOU

VILLEMAGNE

VILLENEUVE-LA-COMPTAL

VILLEPINTE

VILLESISCLE

VILLESPY

 

 

CANTAL (15) il-muniċipalitajiet ta':

15003

15011

15012

15014

15016

15018

15021

15024

15027

15028

15029

15030

15036

15046

15056

15057

15058

15064

15071

15072

15074

15076

15082

15083

15084

15085

15087

15088

15089

15090

15093

15094

15103

15104

15117

15118

15120

15122

15134

15135

15136

15140

15143

15144

15147

15150

15153

15156

15157

15160

15163

15165

15166

15167

15172

15175

15179

15181

15182

15183

15184

15186

15189

15191

15194

15196

15200

15204

15211

15212

15214

15215

15217

15221

15222

15224

15226

15228

15233

15234

15242

15255

15257

15260

15264

15266

15267

15268

15269

ALLY

ARNAC

ARPAJON-SUR-CERE

AURILLAC

AYRENS

BARRIAC-LES-BOSQUETS

BOISSET

BRAGEAC

CALVINET

CARLAT

CASSANIOUZE

CAYROLS

CHALVIGNAC

CHAUSSENAC

CRANDELLES

CROS-DE-MONTVERT

CROS-DE-RONESQUE

ESCORAILLES

FOURNOULES

FREIX-ANGLARDS

GIOU-DE-MAMOU

GLENAT

JUNHAC

JUSSAC

LABESSERETTE

LABROUSSE

LACAPELLE-DEL-FRAISSE

LACAPELLE-VIESCAMP

LADINHAC

LAFEUILLADE-EN-VEZIE

LAPEYRUGUE

LAROQUEBROU

LEUCAMP

LEYNHAC

MARCOLES

MARMANHAC

MAURIAC

MAURS

MONTSALVY

MONTVERT

MOURJOU

NAUCELLES

NIEUDAN

OMPS

PARLAN

PERS

PLEAUX

PRUNET

QUEZAC

REILHAC

ROANNES-SAINT-MARY

ROUFFIAC

ROUMEGOUX

ROUZIERS

SAINT-ANTOINE

SAINT-CERNIN

SAINT-CIRGUES-DE-MALBERT

SAINT-CONSTANT

SAINT-ETIENNE-CANTALES

SAINT-ETIENNE-DE-CARLAT

SAINT-ETIENNE-DE-MAURS

SAINTE-EULALIE

SAINT-GERONS

SAINT-ILLIDE

SAINT-JULIEN-DE-TOURSAC

SAINT-MAMET-LA-SALVETAT

SAINT-MARTIN-CANTALES

SAINT-PAUL-DES-LANDES

SAINT-SANTIN-CANTALES

SAINT-SANTIN-DE-MAURS

SAINT-SAURY

SAINT-SIMON

SAINT-VICTOR

SANSAC-DE-MARMIESSE

SANSAC-VEINAZES

LA SEGALASSIERE

SENEZERGUES

SIRAN

TEISSIERES-DE-CORNET

TEISSIERES-LES-BOULIES

LE TRIOULOU

VEZAC

VEZELS-ROUSSY

VIEILLEVIE

VITRAC

YOLET

YTRAC

LE ROUGET

BESSE



( 1 ) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

( 2 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

( 5 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2239 tat-2 ta' Diċembru 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 u H5N2 fi Franza (ĠU L 317, 3.12.2015, p. 37).

( 6 ) ĠU L 339, 24.12.2015, p. 52”.