2015D1500 — MT — 30.07.2016 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1500

tas-7 ta' Settembru 2015

rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423

(notifikata bid-dokument C(2015) 6221)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 234 8.9.2015, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2055 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Novembru 2015

  L 300

31

17.11.2015

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2311 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Diċembru 2015

  L 326

65

11.12.2015

 M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1116 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Lulju 2016

  L 186

24

9.7.2016

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1255 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' Lulju 2016

  L 205

20

30.7.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1500

tas-7 ta' Settembru 2015

rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423

(notifikata bid-dokument C(2015) 6221)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda kkonfermata fil-Greċja.

2.  F'każ ta' kunflitt, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jieħdu l-preċedenza fuq il-miżuri adottati mill-Greċja fil-qafas tad-Direttiva 92/119/KEE.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(a) “annimal bovin” tfisser ungalat tal-ispeċijiet Bos taurus, Bos indicus, Bison bison u Bubalus bubalis;

(b) “żona ristretta” hija parti mit-territorju ta' Stat Membru elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żona fejn ġiet ikkonfermata l-marda tal-infafet fil-ġilda u kwalunkwe żona ta' protezzjoni u sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE.

Artikolu 3

Projbizzjoni fuq il-moviment u t-tqassim ta' ċerti annimali u s-semen u l-embrijuni tagħhom, u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali

1.  Il-Greċja għandha tipprojbixxi d-dispaċċ tal-prodotti li ġejjin miż-żona ristretta lejn partijiet oħra tal-Greċja, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a) annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq;

(b) semen, ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-bovini;

2.  Il-Greċja għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq barra miż-żona ristretta tal-prodotti li ġejjin li huma prodotti minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi kkaċċjati fiż-żona ristretta jew miżmuma fiha:

(a) laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam prodotti minn tali laħam frisk;

(b) kolostru, ħalib u prodotti tal-ħalib minn annimali bovini;

(c) ġlud friski ta'annimali bovini u ruminanti selvaġġi, għajr dawk imsemmija fil-punt (d);

(d) prodotti sekondarji mhux proċessati ta' annimali bovini, sakemm mhux destinati, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, għar-rimi f'impjant approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fit-territorju tal-Greċja.

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq għal qtil dirett u d-dispaċċ ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn dawn l-annimali

▼M1

1.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza d-dispaċċ ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta għal biċċerija li tinsab f'partijiet oħra tal-Greċja dejjem jekk:

(a) l-annimali kienu residenti mit-twelid jew għal dawn l-aħħar 28 jum, fi stabbiliment fejn l-ebda każ tal-marda tal-infafet fil-ġilda ma ġie rrappurtat uffiċjalment matul dak il-perjodu;

(b) l-annimali ġew spezzjonati klinikament waqt it-tagħbija u ma ppreżentawx xi sintomi kliniċi tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(c) l-annimali jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt;

(d) il-biċċerija tiġi nnominata għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti;

(e) l-awtorità kompetenti tal-biċċerija għandha tiġi informata mill-awtorità tad-dispaċċ kompetenti bl-intenzjoni li jintbagħtu l-annimali f'dik il-biċċerija u tinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ bil-wasla tagħhom;

(f) mal-wasla fil-biċċerija, dawn l-annimali jinżammu u jinqatlu separatament minn annimali oħra fi żmien inqas minn 36 siegħa;

(g) l-annimali maħsuba li se jiġu soġġetti għal moviment

(i) jew ma ġewx vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u nżammu f'azjendi

 fejn il-vaċċinazzjoni ma twettqitx u li jinsabu barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza; jew

 fejn il-vaċċinazzjoni twettqet u li jinsabu barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza u perjodu ta' stennija ta' mill-inqas seba (7) t'ijiem wara l-vaċċinazzjoni fil-merħla skada; jew

 li jinsabu f'żona ta' sorveljanza miżmuma għal aktar minn 30 jum minħabba l-okkorrenza ta' każijiet oħra tal-marda; jew

(ii) ġew vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel il-moviment u ġew minn azjenda li fiha l-annimali kollha suxxettibbli kienu ġew vaċċinati għall-inqas 28 jum qabel il-moviment maħsub.

▼B

2.  Kull dispaċċ ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq skont il-paragrafu 1 għandu jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-mezz ta' trasport ikun imnaddaf u diżinfettat kif xieraq qabel u wara t-tagħbija ta' tali annimali b'konformità mal-Artikolu 9;

(b) qabel u matul it-trasport, l-annimali jkunu protetti kontra attakki ta' insetti vettorjali.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn dawn l-annimali jitqiegħdu fis-suq skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6, rispettivament.

▼M1

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi

1.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq barra ż-żona ristretta tal-laħam frisk, eskluż il-ġewwieni minbarra l-fwied, u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll ġlud friski miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi:

(a) miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li ma kinux taħt restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b) li nqatlu jew ġew ikkaċċjati qabel il-21 ta' Awwissu 2015; jew

(c) huma msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li laħam frisk, eskluż il-ġewwieni minbarra l-fwied, u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll il-ġlud friski msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' konsenji ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam prodotti minn dan il-laħam frisk miksuba minn annimali bovini li huma miżmuma u maqtula barra ż-żona ristretta, sakemm dan il-laħam u l-preparazzjonijiet tal-laħam kienu prodotti, maħżuna u mqandla mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' laħam u preparazzjoniiet tal-laħam mhux awtorizzati biex jintbagħtu lil Stati Membri oħra, u l-kunsinni huma akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 1 ), li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja:

“Laħam frisk jew preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 6

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi

1.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam prodotti fiż-żona ristretta minn laħam frisk ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi:

(a) miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li ma kinux taħt restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b) li nqatlu jew ġew ikkaċċjati qabel il-21 ta' Awwissu 2015; jew

(c) huma msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4; jew

(d) miżmuma u maqtula barra miż-żona ristretta.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) jew (c) ta' dak il-paragrafu, fit-territorju tal-Greċja biss, sakemm il-prodotti tal-laħam li jkunu ġew suġġett għal trattament mhux speċifiku li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jibqax juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prodotti tal-laħam imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit ta' kunsinji ta' prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub minn annimali li għalihom jirreferi l-paragrafu 1(a), (b) u (c) lejn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam ġew soġġetti għal trattament speċifiku f'kontenituri ssiġillati ermetikament sa valur Fo ta' tlieta jew aktar, u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni tal-prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(d), sakemm il-prodotti tal-laħam ikunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku, li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jkunx għadu juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk u jkun akkumpanjat b'ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif jistipula l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 u li l-Parti II tiegħu għandha tkun akkumpanjata mill-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 7

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

1.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħalib għall-konsum uman, miksub minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, u l-prodotti tal-ħalib magħmulin minnu, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikun sarilhom it-trattament deskritt fil-punti minn 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE ( 2 ).

2.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib miskuba minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ġew sottoposti għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 u l-kunsinni huma akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja:

“Ħalib jew prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 8

Marka speċjali għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(2) rispettivament

▼B

Il-Greċja għandha tassigura li laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 5(1), u l- Artikolu 6(2) rispettivament jiġu mmarkati b'marka sanitarja jew b'marka ta' identifikazzjoni speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbaħ:

(a) lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-bovini stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Artikolu 9

Rekwiżiti dwar il-vetturi tat-trasport, it-tindif u d-diżinfezzjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li, għal kwalunkwe vettura li tkun ġiet f'kuntatt ma' speċijiet suxxettibbli fiż-żona ristretta u għandha l-ħsieb li tħalli din l-istess żona, l-operatur jew is-sewwieq ta' din il-vettura jipprovdi evidenza li turi li, wara l-aħħar kuntatt mal-annimali, il-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata b'mod li l-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda tiġi inattivata.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem sabiex turi li d-diżinfezzjoni meħtieġa tkun seħħet.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' Informazzjoni

Il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, bir-riżultati ta' sorveljanza għall-marda tal-infafet fil-ġilda mwettqa fiż-żona ristretta.

Artikolu 11

Revoka

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 jiġi mħassar.

Artikolu 12

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika ►M1  il-31 ta' Diċembru 2016 ◄ .

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

▼M4




ANNESS

Iż-żoni ristretti msemmija fl-Artikolu 2(b)

A. Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:

 Ir-reġjun ta' Attika

 Ir-reġjun tal-Greċja Ċentrali

 Ir-reġjun tal-Maċedonja Ċentrali

 Ir-reġjun tal-Lvant tal-Maċedonja u ta' Traċja

 Ir-reġjun ta' Epiru

 Ir-reġjun tal-Peloponneże

 Ir-reġjun tat-Tessalija

 Ir-reġjun tal-Punent tal-Greċja

 Ir-reġjun tal-Punent tal-Maċedonja

B. L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

 L-unità reġjonali ta' Limnos



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temmenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).