2015D0789 — MT — 14.05.2016 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (notifikata bid-dokument C(2015) 3415) (ĠU L 125 21.5.2015, p. 36) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 333 |
143 |
19.12.2015 |
||
|
L 126 |
77 |
14.5.2016 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/789
tat-18 ta' Mejju 2015
fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al)
(notifikata bid-dokument C(2015) 3415)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “organiżmu speċifikat” tfisser kull subspeċi ta' Xylella fastidiosa (Wells et al);
(b) “pjanti ospitanti” tfisser pjanti għat-tħawwil, ħlief żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fil-bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni, bħala li jkunu nstabu li huma suxxettibbli fit-territorju tal-Unjoni għall-organiżmu speċifikat, jew, fejn Stat Membru jkun iddemarka żona fir-rigward ta' subspeċi wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), bħala li tkun instabet li hija suxxettibbli għal dik jew dawk is-subspeċi;
(c) “pjanti speċifikati” tfisser pjanti ospitanti u l-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għal ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I;
(d) “operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna involuta professjonalment f'waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin dwar il-pjanti:
(i) it-tħawwil;
(ii) it-tnissil;
(iii) il-produzzjoni, inklużi t-tkabbir, il-moltiplikazzjoni u l-manutenzjoni;
(iv) l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fih u lil hinn minnu;
(v) ħidma għad-disponibblità fis-suq.
Artikolu 2
Sejbien jew preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat
1. Kull persuna li tissuspetta jew issir taf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat għandha tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih u tipprovdih bl-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna l-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat.
2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.
3. Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza, jew preżenza suspettata.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li jkollha taħt il-kontroll tagħha pjanti li għandhom mnejn ikunu nfettati bl-organiżmu speċifikat tiġi infurmata minnufih bil-preżenza jew il-preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat, bil-konsegwenzi possibbli u r-riskji u tal-miżuri li għandhom jittieħdu.
Artikolu 3
Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali kull sena għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati.
Dawn l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jikkonsisti minn eżamijiet viżivi u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, ġbir ta' kampjuni u ttestjar. L-istħarriġiet għandhom jissejsu fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa tas-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat. L-istħarriġiet għandhom iqisu l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u tal-vetturi, il-preżenza u l-bijoloġija ta' pjanti speċifikati, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat.
Artikolu 3a
Pjanijiet ta' kontinġenza
1. Sal-31 ta' Diċembru 2016, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli minn 4 sa 6a u l-Artikoli minn 9 sa 13a, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata tal-organiżmu speċifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta' kontinġenza”).
2. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:
(a) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet u l-awtorità unika;
(b) laboratorju wieħed jew aktar approvati speċifikament għall-ittestjar tal-organiżmu speċifikat;
(c) ir-regoli dwar il-komunikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet bejn il-korpi involuti, l-awtorità unika, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku;
(d) il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;
(e) ir-regoli dwar it-taħriġ tal-persunal tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet;
(f) ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu speċifikat.
3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw u janalizzaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom kif meħtieġ.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni meta titlobhom.
Artikolu 4
L-istabbiliment ta' żoni demarkati
1. Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem “iż-żona demarkata”.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dak jew dawk is-subspeċi biss.
2. Iż-żoni demarkata għandha tikkonsisti minn żona infettata u żona ta' lqugħ.
Iż-żona infettata għandha tinkludi l-pjanti kollha magħrufin li huma infettati bl-organiżmu speċifikat, il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu, u l-pjanti l-oħra kollha li jistgħu jiġu infettati minn dak l-organiżmu minħabba l-qrubija tagħhom mal-pjanti infettati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk magħruf, bi pjanti infettati, jew il-pjanti mkabbra minnhom.
Rigward il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-provinċja ta' Lecce u fil-muniċipji elenkati fl-Anness II, iż-żona infettata għandha tinkludi għallinqas dawk il-muniċipji, jew, skont kif japplika, l-irqajja' tal-art irreġistrati (“Fogli”) taħt dawk il-muniċipji.
Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 10 km, madwar iż-żona infettata.
Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi solidi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, il-livell ta' infezzjoni, il-preżenza tal-vetturi, u d-distribuzzjoni ta' pjanti speċifikati fiż-żona kkonċernata.
3. Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat 'il barra miż-żona infettata, id-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta minnufih u mibdula kif xieraq.
4. Fuq il-bażi tan-notifiki mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE ( 5 ), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna lista ta' żoni demarkati u tikkomunika dik il-lista lill-Istati Membri.
5. Meta abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3 u tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 6, ma jinstabx l-organiżmu speċifikat f'żona demarkata għal perjodu ta' ħames snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
6. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement mal-pjanti li nstab fuqhom;
(b) ikun hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu diġà infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata;
(c) ma jkunux instabu vetturi li jġorru l-organiżmu speċifikat, fuq il-bażi tat-testijiet imwettqa f'konformità ma' metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, fil-qrubija ta' dawn il-pjanti.
7. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 6, l-Istat Membru għandu:
(a) jwettaq stħarriġ għal mill-inqas sentejn biex jiddetermina ġewx infettati xi pjanti oħra apparti dawk li fuqhom l-organiżmu speċifikat kien instab oriġinarjament;
(b) abbażi ta' dan l-istħarriġ, jiddetermina hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona demarkata;
(c) jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għaliex mhux qed jistabbilixxi żona demarkata, u r-riżultat tal-istħarriġ imsemmi fil-punt (a) hekk kif isir disponibbli.
Artikolu 5
Il-projbizzjoni dwar it-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati
1. It-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati għandu jkun ipprojbit, ħlief f'siti li huma fiżikament protetti kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista' jawtorizza, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE ( 6 ), it-tħawwil ta' pjanti ospitanti għal skopijiet xjentifiċi fiż-żona għat-trażżin tal-mard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7,0020'il barra miż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c).
Artikolu 6
Miżuri ta' qerda
1. L-Istat Membru li jkun stabbilixxa ż-żoni demarkata msemmija fl- Artikolu 4 għandu, f'din iż-żona, jieħu l-miżuri kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 11.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti li ġew ittestjati u nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat, ineħħi minnufih:
(a) pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom;
(b) pjanti magħrufin li huma infettati mill-organiżmu speċifikat;
(c) pjanti li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak l-organiżmu jew suspettati li huma infettati minn dak l-organiżmu.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjun u jittestja l-pjanti speċifikati f'raġġ ta' 100 m madwar kull waħda mill-pjanti infettati, f'konformità mal-International Standard for Phytosanitary Measures ISPM No. 31 ( 7 ).
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq trattamenti fitosanitarji xierqa qabel it-tneħħija tal-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 kontra vetturi tal-organiżmu speċifikat u pjanti li għandhom mnejn jospitaw dawk il-vetturi. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu, in situ jew f'post fil-qrib apposta għal dan l-għan fi ħdan iż-żona infettata, jeqred pjanti u partijiet ta' pjanti msemmija fil-paragrafu 2, b'tali mod li jkun żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinxteridx.
6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq l-investigazzjonijiet xierqa biex jidentifika l-oriġini tal-infezzjoni. Għandu jitraċċa l-pjanti speċifikati assoċjati mal-każ tal-infezzjoni kkonċernat, inkluż dawk li ġew imċaqalqa qabel ma ġiet stabbilita żona demarkata. Ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri li fihom joriġinaw dawk il-pjanti kkonċernati, lill-Istati Membri li għaddew minnhom dawk il-pjanti u lill-Istati Membri lejn fejn iċċaqalqu dawn il-pjanti.
7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja l-preżenza tal-organiżmu speċifikat permezz ta' stħarriġiet annwali fi żminijiet xierqa. Għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll pjanti asintomatiċi fil-qrubija ta' dawk sintomatiċi.
F'żoni ta' lqugħ, żona mistħarrġa għandha tkun ibbażata fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m. L-ispezzjonijiet viżivi għandhom jitwettqu f'kull wieħed minn dawk il-kwadri.
8. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqajjem kuxjenza pubblika dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu speċifikat u dwar il-miżuri adottati biex dan ma jiddaħħalx u ma jinxteridx fl-Unjoni. B'mod partikolari, għandu jtella' sinjali tat-toroq li jindikaw id-delimitazzjoni taż-żona demarkata rispettiva.
9. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn meħtieġ, jieħu miżuri li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li x'aktarx tista' tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li huma infettati, ikunu fejn ikunu, humiex pubbliċi jew privati, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom.
10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kull miżura oħra li tista' tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b'kunsiderazzjoni tal-ISPM No. 9 ( 8 ) u bl-applikazzjoni ta' approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM No 14 ( 9 ).
11. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.
Artikolu 7
Miżuri ta' trażżin
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6, fiż-żona infettata msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2) biss, il-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li japplika l-miżuri ta' trażżin, kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7, (minn hawn 'il quddiem: “iż-żona tat-trażżin”).
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu immedjatament ineħħi mill-inqas il-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat jekk dawn ikunu jinsabu fi kwalunkwe minn dawn il-postijiet:
(a) qrib is-siti msemmija fl-Artikolu 9(2);
(b) qrib is-siti ta' pjanti b'valur kulturali, soċjali jew xjentifiku partikolari;
(c) lok fiż-żona infettata msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2) li jinsab mhux iktar minn 20 km 'il bod mil-limitu taż-żona infettata mal-bqija tat-territorju tal-Unjoni.
Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 u li nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat, jieħu kampjun tal-pjanti ospitanti u jittestjah, f'konformità mal-International Standard for Phytosanitary Measures ISPM No. 31. Dan l-ittestjar għandu jitwettaq f'intervalli regolari u, tal-inqas, darbtejn fis-sena.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa qabel it-tneħħija tal-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 kontra vetturi tal-organiżmu speċifikat u pjanti li għandhom mnejn jospitaw dawk il-vetturi. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu, in situ jew f'post fil-qrib apposta għal dan il-għan fi ħdan iż-żona tat-trażżin, jeqred pjanti u partijiet ta' pjanti msemmija fil-paragrafu 2, b'tali mod li jkun żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinxteridx.
6. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.
7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel monitoraġġ għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat bi stħarriġ annwali fiż-żminijiet rilevanti ta' kull sena fiż-żoni li jinsabu f'distanza sa 20 km, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
Dan l-istħarriġ għandu jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(7).
▼M2 —————
Artikolu 9
Il-moviment ta' pjanti speċifikati fl-Unjoni
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-pjanti speċifikati li ma jkunux tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.
Il-ġarr tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, barra miż-żoni demarkati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi, għandu jiġi pprojbit.
2. B'deroga tal-paragrafu 1, tali moviment jista' jseħħ jekk il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f'sit fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikun irreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE ( 10 );
(b) ikun awtorizzat mill-korp uffiċjali responsabbli bħala żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;
(c) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;
(d) ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 200 metru li tkun instabet permezz ta' spezzjoni viżiva uffiċjali u, fil-każ ta' suspett ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat, permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar, li huma ħielsa mill-organiżmu speċifikat, u jkun suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa kontra organiżmi li jġorru l-mikrobu tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;
(e) ikun suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;
(f) ikun suġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (d), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fi żmienijiet xierqa;
(g) matul iż-żmien kollu tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet imwettqa jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;
(h) matul iż-żmien tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, ma jkunux instabu fiż żona msemmija fil-punt (d) sintomi tal-organiżmu speċifikat jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet ikunu saru u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.
3. Kampjuni rappreżentattivi ta' kull speċi ta' pjanti speċifikati minn kull sit ikunu ġew soġġetti għal ittestjar annwali, fl-aktar żmien xieraq, u n-nuqqas ta' organiżmu speċifikat ġie kkonfermat abbażi ta' testijiet imwettqa skont il-metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment.
4. Kemm prattikament jista' jkun qrib iż-żmien taċ-ċaqliq, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżiva uffiċjali, teħid ta' kampjuni u ttestjar molekulari mwettaq skont metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla u mmirata b'mod speċifiku fuq pjanti li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat, skont l-ISPM No. 31.
4a. B'deroga mill-paragrafi 1 u 4, il-moviment fl-Unjoni, fiż-żoni demarkati jew 'il barra minnhom, ta' pjanti inattivi tal-Vitis maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, jista' jsir jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-pjanti jkunu tkabbru f'sit irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;
(b) il-pjanti jkunu għaddew, fl-eqreb żmien possibbli għaċ-ċaqliq, minn trattament xieraq ta' termoterapija f'faċilità tat-trattament awtorizzata u ssorveljata mill-korp uffiċjali responsabbli għal dak l-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f'ilma msaħħan sa 50 °C, skont l-istandard tal-EPPO rilevanti ( 11 ).
5. Qabel iċ-ċaqliq, il-lottijiet ta' pjanti speċifikati ikunu ġew suġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra kwalunkwe vettur tal-organiżmu speċifikat.
6. Il-pjanti speċifikati għaddejjin minn żoni demarkati jew fihom għandhom jiġu trasportati f'kontenituri magħluqa, biex jiġi żgurat li ma sseħħ ebda infezzjoni mal-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe mill-vetturi tiegħu.
7. Il-pjanti kollha msemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu mċaqlaqa biss lejn u fit-territorju tal-Unjoni, jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE ( 12 ).
8. Il-pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati għandhom jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE.
Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, il-passaport tal-pjanti mhuwiex meħtieġ għall-moviment ta' pjanti ospitanti lil persuni, li qed jaġixxu għal skopijiet barra mill-kummerċ, min-negozju jew il-professjoni, u li jakkwistaw dawk il-pjanti għall-użu tagħhom stess.
Artikolu 9a
Il-ġarr fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro
1. Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, u għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, jistgħu jinħarġu miż-żoni demarkati, u miż-żoni infettati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.
2. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'lok fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ġew issodisfati kollha:
(a) ikun irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;
(b) ikun awtorizzat mill-korp uffiċjali responsabbli bħala żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;
(c) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;
(d) kull sena jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmienijiet rilevanti;
(e) tul iż-żmien kollu tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, fis-sit ma jkunu nstabu la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet imwettqa jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.
3. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili u jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikunu tkabbru miż-żerriegħa;
(b) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu għexu tul ħajjithom f'żona fit-territorju tal-Unjoni li tkun ħielsa mill-organiżmu speċifikat u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;
(c) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu tkabbru f'lok li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.
4. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi.
5. Dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ bi qbil mad-Direttiva 92/105/KEE.
Artikolu 10
Traċċabbiltà
1. L-operaturi professjonisti li jfornu pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasferiti minn tali żona, għandhom iżommu rekord ta' kull lott fornut u tal-operatur professjonist li rċevih.
2. L-operaturi professjonisti li jiġu fornuti bi pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasferiti minn tali żona, għandhom iżommu rekord ta' kull lott fornut u tal-fornitur.
3. L-operaturi professjonisti għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal tliet snin mid-data li fiha l-lott rispettiv ikun ġie fornit lilhom jew mingħandhom.
4. L-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi uffiċjali responsabbli rispettivi tagħhom dwar kull lott fornut jew irċevut minnhom. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-oriġini, il-konsenjatur, id-destinatarju, il-post tad-destinazzjoni, in-numru individwali tas-serje, tal-ġimgħa jew tal-lott tal-passaport tal-pjanti u l-identità u l-kwantità tal-lott ikkonċernat.
5. Korp uffiċjali responsabbli li jirċievi informazzjoni skont il-paragrafu 4 għandu jinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih tal-post ta' destinazzjoni tal-lott ikkonċernat.
6. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti ta' pjanti speċifikati
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali regolari fuq pjanti speċifikati li jkunu qed jiċċaqalqu 'l barra minn żona demarkata, jew minn żona infettata lejn żona ta' lqugħ.
Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-inqas fi:
(a) il-punti fejn il-pjanti speċifikati jiġu mċaqalqa minn żoni infettati għal żoni ta' lqugħ;
(b) il-punti fejn il-pjanti speċifikati jiġu mċaqalqa minn żoni ta' lqugħ għal żoni mhux demarkati;
(c) il-post tad-destinazzjoni tal-pjanti speċifikati fiż-żona ta' lqugħ;
(d) il-post tad-destinazzjoni fiż-żoni mhux demarkati.
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kontroll dokumentarju u kontroll ta' identità tal-pjanti speċifikati.
Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu irrispettivament mill-post fejn qegħdin il-pjanti speċifikati, is-sjieda jew il-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.
3. L-intensità tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissejsu fuq ir-riskju li l-pjanti jġorru l-organiżmu speċifikat jew il-vetturi magħrufa jew potenzjali, filwaqt li jiqtiesu l-provenjenza tal-lottijiet, il-grad ta' suxxettibbiltà tal-pjanti, u l-konformità minn operatur professjonist responsabbli għall-moviment b'din id-Deċiżjoni u ma' kull miżura oħra meħuda biex jiġi kkontrollat jew jinqered l-organiżmu speċifikat.
Artikolu 12
Lista ta' siti awtorizzati
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw lista tas-siti kollha awtorizzati skont l-Artikolu 9(2).
L-Istati Membri għandhom jissottomettu dik il-lista lill-Kummissjoni.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna lista tas-siti kollha awtorizzati fl-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista lil kwalunkwe Stat Membru.
Artikolu 13
Miżuri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 9
Fejn il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 11(2) juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 9 ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun wettaq dawk il-kontrolli għandu minnufih jeqred il-pjanta mhux konformi in situ jew f'post fil-qrib. Dik l-azzjoni għandha titwettaq bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat, u kwalunkwe vettur li ġġorr dik il-pjanta, matul u wara t-tneħħija.
Artikolu 13a
Kampanji ta' sensibilizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, f'forma ta' kampanji informattivi mmirati fuq il-websajts rispettivi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew fuq websajts oħra magħżula minn dawn il-korpi.
Artikolu 14
Rappurtar dwar il-miżuri
L-Istati Membri għandhom sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:
(a) rapport dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 3, 4, 6, 7, 8 u 11 u dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri;
(b) pjan dwar il-miżuri, inkluż iż-żmien skedat ta' kull miżura, li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 3, 4, 6, 7, 8 u 11 matul is-sena ta' wara.
F'każ li l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li japplika miżuri ta' trażżin skont l-Artikolu 7, dan għandu minnufih jikkomunika lill-Kummissjoni r-raġunijiet li japplikaw miżuri ta' trażżin, u l-miżuri meħuda jew maħsuba li jittieħdu.
Fejn ikun ġustifikat mill-iżvilupp tar-riskju fitosanitarju rispettiv, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-miżuri rispettivi u għaldaqstant jiġi aġġornat il-pjan imsemmi fil-punt (b). Għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-aġġornament tal-pjan.
Artikolu 15
Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras
Għandha tkun ipprojbita l-introduzzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras
Pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras li ġew introdotti fl-Unjoni qabel l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom biss jiġu ttrasportati fl-Unjoni minn operaturi professjonisti wara li jkunu infurmaw lill-korp uffiċjali responsabbli.
Artikolu 16
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti
Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub lill-Kummissjoni li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti fil-pajjiż;
(b) il-pjanti speċifikati jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li l-organiżmu speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż;
(c) malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti speċifikati għandhom jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont l-Artikolu 18(2) u ma jkunu nstabu la l-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat.
Artikolu 17
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti
1. Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu (13)(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE;
(b) ikunu konformi mal-paragrafu 2 jew mal-paragrafi 3 u 4;
(c) malli jidħlu fl-Unjoni, ikunu ġew spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont l-Artikolu 18 u ma jkunu nstabu la l-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat.
2. Meta pjanti speċifikati joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat, kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali kkonċernata għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub lill-Kummissjoni l-isem ta' dik iż-żona.
(b) l-isem ta' dik iż-żona jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika “post tal-oriġini”.
3. ►M2 Meta l-pjanti speċifikati li ma jkunux tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni, joriġinaw f'żona li fiha jkun magħruf li huwa preżenti l-organiżmu speċifikat, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li: ◄
(a) il-pjanti speċifikati jkunu ġew prodotti f'sit wieħed jew aktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4;
(b) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub il-lista ta' dawk is-siti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż;
(c) jiġu applikati fis-sit u ż-żona tagħha trattamenti fitosanitarji kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat imsemmi fil-paragrafu 4(c);
(d) kampjuni rappreżentattivi ta' kull speċi ta' pjanti speċifikati minn kull sit ikunu ġew soġġetti għal ittestjar annwali, fl-aktar żmien xieraq, u n-nuqqas tal-organiżmu speċifikat ikun ġie kkonfermat abbażi ta' testijiet imwettqa skont il-metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment;
(e) il-pjanti speċifikati jkunu ġew trasportati f'kontenituri jew pakketti magħluqa, biex jiġi żgurat li ma sseħħ ebda infezzjoni mal-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe mill-vetturi magħrufa tiegħu;
(f) kemm prattikament jista' jkun qrib iż-żmien tal-esportazzjoni, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżiva uffiċjali, teħid ta' kampjuni u ttestjar molekulari mwettaq skont metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, li jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla u mmirata b'mod speċifiku fuq pjanti li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat;
(g) minnufih qabel l-esportazzjoni, il-lottijiet ta' pjanti speċifikati jkunu ġew suġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra kwalunkwe vettur tal-organiżmu speċifikat.
Barra minn hekk, iċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jindika taħt ir-rubrika “Post tal-oriġini” l-identifikazzjoni tas-sit imsemmi fil-punt (a).
3a. Fejn il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni kollu joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li:
(a) il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f'sit wieħed jew aktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4a;
(b) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun bagħtet il-lista bil-miktub lill-Kummissjoni, ta' dawk is-siti u fejn jinsabu fil-pajjiż;
(c) il-pjanti speċifikati jkunu nġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi.
(d) il-pjanti speċifikati jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) ikunu tkabbru miż-żerriegħa;
(ii) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu għexu tul ħajjithom f'żona li tkun ħielsa mill-organiżmu speċifikat u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;
(iii) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu tkabbru f'sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.
Barra minn hekk, iċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jindika taħt ir-rubrika “post tal-oriġini” s-sit imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
4. Is-sit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikun stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji;
(b) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;
(c) ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 200 metru li tkun instabet permezz ta' spezzjoni viżiva uffiċjali u, fil-każ ta' suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar, li huma ħielsa mill-organiżmu speċifikat, u jkun suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;
(d) ikun suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;
(e) ikun suġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (c), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fi żmienijiet xierqa;
(f) matul iż-żmien kollu tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;
(g) matul iż-żmien tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunux instabu fiż-żona msemmija fil-punt (c) sintomi tal-organiżmu speċifikat jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;
4a. Is-sit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikun stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji;
(b) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi tiegħu;
(c) kull sena jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmienijiet rilevanti;
(d) tul iż-żmien kollu tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas il-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.
Artikolu 18
Kontrolli uffiċjali waqt l-introduzzjoni fl-Unjoni
1. Il-kunsinni kollha ta' pjanti speċifikati introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz għandhom jiġu ċċekkjati uffiċjalment fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 1 tad- Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE ( 13 ), u, kif applikabbli, skont il-paragrafi 2 jew 3, u l-paragrafu 4.
2. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ma jkunx preżenti l-organiżmu speċifikat jew f'żona msemmija fl-Artikolu 17(2), il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
(a) spezzjoni viżwali; u
(b) fil-każ ta' suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet fuq il-lott ta' pjanti speċifikati biex jiġi kkonfermat li hemm ma jeżistix l-organiżmu speċifikat jew is-sintomi tiegħu.
3. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li hemm l-organiżmu speċifikat, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
(a) spezzjoni viżwali; u
(b) jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet fuq il-lott ta' pjanti speċifikati biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat jew tas-sintomi tiegħu.
4. Il-kampjuni msemmija fil-paragrafi 2(b) u 3(b) għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti li jiġi identifikat b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla, b'kunsiderazzjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31.
L-ewwel sottoparagrafu ma japplikax għal pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni u li jkunu nġarru f'kontenituri trasparenti f'kundizzjonijiet sterili.
Artikolu 19
Konformità
L-Istati Membri għandhom jirrevokaw jew jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw sabiex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-organiżmu speċifikat sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri minnufih.
Artikolu 20
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/497/UE titħassar.
Artikolu 21
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta' pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għall-iżolati Ewropej u mhux Ewropej tal-orġaniżmu speċifikat (“pjanti speċifikati”)
Acacia longifolia (Andrews) Willd.
Acacia saligna (Labill.) H. L. Wendl.
Acer
Aesculus
Agrostis gigantea Roth
Albizia julibrissin Durazz.
Alnus rhombifolia Nutt.
Alternanthera tenella Colla
Amaranthus blitoides S. Watson
Ambrosia
▼M2 —————
Ampelopsis arborea (L.) Koehne
Ampelopsis cordata Michx.
Artemisia arborescens L.
Artemisia douglasiana Hook.
Artemisia vulgaris var. heterophylla (H.M. Hall & Clements) Jepson
Asparagus acutifolius L.
Avena fatua L.
Baccharis halimifolia L.
Baccharis pilularis DC.
Baccharis salicifolia (Ruiz & Pav.)
Bidens pilosa L.
Brachiaria decumbens (Stapf)
Brachiaria plantaginea (Link) Hitchc.
Brassica
Bromus diandrus Roth
Callicarpa americana L.
Capsella bursa-pastoris (L.) Medik.
Carex
Carya illinoinensis (Wangenh.) K. Koch
Cassia tora (L.) Roxb.
Catharanthus
Celastrus orbiculata Thunb.
Celtis occidentalis L.
Cenchrus echinatus L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene
Chenopodium quinoa Willd.
Chionanthus
Chitalpa tashkinensis T. S. Elias & Wisura
Cistus creticus L.
Cistus monspeliensis L.
Cistus salviifolius L.
Citrus
Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash
Coffea
Commelina benghalensis L.
Conium maculatum L.
Convolvulus arvensis L.
Conyza canadensis (L.) Cronquist
Coprosma repens A. Rich.
Cornus florida L.
Coronilla valentina L.
Coronopus didymus (L.) Sm.
Cynodon dactylon (L.) Pers.
Cyperus eragrostis Lam.
Cyperus esculentus L.
Cytisus scoparius (L.) Link
Datura wrightii Regel
Digitaria horizontalis Willd.
Digitaria insularis (L.) Ekman
Digitaria sanguinalis (L.) Scop.
Disphania ambrosioides (L.) Mosyakin & Clemants
Dodonaea viscosa Jacq.
Duranta erecta L.
Echinochloa crus-galli (L.) P. Beauv.
Encelia farinosa A. Gray ex Torr.
Eriochloa contracta Hitchc.
Erodium
Escallonia montevidensis Link & Otto
Eucalyptus camaldulensis Dehnh.
Eucalyptus globulus Labill.
Eugenia myrtifolia Sims
Euphorbia hirta L.
Euphorbia terracina L.
Fagopyrum esculentum Moench
Fagus crenata Blume
Ficus carica L.
Fragaria vesca L.
Fraxinus americana L.
Fraxinus dipetala Hook. & Arn.
Fraxinus latifolia Benth.
Fraxinus pennsylvanica Marshall
Fuchsia magellanica Lam.
Genista ephedroides DC.
Genista monspessulana (L.) L. A. S. Johnson
Genista x spachiana (syn. Cytisus racemosus Broom)
Geranium dissectum L.
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina L.
Hebe
Hedera helix L.
Helianthus annuus L.
Hemerocallis
Heteromeles arbutifolia (Lindl.) M. Roem.
Hibiscus schizopetalus (Masters) J.D. Hooker
Hibiscus syriacus L.
Hordeum murinum L.
Hydrangea paniculata Siebold
Ilex vomitoria Sol. ex Aiton
Ipomoea purpurea (L.) Roth
Iva annua L.
Jacaranda mimosifolia D. Don
Juglans
Juniperus ashei J. Buchholz
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lactuca serriola L.
Lagerstroemia indica L.
Laurus nobilis L.
Lavandula angustifolia Mill.
Lavandula dentata L.
Lavandula stoechas L.
Ligustrum lucidum L.
Lippia nodiflora (L.) Greene
Liquidambar styraciflua L.
Liriodendron tulipifera L.
Lolium perenne L.
Lonicera japonica (L.) Thunb.
Ludwigia grandiflora (Michx.) Greuter & Burdet
Lupinus aridorum McFarlin ex Beckner
Lupinus villosus Willd.
Magnolia grandiflora L.
Malva
Marrubium vulgare L.
Medicago polymorpha L.
Medicago sativa L.
Melilotus
Melissa officinalis L.
Metrosideros
Metrosideros excelsa Sol. ex Gaertn
Modiola caroliniana (L.) G. Don
Montia linearis (Hook.) Greene
Morus
Myoporum insulare R. Br.
Myrtus communis L.
Nandina domestica Murray
Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.
Nerium oleander L.
Nicotiana glauca Graham
Olea europaea L.
Origanum majorana L.
Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.
Paspalum dilatatum Poir.
Pelargonium graveolens L'Hér
Persea americana Mill.
Phoenix reclinata Jacq.
Phoenix roebelenii O'Brien
Pinus taeda L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Pluchea odorata (L.) Cass.
Poa annua L.
Polygala myrtifolia L.
Polygala x grandiflora nana
Polygonum arenastrum Boreau
Polygonum lapathifolium (L.) Delarbre
Polygonum persicaria Gray
Populus fremontii S. Watson
Portulaca
Prunus
Pyrus pyrifolia (Burm. f.) Nakai
Quercus
Ranunculus repens L.
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus alaternus L.
Rhus
▼M2 —————
Rosa californica Cham. & Schldl.
Rosa x floribunda
Rosmarinus officinalis L.
Rubus
Rumex crispus L.
Salix
Salsola tragus L.
Salvia apiana Jeps.
Salvia mellifera Greene
Sambucus
Sapindus saponaria L.
Schinus molle L.
Senecio vulgaris L.
Setaria magna Griseb.
Silybum marianum (L.) Gaertn.
Simmondsia chinensis (Link) C. K. Schneid.
Sisymbrium irio L.
Solanum americanum Mill.
Solanum elaeagnifolium Cav.
Solanum lycopersicum L.
Solanum melongena L.
Solidago fistulosa Mill.
Solidago virgaurea L.
Sonchus
Sorghum
Spartium junceum L.
Spermacoce latifolia Aubl.
Stellaria media (L.) Vill.
Tillandsia usneoides (L.) L.
Toxicodendron diversilobum (Torr. & A. Gray) Greene
Trifolium repens L.
Ulmus
▼M2 —————
Umbellularia californica (Hook. & Arn.) Nutt.
Urtica dioica L.
Urtica urens L.
Vaccinium
Verbena litoralis Kunth
Veronica
Vicia faba L.
Vicia sativa L.
Vinca
Vitis
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra L.
Xanthium spinosum L.
Xanthium strumarium L.
▼M1 —————
ANNESS II
IL-LISTA TAL-MUNIĊIPJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)
(1) Muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Brindisi:
|
Brindisi |
|
|
Carovigno |
|
|
Ceglie Messapica |
L-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 11, 20 sa 24, 32 sa 43, 47 sa 62, 66 sa 135 biss |
|
Cellino San Marco |
|
|
Erchie |
|
|
Francavilla Fontana |
|
|
Latiano |
|
|
Mesagne |
|
|
Oria |
|
|
Ostuni |
L-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 34 sa 38, 48 sa 52, 60 sa 67, 74, 87 sa 99, 111 sa 118, 141 sa 154, 175 sa 222 biss |
|
San Donaci |
|
|
San Michele Salentino |
|
|
San Pancrazio Salentino |
|
|
San Pietro Vernotico |
|
|
San Vito dei Normanni |
|
|
Torchiarolo |
|
|
Torre Santa Susanna |
|
|
Villa Castelli |
|
(2) Il-muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:
|
Avetrana |
|
|
Carosino |
|
|
Faggiano |
|
|
Fragagnano |
|
|
Grottaglie |
L-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 5, 8, 11 sa 14, 17 sa 41, 43 sa 47, 49 sa 89 biss |
|
Leporano |
L-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 2 sa 6, 9 sa 16 biss |
|
Lizzano |
|
|
Manduria |
|
|
Martina Franca |
L-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 246 sa 260 biss |
|
Maruggio |
|
|
Monteiasi |
|
|
Monteparano |
|
|
Pulsano |
|
|
Roccaforzata |
|
|
San Giorgio Ionico |
|
|
San Marzano di San Giuseppe |
|
|
Sava |
|
|
Taranto |
Biss: (It-Taqsima A, l-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 49, 50, 220, 233, 234, 250 sa 252;262, 275 sa 278, 287 sa 293, 312 sa 318) (It-Taqsima B, l-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 1 sa 27) (It-Taqsima C, l-irqajja' tal-art irreġistrati (Fogli) 1 sa 11) |
|
Torricella |
|
( 1 ) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/87/UE tat-13 ta' Frar 2014 fir-rigward ta' miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 29).
( 3 ) EFSA PLH Panel (EFSA Panel on Plant Health), 2015. Scientific Opinion on the risks to plant health posed by Xylella fastidiosa in the EU territory, with the identification and evaluation of risk reduction options. EFSA Journal 2015;13(1):3989, 262 pp..
( 4 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/497/UE tat- 23 ta' Lulju 2014 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 56).
( 5 ) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 59).
( 6 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).
( 7 ) Methodologies for sampling of consignments — Reference Standard ISPM No 31 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fl-2008.
( 8 ) Guidelines for pest eradication programmes — Reference Standard ISPM No 9 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2011.
( 9 ) The use of integrated measures in a systems approach for pest risk management — Reference Standard ISPM No 14 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fit-8 ta' Jannar 2014.
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma soġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).
( 11 ) L-EPPO (l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti), 2012. It-trattament bil-misħun tad-dwieli għall-kontroll tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée. Bulletin OEPP/EPPO Bulletin, 42(3), 490–492.
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).
( 13 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).