02015D0778 — MT — 01.10.2019 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali ( ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ ) (ĠU L 122 19.5.2015, p. 31) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1926 tas-26 ta' Ottubru 2015 |
L 281 |
13 |
27.10.2015 |
|
L 162 |
18 |
21.6.2016 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2314 tad-19 ta' Diċembru 2016 |
L 345 |
62 |
20.12.2016 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1385 tal-25 ta' Lulju 2017 |
L 194 |
61 |
26.7.2017 |
|
L 120 |
10 |
16.5.2018 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/2055 tal-21 ta' Diċembru 2018 |
L 327I |
9 |
21.12.2018 |
|
L 92 |
1 |
1.4.2019 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1595 tas-26 ta' Settembru 2019 |
L 248 |
73 |
27.9.2019 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/778
tat-18 ta' Mejju 2015
dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali ( ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ )
Artikolu 1
Missjoni
1. L-Unjoni għandha tmexxi operazzjoni militari ta' maniġġar ta' kriżi li tikkontribwixxi biex tisfratta l-mudell kummerċjali tan-netwerks ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u traffikar ta' bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFORMED operazzjoni SOPHIA), billi twettaq sforzi sistematiċi għall-identifikazzjoni, il-qbid u r-rimi ta' bastimenti u assi użati jew suspettati li qed jintużaw mill-faċilitaturi tad-dħul klandestin u mit-traffikanti, f'konformità mad-dritt internazzjonali applikabbli, inkluż l-UNCLOS u kwalunkwe Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Għal dak il-għan, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tipprovdi wkoll taħriġ lill-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani. Barra minn hekk, l-operazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma tagħha f'konformità mal-UNSCR 1970 (2011) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar l-embargo tal-armi fuq il-Libja, inkluż UNSCR 2292 (2016).
2. Iż-żona tal-operazzjoni għandha tkun definita, qabel it-tnedija tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ , fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill.
Artikolu 2
Mandat
1. L- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha topera f'konformità mal-objettivi politiċi, strateġiċi, politiko-militari li jinsabu fil-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi approvat mill-Kunsill fit-18 ta' Mejju 2015.
2. ►M2 Fir-rigward tal-kompiti prinċipali tagħha relattivament għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha titmexxa f'fażijiet sekwenzjali, u f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali. ◄ L- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha:
a) fl-ewwel fażi, tappoġġa l-kxif u l-monitoraġġ tan-netwerks ta' migrazzjoni permezz ta' ġbir ta' informazzjoni u pattulji fl-ibħra miftuħa skont id-dritt internazzjonali;
b) f'tieni fażi,
i) twettaq imbark, tfittxija, qbid u devjazzjoni fl-ibħra miftuħa ta' bastimenti suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dritt internazzjonali applikabbli, inkluż l-UNCLOS u l-Protokoll kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta' Migranti;
ii) f'konformità ma' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew bil-kunsens tal-Istat kostali konċernat, twettaq imbark, tfittxija, qbid u devjazzjoni, fl-ibħra miftuħa jew fl-ilmijiet territorjali u interni ta' dak l-Istat, ta' bastimenti suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dik ir-Riżoluzzjoni jew il-kunsens;
c) f'tielet fażi, f'konformità ma' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew bil-kunsens tal-Istat kostali konċernat, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa kontra bastiment u l-assi relatati, inkluż billi tarmihom jew iġġibhom inoperabbli, li jkunu suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, fit-territorju ta' dak l-Istat, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dik ir-Riżoluzzjoni jew il-kunsens.
3. Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk ikunux jeżistu l-kondizzjonijiet għat-tranżizzjoni lil hinn mill-ewwel fażi, wara li jitqiesu kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-kunsens mill-Istati kostali konċernati.
4. L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor u taħżen, f'konformità mad-dritt applikabbli, data personali li tikkonċerna l-persuni meħuda abbord bastimenti li jipparteċipaw fl-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA relattiva għall-karatteristiċi li x'aktarx jgħinu biex ikunu identifikati, inklużi marki tas-swaba', kif ukoll id-dettalji li ġejjin, bl-esklużjoni ta' data personali oħra: kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; data u post tat-twelid, nazzjonalità, sess, post ta' residenza, professjoni u lokazzjoni; liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u data dwar il-passaport. ►M4 Hija tista' tibgħat dik id-data kif ukoll data dwar il-bastimenti u t-tagħmir użati minn dawk il-persuni, u l-informazzjoni rilevanti miksuba waqt it-twettiq ta' dan il-kompitu ewlieni, lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u lill-korpi kompetenti tal-Unjoni. ◄
Artikolu 2a
Tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani
1. Bħala kompitu ta' sostenn, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tassisti fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u fit-taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani fil-kompiti ta' infurzar tal-liġi fuq il-baħar, b'mod partikolari biex jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin.
2. Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu saru t-tħejjijiet meħtieġa, partikolarment fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-forzi u l-proċeduri għall-eżami ta' dawk li jitħarrġu, il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq fl-ibħra miftuħa fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.
3. Il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jitwettaq ukoll fit-territorju, inklużi l-ibħra territorjali, tal-Libja jew ta' Stat terz ospitanti viċin tal-Libja fejn il-KPS jiddeċiedi hekk wara valutazzjoni mill-Kunsill fuq il-bażi ta' stedina mil-Libja jew mill-Istat ospitanti kkonċernat, u f'konformità mad-dritt internazzjonali.
4. Fid-dawl tar-rekwiżiti operazzjonali eċċezzjonali, parti mill-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 tista' titwettaq, fuq stedina, fi Stat Membru, inkluż f'ċentri ta' taħriġ rilevanti.
4a. Għall-fini tal-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ f'koordinazzjoni mill-qrib ma' partijiet interessati oħra rilevanti.
►C1 5. Sa fejn ikun meħtieġ għall-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor, taħżen u tiskambja mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, korpi kompetenti tal-Unjoni, l-UNSMIL, l-INTERPOL, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Istati Uniti tal-Amerika ◄ l-informazzjoni, inkluża data personali, miġbura għall-fini tal-proċeduri tal-eżami ta' dawk bil-possibbiltà li jitħarrġu, dment li dawn ikunu taw il-kunsens tagħhom bil-miktub. Barra minn hekk, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor u taħżen l-informazzjoni medika u d-data bijometrika meħtieġa dwar dawk li jitħarrġu dment li huma taw il-kunsens tagħhom bil-miktub.
Artikolu 2b
Kontribut għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja
►C1 1. Sa fejn ikun meħtieġ mill-kompitu ta' sostenn tagħha biex timplimenta l-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tiġbor u tiskambja informazzjoni ◄ ma' sħab u aġenziji rilevanti permezz tal-mekkaniżmi fid-dokumenti tal-ippjanar sabiex tikkontribwixxi għal għarfien komprensiv tas-sitwazzjoni marittima fiż-Żona tal-Operazzjoni miftiehma kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar. Fejn tali informazzjoni tkun ikklassifikata sa “SECRET UE/EU SECRET”, din tista' tiġi skambjata ma' sħab u aġenziji rilevanti f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ) u abbażi ta' arranġamenti konklużi fil-livell operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12(9) ta' din id-Deċiżjoni, u b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività. L-informazzjoni klassifikata riċevuta għandha tiġi trattata mill-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mingħajr ebda distinzjoni bejn il-persunal tagħha u unikament fuq il-bażi ta' rekwiżiti operazzjonali.
2. Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet rilevanti, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tibda, fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, bl-ispezzjonijiet ta' bastimenti li jkunu sejrin lejn il-Libja jew ġejjin mil-Libja fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tali bastimenti qed iġorru armi jew materjal relatat lejn, jew minn, il-Libja, direttament jew indirettament bi ksur tal-embargo tal-armi fuq il-Libja u għandha tieħu l-azzjoni rilevanti bil-għan li taqbad u tiddisponi minn tali oġġetti, inkluż bil-ħsieb li titbiddel ir-rotta ta' tali bastimenti u l-ekwipaġġi tagħhom lejn port adatt biex tiġi ffaċilitata tali dispożizzjoni, bil-kunsens tal-Istat tal-port, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016).
3. F'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016), l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista', matul l-ispezzjonijiet imwettqa f'konformità mal-paragrafu 2, tiġbor u taħżen evidenza direttament relatata mal-ġarr ta' oġġetti pprojbiti taħt l-embargo tal-armi fuq il-Libja. Hija tista' tibgħat tali evidenza lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u/jew il-korpi kompetenti tal-Unjoni f'konformità mal-liġi applikabbli.
4. Barra minn hekk, fiż-Żona ta' Operazzjoni, u fil-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha twettaq attivitajiet ta' sorveljanza u tiġbor informazzjoni dwar it-traffikar illegali, inkluż informazzjoni dwar iż-żejt mhux maħdum u esportazzjonijiet oħra illegali li jiksru l-UNSCR 2146 (2014) u l-UNSCR 2362 (2017), u b'hekk tikkontribwixxi għal għarfien tas-sitwazzjoni u sigurtà marittima fil-Mediterran Ċentrali. L-informazzjoni miġbura f'dan il-kuntest tista' tiġi rilaxxata lill-awtoritajiet leġittimi Libjani u lill-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi rilevanti tal-Istati Membri u lil korpi kompetenti tal-Unjoni.
Artikolu 3
Ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE
Il-Kontrarmirall Enrico Credendino huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ .
Artikolu 4
Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni ta-UE
Il-Kwartieri Ġenerali tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandhom ikunu f'Ruma, l-Italja.
Artikolu 5
Ippjanar u tnedija tal-operazzjoni
Id-Deċiżjoni li titnieda l- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha tiġi adottata mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandat tal-Operazzjoni ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Operazzjoni u tar-Regoli tal-Kumbattiment meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-mandat.
Artikolu 6
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ . Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f'konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat li jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Operazzjoni, il-Linja tal-Kmand u r-Regoli ta' Kumbattiment. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u tal-Kmandant tal-Forza tal-UE. Is-setgħat ta' deċiżjoni rigward l-għanijiet u t-tmiem tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill. Soġġett għall-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni, il-KPS għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi meta ssir it-tranżizzjoni bejn il-fażijiet differenti tal-operazzjoni.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.
3. Il-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) għandu, f'intervalli regolari, jirrapporta lill-KPS fir-rigward tat-tmexxija tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ . Il-KPS jista' jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.
Artikolu 7
Direzzjoni militari
1. L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ li ssir taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għandu, f'intervalli regolari, jirrapporta lill-EUMC. L-EUMC jista' jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu, skont kif ikun meħtieġ.
3. Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni mal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.
Artikolu 8
Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni
1. Ir-RGħ għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni u l-għajnuna umanitarja tagħha.
2. Ir-RGħ, assistita mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għandha taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni man-Nazzjonijiet Uniti, l-awtoritajiet tal-pajjiżi fir-reġjun, u atturi internazzjonali u bilaterali oħra, inklużi n-NATO, l-Unjoni Afrikana u l-Lega tal-Istati Għarab.
3. L- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni, u skont kif meħtieġ, tikkonkludi arranġamenti ma' aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FRONTEX, l-EUROPOL, l-EUROJUST, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u missjonijiet rilevanti tal-PSDK.
4. EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia tista' tospita Ċellola ta' Informazzjoni dwar il-Kriminalità (“CIC”) magħmula minn persunal tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti elenkati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sabiex tiffaċilita r-riċeviment, il-ġbir u t-trasmissjoni ta' informazzjoni, inkluż data personali, dwar ild-dħul klandestin u t-traffikar ta' bnedmin, l-embargo tal-armi fuq il-Libja, it-traffikar illegali kif imsemmi fl-Artikolu 2b(4), kif ukoll ir-reati rilevanti għas-sigurtà tal-operazzjoni.
L-ipproċessar ta' data personali f'dan il-kuntest għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li fuqu jinsab is-CIC u, fir-rigward tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, f'konformità mal-qafas legali applikabbli għall-aġenziji rispettivi.
Artikolu 9
Parteċipazzjoni ta' Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni jew għall-qafas istituzzjonali uniku, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-missjoni.
2. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi joffru kontributi u jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar jekk jiġux aċċettati l-kontributi offerti, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-EUMC.
3. L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-soġġett ta' ftehimiet konklużi f'konformità mal-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan tal-aħħar f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ .
4. L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tal-ġestjoni ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-operazzjoni.
5. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jipprovdu kontributi militari sinifikanti.
Artikolu 10
Status tal-persunal immexxi mill-Unjoni
L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-Unjoni għandhom jiġu definiti fejn ikun meħtieġ f'konformità mad-dritt internazzjonali.
Artikolu 11
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.
2. Għall-perijodu mit-18 ta' Mejju 2015 sas-27 ta' Lulju 2016, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 11,82 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 70 % f'impenji u 40 % għal pagamenti.
3. Għall-perijodu mit-28 ta' Lulju 2016 sas-27 ta' Lulju 2017, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 6 700 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % f'impenji u 0 % għal pagamenti.
4. Għall-perijodu mit-28 ta' Lulju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 6 000 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % kemm f'impenji kif ukoll f'pagamenti.
5. Għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Marzu 2019, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 1 100 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 30 % għall-impenji u 30 % għall-pagamenti.
6. Għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sat-30 ta' Settembru 2019, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 2 761 200 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.
7. Għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2019 sal-31 ta' Marzu 2020, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 3 059 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 15 % għall-impenji u ta' 0 % għall-pagamenti.
Artikolu 12
Rilaxx ta' informazzjoni
1. Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA u b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività, kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-operazzjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali ( 2 ). Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.
2. Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, u bir-rispett sħiħ tal-prinċipji ta' reċiproċità u inklużività, informazzjoni kklassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-operazzjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE, kif ġej:
(a) sal-livell previst mill-Ftehimiet applikabbli dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni u l-Istat terz konċernat; jew
(b) sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f'każijiet oħrajn.
Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.
3. L-informazzjoni klassifikata riċevuta għandha tiġi trattata mill-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mingħajr ebda distinzjoni bejn il-persunal tagħha u unikament fuq il-bażi ta' rekwiżiti operazzjonali.
4. Ir-RGħ hija awtorizzata wkoll li tgħaddi lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.
5. Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-INTERPOL informazzjoni rilevanti, inkluża data personali, f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.
6. Sa meta jiġi konkluż ftehim bejn l-Unjoni u l-INTERPOL, l-EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia tista' tiskambja tali informazzjoni mal-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-INTERPOL tal-Istati Membri, f'konformità mal-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kap tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali rilevanti.
7. F'każ ta' bżonn operazzjonali speċifiku, ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-awtoritajiet Libjani leġittimi kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.
8. Ir-RGħ hija awtorizzata tikkonkludi l-arranġamenti meħtieġa għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni f'din id-Deċiżjoni.
9. Ir-RGħ tista' tiddelega l-awtorizzazzjonijiet biex tiġi rilaxxata informazzjoni kif ukoll il-kapaċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmijin f'din id-Deċiżjoni lil uffiċjali tas-SEAE, lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE f'konformità mat-taqsima VII tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/488/UE.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u terminazzjoni
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fil-31 ta' Marzu 2020.
Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE f'konformità mal-pjanijiet approvati għat-terminazzjoni tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ , u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri rigward l-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal- ►M1 EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).