02015D0778 — MT — 19.12.2016 — 003.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/778

tat-18 ta' Mejju 2015

dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali ( ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ )

(ĠU L 122 19.5.2015, p. 31)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1926 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

13

27.10.2015

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/993 tal-20 ta' Ġunju 2016

  L 162

18

21.6.2016

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2314 tad-19 ta' Diċembru 2016

  L 345

62

20.12.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 019, 25.1.2017, p.  96 (2016/2314)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/778

tat-18 ta' Mejju 2015

dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali ( ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ )



Artikolu 1

Missjoni

▼M2

1.  L-Unjoni għandha tmexxi operazzjoni militari ta' maniġġar ta' kriżi li tikkontribwixxi biex tisfratta l-mudell kummerċjali tan-netwerks ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u traffikar ta' bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFORMED operazzjoni SOPHIA), billi twettaq sforzi sistematiċi għall-identifikazzjoni, il-qbid u r-rimi ta' bastimenti u assi użati jew suspettati li qed jintużaw mill-faċilitaturi tad-dħul klandestin u mit-traffikanti, f'konformità mad-dritt internazzjonali applikabbli, inkluż l-UNCLOS u kwalunkwe Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Għal dak il-għan, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tipprovdi wkoll taħriġ lill-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani. Barra minn hekk, l-operazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma tagħha f'konformità mal-UNSCR 1970 (2011) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar l-embargo tal-armi fuq il-Libja, inkluż UNSCR 2292 (2016).

▼B

2.  Iż-żona tal-operazzjoni għandha tkun definita, qabel it-tnedija tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ , fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill.

Artikolu 2

Mandat

1.  L- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha topera f'konformità mal-objettivi politiċi, strateġiċi, politiko-militari li jinsabu fil-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi approvat mill-Kunsill fit-18 ta' Mejju 2015.

2.   ►M2  Fir-rigward tal-kompiti prinċipali tagħha relattivament għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha titmexxa f'fażijiet sekwenzjali, u f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali. ◄ L- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha:

a) fl-ewwel fażi, tappoġġa l-kxif u l-monitoraġġ tan-netwerks ta' migrazzjoni permezz ta' ġbir ta' informazzjoni u pattulji fl-ibħra miftuħa skont id-dritt internazzjonali;

b) f'tieni fażi,

i) twettaq imbark, tfittxija, qbid u devjazzjoni fl-ibħra miftuħa ta' bastimenti suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dritt internazzjonali applikabbli, inkluż l-UNCLOS u l-Protokoll kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta' Migranti;

ii) f'konformità ma' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew bil-kunsens tal-Istat kostali konċernat, twettaq imbark, tfittxija, qbid u devjazzjoni, fl-ibħra miftuħa jew fl-ilmijiet territorjali u interni ta' dak l-Istat, ta' bastimenti suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dik ir-Riżoluzzjoni jew il-kunsens;

c) f'tielet fażi, f'konformità ma' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew bil-kunsens tal-Istat kostali konċernat, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa kontra bastiment u l-assi relatati, inkluż billi tarmihom jew iġġibhom inoperabbli, li jkunu suspettati li qed jintużaw għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin jew traffikar ta' bnedmin, fit-territorju ta' dak l-Istat, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dik ir-Riżoluzzjoni jew il-kunsens.

3.  Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk ikunux jeżistu l-kondizzjonijiet għat-tranżizzjoni lil hinn mill-ewwel fażi, wara li jitqiesu kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-kunsens mill-Istati kostali konċernati.

▼M3

4.  L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor u taħżen, f'konformità mad-dritt applikabbli, data personali li tikkonċerna l-persuni meħuda abbord bastimenti li jipparteċipaw fl-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA relattiva għall-karatteristiċi li x'aktarx jgħinu biex ikunu identifikati, inklużi marki tas-swaba', kif ukoll id-dettalji li ġejjin, bl-esklużjoni ta' data personali oħra: kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; data u post tat-twelid, nazzjonalità, sess, post ta' residenza, professjoni u lokazzjoni; liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u data dwar il-passaport. Hija tista' tibgħat dik id-data u data dwar il-bastimenti u t-tagħmir użati minn tali persuni lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u/jew lill-korpi kompetenti tal-Unjoni.

▼M2

Artikolu 2a

Tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani

1.  Bħala kompitu ta' sostenn, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tassisti fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u fit-taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani fil-kompiti ta' infurzar tal-liġi fuq il-baħar, b'mod partikolari biex jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin.

2.  Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu saru t-tħejjijiet meħtieġa, partikolarment fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-forzi u l-proċeduri għall-eżami ta' dawk li jitħarrġu, il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq fl-ibħra miftuħa fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.

3.  Il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jitwettaq ukoll fit-territorju, inklużi l-ibħra territorjali, tal-Libja jew ta' Stat terz ospitanti viċin tal-Libja fejn il-KPS jiddeċiedi hekk wara valutazzjoni mill-Kunsill fuq il-bażi ta' stedina mil-Libja jew mill-Istat ospitanti kkonċernat, u f'konformità mad-dritt internazzjonali.

4.  Fid-dawl tar-rekwiżiti operazzjonali eċċezzjonali, parti mill-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 tista' titwettaq, fuq stedina, fi Stat Membru, inkluż f'ċentri ta' taħriġ rilevanti.

▼M3

►C1  5.  Sa fejn ikun meħtieġ għall-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor, taħżen u tiskambja mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, korpi kompetenti tal-Unjoni, l-UNSMIL, l-INTERPOL, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Istati Uniti tal-Amerika ◄ l-informazzjoni, inkluża data personali, miġbura għall-fini tal-proċeduri tal-eżami ta' dawk bil-possibbiltà li jitħarrġu, dment li dawn ikunu taw il-kunsens tagħhom bil-miktub. Barra minn hekk, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor u taħżen l-informazzjoni medika u d-data bijometrika meħtieġa dwar dawk li jitħarrġu dment li huma taw il-kunsens tagħhom bil-miktub.

▼M2

Artikolu 2b

Kontribut għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja

▼M3

►C1  1.  Sa fejn ikun meħtieġ mill-kompitu ta' sostenn tagħha biex timplimenta l-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tiġbor u tiskambja informazzjoni ◄ ma' sħab u aġenziji rilevanti permezz tal-mekkaniżmi fid-dokumenti tal-ippjanar sabiex tikkontribwixxi għal għarfien komprensiv tas-sitwazzjoni marittima fiż-Żona tal-Operazzjoni miftiehma kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar. Fejn tali informazzjoni tkun ikklassifikata sa “SECRET UE/EU SECRET”, din tista' tiġi skambjata ma' sħab u aġenziji rilevanti f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ) u abbażi ta' arranġamenti konklużi fil-livell operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12(9) ta' din id-Deċiżjoni, u b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività. L-informazzjoni klassifikata riċevuta għandha tiġi trattata mill-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mingħajr ebda distinzjoni bejn il-persunal tagħha u unikament fuq il-bażi ta' rekwiżiti operazzjonali.

▼M2

2.  Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet rilevanti, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tibda, fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, bl-ispezzjonijiet ta' bastimenti li jkunu sejrin lejn il-Libja jew ġejjin mil-Libja fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tali bastimenti qed iġorru armi jew materjal relatat lejn, jew minn, il-Libja, direttament jew indirettament bi ksur tal-embargo tal-armi fuq il-Libja u għandha tieħu l-azzjoni rilevanti bil-għan li taqbad u tiddisponi minn tali oġġetti, inkluż bil-ħsieb li titbiddel ir-rotta ta' tali bastimenti u l-ekwipaġġi tagħhom lejn port adatt biex tiġi ffaċilitata tali dispożizzjoni, bil-kunsens tal-Istat tal-port, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016).

▼M3

3.  F'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016), l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista', matul l-ispezzjonijiet imwettqa f'konformità mal-paragrafu 2, tiġbor u taħżen evidenza direttament relatata mal-ġarr ta' oġġetti pprojbiti taħt l-embargo tal-armi fuq il-Libja. Hija tista' tibgħat tali evidenza lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u/jew il-korpi kompetenti tal-Unjoni f'konformità mal-liġi applikabbli.

▼B

Artikolu 3

Ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE

Il-Kontrarmirall Enrico Credendino huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ .

Artikolu 4

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni ta-UE

Il-Kwartieri Ġenerali tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandhom ikunu f'Ruma, l-Italja.

Artikolu 5

Ippjanar u tnedija tal-operazzjoni

Id-Deċiżjoni li titnieda l- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha tiġi adottata mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandat tal-Operazzjoni ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Operazzjoni u tar-Regoli tal-Kumbattiment meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-mandat.

Artikolu 6

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ . Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f'konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat li jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Operazzjoni, il-Linja tal-Kmand u r-Regoli ta' Kumbattiment. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u tal-Kmandant tal-Forza tal-UE. Is-setgħat ta' deċiżjoni rigward l-għanijiet u t-tmiem tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill. Soġġett għall-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni, il-KPS għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi meta ssir it-tranżizzjoni bejn il-fażijiet differenti tal-operazzjoni.

2.  Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3.  Il-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) għandu, f'intervalli regolari, jirrapporta lill-KPS fir-rigward tat-tmexxija tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ . Il-KPS jista' jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

Artikolu 7

Direzzjoni militari

1.  L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ li ssir taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

2.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għandu, f'intervalli regolari, jirrapporta lill-EUMC. L-EUMC jista' jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu, skont kif ikun meħtieġ.

3.  Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni mal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

Artikolu 8

Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.  Ir-RGħ għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni u l-għajnuna umanitarja tagħha.

2.  Ir-RGħ, assistita mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għandha taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni man-Nazzjonijiet Uniti, l-awtoritajiet tal-pajjiżi fir-reġjun, u atturi internazzjonali u bilaterali oħra, inklużi n-NATO, l-Unjoni Afrikana u l-Lega tal-Istati Għarab.

3.  L- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandha tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni, u skont kif meħtieġ, tikkonkludi arranġamenti ma' aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FRONTEX, l-EUROPOL, l-EUROJUST, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u missjonijiet rilevanti tal-PSDK.

Artikolu 9

Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni jew għall-qafas istituzzjonali uniku, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-missjoni.

2.  Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi joffru kontributi u jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar jekk jiġux aċċettati l-kontributi offerti, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-EUMC.

3.  L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-soġġett ta' ftehimiet konklużi f'konformità mal-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan tal-aħħar f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ .

4.  L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tal-ġestjoni ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-operazzjoni.

5.  Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jipprovdu kontributi militari sinifikanti.

Artikolu 10

Status tal-persunal immexxi mill-Unjoni

L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-Unjoni għandhom jiġu definiti fejn ikun meħtieġ f'konformità mad-dritt internazzjonali.

Artikolu 11

Arranġamenti finanzjarji

1.  L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.

▼M2

2.  Għall-perijodu mit-18 ta' Mejju 2015 sas-27 ta' Lulju 2016, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 11,82 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 70 % f'impenji u 40 % għal pagamenti.

▼M2

3.  Għall-perijodu mit-28 ta' Lulju 2016 sas-27 ta' Lulju 2017, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 6 700 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % f'impenji u 0 % għal pagamenti.

▼M3

Artikolu 12

Rilaxx ta' informazzjoni

▼C1

1.  Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA u b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività, kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-operazzjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali ( 2 ). Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.

2.  Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, u bir-rispett sħiħ tal-prinċipji ta' reċiproċità u inklużività, informazzjoni kklassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-operazzjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE, kif ġej:

(a) sal-livell previst mill-Ftehimiet applikabbli dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni u l-Istat terz konċernat; jew

(b) sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f'każijiet oħrajn.

Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.

▼M3

3.  L-informazzjoni klassifikata riċevuta għandha tiġi trattata mill-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mingħajr ebda distinzjoni bejn il-persunal tagħha u unikament fuq il-bażi ta' rekwiżiti operazzjonali.

4.  Ir-RGħ hija awtorizzata wkoll li tgħaddi lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

5.  Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-INTERPOL informazzjoni rilevanti, inkluża data personali, f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.

6.  Sa meta jiġi konkluż ftehim bejn l-Unjoni u l-INTERPOL, l-EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia tista' tiskambja tali informazzjoni mal-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-INTERPOL tal-Istati Membri, f'konformità mal-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kap tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali rilevanti.

7.  F'każ ta' bżonn operazzjonali speċifiku, ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-awtoritajiet Libjani leġittimi kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

8.  Ir-RGħ hija awtorizzata tikkonkludi l-arranġamenti meħtieġa għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni f'din id-Deċiżjoni.

9.  Ir-RGħ tista' tiddelega l-awtorizzazzjonijiet biex tiġi rilaxxata informazzjoni kif ukoll il-kapaċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmijin f'din id-Deċiżjoni lil uffiċjali tas-SEAE, lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE f'konformità mat-taqsima VII tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

▼B

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M2

L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fis-27 ta' Lulju 2017.

▼B

Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE f'konformità mal-pjanijiet approvati għat-terminazzjoni tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ , u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri rigward l-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal- ►M1  EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA ◄ stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.



( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).