02015D0740 — MT — 03.02.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/740

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK

(ĠU L 117 8.5.2015, p. 52)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1118 tad-9 ta' Lulju 2015

  L 182

31

10.7.2015

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/414 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

109

9.3.2017

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/168 tat-2 ta' Frar 2018

  L 31

86

3.2.2018




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/740

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-fornitura, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armamenti u materjal relatat ta' kull tip, inkluż l-armi u l-munizzjon, il-vetturi u t-tagħmir militari, it-tagħmir paramilitari u l-partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmija qabel, lis-Sudan t'Isfel minn ċittadini ta' Stati Membri jew li ġejjin minn territorji ta' Stati Membri, jew l-użu ta' bastimenti jew ajruplani tal-bandiera tagħhom huma pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.  Huma wkoll ipprojbiti:

(a) l-għoti, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi jew għall-użu fis-Sudan t'Isfel;

(b) l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzi jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi jew għall-użu fis-Sudan t'Isfel;

(c) il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-oġġett jew l-effett tagħhom huwa li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-punt (a) jew (b).

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju, ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem jew għal użu protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet imwettqa min-NU, l-Unjoni Afrikana (UA), l-UE jew l-Awtorità Intergovernattiva tal-Iżvilupp (IGAD), jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet tan-NU, tal-UA u tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet;

(b) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li ġew manifatturati jew mgħammra b'materjali li jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba unikament għal użu protettiv, fis-Sudan t'Isfel, minn persunal tal-EU jew tal-Istati Membri tagħha fis-Sudan t'Isfel jew minn persunal tan-NU, l-UA jew l-IGAD;

(c) l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati mat-tagħmir jew il-programmi u operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);

(d) l-għoti ta' finanzi u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir jew il-programmi u operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);

(e) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzjonijiet tat-tneħħija tal-mini;

(f) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għall-appoġġ tal-proċess ta' Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fis-Sudan t'Isfel kif ukoll l-għoti ta' finanzi, għajnuna finanzjarja jew għajnuna teknika relatati ma' tali tagħmir,

bil-kondizzjoni li tali kunsinni jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru inkwistjoni.

2.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket għall-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sudan t'Isfel mill-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, mill-persunal tan-NU jew tal-IGAD, minn rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir, ħaddiema umanitarji u ħaddiema mpjegati fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt dan l-Artikolu fuq bażi ta' każijiet individwali, filwaqt li jqisu b'mod sħiħ il-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK ( 1 ). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu u, fejn xieraq, jagħmlu dispożizzjonijiet għal ripatrijazzjoni tat-tagħmir.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni:

(a) indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafi 6, 7, 8 u 9 tal-UNSCR 2206 (2015), kif elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(b) mhux koperti mill-punt (a), li qed ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, inkluż b'atti ta' vjolenza jew ksur ta' ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied, kif ukoll persuni responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

Artikolu 4

1.  Dan l-Artikolu japplika għall-persuni elenkati fl-Anness I.

2.  L-Artikolu 3(1) ma għandux japplika fejn:

(a) l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż, kif determinat mill-Kumitat skont il-każ;

(b) id-dħul jew it-tranżitu huwa meħtieġ biex isir proċess ġudizzjarju;

(c) l-ivvjaġġar ikompli jiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fis-Sudan t'Isfel u l-istabbiltà fir-reġjun, kif determinat mill-Kumitat skont il-każ.

Artikolu 5

1.  Dan l-Artikolu japplika għall-persuni elenkati fl-Anness II.

2.  L-Artikolu 3(1) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali msejħa minn, jew taħt il-patroċinju ta', in-NU;

(c) skont ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d) skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

3.  Il-paragrafu 2 għandu jiġi kkunsidrat li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

4.  Il-Kunsill għandu jiġi infurmat kif meħtieġ fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 2 jew 3.

5.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt l-Artikolu 3(1) meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u laqgħat promossi jew ospitati mill-UE jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inklużi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fis-Sudan t'Isfel.

6.  Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

7.  Fil-każijiet fejn, skont il-paragrafi 2, 3, 5 u 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-tranżitu minn, it-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minn dan.

Artikolu 6

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li direttament jew indirettament jappartjenu lil, huma proprjetà ta', miżmumin jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament,:

(a) il-persuni jew entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafi 6, 7, 8 u 12 tal-UNSCR 2206 (2015), kif elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(b) persuni li qed ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, inkluż b'atti ta' vjolenza jew ksur ta' ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied, kif ukoll persuni responsabbli għal ksur serju ta' drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II,

għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II.

Artikolu 7

1.  Dan l-Artikolu japplika għall-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I.

2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) neċessarji għall-ispejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b) esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u r-rimborż tal-ispejjeż sostnuti għall-prestazzjoni ta' servizzi legali;

(c) tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ta' ġestjoni normali ta' fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kumitat bil-quddiem bl-intenzjoni li jawtorizza, fejn adatt, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi. Jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet fl-assenza ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

3.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm tali determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u tkun ġiet approvata mill-Kumitat.

4.  B'deroga mill-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu wkoll jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddeterminat li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta' privileġġ jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali u li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġi ssodisfat dak il-privileġġ jew dik is-sentenza, sakemm il-privileġġ ikun ġie konkluż jew sentenza tkun ingħatat qabel id-data tal-adozzjoni UNSCR 2206 (2015), jiġifieri t-3 ta' Marzu 2015, ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II, u tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat.

5.  L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fl-Artikolu 6,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fl-Artikolu 6(1).

6.  L-Artikolu 6 m'għandux jipprevjeni lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp milli tagħmel pagament dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġie elenkat fl-Anness I, dment li l-Istat Membru konċernat jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew biex jawtorizza, fejn xieraq, ir-rilaxx tal-fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi għal dan il-fini, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

Artikolu 8

1.  Dan l-Artikolu japplika għall-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II.

2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness II u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

3.  B'deroga mill-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 6(1) ikunu ġew elenkati fl-Anness II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II; u

(d) ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  L-Artikolu 6(1) ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat milli jagħmel pagament dovut taħt kuntratt li daħal għalih qabel id-data li fiha din il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikun ġie elenkat fl-Anness II, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II.

5.  L-Artikolu 6(2) ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-Artikolu 6; jew

(c) pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 9

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness II.

3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjonijiet tiegħu msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

4.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjonijiet tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati kif meħtieġ.

Artikolu 10

1.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 6(1), kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I, u l-Kunsill fir-rigward tal-Anness II.

2.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni u entitajiet ikkonċernati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I, u l-Kunsill fir-rigward tal-Anness II. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll id-data tal-inklużjoni fil-lista.

Artikolu 11

Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux u fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.  Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx ikomplu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet konċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9, li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jintlaħqu aktar.

Artikolu 13

Id-Deċiżjoni 2014/449/PESK qiegħda b'dan titħassar.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ f-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1




ANNESS I

LISTA TAL-PERSUNI U ENTITAJIET MSEMMIJIN FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 3(1) U L-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 6(1).

▼M2

A.    PERSUNI

1.    Gabriel JOK RIAK (psewdonimu: a) Gabriel Jok b) Jok Riak c) Jock Riak)

Titolu: Logutenent Ġeneral

Deżinjazzjoni: Kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA)

Data ta' Twelid:1966

Post tat-Twelid: BOR, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Nazzjonalità: Is-Sudan t'Isfel

Indirizz: a) L-Istat ta' Unity, is-Sudan t'Isfel b) Wau, Bahr El Ghazal tal-Punent, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fi ħdan l-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant ta' Sector One tal-SPLA, kabbar u estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet. L-SPLA hija entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel, li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA (Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet) u ostakolat l-attivitajiet tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD (Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879060

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gabriel Jok Riak ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(f) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħditiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Gabriel Jok Riak huwa l-kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew il-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet (CoHA) u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel (Il-Ftehim ta' Mejju), li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA.

Jok Riak ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fi ħdan l-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Id-Diviżjonijiet tal-SPLA Tlieta, Erbgħa u Ħamsa huma subordinati għal Sector One u l-kmandant tiegħu, Jok Riak.

Jok Riak u l-forzi ta' Sector One u Three tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tiegħu kienu involuti f'bosta azzjonijiet, kif dettaljati hawn taħt, bi ksur tal-impenji tas-CoHA ta' Jannar 2014 biex jieqfu l-azzjonijiet militari kollha mmirati lejn il-forzi ta' oppożizzjoni, kif ukoll azzjonijiet provokatorji oħra, jiġu ffriżati l-forzi fis-siti attwali tagħhom, u joqogħdu lura minn attivitajiet bħall-moviment ta' forzi jew ir-riforniment ta' munizzjon li jistgħu jwasslu għal konfront militari.

Il-forzi tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali ta' Jok Riak kisru diversi drabi il-ftehim dwar il-waqfien mill-ostilitajiet (CoHA) permezz ta' ostilitajiet evidenti.

Fl-10 ta' Jannar 2014, forza tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tal-kmandant tas-Sector One Jok Riak ħatfet Bentiu, li kienet tqiegħdet preċedentement taħt il-kontroll tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO) mill-20 ta' Diċembru 2013. It-Tielet Diviżjoni tal-SPLA għamlu imbuskata u bbumbardjaw ġellieda tal-SLPM-IO qrib Leer ftit wara li ġie ffirmat is-CoHA ta' Jannar 2014 u f'nofs April 2014 ħatfu Mayom u qatlu aktar minn 300 truppa tal-SPLM-IO.

Fl-4 ta' Mejju 2014, forza tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak reġgħu ħatfu Bentiu. Fuq it-televiżjoni statali f'Juba, kelliem għal-SPLA stqarr li l-armata tal-gvern taħt il-kmand ta' Jok Riak kienet ħatfet Bentiu fl-erbgħa ta' waranofsinhar, filwaqt li żied jgħid li kienu involuti it-Tielet Diviżjoni u taskforce speċjali tal-SPLA. Sigħat wara li tħabbar il-Ftehim ta' Mejju, il-forzi tat-Tielet u r-Raba' Diviżjoni tal-SPLA ġġieldu kontra u reġġgħu lura l-ġellieda tal-oppożizzjoni li aktar kmieni kienu attakkaw il-pożizzjonijiet tal-SPLA qrib Bentiu u fir-reġjuni taż-żejt tat-tramuntana tas-Sudan t'Isfel.

Ukoll wara l-iffirmar tal-Ftehim ta' Mejju it-truppi tat-Tielet Diviżjoni tal-SPLA reġgħu ħatfu Wang Kai, u l-kmandant tad-diviżjoni Santino Deng Wol, awtorizza lill-forzi tiegħu biex joqtlu lil kull min ikun qed iġorr fuqu xi arma jew ikun qed jinħeba d-dar, u ordnalhom biex jaħarqu kwalunkwe dar li fiha jkun hemm xi forzi tal-oppożizzjoni.

Lejn l-aħħar ta' April u Mejju 2015, il-forzi tas-Sector One tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak wettqu offensiva militari fuq skala sħiħa kontra l-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Unity mill-Istat ta' Lakes.

Bi ksur tat-termini tas-CoHA kif deskritt hawn fuq, Jok Riak allegatament ipprova jsewwi t-tankijiet u jimmodifikahom għall-użu kontra l-forzi tal-oppożizzjoni kmieni f'Settembru 2014. Fl-aħħar ta' Ottubru 2014, mill-inqas 7 000 truppa u armi b'saħħithom tal-SPLA mit-Tielet u r-Raba' Diviżjoni ġew riallokati biex isaħħu t-truppi tar-Raba' Diviżjoni li kienu qed iġarrbu l-piż ta' attakk mill-oppożizzjoni qrib Bentiu. F'Novembru 2014, l-SPLA daħħlet tagħmir u armi militari ġodda, inklużi trasportaturi armati tal-persunal, ħelikopters, xkubetti tal-artillerija u munizzjon fil-qasam ta' responsabbiltà tas-Sector One, x'aktarx bi tħejjija għall-ġlied kontra l-oppożizzjoni. Kmieni fi Frar 2015, Jok Riak allegatament ordna li jintbagħtu trasportaturi armati tal-persunal Bentiu, possibbilment biex jirreaġixxu għall-imbuskati reċenti mill-oppożizzjoni.

Wara l-offensiva ta' April u Mejju 2015 fl-Istat ta' Unity, is-Sector One tal-SPLA ċaħad talbiet mit-Tim ta' Monitoraġġ u Verifika tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD-MVM) f'Bentiu biex jinvestiga dan il-ksur tas-CoHA; b'hekk ċaħad lill-IGAD-MVM mil-libertà ta' moviment biex iwettaq il-mandat tiegħu.

Minbarra dan, f'April 2014, Jok Riak espanda l-konflitt fis-Sudan t'Isfel billi allegatament għen biex jarma u jimmobilizza daqs 1 000 żagħżugħ Dinka biex jissupplimentaw il-forzi tradizzjonali tal-SPLA.

2.    Simon Gatewech DUAL (psewdonimu magħruf ukoll bħala: a) Simon Gatwich Dual b) Simon Getwech Dual c) Simon Gatwec Duel d) Simon Gatweach e) Simon Gatwick f) Simon Gatwech g) Simon Garwich h) General Gaduel i) Dhual

Titolu: Maġġur Ġeneral

Deżinjazzjoni: Kap tal-Persunal Ġenerali, SPLA fl-Oppożizzjoni

Data tat-Twelid: 1953

Post tat-Twelid: a) Akobo, Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel b) il-Kontea ta' Uror, Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Indirizz: Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Huwa l-Kap tal-Persunal Ġenerali, tal-SPLA-IO u kien preċedentement il-kmandant tal-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Jonglei. Il-forzi tiegħu wettqu attakk kmieni fi Frar 2015 fl-Istat ta' Jonglei, u minn Marzu 2015, huwa pprova jkisser il-paċi fl-Istat ta' Jonglei permezz ta' attakki fuq il-popolazzjoni ċivili. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879066

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Simon Gatwech Dual iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 6, 7(a), 7(d), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) bħala, “responsabbli għal jew kompliċi fi, jew li involva ruħu, direttament jew indirettament f'azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “azzjonijiet jew linji ta' politika li għandhom l-għan jew l-effett li jżidu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jxekklu t-taħditiet jew il-proċessi għar-rikonċiljazzjoni jew il-paċi, inkluż ksur tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Simon Gatwech Dual (Gatwech Dual) impenja ruħu f'azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel u huwa mexxej tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO), entità li involviet ruħha fi: azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t-Isfel; u mmirat kontra l-popolazzjoni ċivili, inklużi n-nisa u t-tfal, billi wettqet atti ta' vjolenza.

Gatwech Dual huwa l-Kap tal-Persunal Ġenerali, tal-SPLM-IO u kien preċedentement il-kmandant tal-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Jonglei.

Mill-2014 sal-2015, Gatwech Dual kellu għadd kbir ta' truppi taħt il-kmand tiegħu u opera b'xi mod awtonomu fit-tmexxija tal-attakki. Gatwech Dual jissorvelja l-iskjerament tal-SPLM-IO u x'aktarx l-iskjerament ta' xi forzi ta' Armata Bajda (milizzja taż-żgħażagħ Nuer) ukoll.

Lejn l-aħħar ta' April 2014, forzi taħt il-kmand ġenerali ta' Gatwech Dual kienu qed jirbħu territorji fl-Istat ta' Jonglei hekk kif imxew fuq il-belt kapitali tal-istat Bor. Gatwech Dual seta' uża l-aħbar tal-attakk tas-17 ta' April 2014 fuq persuni Nuer spustjati internament fil-kampament tan-NU f'Bor biex jinċita lit-truppi tiegħu jivvendikaw ruħhom. Il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD fl-Istati ta' Upper Nile, Unity u Jonglei semma' wkoll forzi taħt Gatwech Dual fis-sinteżi tiegħu tal-14 ta' Awwissu 2014 dwar il-ksur tal-waqfien mill-ġlied.

Il-forzi ta' Gatwech Dual wettqu attakk kmieni fi Frar 2015 fl-Istat ta' Jonglei. Minn Marzu 2015, Gatwech Dual ipprova jkisser il-paċi fl-Istat ta' Jonglei permezz ta' attakki fuq il-popolazzjoni ċivili.

Lejn l-aħħar ta' April 2015, Gatwech Dual kien involut fl-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attakki sorpriża kontra l-forzi tal-gvern tas-Sudan t'Isfel fl-Istat ta' Upper Nile. Ir-rapport ta' sinteżi tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD dwar il-ksur tal-waqfien mill-ostilitajiet mit-12-31 ta' Mejju 2015 jelenka ksur mill-forzi tal-oppożizzjoni taħt il-kontroll ta' Gatwech, inkluż attakk fuq il-forzi tal-gvern f'Ayod.

Il-forzi tal-SPLM-IO taħt il-kmand ta' Gatwech Dual immiraw lin-nisa, it-tfal u l-popolazzjoni ċivili. Gatwech Dual allegatament ordna lil unitajiet taħt il-kmand tiegħu biex joqtlu lil priġunieri tal-gwerra (POWs) Dinka, nisa u tfal, u uffiċjali taħt il-kmand tiegħu stqarru li l-forzi tal-oppożizzjoni m'għandhom jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn it-tribujiet Dinka differenti u għandhom joqtluhom kollha.

3.    James Koang CHUOL (psewdonimu: a) James Koang Chol Ranley b) James Koang Chol c) Koang Chuol Ranley d) James Koang Chual

Titolu: Maġġur Ġeneral

Data tat-Twelid: 1961

Nazzjonalità: Is-Sudan t'Isfel Nru tal-passaport: R00012098, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Kmandant maħtur tad-Diviżjoni Speċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) f'Diċembru 2014. Il-forzi tiegħu kienu involuti f'attakki kontra l-popolazzjoni ċivili. Fi Frar 2014, il-forzi taħt il-kmand tiegħu attakkaw kampijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, sptarijiet, knejjes, u skejjel, b'involviment mifrux fi stupru, tortura, u l-qerda ta' proprjetà, f'tentattiv biex jeħilsu miċ-ċivili, is-suldati u l-pulizija alleati mal-gvern. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879069

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

James Koang Chuol (Koang) ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 6, 7 (a), 7 (d) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) bħala, “responsabbli għal jew kompliċi fi, jew li kien involut, direttament jew indirettament, f'azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

James Koang Chuol (Koang) hedded il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel fil-pożizzjoni tiegħu bħala mexxej tal-forzi kontra l-gvern fl-Istat ta' Unity, fis-Sudan t'Isfel, fejn il-membri tiegħu mmiraw l-popolazzjoni ċivili, inklużi n-nisa u t-tfal, bi qtil u vjolenza sesswali, u wettqu attakki fuq skejjel, sptarijiet, postijiet reliġjużi, u postijiet fejn il-popolazzjoni ċivili kienet qed tfittex il-kenn.

Koang telaq mill-pożizzjoni tiegħu bħala l-kmandant tar-Raba' Diviżjoni tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) f'Diċembru 2013. Taħt l-ordnijiet ta' Koang, is-suldati diżerturi ġġustizzjaw daqs 260 mill-kontroparti tagħhom qabel ma mmiraw u qatlu lil ċivili fil-belt kapitali tal-istat Bentiu.

Koang inħatar Kmandant tad-Diviżjoni Speċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) f'Diċembru 2014. Fil-pożizzjoni l-ġdida tiegħu, Koang mexxa attakki fuq forzi tal-gvern fil-kontei ta' Renk u Maban tal-Istat ta' Upper Nile f'Jannar 2015 li kienu ċċitati mill-Awtorità Intergovernattiva dwar il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika dwar l-Iżvilupp bħala ksur tas-CoHA.

Fi Frar 2014, wara li Koang ingħata l-kmand tal-forzi kontra l-gvern fl-Istat ta' Unity, dawk il-forzi attakkaw kampijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, sptarijiet, knejjes, u skejjel, b'involviment mifrux fi stupru, tortura, u l-qerda ta' proprjetà, f'tentattiv biex jeħilsu miċ-ċittadini, suldati u pulizija alleati mal-gvern. Fl-14-15 ta' April 2014, il-forzi ta' Koang qabdu lil Bentiu wara ġlied qalil u wettqu attakki kontra l-popolazzjoni ċivili. F'inċidenti separati fuq moskea, knisja, u ċentru abbandunat tal-ikel f'Bentiu, il-forzi sseparaw lill-persuni ċivili li kienu qed jistkennu minħabba l-etniċità u n-nazzjonalità tagħhom qabel ma jwettqu qtil immirat, u ħallew mill-anqas 200 persuna mejta u 400 feruti. F'nofs Settembru 2014, Koang allegatament ordna l-forzi tiegħu biex jimmiraw persuni ċivili ta' Dinka waqt attakk fl-Istat ta' Upper Nile.

4.    Santino Deng WOL (Psewdonimu: a) Santino Deng Wuol b) Santino Deng Kuol

Titolu: Maġġur Ġeneral

Deżinjazzjoni: Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-SPLA

Data tat-twelid: 9 ta' Novembru 1962

Post tat-Twelid: Aweil, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Wassal u mexxa azzjonijiet militari kontra l-forzi tal-oppożizzjoni u mexxa movimenti ta' truppi konfrontazzjonali bi ksur tas-CoHA. Matul Mejju 2015, forzi taħt il-kmand tiegħu qatlu tfal, nisa u rġiel anzjani, ħarqu proprjetà, u serqu bhejjem filwaqt li kienu qed javvanzaw mill-Istat ta' Unity lejn il-faċilità taż-żejt ta' Thorjath. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879071

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Santino Deng WOL ġie inkluż fil-lista fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(d) u 8 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern tas-Sudan t'Isfel, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor, li għandu, jew li l-membri tiegħu jkunu, involuti fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Santino Deng WOL (Deng Wol) huwa Maġġur Ġeneral tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) u Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-SPLA, entità militari tas-Sudan t'Isfel li involviet ruħha f'azzjonijiet li estendew il-konflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet (CoHA) ta' Jannar 2014 u l-Ftehim biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel (Ftehim ta' Mejju), tad-9 ta' Mejju, 2014, li kien impenn mil-ġdid għas-CoHA.

Deng Wol wassal u mexxa azzjonijiet militari kontra l-forzi tal-oppożizzjoni u mexxa movimenti ta' truppi konfrontazzjonali bi ksur tas-CoHA.

Ftit wara li n-negozjaturi miż-żewġ naħiet qablu li jtemmu l-ostilitajiet, DENG WOL ħejja l-forzi tiegħu biex javvanza lejn il-belt żgħira ta' Leer fl-Istat ta' Unity. Sussegwentement huma mbuskaw u bbumbardjaw il-ġellieda ribelli ħdejn Leer.

F'nofs April 2014, huwa rrapurtat li l-forzi ta' Deng Wol ħejjew biex jerġgħu jaħtfu lil Bentiu minn forzi kontra l-gvern. Aktar tard dak ix-xahar, il-forzi ta' Deng Wol qabdu lil Mayom wara ġlieda ħarxa fejn qatlu aktar minn 300 mill-forzi tal-oppożizzjoni. Imbagħad, fil-bidu ta' Mejju 2014, il-forzi ta' Deng Wol ħatfu lil Tor Abyad, u fil-proċess qatlu forzi tal-oppożizzjoni. Ftit wara dan, il-forzi tal-SPLA, inkluż il-forzi ta' Deng Wol, attakkaw u reġgħu ħatfu l-belt żgħira ta' Wang Kai fl-Istat ta' Unity. Deng Wol awtorizza lill-forzi tiegħu biex joqtlu lil kull min ikun qed iġorru armi jew jistaħba fid-djar, u ordnalhom jaħarqu dawk id-djar li jkun fihom partitarji tal-oppożizzjoni.

It-Tielet Diviżjoni tal-SPLA ta' Deng Wol ħadet sehem fl-offensiva ta' April-Mejju 2015 fl-Istat ta' Unity, li matulha l-SPLA nediet offensiva koordinat biex tieħu fortizzi tal-oppożizzjoni fil-kontei ta' Mayom, Guit, Koch, Mayendit, u Leer. Il-forzi ta' Deng Wol qatlu tfal, nisa u rġiel anzjani, ħarqu proprjetà, u serqu bhejjem filwaqt li kienu qed javvanzaw mill-Istat ta' Unity lejn il-faċilità taż-żejt ta' Thorjath matul Mejju 2015. Barra minn hekk, aktar kmieni dak ix-xahar, huwa rrapportat li Deng Wol insista għall-eżekuzzjoni ta' suldati tal-oppożizzjoni maqbuda.

5.    Marial Chanuong Yol MANGOK (Psewdonimu: a) Marial Chinuong b) Marial Chan c) Marial Chanoung Yol d) Marial Chinoum

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan b) Kmandant, Unità tal-Gwardja Presidenzjali

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960

Post tat-Twelid: Yirol, l-Istat ta' Lakes

Nazzjonalità: Is-Sudan t'Isfel, Nru tal-passaport: R 00005943, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Il-Gwardja Presidenzjali tiegħu mexxiet il-qtil ta' persuni ċivili f'Nuer f'Juba u madwarha, li ħafna minnhom ġew midfuna f'oqbra tal-massa. Wieħed minn dawn l-oqbra kien maħsub biex jinkludi 200-300 ċivili. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/72684667

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Marial Chanuong Yol Mangok ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(c), 7(d) u 8 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tal-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern tas-Sudan t'Isfel, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor, li għandu, jew li l-membri tiegħu jkunu, involuti fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Mangok huwa l-Kmandant tal-Gwardja Presidenzjali tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel, li mexxa l-operazzjonijiet f'Juba wara l-ġlied li beda fil-15 ta' Diċembru, 2013. Huwa esegwixxa ordnijiet għad-diżarm tas-suldati Nuer imbagħad ordna l-użu ta' tankijiet biex jimmiraw persuni politiċi f'Juba, fejn inqatlu 22 gwardja personali mhux armati tal-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar u seba' gwardji personali tal-ex Ministru għall-Intern Gier Chuang Aluong.

Fl-operazzjonijiet inizjali f'Juba, skont għadd ta' għidut kredibbli, il-Gwardji Presidenzjali ta' Mangok mexxew il-qtil ta' persuni ċivili ta' Nuer f'Juba u madwarha, li bosta minnhom ġew midfuna f'oqbra tal-massa. Wieħed minn dawn l-oqbra kien maħsub biex jinkludi 200-300 ċivili.

6.    Peter GADET (psewdonimu: a) Peter Gatdet Yaka b) Peter Gadet Yak c) Peter Gadet Yaak d) Peter Gatdet Yaak e) Peter Gatdet f) Peter Gatdeet Yaka

Titolu: a) Ġeneral b) Maġġur Ġeneral

Data tat-Twelid: Bejn l-1957 u l-1959

Post tat-Twelid: a) Il-Kontea ta' Mayom Stat ta' Unity b) Mayan, Stat ta' Unity

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Maħtur il-Viċi Kap tal-Persunal għal Operazzjonijiet tal-SPLA-IO fil-21 ta' Diċembru, 2014. Forzi taħt il-kmand tiegħu mmiraw persuni ċivili, inklużi nisa, f'April 2014 waqt attakk fuq Bentiu, inkluż qtil immirat fuq abbażi ta' etniċità. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879076

Peter Gadet ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(d), 7(e) u 8 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; “ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Informazzjoni addizzjonali

Peter Gadet huwa l-Kmandant tal-forzi tal-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) li kienu involuti f'azzjonijiet li estendew l-konflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet ta' Jannar 2014 (CoHA).

Forzi mmexxija minn Gadet attakkaw u ħatfu Kaka, l-Istat ta' Upper Nile mill-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) fl-aħħar ta' Marzu 2014. Sussegwentement, Gadet ġie trasferit mill-Istat ta' Jonglei għal Bentiu, fejn huwa ġie nnominat gvernatur militari tal-Istat ta' Unity, biex jassisti l-forzi ta' kontra l-gvern fl-isforzi tagħhom biex jimmobilizzaw il-popolazzjoni predominanti ta' Bol Nuer. Sussegwentement, Gadet mexxa l-attakki tal-SPLA-IO fl-Istat ta' Unity. Il-forzi ta' Gadet kienu responsabbli għal ħsara li saret fuq raffinerija taż-żejt parzjalment mibnija fl-Istat ta' Unity, li qed tinbena minn kumpannija Russa. Il-forzi ta' Gadet ħadu wkoll kontroll taż-żoni ta' Tor Abyad u Kilo 30 fil-faċilitajiet taż-żejt tal-Istat ta' Unity.

Sa min-nofs April 2014, 50 000 truppa tal-forzi ta' kontra l-gvern iċċirkondaw Malakal bi tħejjija għal attakk fuq Bentiu. Fil-15 ta' April 2014, il-forzi ta' Gadet attakkaw u ħadu kontroll fuq Bentiu, qabel ma' sussegwentement tilfu l-kontroll tal-belt. Forzi mmexxija minn Gadet attakkaw persuni ċivili, inklużi nisa, f'April 2014 waqt attakk fuq Bentiu, inkluż qtil immirat abbażi ta' etniċità.

F'Ġunju 2014, Peter Gadet ħareġ Direttiva lill-kmandanti tal-SPLA-IO biex jirreklutaw żgħażagħ fil-kontei kollha f'idejn ir-ribelli.

Mill-25 sad-29 ta' Ottubru 2014, forzi taħt il-kmand ta' Gadet iċċirkondaw u attakkaw Bentiu u Rubkona, u ħatfu għal żmien qasir il-belt ta' Bentiu fid-29 ta' Ottubru qabel irtiraw.

Fil-21 ta' Diċembru 2014, Gadet inħatar Viċi Kap tal-Persunal għal Operazzjonijiet tal-SPLA-IO. Sussegwentement għal din il-ħatra, il-forzi tal-SPLA-IO ġew iċċitati mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD għal ksur multiplu fl-Istati ta' Unity, Upper Nile u Jonglei.

▼M1

B.   ENTITAJIET

▼B




ANNESS II

Lista tal-persuni u entitajiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1)



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

▼M1 —————

▼M3

1.

Paul Malong

Data tat-twelid: 2 ta' Jannar 1962; 12 ta' April 1960; 4 ta' Diċembru 1960; 30 ta' Jannar 1960.

Post tat-twelid: Malualkon, is-Sudan; Malualkon, is-Sudan t'Isfel; Warawar, is-Sudan; Warawar, is-Sudan t'Isfel

Paul Malong kien il-Kmandant tal-Istat Maġġur tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) sa Mejju 2017. Għalkemm tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu, għadu figura influwenti ferm peress li għandu l-kontroll ta' diversi milizzji, għandu persuni leali lejh fi ħdan l-SPLA u għandu netwerk kbir taħt il-patroċinju tiegħu. L-influwenza tiegħu tidher ukoll mill-fatti fejn f'Ottubru 2017 uffiċjali għolja (inkluż il-Logutenent Kurunell Chan Garang) ippruvaw, bl-użu tal-forza, jeħilsu lil Malong mill-arrest domiċiljarju; f'Jannar 2018, il-President Kiir akkuża lil Malong b'mobilizzazzjoni għal gwerra. Malong ikkmanda wkoll truppi li kkommettew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki u qtil ta' ċivili u d-distruzzjoni estensiva ta' rħula.

3.2.2018

2.

Michael Makuei Leuth

Data tat-twelid: 1947;

Post tat-twelid: Bor, is-Sudan t'Isfel; Bor, is-Sudan

Michael Makuei Leuth ilu fil-pożizzjoni ta' Ministru għall-Informazzjoni u x-Xandir mill-2013, u kien il-kelliem pubbliku tad-delegazzjoni tal-gvern għat-taħditiet ta' paċi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD). Makuei ostakola l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari billi ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS) ta' Awwissu 2015 permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi infjammatorji u billi ostakola l-ħidma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni Konġunt ta' Monitoraġġ tal-ARCSS u l-istabbiliment tal-Istituzzjonijiet Ġudizzjarji Transitorji tal-ARCSS. Huwa ostakola wkoll l-operazzjonijiet tal-Forza ta' Protezzjoni Reġjonali tan-NU (RPF). Makuei huwa wkoll responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni.

3.2.2018

3.

Malek Reuben Riak

Pożizzjoni: Logutenent Ġeneral

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960;

Post tat-twelid: Yei, is-Sudan t'Isfel

Malek Reuben Riak kien Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tad-Difiża u Spettur Ġenerali tal-armata tal-gvern minn Mejju 2017. Qabel dan, kien Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tal-SPLA għat-Taħriġ (Marzu 2016 - Mejju 2017), u Viċi Kmandant tal-SPLA (Jannar 2013 - Marzu 2016). Bħala Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tad-Difiża, kellu rwol fl-akkwist ta' armi għall-armata.

Malek Reuben Riak ġie identifikat mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala uffiċjal għoli responsabbli mill-ippjanar u s-sorveljanza tal-eżekuzzjoni tal-offensiva tal-gvern fl-Istat ta' Unity f'April 2015. Twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li kien jinkludi d-distruzzjoni sistematika ta' rħula u infrastruttura, l-ispostament b'forza tal-popolazzjoni lokali, il-qtil indiskriminat u t-tortura ta' persuni ċivili, l-użu mifrux ta' vjolenza sesswali, inkluż kontra l-anzjani u t-tfal, u l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal bħala suldati. Din l-offensiva, fil-kuntest tat-taħditiet għall-paċi li għaddejjin bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, ostakolat il-proċess politiku minħabba atti ta' vjolenza.

3.2.2018



( 1 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).