02014R1394 — MT — 01.01.2018 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370 30.12.2014, p. 31) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2377 tal-14 ta' Ottubru 2016 |
L 352 |
50 |
23.12.2016 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/188 tal-21 ta' Novembru 2017 |
L 36 |
1 |
9.2.2018 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1394/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament jispeċifika d-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, mill-1 ta' Jannar 2015 fl-ilmijiet tal-Lbiċ, kif definit fl-Artikolu 4(2)(d) ta' dak ir-Regolament, fis-sajd stabbilit fl-Anness għal dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Eżenzjoni ta' sopravvivenza
B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt ma għandux japplika għal qabdiet ta' inċova, sawrell, kavalli żgħar u kavalli f'sajd artiġjanali bil-purse seine. Dawn il-qabdiet jistgħu jiġu rilaxxati jekk ix-xibka ma tittellax kollha abbord.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet de minimis
B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin:
(a) sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' stokkafixx fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku, immirat għall-istokkafixx fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-fond nofsani (OTM) u li jipproċessa dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi;
(b) sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-alonga, fis-sajd pelaġiku kbir, immirat għall-alonga fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranzi tal-fond nofsani (PTM);
(c) sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell, fis-sajd pelaġiku bit-tkarkir, immirat għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-fond nofsani (OTM);
(d) sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli, u ta' 1 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020 tat-total tal-qabdiet annwali ta' inċova, fis-sajd immirat għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli u għall-inċova fid-diviżjonijiet VIII, IX, X tal-ICES u d-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF bl-użu tal-purse seines (PS).
Artikolu 4
Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni
Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għall-inċova (Engraulis encrasicolus) maqbuda fis-sub-żona IX tal-ICES u ż-żona 34.1.2 tas-CECAF għandu jkun ta' 9 ċentimetri.
B'deroga mill-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98, id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għas-sawrell (Trachurus spp.) li jinqabdu fid-Diviżjoni VIIIc tal-ICES u fis-subżona IX tal-ICES għandu jkun ta' 12-il cm għal 5 % tal-kwoti rispettivi ta' Spanja u tal-Portugall f'dawk iż-żoni. Fi ħdan dak il-limitu ta' 5 %, fis-sajd bit-tartarun artiġjanali “xávega” fid-Diviżjoni IXa tal-ICES, 1 % mill-kwota tal-Portugall jistgħu jinqabdu b'daqs ta' inqas minn 12-il cm.
Artikolu 5
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Sajd suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jimplimenta l-obbligu tal-ħatt
1. Sajd fiż-żona tal-ICES VIII:
Kodiċi |
Irkaptu tas-sajd tal-pelaġiku |
L-ispeċijiet fil-mira tal-kwota |
PS |
Purse seines |
Sawrell, kavalli, laċċ ikħal, inċova |
PTM |
Xbieki tat-tkarkir tal-par — fil-pelaġiku |
Sawrell, kavalli, inċova, alongi |
OTM |
Għażel tat-tkarkir — fil-pelaġiku |
Sawrell, kavalli, inċova, alongi, stokkafixx |
LHM/LTL/BB |
Xlief u bastu (mekkanizzati), dgħajjes tal-lixka, konz tat-tirjix |
Alongi, kavalli |
2. Sajd fiż-żona tal-ICES XX:
Kodiċi |
Irkaptu tas-sajd tal-pelaġiku |
L-ispeċijiet fil-mira tal-kwota |
PS |
Purse seines |
Sawrell, kavalli, inċova |
LHM/LTL/BB |
Xlief u bastu (mekkanizzati), dgħajjes tal-lixka, konz tat-tirjix |
Alongi, kavalli |
LL |
Konz |
Alongi |
GND/SB |
Sajd artiġjanali |
Sawrell |
3. Sajd fiż-żona tal-ICES X:
Kodiċi |
Irkaptu tas-sajd tal-pelaġiku |
L-ispeċijiet fil-mira tal-kwota |
LHP/BB |
Dgħajjes tal-lixka |
Alongi |
LLD |
Konz |
Alongi |
PS |
Sajd artiġjanali bil-purse-seine |
Sawrell tat-tip jack mackerel |
4. Is-sajd f'żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0:
Kodiċi |
Irkaptu tas-sajd tal-pelaġiku |
L-ispeċijiet fil-mira tal-kwota |
PS |
Purse seines |
Sawrell tat-tip jack mackerel |
LHP/BB |
Xlief, dgħajjes tal-lixka u kon tat-tirjix (imħaddma bl-idejn) |
Alongi |
LLD |
Konz |
Alongi |