02014R1388 — MT — 10.12.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 369 24.12.2014, p. 37) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2020 |
L 414 |
15 |
9.12.2020 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1388/2014
tas-16 ta' Diċembru 2014
li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b'applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;
għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew ma' spejjeż oħra kurrenti marbutin mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta' prodotti domestiċi minflok dawk importati;
għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali u għajnuna lil impriżi li ma kinux jinsabu f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 iżda kienu jinsabu f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021;
skemi tal-għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas tal-għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni pendenti ta' rkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta' skemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali;
għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (e);
għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet li kieku kienu jkunu ineliġibbli għal appoġġ skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014:
għajnuna mogħtija lil impriżi li ma jistgħux japplikaw għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd abbażi tal-Artikolu 10(1)-(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbutin magħhom jew mill-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari:
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li huwa jkun stabbilit b'mod predominanti f'dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess;
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;
għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 2
Limitu ta' notifika
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;
“impriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 ( 1 );
“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta' oriġini naturali;
“impriża f'diffikultà” tfisser impriża li fir-rigward tagħha tinqala' mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (għajr SME li ilha teżisti anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun għeb minħabba telf akkumulat. Dan hu l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħra kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv negattiv li jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, “kumpanija b'responsabbiltà limitata” tirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u l-“kapital azzjonarju” jinkludi, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe primjum fuq l-azzjonijiet;
fil-każ ta' kumpanija li fiha mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (għajr SME li ilha teżisti anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun għeb minħabba telf akkumulat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, “kumpanija li fiha mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi, b'mod partikolari, għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE;
meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti kollettivi ta' insolvenza jew tkun tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex jinbdew proċedimenti kollettivi ta' insolvenza kontriha fuq talba tal-kredituri tagħha;
meta l-intrapriża tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ u tkun għadha ma rrimborżatx is-self jew ma temmitx il-garanzija, jew tkun irċeviet għajnuna għar-ristrutturar u jkun għadha soġġetta għal pjan ta' ristrutturar;
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta' skema tal-għajnuna;
“skema tal-għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta' implimentazzjoni, jistgħu jsiru għotjiet ta' għajnuna individwali lil intrapriżi li fl-att ikunu ddefiniti b'mod ġenerali u astratt, u kull att li abbażi tiegħu tista' tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma' proġett speċifiku lil intrapriża waħda jew lil diversi intrapriżi għal perjodu ta' żmien indefinit u/jew f'ammont indefinit;
“għajnuna individwali” tfisser:
għajnuna ad hoc; u
għotjiet ta' għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta' skema tal-għajnuna;
“ammont ekwivalenti għall-għotja grossa” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku din tkun ingħatat fil-forma ta' għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra minnha;
“ħlas bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas bi ħlas parzjali wieħed jew iktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu mill-eżitu tal-proġett;
“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta' studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;
“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta' skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, u li tissostitwiha;
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna mogħti bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra minnu;
“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli.
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni
Artikolu 5
It-trasparenza tal-għajnuna
Il-kategoriji tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
l-għajnuna mogħtija bħala għotjiet u sussidji tar-rati tal-imgħax;
l-għajnuna mogħtija bħala self fejn l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;
l-għajnuna mogħtija bħala garanziji:
meta l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni; jew
meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji ( 3 ), jew abbażi ta' kull avviż suċċessiv ieħor, wara li din il-metodoloġija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza espliċitament it-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
l-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, meta l-miżura tipprovdi għal limitu biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;
l-għajnuna fil-forma ta' pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lura, jekk l-ammont nominali totali tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel ma tiġi implimentata l-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
l-għajnuna mogħtija bħala injezzjonijiet tal-kapital;
l-għajnuna mogħtija bħala miżuri ta' finanzjament ta' riskju.
Artikolu 6
Effett ta' inċentiv
L-għajnuna tiġi kkunsidrata li sservi ta' inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u d-daqs tal-intrapriża;
deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;
il-post tal-proġett jew tal-attività;
lista tal-ispejjeż eliġibbli;
it-tip ta' għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew għajnuna oħra) u l-ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività.
B'deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; u
il-miżura tkun ġiet adottata u tkun daħħlet fis-seħħ qabel ma x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jkun inbeda, ħlief fil-każ ta' skemi fiskali suċċessivi, fejn l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom effett ta' inċentiv jew jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv:
għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44;
għajnuna fil-forma ta' eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1)(f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
L-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli
Artikolu 8
Akkumulazzjoni
L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament tista' tiġi akkumulata ma':
kull għajnuna oħra mill-Istat, dejjem jekk dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti,
kull għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, biss jekk it-tali akkumulazzjoni ma tirriżultax f'ammont li jaqbeż l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont ta' għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni u informazzjoni
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja fuq websajt komprensiva dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II jew ħolqa li tipprovdi aċċess għaliha;
it-test sħiħ ta' kull miżura tal-għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11, jew ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;
l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja talgħajnuna individwali li taqbeż it-30 000 Euro.
Għall-iskemi fil-forma ta' benefiċċji tat-taxxa, għandu jitqies li jkunu ntlaħqu il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c) jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-firxiet li ġejjin (f'miljuni ta' Euro):
0,03 sa 0,2;
0,2 sa 0,4;
0,4 sa 0,6;
0,6 sa 0,8;
0,8 sa 1.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:
il-ħoloq għall-websajts dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11.
KAPITOLU II
MONITORAĠĠ
Artikolu 10
Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta' kategorija
Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta' notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III, il-Kummissjoni tista', wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehemtu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri tal-għajnuna futuri kollha jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat li kieku jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għal miżuri li jagħtu ċerti tipi ta' għajnuna jew favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
Rappurtar
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:
permezz tas-sistema elettronika ta' notifika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta' għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament, fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II, flimkien ma' ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tagħha;
rapport annwali, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 ( 5 ), f'forma elettronika, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fir-Regolament (KE) Nru 794/2004, għal kull sena sħiħa jew għal kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.
Artikolu 11a
Deroga mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni
B’deroga mill-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 11, il-punt (a), fejn Stat Membru jkun jixtieq itawwal il-miżuri li fir-rigward tagħhom ġiet sottomessa informazzjoni fil-qosor lill-Kummissjoni, informazzjoni fil-qosor fir-rigward tal-estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandha titqies li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni u ppubblikata, sakemm ma ssir ebda emenda sostantiva oħra lill-miżuri kkonċernati ħlief żieda fil-baġit.
Artikolu 12
Monitoraġġ
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu rekords iddettaljati bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa biex jistabbilixxu li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew fi żmien perjodu itwal, skont hekk kif ikun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL KATEGORIJI DIFFERENTI TAL-GĦAJNUNA
TAQSIMA 1
Żvilupp sostenibbli tas-sajd
Artikolu 13
Għajnuna għall-innovazzjoni
L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 14
Għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza
L-għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 15
Għajnuna għas-sħubiji bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda
L-għajnuna għas-sħubiji bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 16
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, tal-ħolqien tal-impjiegi u tad-djalogu soċjali
L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, tal-ħolqien tal-impjiegi u tad-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 17
Għajnuna għall-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u ta' forom ġodda ta' introjtu
L-għajnuna għall-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u ta' forom ġodda ta' introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 18
Għajnuna għall-appoġġ tal-bidu għas-sajjieda żgħażagħ
L-għajnuna għall-appoġġ tal-bidu għas-sajjieda żgħażagħ li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 19
Għajnuna għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza
L-għajnuna għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-atti delegati adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 32(4) ta' dak ir-Regolament; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 20
Għajnuna għall-fondi reċiproki għal avvenimenti klimatiċi ħżiena u għal inċidenti ambjentali
L-għajnuna għall-fondi reċiproki għal avvenimenti klimatiċi ħżiena u għal inċidenti ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 21
Għajnuna ta' appoġġ għas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
L-għajnuna ta' appoġġ għas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 22
Għajnuna ta' appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u tal-kooperazzjoni reġjonali
L-għajnuna ta' appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u tal-kooperazzjoni reġjonali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 23
Għajnuna biex jiġi limitat l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċi
L-għajnuna biex jiġi limitat l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 24
Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 25
Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistema tal-baħar u għar-reġimi ta' kumpens fil-qafas ta' attivitajiet tas-sajd sostenibbli
L-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u għar-reġimi ta' kumpens fil-qafas ta' attivitajiet tas-sajd sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 40(4) ta' dak ir-Regolament; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 26
Għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima
L-għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, ħlief għall-għajnuna biex jinbidlu l-magni jew biex dawn jiġu mmodernizzati, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 41(10) ta' dak ir-Regolament; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 27
Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa
L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 28
Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet għall-kenn
L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet għall-kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 29
Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni
L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
TAQSIMA 2
Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura
Artikolu 30
Għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 31
Għajnuna għall-investimenti produttivi fil-qasam tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-investimenti produttivi fil-qasam tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 32
Għajnuna għas-servizzi ta' ġestjoni, sostituzzjoni u konsulenza għall-azjendi tal-akkwakultura
L-għajnuna għas-servizzi ta' ġestjoni, sostituzzjoni u konsulenza għall-azjendi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 49 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 33
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking fis-settur tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 34
Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura
L-għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 35
Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' operaturi ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli
L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta' operaturi ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 36
Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u tal-awditjar u għall-akkwakultura organika
L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u tal-awditjar u għall-akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 37
Għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali
L-għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 54 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 38
Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika
L-għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 55 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 39
Għajnuna għall-miżuri marbutin mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali
L-għajnuna għall-miżuri marbutin mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 40
Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
TAQSIMA 3
Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ipproċessar
Artikolu 41
Għajnuna għall-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni
L-għajnuna għall-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 42
Għajnuna għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
TAQSIMA 4
Kategoriji oħra tal-għajnuna
Artikolu 43
Għajnuna għall-ġbir tad-dejta
L-għajnuna għall-ġbir tad-dejta li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u
l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.
Artikolu 44
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali
L-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru trid tkun irrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment bħala diżastru naturali; u
jrid ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-dannu li l-impriża tkun sofriet.
L-ispiża eliġibbli għandha tkun id-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, hekk kif stmat jew minn awtorità pubblika, jew minn espert indipendenti rrikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dak id-dannu jista' jinkludi dan li ġej:
id-dannu materjali lil assi bħall-bini, it-tagħmir, il-makkinarju, l-istokkijiet u l-mezzi tal-produzzjoni;
it-telf ta' dħul minħabba s-sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-attività għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur minn meta jseħħ id-diżastru.
It-telf ta' dħul għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas:
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mmanifatturati fis-sena tad-diżastru naturali, jew f'kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;
mir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mmanifatturati fit-tliet snin qabel ma seħħ id-diżastru naturali jew tal-kwantità medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-ħames snin ta' qabel ma seħħ id-diżastru, minbarra l-ogħla entrata u l-inqas waħda, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub.
Artikolu 45
Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 46
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 47
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ID-DEFINIZZJONI TA' SME
Artikolu 1
Intrapriża
Kull entità li twettaq attività ekonomika titqies li hi intrapriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha. L-intrapriżi jinkludu, b'mod partikolari, il-persuni li jaħdmu għal rashom u n-negozji tal-familja involuti fi snajja' jew attivitajiet oħrajn, u s-sħubiji jew l-assoċjazzjonijiet li jwettqu regolarment xi attività ekonomika.
Artikolu 2
L-għadd ta' persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
Artikolu 3
Tipi ta' intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd ta' impjegati u tal-ammonti finanzjarji
Madankollu, intrapriża tista' tiġi kklassifikata bħala awtonoma, u għalhekk bħala intrapriża li m'għandha l-ebda intrapriża msieħba, anke jekk dan il-limitu ta' 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri li ġejjin, dment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni jew individwalment jew b'mod konġunt, skont it-tifsira tal-paragrafu 3:
il-korporazzjonijiet ta' investiment pubbliku, il-kumpaniji b'kapital ta' riskju u l-individwi jew il-gruppi ta' individwi b'attività regolari ta' investiment fil-kapital ta' riskju li jinvestu l-kapital ta' ekwità f'negozji mhux ikkwotati (l-investituri informali), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta' dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta' anqas minn EUR 1 250 000 ;
l-universitajiet jew iċ-ċentri ta' riċerka mingħajr skop ta' qligħ;
l-investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;
l-awtoritajiet lokali awtonomi li għandhom baġit annwali ta' anqas minn EUR 10 miljun u li għandhom anqas minn 5 000 abitant fir-reġjun tagħhom.
“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;
intrapriża waħda jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza ta' intrapriża oħra;
intrapriża waħda għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut ta' assoċjazzjoni tagħha;
intrapriża li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha waħedha tkun tikkontrolla, skont ftehim mal-azzjonisti l-oħra f'dik l-intrapriża jew mal-membri l-oħra tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.
Il-preżunzjoni hija li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jkunux qed jinvolvu ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.
L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta' intrapriża waħda oħra jew aktar, jew li għandhom xi wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala intrapriżi assoċjati.
L-intrapriżi li għandhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet jew aktar permezz ta' persuna fiżika jew ta' grupp ta' persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien ukoll huma meqjusin bħala intrapriżi assoċjati jekk iwettqu l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.
Jitqies li hu “suq qrib” is-suq għall-prodotti jew is-servizzi li jinsab direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.
Artikolu 4
Dejta użata għall-għadd ta' persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta' referenza
Artikolu 5
L-għadd ta' persunal
L-għadd ta' persunal jikkorrispondi mal-għadd ta' unitajiet annwali tax-xogħol (AWU), jiġifieri l-għadd ta' persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f'isimha matul is-sena kollha ta' referenza li tkun qed titqies. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta' dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti minn dawn li ġejjin:
l-impjegati;
il-persuni li jaħdmu għall-intrapriża li jaqgħu taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;
is-sidien maniġers; u
l-imsieħba li jwettqu attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.
L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta' apprendistat jew ta' taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. It-tul ta' żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
Artikolu 6
L-istabbiliment tad-dejta ta' intrapriża
Mad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied id-dejta ta' kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni ssir b'mod proporzjonat mal-perċentwali tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar perċentwali minn fost dawn it-tnejn.
Mad-dejta msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandu jiżdied il-100 % tad-dejta ta' kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta dik id-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidament.
Biex jiġi applikat l-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li huma assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma' dawn għandha tiżdied, b'mod proporzjonat, id-dejta ta' kwalunkwe impriża msieħba possibbli ta' dik l-impriża assoċjata li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm din id-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b'perċentwali li jkun mill-inqas proporzjonat mal-perċentwali identifikat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
ANNESS II
Informazzjoni dwar għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni stabbilita tal-IT tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
ANNESS III
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websajts komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat li fuqhom ikunu se jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) b'tali mod li jkun hemm aċċess faċli għal din l-informazzjoni.
L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala dejta fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-dejta fuq l-Internet. Kull parti interessata għandha tingħata aċċess għall-websajt mingħajr restrizzjoni. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex tiġi aċċessata l-websajt.
Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta' għajnuna individwali kif stipulat fl-Artikolu 9(1)(c):
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 3 ) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
( 6 ) NUTS — Il-klassifikazzjoni komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun jiġi speċifikat fil-livell 2.
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).
( 8 ) L-ammont li huwa ekwivalenti għall-għotja grossa. Għall-iskemi fiskali, dan l-ammont jista' jingħata skont il-firxiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).
( 9 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta' diversi strumenti tal-għajnuna, l-ammont tal-għajnuna għandu jingħata għal kull strument.