02014R1255 — MT — 20.04.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni

(ĠU L 337 25.11.2014, p. 46)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/629 tal-4 ta’ Novembru 2020

  L 132

4

19.4.2021




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni.

Artikolu 2

Il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni u l-lista ta' indikaturi

(l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.  

Ir-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-elementi li ġejjin:

(a) 

L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm b'referenza għall-indikaturi komuni għall-operazzjonijiet li tlestew parzjalment jew kompletament.

(b) 

Informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jqisu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5(6), 5(11) u, fejn xieraq, l-Artikolu 5(13) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll valutazzjoni ta' dawk l-istess azzjonijiet.

Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni dwar il-PO II għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-dejta fir-rigward ta' indikaturi speċifiċi tal-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri u dwar il-bidliet fl-indikaturi tar-riżultati, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm operazzjonali u l-valutazzjoni ta' dan il-progress.

2.  
L-indikaturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness.
3.  
Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport ta' implimentazzjoni finali u, fl-2017 u fl-2022, ir-rapport annwali ta' implimentazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni dwar u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi globali u speċifiċi tal-FEAD, speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I U L-PO II

Indikaturi tal-inputs

(1) Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli approvata fid-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjonijiet.

(2) Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

Li minnu, fejn rilevanti:

(a) 

ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet relatati mal-ikel ipprovdut direttament lil dawk l-aktar fil-bżonn

(b) 

ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet relatati mal-assistenza materjali bażika pprovduta direttament lil dawk l-aktar fil-bżonn

(c) 

ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet relatati mal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika pprovduta indirettament lil dawk l-aktar fil-bżonn, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra.

(3) Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni.

Din id-data għandha tkun espressa f’euro.

INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I GĦALL-APPOĠĠ IPPROVDUT DIRETTAMENT LIL DAWK L-AKTAR FIL-BŻONN

Indikaturi ta’ output fuq għajnuna alimentari distribwita ( 1 )

(4) Kwantità ta’ frott u ħaxix.

(5) Kwantità ta’ laħam, bajd, ħut, frott tal-baħar.

(6) Kwantità ta’ dqiq, ħobż, patata, ross u prodotti oħra li fihom il-lamtu.

(7) Kwantità ta’ zokkor.

(8) Kwantità ta’ prodotti tal-ħalib.

(9) Kwantità ta’ xaħam, żejt.

(10) Kwantità ta’ ikel konvenjenti, oġġetti tal-ikel oħrajn (li ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija qabel).

(11) Kwantità totali ta’ għajnuna alimentari distribwita.

Minnhom:

(a) 

sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, id-distribuzzjoni u l-ħżin mill-PO (f’ %);

(b) 

proporzjon ta’ prodotti tal-ikel kofinanzjati tal-FEAD fil-volum totali ta’ ikel distribwit mill-organizzazzjonijiet sieħba (f’ %) ( 2 ).

(12) Għadd totali ta’ ikliet distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO ( 3 ).

(13) Għadd totali ta’ pakketti tal-ikel distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO ( 4 ).

Indikaturi tar-riżultat dwar l-għajnuna alimentari distribwita ( 5 )

(14) Għadd totali ta’ persuni li jirċievu l-għajnuna alimentari.

Minnhom:

(a) 

għadd ta’ tfal ta’ 15-il sena jew inqas;

(b) 

għadd ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar;

(c) 

għadd ta’ nisa;

(d) 

għadd ta’ migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet (inkluż komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom);

(e) 

għadd ta’ persuni b’diżabbiltajiet;

(f) 

għadd ta’ persuni mingħajr dar.

Indikaturi ta’ output dwar assistenza materjali bażika distribwita

(15) Valur monetarju totali tal-oġġetti distribwiti.

Minnhom:

(a) 

valur monetarju totali tal-oġġetti għat-tfal;

(b) 

valur monetarju totali tal-oġġetti għall-persuni bla dar;

(c) 

valur monetarju totali tal-oġġetti għal gruppi oħra fil-mira.

(16) Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti distribwiti lit-tfal ( 6 ):

(a) 

layette;

(b) 

basktijiet tal-iskola;

(c) 

kartolerija, pitazzi, pinen, materjal tat-tpinġija u materjal ieħor meħtieġ fl-iskola (mhux tal-ħwejjeġ);

(d) 

tagħmir sportiv (żraben tal-isport, leotard, malja tal-għawm. eċċ);

(e) 

ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, xedd is-saqajn, uniformi tal-iskola, eċċ);

(f) 

kategorija oħra — li trid tiġi speċifikata

(17) Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti mqassma lil persuni mingħajr dar (6) :

(a) 

basktijiet tal-irqad/kutri;

(b) 

tagħmir tal-kċina (borom, twaġen, pużati, eċċ);

(c) 

ħwejjeġ (kowt tax-xitwa, xedd is-saqajn, eċċ);

(d) 

bjankerija (xugamani, friex);

(e) 

oġġetti tal-iġjene (kaxxa għall-ewwel għajnuna, sapun, xkupilja tas-snien, xafra tal-leħja mhux riutilizzabbli, eċċ);

(f) 

kategorija oħra — li trid tiġi speċifikata.

(18) Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti distribwiti lil gruppi oħra fil-mira (6) :

(a) 

kategoriji oħra li jrid jiġu speċifikati.

Indikaturi tar-riżultat dwar assistenza materjali bażika distribwita (5) 

(19) Għadd totali ta’ persuni li jirċievu assistenza materjali bażika.

Minnhom:

(a) 

għadd ta’ tfal ta’ 15-il sena jew inqas;

(b) 

għadd ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar;

(c) 

għadd ta’ nisa;

(d) 

għadd ta’ migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet inkluż komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;

(e) 

għadd ta’ persuni b’diżabbiltajiet;

(f) 

għadd ta’ persuni mingħajr dar.

INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I GĦALL-APPOĠĠ IPPROVDUT INDIRETTAMENT LIL DAWK L-AKTAR FIL-BŻONN, BĦAL PERMEZZ TA’ VAWĊERS, KARDS JEW STRUMENTI OĦRA

Indikaturi tar-riżultati fuq appoġġ distribwit permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra (5) 

(19bis) Għadd totali ta’ persuni li jirċievu appoġġ permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta

Minnhom:

(a) 

għadd ta’ tfal ta’ 15-il sena jew inqas;

(b) 

għadd ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar;

(c) 

għadd ta’ nisa;

(d) 

għadd ta’ migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet (inkluż komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom);

(e) 

għadd ta’ persuni b’diżabbiltajiet;

(f) 

għadd ta’ persuni mingħajr dar.

INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO II

Indikaturi ta’ output dwar l-assistenza għall-inklużjoni soċjali

(20) Għadd totali ta’ persuni li jirċievu assistenza għall-inklużjoni soċjali.

Minnhom:

(a) 

għadd ta’ tfal ta’ 15-il sena jew inqas;

(b) 

għadd ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar;

(c) 

għadd ta’ nisa;

(d) 

għadd ta’ migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoritajiet (inkluż komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom);

(e) 

għadd ta’ persuni b’diżabbiltajiet;

(f) 

għadd ta’ persuni mingħajr dar.

Din id-data għall-PO II hija data personali skont l-Artikolu 7 tad- Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għaliha l-kontrollur huwa soġġett (Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta’ kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.



( 1 ) L-indikaturi (4) sa (11) jinkludu kwalunkwe forma ta’ dawn il-prodotti eż. oġġetti tal-ikel friski, fil-laned u ffriżati u għandhom jiġu espressi f’tunnellati.

( 2 ) Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima informata tal-organizzazzjonijiet sieħba.

( 3 ) Id-definizzjoni ta’ x’għandu jinftiehem bħala ikla tista’ tingħata fil-livell ta’ organizzazzjoni sieħba/awtorità operatorja/maniġerjali. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima mill-organizzazzjonijiet sieħba.

( 4 ) Id-definizzjoni ta’ x’għandu jinftiehem bħala pakkett tal-ikel tista’ tingħata fil-livell ta’ organizzazzjoni sieħba/awtorità operatorja/maniġerjali. Il-pakketti ma għandhomx bżonn ikunu standardizzati fid-daqs jew l-kontenut. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima mill-organizzazzjonijiet sieħba.

( 5 ) Il-valuri għal dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata tal-organizzazzjonijiet sieħba. La huwa mistenni u lanqas meħtieġ li jkunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċeventi aħħarin.

( 6 ) Il-lista għandha tinkludi l-kategoriji kollha rilevanti li jkopru mill-inqas 75 % tal-oġġetti distribwiti.