02014R1191 — MT — 17.04.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

(ĠU L 318 5.11.2014, p. 5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1375 tal-25 ta' Lulju 2017

  L 194

4

26.7.2017

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1992 tal-14 ta' Diċembru 2018

  L 320

25

17.12.2018

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/522 tas-27 ta' Marzu 2019

  L 86

37

28.3.2019




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra



▼M1

Artikolu 1

1.  Ir-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jiġu ppreżentati b'mod elettroniku bl-użu tal-għodda tar-rappurtar abbażi tal-format stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament li, għal dak il-għan, jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

2.  Qabel ma jibdew iwettqu l-attivitajiet li jridu jiġu rrappurtati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, l-impriżi għandhom jirreġistraw fuq il-websajt tal-Kummissjoni biex jibdew jużaw l-għodda elettronika tar-rappurtar.

▼B

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1493/2007 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

SPJEGAZZJONI ĠENERALI

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-taqsimiet ta' rappurtar ta' dan l-Anness, tad-dejta rrapportata għandha tkopri l-attivitajiet tal-impriża matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport

L-unitajiet ta' kejl, il-gassijiet koperti, il-livell ta' dettall u l-indikazzjoni tas-sena li fiha l-attivitajiet għandhom jiġu rrappurtati għall-ewwel darba huma speċifikati separatament f'kull taqsima ta' rappurtar.

Il-format ġenerali tal-għodda ta' rappurtar huwa stabbilit fit-taqsimiet ta' rappurtar li ġejjin. In-numerazzjoni tat-taqsimiet ippreżentati hawn taħt ma għandha l-ebda rilevanza għan-numerazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew l-għodda elettronika ta' rrappurtar, iżda hija użata fil-formuli għal kalkolu awtomatiku ta' ċerti valuri.

Taqsimiet ta' rappurtar

Taqsima 1:    Timtela mill-produtturi ta' gassijiet l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 1(a) u (c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għandhom jiġu rrapportati l-kwantitajiet tat-taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi mqiegħda fis-suq, filwaqt li jiġu indikati wkoll l-ammonti użati bħala komponenti ta' dawn it-taħlitiet minn sorsi oħra minbarra l-produzzjoni proprja tagħhom.

▼M3



 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

KUMMENTI

1 A

Il-kwantità totali tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni

 

 

1Aa

—  minn dan l-ammont: Ammonti mhux maqbuda

 

 

 

1 A_a

—  minn dan l-ammont: Ammonti meqruda

Jekk il-qerda in-line titwettaq minn impriża oħra, din tal-aħħar għandha tiġi speċifikata

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fir-rappurtar tat-Taqsima 8

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

1Ab

—  minn dan l-ammont: Ammont totali ġġenerat u maqbud

1Ab = 1 A - 1Aa

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

 

 

 

1B

—  minn dan l-ammont: Il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti jkunu ġew meqruda fil-faċilitajiet qabel it-tqegħid fis-suq

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fir-rappurtar tat-Taqsima 8

 

 

1C

—  minn dan l-ammont: Il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti jkunu ngħataw lil impriżi oħra sabiex jinqerdu u ma kinux tqiegħdu fis-suq qabel

Għandha tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda

 

1C_a

—  minn dan l-ammont: L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott biex jintuża bħala materja prima fl-Unjoni

Għandu jiġi indikat l-Istat Membru fejn se jsir l-użu tal-materja prima

 

 

1C_a1

—  minn dan l-ammont: Mingħajr qbid minn qabel

Irid jiġi rrapportat biss għall-HFC-23

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

 

1C_a2

—  minn dan l-ammont: Mingħajr qbid minn qabel

1C_a2 = 1C_a – 1C_a1;

Irid jiġi kkalkulat biss għall-HFC-23

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

 

 

1C_b

—  minn dan l-ammont: L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott għal użi fl-Unjoni li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

 

1D

—  minn dan l-ammont: Il-kwantità totali tal-produzzjoni proprja maqbuda u meqruda li ma tkunx tqiegħdet fis-suq qabel

1D = 1B + 1C

1E

 

Il-produzzjoni disponibbli għall-bejgħ jew għall-użu bħala materja prima

1E = 1A – 1D – 1A_a

▼B

Taqsima 2:    Timtela mill-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel importati. ►M1  Għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li saru fl-2019, il-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għandhom jiġu rrappurtati separatament għal kull pajjiż tal-oriġini, ħlief fejn hu indikat mod ieħor fit-tabella ta' hawn taħt. ◄

L-importazzjoni fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk, inklużi l-kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar tat-tagħmir wara l-importazzjoni, iżda mhux l-kwantitajiet li jinsabu fit-tagħmir. L-importazzjonijiet ta' gassijiet li jinsabu fi prodotti jew tagħmir għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 11. L-importazzjonijiet kollha għandhom jiġu rapportati, ħlief l-importazzjonijiet għal tranżitu minn territorju doganali tal-Unjoni jew importazzjonijiet taħt proċeduri oħra li jippermettu moviment temporanju tal-merkanzija fit-territorju doganali, sakemm fil-każ tal-aħħar dawn l-oġġetti jibqgħu mhux aktar minn 45 jum fit-territorju doganali.

▼M1



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

2 A

L-ammont importat fl-Unjoni

 

 

2B

L-ammont importat fl-Unjoni mill-impriża li qed tirrapporta, li ma ġiex irrilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u li ġie esportat mill-ġdid fi prodotti jew tagħmir mill-impriża li qed tirrapporta

L-idrofluworokarburi m'hemmx bżonn jiġu rrappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini.

Il-gassijiet importati fi kwantitajiet kbar għall-ipproċessar attiv iċċarġjati fil-prodotti jew fit-tagħmir u mbagħad esportati mill-ġdid.

Meta l-esportazzjoni mill-ġdid fil-prodotti jew fit-tagħmir (it-Taqsima 2B) ma sseħħx fl-istess sena kalendarja bħall-importazzjoni, il-kwantitajiet irrappurtati fit-Taqsima 2B jistgħu jinkludu l-esportazzjonijiet mill-ġdid fil-prodotti jew fit-tagħmir ta' stokkijiet tal-1 ta' Jannar li ma jkunux tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kif irrappurtat fit-Taqsima 4C

Il-gassijiet esportati fi kwantitajiet kbar għandhom jiġu rrappurtati biss fit-Taqsima 3

 

2C

L-ammont ta' idrofluworokarburi użati, riċiklati jew reklamati

 

 

2D

L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni importat għall-użu bħala materja prima

 

 

2E

L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni importat għal użi li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat

▼M3

 

2F

L-ammont ta' idrofluworokarburi li hemm f'polioli mħalltin minn qabel

 

▼B

Taqsima 3:    Timtela mill-esportaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 3(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel esportati. ►M1  Għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li saru fl-2019, il-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għandhom jiġu rrappurtati separatament għal kull pajjiż tad-destinazzjoni, ħlief fejn hu indikat mod ieħor fit-tabella ta' hawn taħt. ◄

L-esportazzjonijiet ta' gassijiet fi kwantitajiet kbar biss, inklużi kwalunkwe kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar ta' dak it-tagħmir wara l-esportazzjoni, għandha tiġi rrappurtata f'din it-Taqsima.

Il-kwantitajiet mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni proprji fornuti lil impriżi oħra fl-Unjoni għall-esportazzjoni diretta għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 5.

▼M1



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

3 A

L-ammont totali esportat mill-Unjoni

 

3B

L-ammonti esportati mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni

M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

3C

L-ammont esportat mixtri minn impriżi oħra fl-Unjoni

3C = 3 A – 3B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

3D

L-ammont esportat għar-riċiklaġġ

M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

 

3E

L-ammont esportat għar-reklamazzjoni

M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

 

3F

L-ammont esportat għall-qerda

M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

 

3G

L-ammont ta' idrofluworokarburi użati, riċiklati jew reklamati esportat

 

 

3H

L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni esportat għall-użu bħala materja prima

 

 

3I

L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni esportat għal użi li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat

▼M3

 

3J

L-ammont ta' idrofluworokarburi li hemm f'polioli mħalltin minn qabel

 

▼B

Taqsima 4:    Timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(d) 2(b) u 2(d) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

4A

Total ta' stokkijiet fl-1 ta' Jannar

 

 

4B

—  tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4C

—  tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari l-produzzjoni u l-importazzjoni proprja mhux mibjugħa mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4D

—  tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjonijiet proprji rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4D = 4B – 4C

 

4E

Stokkijiet oħra fl-1 ta' Jannar

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4E = 4A – 4B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4F

Total ta' stokkijiet fil-31 ta' Diċembru

 

 

4G

—  tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4H

—  tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari, il-produzzjoni proprja mhux mibjugħa u l-importazzjoni proprja mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4I

—  tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjoni proprja rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4I = 4G – 4H

 

4J

—  tagħhom: Stokkijiet oħra fil-31 ta' Diċembru

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4J = 4F – 4G

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4K

L-ammont reklamat mill-impriża nnifisha

 

4L

L-ammont riċiklat mill-impriża nnifisha

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

▼M1

4M

L-ammont totali fiżikament imqiegħed fis-suq

4M = 1E + 2 A – 2B – 3B + 4C – 4H

▼B

Taqsima 5:    Il-kwantitajiet għal użi eżentati skont l-Artikolu 15(2), timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1), (2) (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(b) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (għal gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet jew polioli mħalltin minn qabel li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

5A

Il-kwantità importata fl-Unjoni sabiex tinqered

Għandha tiġi speċifikata l-impriża jew impriżi li jwettqu l-qerda

Rapporti mill-importaturi li jwettqu wkoll il-qerda huma nfushom dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

5B

Il-kwantità użata minn produttur jew importatur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuta direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima

L-impriża jew l-impriżi li jużaw il-materja prima għandhom jiġu speċifikati

Rapporti mill-produtturi jew importaturi li huma wkoll utenti tal-materja prima dwar l-użu tal-materja prima għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 7.

5C

Il-kwantità fornuta direttament lill-impriżi għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil parti oħra fl-Unjoni qabel l-esportazzjoni

Fuq bażi volontarja, il-kwantitajiet fornuti direttament lil impriżi għal manifattura ta' tagħmir fl-Unjoni, fejn dan it-tagħmir ikun sussegwentement esportat direttament barra mill-Unjoni

L-impriża jew l-impriżi li jesportaw għandhom jiġu speċifikati. Għandhom jiġu pprovduti d-dokumenti ta' verifika.

L-idrofluworokarburi fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rappurtati, mhux il-kwantitajiet li jinsabu fi prodotti jew f'tagħmir.

Id-dejta dwar il-provvista għall-manifattura ta' tagħmir li huwa esportat direttament tista' tiġi pprovduta għal skopijiet ta' informazzjoni, u għandha tispeċifika l-manifattur tat-tagħmir li jiġi esportat u l-kwantitajiet li kienu esportati.

5D

Il-kwantità fornuta direttament għall-użu f'tagħmir militari

L-impriża li tirċievi l-kwantità għall-użu f'tagħmir militari għandha tiġi speċifikata.

5E

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tużaha għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi

Il-manifattur tas-semikondutturi riċeventi għandu jkun speċifikat.

5F

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'doża mkejla għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi

Għandu jiġi speċifikat il-produttur tal-inalaturi b'doża mkejla riċeventi għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi.

Taqsima 6:    Il-kategoriji ta' applikazzjoni tal-gassijiet għas-suq tal-UE, timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(a) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

6A

Esportazzjoni

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6A] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 kif fornuti direttament lil impriżi għal esportazzjoni barra l-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil kwalunkwe parti oħra fl-Unjoni, qabel l-esportazzjoni [5C].

6B

Qerda

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6B] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu [5A].

6C

Tagħmir militari

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6C] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament għall-użu f'tagħmir militari [5D].

6D

Tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kkundizzjonata u ta' tisħin

 

6E

Fluwidi ta' trasferiment tas-sħana oħra

 

6F

Produzzjoni ta' ragħwa

 

6G

Produzzjoni ta' polioli mħalltin minn qabel

 

6H

Protezzjoni min-nar

 

6I

Ajrusols — inalaturi b'doża medika

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6I] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'dożar iffissat għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi [5F].

6J

Ajrusols — użi oħra

 

6K

Solventi

 

6L

Materja prima

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6L] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala użati minn produttur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuti direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima [5B].

6M

Manifattura ta' semikondutturi

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6M] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tużahom għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi [5E].

6N

Manifattura fotovoltajka

 

6O

Manifattura elettronika oħra

 

6P

Tagħmir ta' kollegament tal-elettriku

 

6Q

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

6R

Operazzjonijiet ta' pressofunditura tal-manjeżju

 

6S

Anestetiki

 

6T

Applikazzjoni oħra jew mhux magħrufa

Applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu speċifikati, u għandha tingħata spjegazzjoni mir-relatur dwar applikazzjoni mhux magħrufa.

6U

Tnixxija matul il-ħażna, it-trasport jew it-trasferiment

 

6V

Aġġustamenti fil-kontabilità

Fejn dawn il-kwantitajiet jiġu rrappurtati, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni

KALKOLI TA' KWANTITAJIET IĠĠENERATI AWTOMATIKAMENT

6W

It-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet

6W = 6A + 6B + 6C + 6D + 6E + 6F + 6G + 6H + 6I + 6J + 6K + 6L + 6M + 6N + 6O + 6P + 6Q + 6R + 6S + 6T + 6U + 6V

Jekk id-dejta tiġi rapportata kif suppost, imbagħad it-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet [6W] se jikkorrispondi għall-kwantità totali kkalkulata fornuta lis-suq tal-Unjoni [6X].

6X

Kwantità totali fornuta lis-suq tal-Unjoni

6X = 1E + 2A – 3B + 4B – 4G + 4K

Taqsima 7:    Timtela mill-utenti tal-materja prima ta' gassijiet — l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 5(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Il-kwantitajiet effettivament użati bħala materja prima biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk.

Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) ġew prodotti jew importati mill-impriża li tużahom bħala materja prima, il-kwantitajiet għandhom jiġu rrapportati fit-taqsima 5 ukoll. Fejn l-impriża pproduċiet jew importat dawk il-gassijiet u sussegwentement bigħethom għall-użu bħala materja prima lil impriżi oħra, il-kwantitajiet fornuti għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 5 biss, li tispeċifika l-impriża li tużahom bħala materja prima.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

7A

L-ammont użat bħala materja prima mill-impriża nnifisha

 

Taqsima 8:    Timtela mill-impriżi li jkunu qerdu l-gassijiet — l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 4 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Għandu jiġi rrapurtat it-total tal-kwantitajiet meqruda mill-impriżi stess li jirraportaw. Impriżi li huma produtturi għandhom jirraportaw ukoll dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess li nqerdu, fit-taqsima tar-rappurtar 1.

Impriżi li huma importaturi ta' idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) għandhom jirrapportaw il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet li ġew meqruda, fit-taqsima tar-rappurtar 5.

Il-kwantitajiet mibgħuta biex jinqerdu lil impriżi oħra fl-UE ma għandhomx ikunu rrapportati hawnhekk. Il-kwantitajiet esportati biex jinqerdu barra l-UE għandhom jiġu rrappurtati fi 3F.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

8A

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' kombustjoni b'temperatura għolja

 

8B

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' disoriment termali

 

8C

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' teknoloġiji oħra

It-teknoloġiji ta' qerda li jintużaw għandhom jiġu speċifikati

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

8D

L-ammont totali meqrud mill-impriża nnifisha

8D = 8A + 8B + 8C

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

8E

Stokkijiet fl-1 ta' Jannar li għad iridu jinqerdu

 

8F

Stokkijiet fil-31 ta' Dicembru maħsuba għall-qerda u li għad iridu jinqerdu

 

Taqsima 9:    Timtela mill-produtturi jew l-importaturi li awtorizzaw l-użu tal-kwota ta' idrofluworokarbur lil impriżi li jqiegħdu fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (EU) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 bi preċiżjoni ta' 1 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, mingħajr distinzjoni bejn idrofluworokarburi differenti.

Għandhom jiġu rrapurtati biss l-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwaru jkun intbagħat ir-rapport.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

9A

Il-kwantitajiet soġġetti għal awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' kwota mogħtija lill-produtturi jew l-importaturi ta' tagħmir li jiċċarġja minn qabel skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

L-impriża li tirċievi l-awtorizzazzjoni għandha tkun speċifikata.

Taqsima 10:    Timtela minn impriżi li jkunu rċevew il-kwota tagħhom esklussivament abbażi ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u li jkunu awtorizzaw l-użu ta' kwota tal-idrofluworokarburi lill-impriżi li jqiegħdu ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi fis-suq skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

Il-provvisti tal-idrofluworokarburi kollha marbuta mal-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport, kif irrappurtat fit-aqsima 9, għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima tar-rappurtar. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

10A

L-ammont ta' gass ipprovdut lil impriżi, li ngħataw awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi.

L-impriża jew l-impriżi riċeventi għandhom jiġu speċifikati.

Mar-rapport, l-impriżi għandhom jissottomettu prova addizzjonali għal provvisti fiżiċi kollha rrappurtati hawn (eż. fatturi).

Taqsima 11:    Timtela minn impriżi li qiegħdu fis-suq gassijiet inklużi fi prodotti jew f'tagħmir skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament 517/2014 — l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet li jinsabu fil-prodotti u t-tagħmir għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, skont il-kategorija. Barra minn hekk għall-kwantità totali ta' gassijiet, għandu jiġi rrapurtat l-għadd ta' unitajiet skont il-kategorija, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Il-produtturi ta' prodotti jew tagħmir manifatturati fl-Unjoni ma għandhomx jirrappurtaw dwar prodotti u tagħmir jekk preċedentement il-gassijiet li jinsabu fihom kienu importati jew prodotti fl-Unjoni. Meta produttur jipproduċi hu stess gassijiet fi kwantitajiet kbar fl-Unjoni għall-użu fl-Unjoni għall-manifattura tal-prodotti u t-tagħmir tiegħu, ir-rappurtar tiegħu dwar il-produzzjoni (it-taqsima tar-rappurtar 1) bl-istess mod tkopri l-ammonti rilevanti tal-gass, għalhekk lanqas dawn l-ammonti ma għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima.

L-importaturi ta' prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jirrapportaw dwar kull importazzjoni li tinkludi gass rilaxxata mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel, ma għandhomx jiġu rrapportati f'din it-taqsima iżda fit-taqsima 2. Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) jinsabu f'tagħmir importat ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa, u qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni, u kienu soġġetti għal-limitazzjoni tal-kwota għat-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi, li għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 12 sabiex jagħtu prova ta' konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Il-kategoriji ta' prodotti jew tagħmir elenkati hawn taħt jinkludu komponenti maħsuba għall-kategoriji speċifiċi tal-prodott jew tagħmir.

It-terminu “disinn dirett” jirreferi b'mod partikolari għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-arja, bl-ilma għall-arja, bis-salmur għall-arja; it-termini “disinn indirett” jirreferi b'mod partikoalri għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-ilma, bl-ilma għall-ilma, bis-salmura għall-ilma. inklużi l-pompi idroniċi tat-tisħin



 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

KUMMENTI

11A

 

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità

11A = 11A1 + 11A2 + 11A3 + 11A4 + 11A5 + 11A6 + 11A7 + 11A8 + 11A9 + 11A10 + 11A11 + 11A12 + 11A13 + 11A14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11A1

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: Unitajiet indipendenti/monoblokk ta' tip mobbli

 

 

11A2

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ta' fuq il-bejt

 

 

11A3

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ieħor

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

 

11A4

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati bi 3 kilogrammi jew aktar ta' refriġerant

 

 

11A5

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati b' inqas minn 3 kilogrammi ta' refriġerant

 

 

11A6

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b'multiplit

 

 

11A7

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11A8

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A9

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A10

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu domestiku

 

 

11A11

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11A14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11B

 

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni

11B = 11B1 + 11B2 + 11B3 + 11B4 + 11B5 + 11B6 + 11B7 + 11B8 + 11B9 + 11B10 + 11B11 + 11B12 + 11B13 + 11B14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11B1

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11B2

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B3

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B4

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B5

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B6

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B7

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B8

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B9

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B10

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11B11

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

 

11B12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett:

 

 

11B13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn indirett:

 

 

11B14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett kif ukoll indirett

 

11C

 

magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-pompa tas-sħana

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11D

 

Kundizzjonament tal-arja/tisħin stazzjonarju inklużi pompi tat-tisħin kif ukoll tagħmir tar-refriġerazzjoni (HACR) għal kwalunkwe skop ieħor

11D = 11D1 + 11D2 + 11D3

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11D1

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D2

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D3

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett kif ukoll indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11E

 

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

11E = 11E1 + 11E2 + 11E3 + 11E4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11E1

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi ħfief b'refriġerazzjoni (eż. vannijiet)

 

 

11E2

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi heavy-duty b'refriġerazzjoni (inklużi trakkijiet u trejlers)

 

 

11E3

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal bastimenti b'refriġerazzjoni

 

 

11E4

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11F

 

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

11F = 11F1 + 11F2 + 11F3 + 11F4 + 11F5 + 11F6 + 11F7 + 11F8 + 11F9

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11F1

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-passiġġieri

 

 

11F2

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-linja

 

 

11F3

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vannijiet (vetturi ħfief)

 

 

11F4

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal trakkijiet u trejlers (vetturi heavy-duty)

 

 

11F5

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vetturi u makkinarju agrikolu, tal-forestrija u tal-kostruzzjoni

 

 

11F6

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi ferrovjarji

 

 

11F7

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal bastimenti

 

 

11F8

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal inġenji tal-ajru u ħelikopters

 

 

11F9

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

VALUR IKKALKULAT AWTOMATIKAMENT

11G

 

Total ta' tagħmir ta' tkessiħ, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa

11G = 11A + 11B + 11C + 11D + 11E + 11F

11H

 

Prodotti tal-fowm

11H = 11H1 + 11H2 + 11H3 + 11H4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11H1

Bordijiet insulati fil-polisterin estruż (XPS)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet XPS għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H2

Bordijiet insulati tal-poliuretan (PU)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet PU għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H3

Fowm b'komponent uniku (OCF)

L-unità ta' kejl tista' tkun unitajiet ta' kontenituri ta' OCF (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H4

Prodotti ta' fowm oħra

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott.

L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel (eż. f'sistemi jew kontenituri ta' fowm) ma għandhomx jiġu rrapportati hawn iżda pjuttost fit-taqsima 2.

Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-fowm għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi, jew tunnellati kubi, jew unitajiet tal-prodott jew tat-tagħmir (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

11I

 

Tagħmir għall-protezzjoni min-nirien (inklużi s-sistemi inkorporati fil-vetturi)

 

11J

 

Ajrusols mediċi jew farmaċewtiċi

 

11K

 

Ajrusols mhux mediċi

 

11L

 

Tagħmir mediku (mingħajr ajrusols)

 

11M

 

Tagħmir ta' kollegament għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

 

11N

 

Tagħmir ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku ieħor

 

11O

 

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

11P

 

Prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott jew tat-tagħmir.

L-unità tal-kejl tista' tkun volum, piż jew unitajiet ta' prodott/tagħmir.

(maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11Q

Total ta' prodotti u tagħmir ieħor li fihom gassijiet fluworurati elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

11Q = 11G + 11H + 11I + 11J + 11K + 11L + 11M + 11N + 11O + 11P

Taqsima 12:    Timtela mill-importaturi ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi, fejn l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir importat preċedentement kienu esportati mill-Unjoni u akkwistati minn manifatturi ta' tagħmir direttament minn impriża li tesporta, u kienu soġġetti għal limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid ta' idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni — l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2017 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

▼M1



 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

12 A

L-ammont ta' idrofluworokarburi ċċarġjati fit-tagħmir importat u rrilaxxat mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, li għalih l-idrofluworokarburi qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni u kienu ġew soġġetti għal-limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jkunu esportaw l-idrofluworokarburi u s-sena jew is-snin tal-esportazzjoni.

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jkunu qiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba u s-sena jew is-snin ta' dak it-tqegħid fis-suq.

▼M1 —————

▼M2

It-Taqsima 13a:    Trid timtela mill-produtturi u l-importaturi tal-gassijiet – l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(a) sa 1(d); il-punti 2(a), 2(b) u 2(d) u l-punti 3(a) u 3(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Tapplika għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li twettqu fl-2018 (sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2019) u sas-sena, biha inkluża, meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit jew ġo fih.

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel.



 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

KUMMENTI

13aA

L-ammont ta' idrofluworokarburi fiżikament imqiegħed fis-suq, bl-esklużjoni ta' użi eżentati

13aA = 4M – Is-somma ta' użi eżentati fit-Taqsima 5 (5 A – 5F)

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

13aB

Minnhom: l-ammont imqiegħed fis-suq tar-Renju Unit għall-ewwel darba

L-ammonti mqiegħda fis-suq tar-Renju Unit, iżda li sussegwentement ġew fornuti fl-Unjoni (mingħajr ir-Renju Unit) fi kwantitajiet kbar ma jridux ikunu inklużi

L-ammonti fornuti għas-suq tar-Renju Unit bl-ingrossa li preċedentement tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni (mingħajr ir-Renju Unit) għandhom jiġu inklużi

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

13aC

Minnhom: l-ammont imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, mingħajr ir-Renju Unit

13aC = 13aA – 13aB