2014R1078 — MT — 04.11.2014 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2014 tas-7 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 297, 15.10.2014, p.1) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2014
tas-7 ta' Awwissu 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (il-“proċedura PIC”), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE ( 2 ). |
|
(2) |
Huwa xieraq li titqies l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza bitertanol ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-bitertanol bħala pestiċida ġie pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(4) |
Is-sustanzi ċieksatina u ażoċiklotina ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(5) |
Is-sustanzi ċinidon-etil, ċiklanilid, etoksisulfuron u oksadiargil ma għadhomx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(6) |
Is-sustanza rotenon ma ġietx approvata bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li s-sustanza rotenon hija ristretta b'mod sever għall-użu bħala pestiċida minħabba li prattikament kull użu huwa pprojbit minkejja l-fatt li r-rotenon ġiet identifikata u notifikata għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-prodotti tat-tip 17 u għalhekk tista' tibqa' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dak ir-Regolament. Għalhekk, is-sustanza rotenon għandha tiżdied mal-listi ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(7) |
L-approvazzjoni tas-sustanza klorur tad-dideċildimetilammonju ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida tal-klorur tad-dideċildimetilammonju fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(8) |
Is-sustanzi warfarina u ċiflutrina ma baqgħux approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida ta' dawk is-sustanzi kimiċi fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk dawn is-sustanzi għandhom jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(9) |
Fis-sitt laqgħa tagħha, li saret bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li jiġu inklużi l-ażinfos-metil, l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan, is-sulfonati tal-perfluworoottan, is-sulfonammidi tal-perfluworoottan u s-sulfonili tal-perfluworoottan fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jitneħħew mil-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 ta' dak l-Anness. |
|
(10) |
Il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet ukoll li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil, kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Billi l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil huma diġà elenkati fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għalhekk huma soġġetti għall-projbizzjoni ta' esportazzjoni, dawk is-sustanzi kimiċi ma jiżdidux mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(11) |
L-entrata tal-klorat fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandha tiġi emendata sabiex tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward ta' liema sustanzi kienu intiżi li jiġu koperti b'dik l-entrata. |
|
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Sabiex il-partijiet interessati kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma' dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddiferita, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:
1. Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
(a) l-entrati għall-ażinfos-metil u s-sulfonati tal-perfluworoottan jinbidlu b'dan li ġej:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Subkategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika |
|
“Ażinfos-metil (#) |
86-50-0 |
201-676-1 |
2933 99 80 |
p(1) |
b |
|
|
Sulfonati tal-perfluworoottan (PFOS) C8F17SO2X (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivattivi oħra li jinkludu l-polimeri) (+)/(#) |
1763-23-1 2795-39-3 70225-14-8 56773-42-3 4151-50-2 57589-85-2 68081-83-4 u oħrajn |
217-179-8 220-527-1 274-460-8 260-375-3 223-980-3 260-837-4 268-357-7 |
2904 90 95 2904 90 95 2922 12 00 2923 90 00 2935 00 90 2924 29 98 3824 90 97 |
i(1) |
sr” |
(b) l-entrata għall-klorat tinbidel b'dan li ġej:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Subkategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika |
|
“Klorat (+) |
7775-09-9 10137-74-3 7783-92-8 u oħrajn |
231-887-4 233-378-2 232-034-9 |
2829 11 00 2829 19 00 2843 29 00 |
p(1) |
b” |
(c) għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Subkategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika |
|
“Ażoċiklotina (+) |
41083-11-8 |
255-209-1 |
2933 99 80 |
p(1) |
b |
|
|
Bitertanol (+) |
55179-31-2 |
259-513-5 |
2933 99 80 |
p(1) |
b |
|
|
Ċinidon-etil (+) |
142891-20-1 |
n.a. |
2925 19 95 |
p(1) |
b |
|
|
Ċiklanilid (+) |
113136-77-9 |
419-150-7 |
2924 29 98 |
p(1) |
b |
|
|
Ċiflutrina |
68359-37-5 |
269-855-7 |
2926 90 95 |
p(1) |
b |
|
|
Ċieksatina (+) |
13121-70-5 |
236-049-1 |
2931 90 90 |
p(1) |
b |
|
|
Etoksisulfuron (+) |
126801-58-9 |
n.a. |
2933 59 95 |
p(1) |
b |
|
|
Klorur tad-dideċildimetilammonju |
7173-51-5 |
230-525-2 |
2923 90 00 |
p(1) |
b |
|
|
Oksadiarġil (+) |
39807-15-3 |
254-637-6 |
2934 99 90 |
p(1) |
b |
|
|
Rotenon (+) |
83-79-4 |
201-501-9 |
2932 99 00 |
p(1) |
b |
|
|
Warfarina |
81-81-2 |
201-377-6 |
2932 20 90 |
p(1) |
b” |
2. Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
(a) l-entrata għas-sulfonati tal-perfluworoottan tinbidel b'dan li ġej:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Kategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
|
“Id-derivattivi tas-sulfonati tal-perfluworoottan (inklużi l-polimeri), mhumiex koperti minn Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan |
57589-85-2 68081-83-4 u oħrajn |
260-837-4 268-357-7 |
2924 29 98 3824 90 97 |
i |
sr” |
(b) l-entrata għall-klorat tinbidel b'dan li ġej:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Kategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
|
“Klorat |
7775-09-9 10137-74-3 7783-92-8 u oħrajn |
231-887-4 233-378-2 232-034-9 |
2829 11 00 2829 19 00 2843 29 00 |
p |
b” |
(c) l-entrata għall-ażinfos-metil titħassar;
(d) għandhom jinżiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
Sustanza kimika |
Nru CAS |
Nru Einecs |
Kodiċi tan-NM |
Kategorija (*) |
Limitazzjoni tal-użu (**) |
|
“Ażoċiklotin |
41083-11-8 |
255-209-1 |
2933 99 80 |
p |
b |
|
Bitertanol |
55179-31-2 |
259-513-5 |
2933 99 80 |
p |
b |
|
Ċinidon-etil |
142891-20-1 |
n.a. |
2925 19 95 |
p |
b |
|
Ċiklanilid |
113136-77-9 |
419-150-7 |
2924 29 98 |
p |
b |
|
Ċieżatin |
13121-70-5 |
236-049-1 |
2931 90 90 |
p |
b |
|
Etossisulfuron |
126801-58-9 |
n.a. |
2933 59 95 |
p |
b |
|
Oksadiarġil |
39807-15-3 |
254-637-6 |
2934 99 90 |
p |
b |
|
Rotenon |
83-79-4 |
201-501-9 |
2932 99 00 |
p |
sr” |
3. Fil-Parti 3 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Sustanza kimika |
Numru(i) CAS rilevanti |
Kodiċi HS Sustanza pura |
Kodiċi HS Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza |
Kategorija |
|
“Ażinfos-metil |
86-50-0 |
2933.99 |
3808.10 |
Pestiċida |
|
Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan |
1763-23-1 2795-39-3 29457-72-5 29081-56-9 70225-14-8 56773-42-3 251099-16-8 4151-50-2 31506-32-8 1691-99-2 24448-09-7 307-35-7 u oħrajn |
2904.90 2904.90 2904.90 2904.90 2922.12 2923.90 2923.90 2935.00 2935.00 2935.00 2935.00 2904.90 |
3824.90 |
Industrijali” |
( 1 ) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).