02014R0909 — MT — 22.06.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 909/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257 28.8.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2016/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Ġunju 2016 |
L 175 |
1 |
30.6.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 |
L 151 |
1 |
2.6.2022 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 909/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2014
dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ jew ‘CSD’ tfisser persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli msemmija fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness u tipprovdi tal-anqas servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness;
‘CSD ta’ pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz li jipprovdi servizz simili għas-servizz ewlieni msemmi fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness u li twettaq tal-anqas servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness;
‘immobilizzazzjoni’ tfisser l-att li jikkonċentra l-post tat-titoli fiżiċi f’CSD b’mod li jippermetti trasferimenti sussegwenti permezz ta’ entrati fil-kotba;
‘forma dematerjalizzata’ tfisser il-fatt li strumenti finanzjarji jeżistu biss bħala rekords ta’ entrati fil-kotba;
‘is-CSD li jirċievi t-talba’ tfisser is-CSD li jirċievi t-talba ta’ CSD ieħor, sabiex ikollu aċċess għas-servizzi tiegħu permezz ta’ konnessjoni ta’ CSD;
‘CSD li jagħmel it-talba’ tfisser is-CSD li jitlob aċċess għas-servizzi ta’ CSD ieħor permezz ta’ konnessjoni ta’ CSD;
‘saldu’ tfisser it-tlestija ta’ transazzjoni ta’ titoli fejn tiġi konkluża bil-għan li jitwettqu l-obbligi tal-partijiet għal dik it-transazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ flus kontanti jew titoli, jew it-tnejn;
‘strumenti finanzjarji’ jew ‘titoli’ tfisser strumenti finanzjarji kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
‘ordni ta’ trasferiment’ tfisser ordni ta’ trasferiment kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
‘sistema ta’ saldu tat-titoli’ tfisser sistema skont l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE li mhijiex imħaddma minn kontroparti ċentrali li l-attività tagħha tikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment;
‘internalizzatur tas-saldu’ tfisser kwalunkwe istituzzjoni, inkluża waħda awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew mad-Direttiva 2014/65/UE li teżegwixxi ordnijiet tat-trasferimenti f’isem il-klijenti jew f’isimha minbarra permezz ta’ sistema tas-saldu tat-titoli;
‘data prevista tas-saldu’ tfisser id-data li tiġi entrata fis-sistema ta’ saldu tat-titoli bħala d-data tas-saldu u li fiha l-partijiet għal transazzjoni ta’ titoli jaqblu li ser isir is-saldu;
‘perijodu ta’ saldu’ tfisser il-perijodu ta’ żmien bejn id-data tan-negozjar u d-data prevista tas-saldu;
‘jum ta’ xogħol’ tfisser jum ta’ xogħol kif definit fil-punt (n) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
’ nuqqas ta’ saldu’ tfisser li s-saldu jew s-saldu parzjali ta’ transazzjoni ta’ titoli ma jseħħx fid-data prevista tas-saldu minħabba nuqqas ta’ titoli jew flus kontanti u irrilevanti mill-kawża sottostanti;
‘kontroparti ċentrali’ jew’ CCP ’ tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 11, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament;
‘awtorità rilevanti’ tfisser kwalunkwe awtorità msemmija fl-Artikolu 12;
‘parteċipant’ tfisser kwalunkwe parteċipant, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE f’sistema ta’ saldu tat-titoli;
‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE, jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn żewġ impriżi kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
‘sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) u tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser l-Istat Membru li fih ikun stabbilit CSD;
‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih CSD ikollu fergħa jew jipprovdi servizzi ta’ CSD;
‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li mhijiex l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn CSD, li ma għandux personalità ġuridika u li jipprovdi servizzi ta’ CSD li għalihom ġie awtorizzat is-CSD;
‘inadempjenza, fir-rigward ta’ parteċipant’ tfisser sitwazzjoni fejn jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, kif definiti fil-punt (j) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, kontra parteċipant;
‘kunsenja kontra ħlas’ (jew ‘DVP - Delivery Versus Payment’) tfisser mekkaniżmu ta’ saldu tat-titoli li jorbot trasferiment ta’ titoli ma’ trasferiment ta’ flus kontanti b’mod li l-kunsenja ta’ titoli sseħħ jekk u biss jekk iseħħ it-trasferiment ta’ flus kontanti korrispondenti u viċeversa;
‘kont ta’ titoli’ tfisser kont li fih it-titoli jistgħu jiġu kkreditati jew iddebitati;
‘konnessjoni ma’ CSD’ tfisser arranġament bejn CSDs fejn CSD isir parteċipant fis-sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor sabiex jiffaċilita t-trasferiment ta’ titoli mingħand il-parteċipanti tas-CSD tal-aħħar għal għand il-parteċipanti tas-CSD ta’ qabel jew arranġament li permezz tiegħu CSD jaċċessa CSD ieħor indirettament permezz ta’ intermedjarju. Il-konnessjonijiet tas-CSDs jinkludu konnessjonijiet standard, konnessjonijiet personalizzati, konnessjonijiet indiretti, u konnessjonijiet interoperabbli;
‘konnessjoni standard’ tfisser konnessjoni ta’ CSD fejn CSD isir parteċipant fis-sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor taħt l-istess termini u kondizzjonijiet applikabbli lil kwalunkwe parteċipant ieħor fis-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn dan tal-aħħar;
‘konnessjoni personalizzata’ tfisser konnessjoni fejn CSD li isir parteċipant fis-sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor jiġi mogħti servizzi speċifiċi addizzjonali lis-servizzi mogħtija normalment minn dak is-CSD lil parteċipanti fis-sistema ta’ saldu tat-titoli;
‘konnessjoni indiretta’ tfisser arranġament bejn CSD u parti terza li ma tkunx CSD, li hija parteċipant fis-sistema ta’ saldu tat-titoli ta’ CSD ieħor. Tali konnessjoni hija stabbilita minn CSD sabiex tiffaċilita t-trasferiment ta’ titoli lill-parteċipanti tiegħu mingħand il-parteċipanti ta’ CSD ieħor;
‘konnessjoni interoperabbli’ tfisser konnessjoni ta’ CSD fejn is-CSDs jaqblu li jistabbilixxu soluzzjonijiet tekniċi reċiproċi għas-saldu fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li huma jħaddmu;
‘proċeduri u standards miftuħa ta’ komunikazzjoni internazzjonali’ tfisser standards aċċettati internazzjonalment għal proċeduri ta’ komunikazzjoni, bħal formats standardizzati biex jintbagħtu l-messaġġi u rappreżentazzjoni tad-data, li huma disponibbli fuq bażi ġusta, miftuħa u nondiskriminatorja lil kwalunkwe parti interessata;
‘titoli trasferibbli’ tfisser titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ishma’ tfisser titoli speċifikati fil-punt (44)(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘strumenti tas-suq monetarju’ tfisser strumenti tas-suq monetarju kif definiti fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘l-unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv’ tfisser l-unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv kif imsemmija fil-punt (3) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;
‘kwota tal-emissjonijiet’ tfisser kwalunkwe kwota tal-emissjonijiet kif deskritt fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, minbarra d-derivattivi fil-kwoti tal-emissjonijiet;
‘suq regolat’ tfisser ‘suq regolat’ kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘faċilità multilaterali tan-negozjar’ jew ‘MTF’ tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ċentru ta’ negozjar’ tfisser ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘aġent tas-saldu’ tfisser aġent tas-saldu kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
‘suq tal-SMEs li qed jespandi’ tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi’ kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘korp maniġerjali’ tfisser il-korp jew korpi ta’ CSD, maħtur skont il-liġi nazzjonali, li jingħata s-setgħa li jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tas-CSD, u li jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali. Dan għandu jinkludi persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CSD.
Fejn, skont il-liġi nazzjonali, korp maniġerjali ikun magħmul minn korpi differenti b’funzjonijiet speċifiċi, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal membri tal-korp maniġerjali li l-liġi nazzjonali applikabbli tassenjalhom ir-responsabbiltà rispettiva;
‘maniġment superjuri’ tfisser dawk il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan CSD u li jkunu responsabbli u jwieġbu lill-korp maniġerjali għall-ġestjoni ta’ kuljum ta’ dak is-CSD.
TITOLU II
SALDU TAT-TITOLI
KAPITOLU I
Format ta’ entrata fil-kotba
Artikolu 3
Format ta’ entrata fil-kotba
Meta t-titoli trasferibbli jkunu trasferiti wara arranġament ta’ kollateral finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE, dawk it-titoli għandhom jiġu rreġistrati f’format ta’ entrata fil-kotba f’CSD fi jew qabel id-data maħsuba tas-saldu, sakemm ma jkunux diġà ġew irreġistrati b’dan il-mod.
Artikolu 4
Infurzar
KAPITOLU II
Perijodi ta’ Saldu
Artikolu 5
Data prevista tas-saldu
L-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 2.
KAPITOLU III
Dixxiplina fir-rigward tas-saldu
Artikolu 6
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ saldu
Miżuri bħal dawn għandhom tal-inqas jikkonsistu minn arranġamenti bejn id-ditta ta’ investiment u l-klijenti professjonali tagħha kif imsemmi fl-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni f’waqtha tal-allokazzjoni ta’ titoli, konferma ta’ dik l-allokazzjoni u konferma tal-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tat-termini fi żmien tajjeb qabel id-data prevista tas-saldu.
L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-proċeduri standardizzati u l-protokolli għat-trasmissjoni ta’ messaġġi li għandhom jintużaw għall-konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 7
Miżuri li jindirizzaw nuqqas ta’ saldu
Qabel ma jistabbilixxi l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, CSD għandu jikkonsulta liċ-ċentri ta’ negozjar u lis-CCPs rilevanti li lilhom jipprovdi servizzi ta’ saldu.
Il- mekkaniżmu ta’ penali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi penali pekunjarji għall-parteċipanti li jikkawżaw nuqqas ta’ saldu (‘parteċipanti inadempjenti’). Il-penali pekunjarji għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ kuljum għal kull jum ta’ negozju li transazzjoni tonqos milli tissalda wara d-data prevista tas-saldu sat-tmiem tal-proċess ta’ xiri sfurzat imsemmi fil-paragrafu 3, iżda mhux aktar mill-jum tas-saldu nnifsu. Il-penali pekunjarji ma għandhomx jiġu kkonfigurati bħala sors ta’ dħul għas-CSD.
Fejn it-transazzjoni tirrigwarda strument finanzjarju nnegozjat f’suq tal-SMEs li qed jespandi, il-perijodu tal-estensjoni għandu jkun 15-il jum dment li s-suq tal-SMEs li qed jespandi ma jiddeċidix li japplika perijodu iqsar.
Għandhom japplikaw l-eżenzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3:
abbażi tat-tip ta’ assi u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati, il-perijodu tal-estensjoni jista’ jiżdied minn erbat ijiem ta’ xogħol għal mhux aktar minn sebat ijiem ta’ xogħol fejn perijodu ta’ estensjoni iqsar ikun jaffettwa l-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq finanzjarji kkonċernati;
għal operazzjonijiet magħmulin minn diversi transazzjonijiet inklużi ftehimiet dwar ix-xiri mill-ġdid jew is-self ta’ titoli, il-proċess ta’ xiri sfurzat imsemmi fil-paragrafu 3 ma għandux japplika fejn il-perijodu ta’ żmien ta’ dawk l-operazzjonijiet ikun qasir biżżejjed u għalhekk il-proċess ta’ xiri sfurzat ikun ineffettiv.
Il-kumpens fi flus kontanti għandu jitħallas lill-parteċipant li jirċievi sa mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara t-tmiem jew tal-proċess ta’ xiri sfurzat imsemmi fil-paragrafu 3 jew tal-perijodu tad-differiment, fejn ikun intgħażel il-perijodu ta’ differiment.
Id-divulgazzjoni pubblika ta’ sospensjonijiet ma għandhiex tinkludi data personali skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.
Il-paragrafi 2 sa 9 għandhom japplikaw għat-transazzjonijiet kollha tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li huma ammessi għan-negozjar jew huma nnegozjati f’ċentru tan-negozjar jew ikklerjati minn CCP kif ġej:
Għal transazzjonijiet ikklerjati minn CCP, is-CCP għandu jkun l-entità li tesegwixxi x-xiri sfurzat skont il-paragrafi 3 sa 8.
Għal transazzjonijiet mhux ikklerjati minn CCP iżda esegwiti f’ċentru tan-negozjar, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jinkludi fir-regoli interni tiegħu obbligu għall-membri tiegħu u l-parteċipanti tiegħu sabiex japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 sa 8.
Għat-transazzjonijiet l-oħra kollha li mhumiex imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan is-sub-paragrafu, is-CSDs għandhom jinkludu fir-regoli interni tagħhom obbligu għall-parteċipanti tagħhom sabiex dawn ikunu soġġetti għall-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 sa 8.
CSD għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-saldu lis-CCPs u liċ-ċentri tan-negozjar sabiex dawn jkunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-paragrafu.
Mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, is-CSDs jistgħu jimmonitorjaw l-eżekuzzjoni tax-xirjiet sfurzati msemmija f’dawk il-punti fir-rigward ta’ struzzjonijiet ta’ saldu multipli, fuq l-istess strumenti finanzjarji u bl-istess data ta’ skadenza tal-perijodu ta’ eżekuzzjoni, bil-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ xirjiet sfurzati li għandhom jiġu esegwiti u għaldaqstant l-impatt fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji rilevanti.
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:
id-dettalji tas-sistema li timmonitorja nuqqas ta’ saldu u r-rapporti dwar nuqqas ta’ saldu msemmija fil-paragrafu 1;
il-proċessi għall-ġbir u d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-penali pekunjarji u kwalunkwe rikavat ieħor possibbli minn tali penali skont il-paragrafu 2;
id-dettalji tal-operazzjoni tal-proċess tax-xiri sfurzat adatt imsemmi fil-paragrafi 3 sa 8, inklużi l-perijodi ta’ żmien adatti għat-twassil tal-istrument finanzjarju wara l-proċess tax-xiri sfurzat imsemmi fil-paragrafu 3. Dawn il-perijodi ta’ żmien għandhom jiġu kalibrati b’kont meħud tat-tip ta’ assi u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji;
iċ-ċirkostanzi li fihom il-perijodu tal-estensjoni jista’ jittawwal skont it-tip ta’ assi u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji, f’konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 b’kont meħud tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-likwidità skont il-punt (17) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
it-tip ta’ operazzjonijiet u l-perijodi ta’ żmien speċifiċi tagħhom imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 li jagħmlu x-xiri sfurzat ineffettiv;
metodoloġija għall-kalkolu tal-kumpens fi flus kontanti msemmi fil-paragrafu 7;
il-kondizzjonijiet li taħthom parteċipant jitqies li jfalli b’mod konsistenti u sistematiku fit-twassil tal-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafu 9; u
l-informazzjoni meħtieġa għas-saldu msemmija fit-tieni subparagrafu tal–paragrafu 10.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Infurzar
KAPITOLU IV
Saldu internalizzat
Artikolu 9
Internalizzaturi tas-saldu
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrasmettu mingħajr dewmien l-informazzjoni li jirċievu skont l-ewwel subparagrafu lill-ESMA u għandhom jinformaw lill-ESMA dwar kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta minn dik l-attività tas-saldu.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġynju 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU III
DEPOŻITORJI ĊENTRALI TAT-TITOLI
KAPITOLU I
Awtorizzazzjoni u superviżjoni tas-CSDs
Artikolu 10
Awtorità kompetenti
Mingħajr preġudizzju għas-sorveljanza mwettqa mill-membri tas-SEBĊ imsemmija fl-Artikolu 12(1), is-CSD għandu jiġi awtorizzat u ssorveljat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
Artikolu 11
Nomina tal-awtorità kompetenti
Meta Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità kompetenti waħda, dan għandu jiddetermina r-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jinnomina awtorità waħda li għandha tkun responsabbli għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, l-awtoritajiet rilevanti, l-ESMA, u l-EBA fejn dan ikun imsemmi b’mod speċifiku f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Awtoritajiet rilevanti
L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs fejn dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:
l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli oeprati mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;
il-banek ċentrali fl-Unjoni li joħorġu l-muniti l-aktar rilevanti li fihom jitwettaq is-saldu;
fejn rilevanti, il-bank ċentrali fl-Unjoni li fil-kotba tiegħu tiġi ssaldata l-parti ta’ flus kontanti ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli operat mis-CSD.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Skambju ta’ informazzjoni
Artikolu 14
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
Sabiex jiġu żgurati prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA tista’, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 15
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
Mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta’ notifika prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/26/KE, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti għandhom jgħarrfu minnufih lill-ESMA, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u lil xulxin dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inkluż kwalunkwe żvilupp fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollu effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, l-istabbiltà tal-munita li fiha jseħħ is-saldu, l-integrità tal-politika monetarja jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.
Artikolu 16
Awtorizzazzjoni ta’ CSD
Artikolu 17
Proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lis-CSD li japplika, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:
is-CSD huwa sussidjarju ta’ CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;
is-CSD huwa sussidjarju tal-impriża prinċipali ta’ CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;
is-CSD huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw CSD differenti awtorizzat fi Stat Membru ieħor.
Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tkopri dan li ġej:
kemm huma adatti l-azzjonisti u l-persuni msemmija fl-Artikolu 27(6) u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CSD imsemmi fl-Artikolu 27(1) u (4), fejn dawk l-azzjonisti u persuni jkunu komuni għas-CSD u għal CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor;
jekk ir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 6 bejn is-CSD awtorizzat fi Stat Membru ieħor u s-CSD li japplika jaffetwawx l-abbiltà ta’ dan tal-aħħar sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 18
Effetti tal-awtorizzazzjoni
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Estensjoni u esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u s-servizzi
CSD awtorizzat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħufejn ikun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 30 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
servizzi ewlenin addizzjonali elenkati fit-Taqsima A tal-Anness, li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali;
servizzi anċillari permissibbli, iżda mhux elenkati b’mod espliċitu fit-Taqsima B tal-Anness, li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali;
l-operazzjoni ta’ sistema oħra ta’ saldu tat-titoli;
is-saldu tal-parti ta’ flus kontanti kollha, jew parti minnha, tas-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu fil-kotba ta’ aġent ta’ saldu ieħor;
l-istabbiliment ta’ konnessjoni interoperabbli, inkluż dawk mas-CSDs ta’ pajiiżi terzi.
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lis-CSD li japplika dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx miċħuda fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni kompluta.
Artikolu 20
Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni jew miżura ta’ rimedju taħt it-titolu V, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirtira l-awtorizzazzjoni f’kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin, fejn is-CSD:
ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni għal 12-il xahar, espressament jirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz jew wettaq l-ebda attività matul is-sitt xhur ta’ qabel;
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;
ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien stabbilit;
ikun kiser b’mod serju jew sistematiku r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, fid-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Artikolu 21
Reġistru tas-CSD
Artikolu 22
Rieżami u evalwazzjoni
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
l-informazzjoni li s-CSD għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-rieżami u evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
l-informazzjoni li l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti kif stipulat fil-paragrafu 7;
l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jipprovdu lil xulxin.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 23
Libertà li jiġu provduti servizzi fi Stat Membru ieħor
Kwalunkwe CSD li jkun jixtieq jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jibdel il-firxa ta’ dawk is-servizzi provduti, għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
l-Istat Membru li fih is-CSD ikun biħsiebu jopera;
programm ta’ operazzjonijiet li jiddikjara b’mod partikolari s-servizzi li s-CSD ikun biħsiebu jipprovdi;
il-munita jew muniti li s-CSD ikun biħsiebu jipproċessa;
fejn ikun hemm fergħa, l-istruttura organizzattivi tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa;.
fejn rilevanti, valutazzjoni tal-miżuri li s-CSD ikun biħsiebu jieħu biex jippermetti li l-utenti tiegħu jikkonformaw mal-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(1).
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru b’kwalunkwe komunikazzjoni li tkun irċeviet skont l-ewwel subparagrafu.
Is-CSD jista’ jibda jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 fl-Istat Membru ospitanti skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
kif jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti li tirrikonoxxi r-riċevuta minn dan tal-aħħar tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u, fejn rilevanti, li tapprova l-valutazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3;
fin-nuqqas ta’ riċevuta ta’ komunikazzjoni, wara tliet xhur mid-data ta’ trasmissjoni tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 24
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti u evalwazzjoni bejn il-pari
Fejn CSD ikun sar sostanzjalment importanti għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f’aktar minn Stat Membru ospitanti wieħed, l-Istat Membru tad-domiċilju jista’ jiddeċiedi li tali arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu kulleġġi ta’ superviżuri.
Meta, minkejja miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew għax dawn il-miżuri jkunu inadegwati, is-CSD jippersisti fil-ksur tal-obbligi li ġejjin mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċlju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri adatti kollha meħtieġa sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġewwa t-territorju tal-Istat Membru ospitanti. L-ESMA għandha tiġi mgħarrfa dwar tali miżuri mingħajr dewmien.
L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni bejn il-pari msemmijafl-ewwel subparagrafu l-ESMA, għandha, fejn adatt, titlob ukoll opinjonijiet jew parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25
Pajjiżi terzi
Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-ESMA tista’ tirrikonoxxi CSD ta’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 9;
is-CSD ta’ pajjiż terz ikun soġġett għal awtorizzazzjoni effettiva, superviżjoni u sorveljanza jew, jekk is-sistema ta’ saldu tat-titoli tkun operata minn bank ċentrali, sorveljanza, li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet responsabbli f’dak il-pajjiż terz (l-“awtoritajiet responsabbli ta’ pajjiż terz”) skont il-paragrafu 10;
fejn rilevanti, is-CSD ta’ pajjiż terz jieħu l-miżuri neċessarji biex jippermetti li l-utenti tiegħu jikkonformaw mal-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru li fih is-CSD ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD, inkluża l-liġi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1), u l-adegwatezza ta’ dawk il-miżuri tkun ġiet ikkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih is-CSD ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD.
Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-ESMA għandha tikkonsulta:
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom is-CSD ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD, b’mod partikolari, dwar kif is-CSD ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 4;
lill-awtoritajiet rilevanti;
lill-awtoritajiet responsabbli ta’ pajjiż terz fdati bl-awtorizzazzjoni, is-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CSDs.
Is-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-ESMA l-informazzjoni kollha meqjusa li hija meħtieġa għar-rikonoxximent tiegħu. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta fi żmien 30 jum ta’ xogħol mir-riċevuta tal-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih is-CSD li japplika għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom is-CSD ta’ pajjiż terz biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD għandhom jivvalutaw il-konformità tas-CSD ta’ pajjiż terz mal-liġijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 u jgħarrfu lill-ESMA b’deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha dwar jekk il-konformità hijiex sodisfatta jew le fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tal-informazzjoni kollha meħtieġa mill-ESMA.
Id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fil-paragrafu 4.
Fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tgħarraf bil-miktub lis-CSD li japplika b’deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha dwar jekk ir-rikonoxximent ingħatax jew ġiex miċħud.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom is-CSD ta’ pajjiż terz, debitament rikonoxxut skont il-paragrafu 4, jipprovdi servizzi ta’ CSD, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet ta’ pajjiż terzi responsabbli sabiex:
jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tas-CSD ta’ pajjiż terz f’dawk l-Istati Membri ospitanti, inkluż għall-fini tal-ġbir ta’ statistika;
jikkomunikaw, f’limitu ta’ żmien adatt, l-identità tal-emittenti u l-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli operati mis-CSD ta’ pajjiż terz li jipprovdi servizzi f’dak l-Istat Membru ospitanti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti dwar l-attivitajiet ta’ dak is-CSD ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ospitanti.
L-ESMA għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ dak is-CSD meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ma jibqgħux issodisfati jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 20.
Meta tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra wkoll jekk l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jirreflettux l-istandards CPSS-IOSCO maqbulin internazzjonalment, sa fejn dawn tal-aħħar ma jkunux f’konflitt mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.
F’konformità mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi responsabbli li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 9. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-awtoritajiet responsabbli ta’ pajjiż terz, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha rigward is-CSDs awtorizzati f’pajjiżi terzi li hija rikjesta mill-ESMA u b’mod partikolari l-aċċess għal informazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 7;
il-mekkaniżmu għal notifika f’waqtha tal-ESMA fejn awtorità responsabbli ta’ pajjiż terz tqis li CSD li tkun qed tissorvelja jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew liġi applikabbli oħra;
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi, fejn adatt, spezzjonijiet fuq il-post.
Meta ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ data personali minn Stat Membru, tali trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u meta ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għal trasferimenti ta’ data personali mill-ESMA, tali trasferimenti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU II
Rekwiżiti għas-CSDs
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet ġenerali
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika fil-livell tas-CSD u l-livell tal-grupp kif imsemmi fil-paragrafu 7:
l-għodod ta’ monitoraġġ għar-riskji tas-CSDs imsemmija fil-paragrafu 1;
ir-responsabbiltajiet tal-persunal ewlieni fir-rigward tar-riskji tas-CSDs imsemmija fil-paragrafu 1;
il-konflitti ta’ interess potenzjali msemmija fil-paragrafu 3;
il-metodi tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 6; u
iċ-ċirkostanzi li fihom ikun adatt, b’kont meħud ta’ konflitti ta’ interess potenzjali bejn il-membri tal-kumitat tal-utenti u s-CSD, biex ir-riżultati tal-awditjar jiġu kondiviżi mal-kumitat tal-utenti f’konformità mal-paragrafu 6.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27
Il-maniġment superjuri, il-korp maniġerjali u l-azzjonisti
CSD għandu:
jipprovdi lill-awtorità kompetenti u jippubblika l-informazzjoni rigward is-sjieda tas-CSD, u b’mod partikolari, l-identità u l-iskala tal-interessi ta’ kwalunkwe parti f’pożizzjoni li teżerċita kontroll fuq l-operazzjoni tas-CSD;
jinforma lill-awtorità kompetenti u jitlob l-approvazzjoni tagħha dwar kwalunkwe deċiżjoni għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ sjieda li twassal għal bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq l-operazzjoni tas-CSD. Wara li jirċievi approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tiegħu, is-CSD għandu jippubblika t-trasferiment tad-drittijiet ta’ sjieda.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lis-CSD u lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tagħha li takkwista jew tiddisponi mid-drittijiet tas-sjieda tagħha li twassal għal bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq l-operazzjoni tas-CSD.
Artikolu 28
Kumitat tal-utenti
Artikolu 29
Żamma ta’ rekords
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 30
Esternalizzazzjoni
Fejn CSD testernalizza servizzi jew attivitajiet lil parti terza, din għandha tibqa’ kompletament responsabbli mir-rilaxx tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tikkonforma fil-ħin kollu mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabbiltà;
ir-relazzjoni u l-obbligi tas-CSD lejn il-parteċipanti jew l-emittenti tagħha ma jinbidlux;
effettivament, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-CSD ma jinbidlux;
esternalizzazzjoni ma tipprevjenix l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fuq il-post għall-kisba ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jitwettqu dawn il-funzjonijiet;
esternalizzazzjoni ma twassalx biex is-CSD jitlef mis-sistemi u l-kontrolli meħtieġa sabiex jimmaniġja r-riskji li jħabbat wiċċu magħhom;
is-CSD iżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti, l-adegwatezza organizzazzjonali u kapitali tal-fornitur tas-servizz, għas-superviżjoni tas-servizzi esternalizzati b’mod effettiv u għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni fuq bażi kontinwa;
is-CSD għandu aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tas-servizzi esternalizzati;
il-fornitur tas-servizz jikkoopera mal-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;
is-CSD jiżgura li l-fornitur tas-servizz jilħaq l-istandards stabbiliti mil-liġi rilevanti ta’ protezzjoni tad-data li jkunu japplikaw li kieku l-fornituri tas-servizz kienu stabbiliti fl-Unjoni. Is-CSD huwa responsabbli mill-iżgurar li dawk l-istandards ikunu stabbiliti f’kuntratt bejn il-partijiet u li dawk l-istandards jinżammu.
Artikolu 31
Servizzi pprovduti minn partijiet oħra li mhumiex CSDs
L-ESMA għandha tinkludi informazzjoni bħal din fir-reġistru tas-CSD imsemmi fl-Artikolu 21.
Artikolu 32
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 33
Rekwiżiti għall-parteċipazzjoni
F’każ ta’ rifjut, il-parteċipant li jitlob aċċess ikollu d-dritt jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad l-aċċess.
Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina l-ilment bir-reqqa billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut u għandha tipprovdi lill-parteċipant li jitlob l-aċċess bi tweġiba rraġunata.
Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-parteċipant li jitlob l-aċċess dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tas-CSD li jagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda miż-żewġ awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fejn ir-rifjut mis-CSD sabiex jagħti aċċess lil parteċipant li jkun qed jitolbu jitqies li ma jkunx ġustifikat, l-awtorità kompetenti tas-CSD li tkun irrifjutat l-aċċess għandha toħroġ ordni li teħtieġ li s-CSD jagħti aċċess lill-parteċipant li jkun qed jitlob dan.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 34
Trasparenza
Artikolu 35
Proċeduri ta’ komunikazzjoni ma’ parteċipanti u infrastrutturi oħra tas-suq
Fil-proċeduri ta’ komunikazzjoni tas-CSD mal-parteċipanti tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli li joperaw, u mal-infrastrutturi tas-suq li huma jikkollegaw magħhom, is-CSDs għandhom jużaw proċeduri u standards ta’ komunikazzjoni miftuħa u internazzjonali sabiex jintbagħtu l-messaġġi u d-data ta’ referenza sabiex jiġu faċilitati r-reġistrar, il-ħlas u s-saldu effiċjenti.
Artikolu 36
Dispożizzjonijiet ġenerali
Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jkollu r-regoli u l-proċeduri adatti, inklużi prattiki u kontrolli robusti ta’ kontabbiltà sabiex jgħin jiżgura l-integrità tal-ħruġ ta’ titoli, u jnaqqas u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mal-kustodja u s-saldu ta’ transazzjonijiet fit-titoli.
Artikolu 37
Integrità tal-kwistjoni
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38
Protezzjoni tat-titoli tal-parteċipanti u dawk tal-klijenti tagħhom
Madankollu, CSD u l-parteċipanti tiegħu għandhom jipprovdu segregazzjoni individwali tal-klijenti għaċ-ċittadini u r-residenti u l-persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru fejn ikun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li taħtu jkunu kostitwiti t-titoli kif tkun tinsab fis-17 ta’ Settembru 2014. Dak l-obbligu għandu japplika sakemm il-liġi nazzjonali tiġi emendata jew titħassar u sakemm l-objettivi tiegħu jkunu għadhom validi.
Artikolu 39
Finalità tas-saldu
Artikolu 40
Saldu fi flus
Artikolu 41
Proċeduri u regoli dwar l-inadempjenza tal-parteċipanti
Artikolu 42
Rekwiżiti ġenerali
CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali u riskji diretti jew indiretti oħrajn, inkluż miżuri għat-taffija tal-frodi u n-negliġenza.
Artikolu 43
Riskji legali
Artikolu 44
Riskju ġenerali tan-negozju
CSD għandu jkollu sistemi robusti ta’ ġestjoni u kontroll kif ukoll għodod tal-IT sabiex jidentifika, iwettaq monitoraġġ u jimmaniġġja r-riskji ġenerali tan-negozju, inklużi t-telf mill-eżekuzzjoni batuta tal-istrateġija tan-negozju, il-flussi tal-flus kontanti u l-ispejjeż tal-operat.
Artikolu 45
Riskji operazzjonali
Għandu wkoll jgħarraf mingħajr dewmien lill-awtoritàkompetenti u l-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe inċident operazzjonali li jirriżulta minn tali riskji.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 46
Politika tal-investiment
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 47
Rekwiżiti ta’ kapital
Il-kapital, flimkien mal-qligħ imfaddal u r-riżervi ta’ CSD, għandu jkun proporzjonali għar-riskji mill-attivitajiet tas-CSD. Għandu jkun il-ħin kollu biżżejjed sabiex:
jiżgura li s-CSD jkun adegwatament protett kontra riskji operazzjonali, legali, tal-kustodja, tal-investiment u tan-negozju sabiex is-CSD jkun jista’ jibqa’ jipprovdi servizzi bħala negozju attiv;
jiżgura stralċ jew ristrutturar ordinat tal-attivitajiet tas-CSD fuq perijodu ta’ żmien adatt għal minimu ta’ sitt xhur f’medda ta’ xenarji ta’ stress.
CSD għandu jkollu pjan għal dan li ġej:
il-ġbir ta’ kapital addizzjonali jekk il-kapital tal-ekwità tiegħu jersaq viċin jew jaqa’ taħt ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1;
l-iżgurar tal-istralċ jew ristrutturazzjoni ordinati tal-operazzjonijiet u s-servizzi tiegħu fejn is-CSD ma jkunx jista’ jiġbor kapital ġdid.
Il-pjan għandu jiġi approvat mill-korp maniġerjali jew kumitat adatt tal-korp maniġerjali u jiġi aġġornat regolarment. Kull aġġornament tal-pjan għandu jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tesiġi lis-CSD jieħu miżuri addizzjonali jew jagħmel dispożizzjonijiet alternattivi fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-pjan tas-CSD huwa insuffiċjenti.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 48
Konnessjonijiet tas-CSDs
Konnessjoni għandha tkun sostnuta b’arranġament kuntrattwali xieraq li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tas-CSDs konnessi u, fejn ikun meħtieġ, tal-parteċipanti tas-CSDs. Arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġurisdizzjonali għandu jipprevedi għażla bla ambigwità tal-liġi li tirregola kull aspett tal-operazzjonijiet tal-konnessjoni.
Sistemi ta’ saldu tat-titoli interoperabbli u CSDs, li jużaw infrastruttura tas-saldu komuni għandhom jistabbilixxu mumenti identiċi ta’:
l-entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema;
l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet tat-trasferiment.
Is-sistemi ta’ saldu tat-titoli u s-CSDs imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw regoli ekwivalenti rigward il-mument tal-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus kontanti.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Hija delegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU III
Aċċess għas-CSDs
Artikolu 49
Libertà ta’ emissjoni f’CSD awtorizzat fl-Unjoni
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-liġi korporattiva jew liġi simili tal-Istat Membru li taħtu huma kostitwiti t-titoli għandhom jibqgħu japplikaw.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kompilata lista ta’ dispożizzjonijiet rilevanti ewlenin tal-liġi tagħhom, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw dik il-lista lill-ESMA sat-18 ta’ Diċembru 2014. L-ESMA għandha tippubblika l-lista sat-18 ta’ Jannar 2015.
Is-CSD jista’ jitlob il-ħlas ta’ tariffa kummerċjali raġonevoli għall-għoti tas-servizzi tiegħu lill-emittenti fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx qbil ieħor bejn iż-żewġ partijiet.
F’każ ta’ rifjut, l-emittent li jagħmel it-talba għandu jkollu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li jirrifjuta li jipprovdi s-servizzi tiegħu.
L-awtorità kompetenti ta’ dak is-CSD għandha teżamina l-ilment kif dovut billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut ipprovduti mis-CSD u għandha tipprovdi lill-emittent bi tweġiba motivata.
L-awtorità kompetenti tas-CSD għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba ma taqbilx ma’ dik il-valutazzjoni, kwalunkwe waħda miż-żewġ awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fejn ir-rifjut mis-CSD li jipprovdi s-servizzi tiegħu lil emittent titqies li hija inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni fejn tesiġi li s-CSD jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-emittent li għamel it-talba.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 50
Aċċess permezz ta’ konnessjoni standard
CSD għandu jkollu d-dritt li jsir parteċipant f’CSD ieħor u jistabbilixxi konnessjoni standard ma’ dak is-CSD skont l-Artikolu 33 u soġġett għal notifika minn qabel tal-konnessjoni ta’ CSD stipulata fl-Artikolu 19(5).
Artikolu 51
Aċċess permezz ta’ konnessjoni personalizzata
Artikolu 52
Proċedura għall-konnessjonijiet tas-CSD
Fejn CSD jiċħad l-aċċess, għandu jipprovdi lis-CSD li jagħmel it-talba r-raġunijiet sħaħ għar-rifjut tiegħu.
F’każ ta’ rifjut, is-CSD li jagħmel it-talba għandu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad milli jagħti aċċess.
L-awtorità kompetenti tas-CSD li jirċievi t-talba għandha teżamina l-ilment kif dovut billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut u għandha tipprovdi lis-CSD li jagħmel it-talba bi tweġiba motivata.
L-awtorità kompetenti tas-CSD li jirċievi t-talba għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti tas-CSD li jagħmel it-talba u l-awtorità rilevanti tas-CSD li jagħmel it-talba msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet tas-CSD li jagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fejn ir-rifjut mis-CSD milli jagħti aċċess lis-CSD li jagħmel it-talba titqies li hija inġustifikata, l-awtorità kompetenti tas-CSD li jirċievi t-talba għandha toħroġ ordni sabiex dak is-CSD jagħti aċċess lis-CSD li jagħmel it-talba.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 53
Aċċess bejn CSD u infrastruttura oħra tas-suq
CSD għandu jipprovdi aċċess għas-sistemi ta’ saldu tat-titoli tiegħu fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti lil CCP jew ċentru tan-negozjar u jista’ jitlob il-ħlas ta’ tariffa kummerċjali raġonevoli għal dan l-aċċess fuq il-bażi ta’ kost b’addenda, sakemm ma jsirx ftehim ieħor bejn iż-żewġ partijiet.
Parti li tirrifjuta aċċess għandha tipprovdi lill-parti li tagħmel it-talba r-raġunijiet sħaħ bil-miktub għal rifjut bħal dan ibbażati fuq valutazzjoni komprensiva tar-riskji. F’każ ta’ rifjut, il-parti li tagħmel it-talba għandha d-dritt li tilmenta mal-awtorità kompetenti tal-parti li ċaħdet l-aċċess.
L-awtorità kompetenti tal-parti riċeventi u l-awtorità rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) għandhom jeżaminaw l-ilment kif dovut billi jivvalutaw ir-raġunijiet għaċ-ċaħda u għandhom jipprovdu lill-parti li tagħmel it-talba bi tweġiba motivata.
L-awtorità kompetenti tal-parti riċeventi għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-parti li tagħmel it-talba u l-awtorità rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet tal-parti li tagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda minnhom tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Fejn ir-rifjut minn parti milli tagħti aċċess titqies li hija inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni lil dik il-parti tagħti biex tagħti aċċess għas-servizzi tagħha fi żmien tliet xhur.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi konferita setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU IV
FORNIMENT TA’ SERVIZZI ANĊILLARI TA’ TIP BANKARJU GĦAL PARTEĊIPANTI TA’ CSD
Artikolu 54
Awtorizzazzjoni u nomina għall-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju
CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus kontanti tas-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu kollha, jew parti minnha, skont l-Artikolu 40(2) jew inkella jixtieq jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta’ tip bankarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun awtorizzat li jew:
joffri tali servizzi huwa stess skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’dan l-Artikolu; jew
jinnomina għal dik il-fini istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata waħda jew iktar skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Meta CSD jfittex li jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta’ tip bankarju mill-istess entità legali bħal dik li topera s-sistema ta’ saldu tat-titoli, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
is-CSD huwa awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;
is-CSD jissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali kif stabbiliti fl-Artikolu 59(1), (3) u (4) u r-rekwiżiti superviżorji stabbiliti fl-Artikolu 60;
l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu tintuża biss biex jingħataw is-servizzi anċillari ta’ tip bankarju msemmija fit-Taqsima C tal-Anness, u mhux jitwettqu xi attivitajiet oħra;
is-CSD hu soġġett għal surcharge addizzjonali fuq il-kapital li jirrifletti r-riskji, inklużi r-riskji għall-kreditu u l-likwidità, li jirriżultaw mill-għoti ta’ kreditu ta’ matul l-istess jum, fost oħrajn, lill-parteċipanti f’sistema ta’ saldu ta’ titoli jew utenti oħra tas-servizzi tas-CSD;
is-CSD jirrapporta mill-inqas ta’ kull xahar lill-awtorità kompetenti u kull sena bħala parti mill-iżvelar pubbliku tiegħu kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-portata u l-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità matul l-istess jum skont il-punt (j) tal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament;
is-CSD jkun ippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan adegwat ta’ rkupru biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet kritiċi tiegħu, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn ir-riskju tal-likwidità jew tal-kreditu jikkristallizza bħala riżultat tal-provvista ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju.
Fil-każ ta’ dispożizzjonijiet konfliġġenti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE, is-CSD msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti aktar stretti dwar superviżjoni prudenzjali. L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikoli 47 u 59 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiċċaraw il-każijiet ta’ dispożizzjonijiet konfliġġenti.
Meta CSD jfittex li jinnomina istituzzjoni ta’ kreditu sabiex jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta’ tip bankarju mill-istess entità legali separata li tista’ tkun parti mill-istess grupp ta’ impriżi li fl-aħħar mill-aħħar huma kontrollati mill-istess impriża prinċipali jew le, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-entità legali separata tkun awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;
l-entità legali separata tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stipulati flArtikolu 59(1), (3) u (4) u r-rekwiżiti superviżorji stipulati fl-Artikolu 60;
l-entità legali separata ma twettaqx hija stess xi wieħed mis-servizzi ewlenin imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness;
l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tintuża biss biex jingħataw is-servizzi anċillari ta’ tip bankarju msemmija fit-Taqsima C tal-Anness, u mhux biex titwettaq xi attività oħra;
l-entità legali separata hi soġġetta għal surcharge addizzjonali fuq il-kapital li jirrifletti r-riskji, inklużi r-riskji għall-kreditu u l-likwidità, li jirriżultaw mill-għoti ta’ kreditu ta’ matul l-istess jum, fost oħrajn, lill-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu ta’ titoli jew utenti oħra tas-servizzi tas-CSD;
l-entità legali separata tirrapporta mill-inqas ta’ kull xahar lill-awtorità kompetenti u kull sena bħala parti mill-iżvelar pubbliku tagħha kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-portata u l-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità matul l-istess jum skont il-punt (j) tal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament; u
l-entità legali separata tkun ippreżentat lill-awtorità kompetenti pjan adegwat ta’ rkupru li jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet kritiċi tagħha, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn ir-riskju tal-likwidità jew tal-kreditu jikkristallizza bħala riżultat tal-provvista ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarji mill-istess entità legali separata.
L-awtorità kompetenti għandha tagħmel monitoraġġ tal-anqas darba fis-sena li l-limitu definit fl-ewwel subparagrafu jiġi rispettat u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-ESMA. Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li jkun inqabeż il-limitu, għandha titlob lis-CSD sabiex ifittex awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 4. Is-CSD kkonċernat għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 55
Proċedura għall-għoti u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni sabiex jingħataw servizzi anċillari ta’ tip bankarju
Mill-mument meta l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tittrasmetti t-tagħrif kollu inkluż fl-applikazzjoni lill-awtoritajiet li ġejjin:
l-awtoritajiet rilevanti;
l-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn is-CSD jkun stabbilixxa konnessjonijiet interoperabbli ma’ CSD ieħor minbarra fejn is-CSD jkun stabbilixxa konnessjonijiet interoperabbli msemmija fl-Artikolu 19(5);
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti fejn l-attivitajiet tas-CSD huma ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri skont it-tifsira tal-Artikolu 24(4);
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-parteċipanti tas-CSD li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-akbar valuri ta’ saldu fis-sistema ta’ saldu tat-titoli tas-CSD, fuq bażi aggregata matul perijodu ta’ sena;
l-ESMA; u
l-EBA.
Meta tal-anqas waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4 toħroġ opinjoni motivata negattiva, l-awtorità kompetenti li tixtieq tagħti l-awtorizzazzjoni għandha, fi żmien 30 jum, tipprovdi lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4 b’deċiżjoni motivata li tindirizza l-opinjoni negattiva.
Meta wara 30 jum minn meta tkun ġiet ippreżentata dik id-deċiżjoni xi waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4 toħroġ opinjoni negattiva u l-awtorità kompetenti xorta waħda tkun tixtieq tagħti l-awtorizzazzjoni, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ħarġet opinjoni negattiva tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA għall-assistenza skont il-punt (c) tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Meta l-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta 30 jum wara li ġiet riferuta lill-ESMA, l-awtorità kompetenti li tkun tixtieq tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4.
Meta l-awtorità kompetenti tkun tixtieq tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA.
Opinjonijiet negattivi għandhom jiddikjaraw bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għalfejn ir-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 56
Estensjoni tas-servizzi anċillari ta’ tip bankarju
Artikolu 57
Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni jew miżura ta’ rimedju taħt it-Titolu V, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tas-CSD għandha tirtira l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 54 fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
fejn is-CSD ma jkunx għamel użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament jirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu nominata ma tat l-ebda servizz u lanqas ma tkun wettqet xi attività fis-sitt xhur ta’ qabel;
fejn is-CSD jkun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn;
fejn is-CSD jew l-istituzzjoni ta’ kreditu nominata ma jibqgħux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati għall-għoti tal-awtorizzazzjoni u ma jkunux ħadu l-azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fi żmien stabbilit;
fejn is-CSD jew l-istituzzjoni ta’ kreditu nominata jkunu kisru r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament b’mod serju u sistematiku.
Artikolu 58
Reġistru tas-CSD
L-ESMA għandha tintroduċi t-tagħrif li ġej fir-reġistru li hija meħtieġa tagħmel disponibbli fuq is-sit elettroniku ddedikat tagħha skont l-Artikolu 21(3):
isem kull CSD li kien soġġett għal deċiżjoni skont l-Artikoli 54, 56 u 57;
isem kull istituzzjoni ta’ kreditu nominata;
il-lista tas-servizzi anċillari ta’ tip bankarju li istituzzjoni ta’ kreditu nominata jew CSD awtorizzat skont l-Artikolu 54 hija awtorizzata tipprovdi għall-parteċipanti tas-CSD.
Artikolu 59
Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2), sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-kreditu relatati ma’ dawk is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:
għandha tistabbilixxi qafas robust sabiex tammaniġġja r-riskji ta’ kreditu korrispondenti;
għandha tidentifika s-sorsi ta’ dawn ir-riskji tal-kreditu, spiss u b’mod regolari, tkejjel u twettaq monitoraġġ tal-iskoperturi korrispondenti tal-kreditu u tuża għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskji sabiex tikkontrolla dawk ir-riskji;
għandha tkopri bis-sħiħ l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti għall-parteċipanti mutwatarji individwali billi tuża kollateral u riżorsi finanzjarji ekwivalenti oħrajn;
jekk jintuża kollateral biex jimmaniġġja r-riskju korrispondenti tagħha ta’ kreditu, għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq; tista’ tuża tipi oħra ta’ kollateral f’sitwazzjonijiet speċifiċi jekk jiġi applikat telf impost adatt;
għandha tistabbilixxi u tapplika limiti konservattivi xierqa ta’ telf impost u konċentrazzjoni fuq valuri tal-kollaterali kostitwiti biex ikopru l-iskoperturi tal-kreditu msemmija fil-punt (c), b’kont meħud tal-objettiv li jiġi żgurat li l-kollateral jista’ jiġi likwidat fil-pront mingħajr effetti negattivi sinifikanti fuq il-prezz;
għandha tistipula limiti fuq l-iskoperturi tal-kreditu korrispondenti tagħha;
għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe skopertura tal-kreditu residwa potenzjali, u tadotta regoli u proċeduri biex timplimenta dawn il-pjanijiet;
għandha tipprovdi kreditu biss lil dawk il-parteċipanti li għandhom kontijiet tal-flus kontanti magħha;
għandha tipprevedi proċeduri ta’ rimborż effettiv ta’ kreditu ta’ dakinhar u tiskoraġġixxi l-kreditu ta’ matul l-istess jum permezz tal-applikazzjoni ta’ rati ta’ penali li jservu ta’ deterrent adegwat.
Istituzzjoni ta’ kreditu nominata skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2) jew CSD awtorizzat skont il-punt (a) tal-Artikolu 54(2), sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi li ġejjin għar-riskji tal-likwidità relatati ma’ dawk is-servizzi fir-rigward ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli:
għandu jkollha qafas u għodod robusti sabiex tkejjel, timmonitorja u tammaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum, għal kull munita tas-sistema ta’ saldu ta’ titoli li għaliha hija taġixxi bħala aġent tas-saldu;
għandha tkejjel u twettaq monitoraġġ kontinwament u f’waqtu, mill-inqas kuljum, tal-ħtiġijiet tagħha ta’ likwidità u l-livell tal-assi likwidi li tippossjedi; u meta tagħmel hekk għandha tiddetermina l-valur tal-assi likwidi disponibbli tagħha b’kont meħud tat-telf impost xieraq fuq dawk l-assi;
għandu jkollha riżorsi ta’ likwidità biżżejjed fil-muniti rilevanti kollha għall-forniment ta’ servizzi ta’ saldu f’waqthom taħt firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet potenzjali ta’ stress inkluż, iżda mhux limitat għar-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-anqas wieħed mill-parteċipanti, inklużi l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li hija tkun esposta l-aktar għalih;
għandha timmitiga r-riskji ta’ likwidità korrispondenti b’riżorsi ta’ likwidità kwalifikanti f’kull munita bħal flus kontanti fil-bank ċentrali tal-ħruġ u f’istituzzjonijiet finanzjarji kreditizji oħra, linji ta’ kreditu marbutin jew arranġamenti simili u kollateral jew investimenti likwidi ħafna li jkunu disponibbli minnufih u li jistgħu jiġu konvertiti fi flus kontanti permezz ta’ arranġamenti minn qabel u arranġamenti għal finanzjament affidabbli ħafna, anke f’kondizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli u għandha tidentifika, tkejjel u twettaq monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità tagħha li jiġi mid-diversi istituzzjonijiet finanzjarji użati għall-ġestjoni tar-riskji ta’ likwidità tagħha;
fejn jintużaw arranġamenti ta’ finanzjament prestabbiliti, għandha tagħżel biss istituzzjonijiet finanzjarji kreditizji bħala fornituri ta’ likwidità; għandha tistabbilixxi u tapplika limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa għal kull wieħed mill-fornituri ta’ likwidità korrispondenti inklużi l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
għandha tiddetermina u tivverifika jekk ir-riżorsi korrispondenti humiex biżżejjed permezz ta’ ttestjar tal-istress regolari u rigoruż;
għandha tanalizza u tippjana kif tindirizza kwalunkwe nuqqas mhux previst u potenzjalment mhux kopert fil-likwidità, u tadotta regoli u proċeduri sabiex timplimenta dawn il-pjanijiet;
fejn ikun prattiku u disponibbli, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-bank ċentrali, għandu jkollha aċċess għall-kontijiet tal-bank ċentrali u servizzi oħra tal-bank ċentrali biex issaħħaħ il-ġestjoni tagħha tar-riskji ta’ likwidità u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni għandhom jiddepożitaw il-bilanċi tal-flus kontanti korrispondenti f’kontijiet dedikati f’banek ċentrali emittenti tal-Unjoni;
għandu jkollha arranġamenti prestabbiliti u affidabbli ħafna biex tiżgura li tkun tista’ tillikwida f’waqtu l-kollateral ipprovdut lilha minn klijent inadempjenti;
għandha tirrapporta regolarment lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 60(1), u turi lill-pubblikut kif tkejjel, twettaq monitoraġġ u timmaniġġja r-riskji tal-likwidità tagħha, inklużi r-riskji tal-likwidità matul l-istess jum.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 60
Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u s-CSDs imsemmija f’dak is-subparagrafu fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti prudenzjali msemmija fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jivvalutaw regolarment, u tal-inqas darba fis-sena, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu nominata jew is-CSD awtorizzat biex jipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju jikkonformawx mal-Artikolu 59 u għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tas-CSD li għandha mbagħad tgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) bir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjonijiet ta’ rimedju jew penali, tas-superviżjoni tagħha skont dan il-paragrafu.
L-awtorità kompetenti tas-CSD għandha, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, teżamina u tevalwa mill-inqas darba fis-sena dawn li ġejjin:
fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 54(2), jekk l-arranġamenti kollha meħtieġa bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u s-CSD jippermettulhomx jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stipulati f’dan ir-Regolament;
fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(2), jekk l-arranġamenti dwar l-awtorizzazzjoni biex jingħataw servizzi anċillari tat-tip bankarju jippermettux lis-CSD jissodisfa l-obbligi tiegħu kif stipulati f’dan ir-Regolament.
B’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, l-awtorità kompetenti tas-CSD għandha tgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, bl-eżami u l-evalwazzjoni tagħha skont dan il-paragrafu.
Meta CSD jinnomina istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 54, bil-ħsieb tal-protezzjoni tal-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jiżgura li jkollu aċċess mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jinnomina għat-tagħrif meħtieġ kollu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jirrapporta kwalunkwe ksur lill-awtorità kompetenti tas-CSD u lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
TITOLU V
PENALI
Artikolu 61
Penali amministrattivi u miżuri oħra
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fejn il-ksur imsemmi f’dak is-subparagrafu huwa diġà soġġett għal pieni kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-18 ta’ Settembru 2016. Fejn jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.
Sat-18 ta’ Settembru 2016 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, bi qbil mal-paragrafu 1, li jistabbilixxu pieni kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom darba fis-sena jipprovdu lill-ESMA data anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha magħmula u l-pieni kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika f’rapport annwali data dwar il-pieni kriminali imposti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom skont l-oqfsa nazzjonali tagħhom:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti skont dan ir-Regolament; jew
b’rikors lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Artikolu 62
Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet
Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta penali jew miżura oħra tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew oħra rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jippubblikaw ukoll fuq is-siti web uffiċjali tagħhom tagħrif dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li tiġi imposta penali jew miżura.
Fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti b’segwitu għall-valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa fir-rigward tal-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:
jipposponu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta l-penali jew miżura oħra sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu; jew
jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta l-penali jew miżura oħra fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta penali jew miżura oħra f’każ li l-għażliet mogħtija fil-punti (a) u (b) hawn fuq jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:
li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri meqjusa bħala ta’ natura minuri.
Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali jew miżura oħra fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta għal perijodu raġonevoli jekk jiġi previst li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux ser jibqgħu jeżistu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ESMA b’kull penali amministrattiva imposta iżda mhux ippubblikata f’konformità mal-punt (c) tat-tielet subparagrafu inkluż kwalunkwe appell b’rabta magħha u l-eżitu ta’ dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe piena kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi ta’ data ċentrali ta’ penali ikkomunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 63
Penali għal ksur
Dan l-Artikolu għandu japplika għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:
il-forniment ta’ servizzi msemmija fit-Taqsimiet A, B u C tal-Anness bi ksur tal-Artikoli 16, 25 u 54;
il-kisba tal-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikoli 16 u 54 billi jsiru dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi illegali oħrajn kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 57(1);
nuqqas tas-CSDs milli jżommu l-kapital meħtieġ, bi ksur tal-Artikolu 47(1);
nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi, bi ksur tal-Artikoli 26 sa 30;
nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-regoli tal-kondotta tan-negozju, bi ksur tal-Artikoli 32 sa 35;
nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għas-servizzi tas-CSD, bi ksur tal-Artikoli 37 sa 41;
nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali, bi ksur tal-Artikoli 43 sa 47;
nuqqas tas-CSDs milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-konnessjonijiet tas-CSDs, bi ksur tal-Artikolu 48;
ċaħdiet abbużivi mis-CSDs milli jagħtu tipi differenti ta’ aċċess, bi ksur tal-Artikoli 49 sa 53;
nuqqas tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi relatati mar-riskji fuq il-kreditu, bi ksur tal-Artikolu 59(3);
nuqqas tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi relatati mar-riskji tal-likwidità, bi ksur tal-Artikolu 59(4).
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti, tal-inqas f’każ ta’ ksur imsemmi f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li tal-inqas jimponu l-penali amministrattivi u-miżuri oħra li ġejjin:
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli mill-ksur u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 62;
ordni li tesiġi li l-persuna responsabbli mill-ksur ma tissoktax bil-kondotta u sabiex ma tirrepetix dik il-kondotta;
irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 16 jew 54, f’konformità mal-Artikolu 20 jew 57;
projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju ripetut, permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tkun miżmuma responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali fl-istituzzjoni;
penali pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mill-anqas id-doppju tal-ammonti tal-profitti miksuba b’riżultat ta’ ksur, fejn dawk l-ammonti jistgħu jiġu determinati;
fir-rigward ta’ persuna fiżika, penali pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 5 miljun jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament;
f’każ ta’ persuna ġuridika, penali pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 20 miljun jew sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarju tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat totali annwali rilevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttivi rilevanti tal-Kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija;
Artikolu 64
Applikazzjoni effettiva tal-penali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi jew miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun adatt:
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, pereżempju kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur.
Artikolu 65
Rapportar ta’ ksur
Bħala minimu, il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
proċeduri speċifiċi biex jiġu rċevuti u għall-investigazzjoni ta’ rapporti dwar ksur potenzjali jew reali u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni siguri għal dawk ir-rapporti;
protezzjoni adatta għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw ksur potenzjali jew reali mwettaq fl-istituzzjoni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament inġust bħala minimu;
protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur potenzjali jew reali kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għal ksur skont il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;
protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għal ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri dment li tali żvelar ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.
Tali mezz jista’ wkoll jiġi pprovdut permezz ta’ arranġamenti previsti mill-imsieħba soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni kif msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2.
Artikolu 66
Id-dritt tal-appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħudin f’konformità ma’ dan ir-Regolament ikunu motivati tajjeb u soġġetti għal ta’ appell quddiem tribunal. Id-dritt ta’ appell quddiem tribunal għandu japplika meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fir-rigward ta’ applikazzjoni, fi żmien sitt xhur minn meta tiġi ppreżentata, għal awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.
TITOLU VI
DELEGA TA’ SETGĦAT, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI, TA’ EMENDA U FINALI
Artikolu 67
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 68
Proċedura ta’ Kumitat
Artikolu 69
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Artikolu 70
Emendi għad-Direttiva 98/26/KE
Id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
it-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
nominati, mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet oħrajn aktar rigorużi ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti mil-liġi nazzjonali, bħala sistema u notifikati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli, wara li dak l-Istat Membru jkun issodisfat rigward l-adegwatezza tar-regoli tas-sistema.”.
fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:
Artikolu 71
Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 2(1), il-punt (o) huwa sostitwit b’dan li ġej:
CSDs ħlief kif previst fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).
fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt li ġej:
‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ jew ‘CSD’ tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.”;
fit-Taqsima B tal-Anness I il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1) Il-ħarsien u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-kont tal-klijenti, inklużi l-kustodja u servizzi relatati bħall-ġestjoni ta’ flus fil-pront/kollaterali u esklużi l-forniment u ż-żamma tal-kontijiet ta’ titoli fl-ogħla livell (‘servizz ta’ manutenzjoni ċentrali’) imsemmija fil-punt (2) tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2014. ( *2 )”.
Artikolu 72
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 236/2012
L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 huwa mħassar.
Artikolu 73
L-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
Is-CSDs awtorizzati skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni taħt id-Direttiva 2014/65/UE biex jipprovdu s-servizzi elenkati espliċitament fit-Taqsimiet A u B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Meta CSD awtorizzat skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi servizz ta’ investiment wieħed jew aktar jew iwettaq attività ta’ investiment waħda jew aktar b’żieda mal-għoti tas-servizzi elenkati espliċitament fit-Taqsimiet A u B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 sa 8, l-Artikolu 9(1), (2), (4) u (6) u l-Artikoli 10 sa 13 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom japplikaw.
Artikolu 74
Rapporti
L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mal-EBA u l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti, tissottometti rapporti annwali lill-Kummissjoni li jipprovdu valutazzjonijiet tax-xejriet, riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet, u fejn meħtieġ, rakkomandazzjonijiet għal azzjoni preventiva u ta’ rimedju fis-swieq tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu tal-anqas evalwazzjoni ta’ li ġej:
l-effiċjenza tas-saldu għall-operazzjonijiet domestiċi u transkonfinali għal kull Stat Membru bbażata fuq l-għadd u l-volum ta’ nuqqas ta’ saldu, l-ammont ta’ penali msemmija fl-Artikolu 7(2), l-għadd u l-volum ta’ tranżazzjonjiet ta’ xiri sfurzat imsemmija fl-Artikolu 7(3) u (4) u kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor;
l-adegwatezza tal-penali għal nuqqas ta’ saldu, b’mod partikolari l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà dwar il-penali għal nuqqas ta’ saldu b’rabta mal-istrumenti finanzjarji illikwidi msemmija fl-Artikolu 7(4);
kejl ta’ saldu li ma jseħħx fis-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs abbażi tal-għadd u l-volum ta’ tranżazzjonijiet abbażi tal-informazzjoni rċevuta taħt l-Artikolu 9 u kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor;
il-forniment ta’ servizzi transkonfinali koperti minn dan ir-Regolament abbażi tal-għadd u t-tip ta’ konnessjonijiet tas-CSDs, l-għadd ta’ parteċipanti barranin fis-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs, l-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu tali parteċipanti, l-għadd ta’ emittenti barranin li jirreġistraw it-titoli tagħhom f’CSD skont l-Artikolu 49 u kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor;
it-trattament tat-talbiet għal aċċess fl-Artikoli 49, 52 u 53 biex tidentifika r-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talbiet għal aċċess minn CSDs, CCPs u ċentri ta’ negozjar, ix-xejriet jekk ikun hemm ta’ dawk iċ-ċaħdiet u l-modi kif ir-riskji identifikati jistgħu jittaffew fil-ġejjieni sabiex l-aċċess ikun jista’ jingħata, u kwalunkwe ostaklu materjali ieħor għall-kompetizzjoni f’servizzi finanzjarji ta’ wara n-negozjar;
it-trattament tal-applikazzjonijiet ippreżentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23(3) sa (7) u l-Artikolu 25(4) sa (10);
fejn japplika, is-sejbiet tal-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għas-superviżjoni transkonfinali fl-Artikolu 24(6) u jekk il-frekwenza ta’ dawk l-evalwazzjonijiet tistax titnaqqas fil-ġejjieni, inkluż indikazzjoni ta’ jekk dawk is-sejbiet jindikawx il-ħtieġa għal kulleġġi ta’ superviżuri aktar formali;
l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ responsabbiltà ċivili tal-Istati Membri b’rabta mat-telf attribwibbli lis-CSDs;
il-proċeduri u l-kondizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni sabiex is-CSDs jinnominaw istituzzjonijiet ta’ kreditu jew jipprovdu lilhom infushom servizzi anċillari ta’ tip bankarju skont l-Artikoli 54 u 55, inkluż valutazzjoni tal-effetti li dak il-provvediment jista’ jkollu fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-kompetizzjoni għas-saldu u s-servizzi anċillari ta’ tip bankarju fl-Unjoni;
l-applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 38 dwar il-protezzjoni tat-titoli tal-parteċipanti u dawk tal-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk fl-Artikolu 38(5);
l-applikazzjoni tal-penali u b’mod partikolari l-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tal-penali amministrattivi stabbiliti għall-ksur tar-rekwiżiti stipulati f’ dan ir-Regolament.
Artikolu 75
Rieżami
Sat-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tħejji rapport ġenerali dwar dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-materji msemmija fil-punti (a) sa (k) tal-Artikolu 74(1), jekk hemmx ostakoli sostantivi oħra għall-kompetizzjoni b’rabta mas-servizzi soġġetti għal dan ir-Regolament li mhumiex indirizzati biżżejjed u l-bżonn potenzjali ta’ aktar miżuri li jillimitaw l-impatt tan-nuqqas tas-CSDs fuq il-kontribwenti tat-taxxa. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.
Artikolu 76
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ ta’ ċentru tan-negozjar li għandu aċċess għal CSD msemmi fl-Artikolu 30(5), l-Artikolu 5(2) għandu japplika tal-anqas sitt xhur qabel tali CSD jesternalizza l-attivitajiet tiegħu lill-entità pubblika rilevanti, u fi kwalunkwe każ mill-1 ta’ Jannar 2016.
MTF li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun soġġetta għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament:
sad-determinazzjoni finali tal-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/65/UE; jew
fejn MTF ma applikatx għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/65/UE, sat- ►M1 13 ta' Ġunju 2018 ◄ .
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
LISTA TA’ SERVIZZI
TAQSIMA A
Servizzi ewlenin tad-depożitorji ċentrali tat-titoli
1. Ir-reġistrar inizjali tat-titoli f’sistema ta’ entrata fil-kotba (‘servizz notarili’);
2. Il-forniment u ż-żamma ta’ kontijiet ta’ titoli fl-ogħla grad (‘servizz ta’ manutenzjoni ċentrali’);
3. It-tħaddim ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli (‘servizz ta’ saldu’).
TAQSIMA B
Servizzi anċillari mhux ta’ tip bankarju tas-CSDs li ma jinvolvux riskju ta’ kreditu jew ta’ likwidità
Servizzi pprovduti minn CSDs li jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-swieq tat-titoli, li jistgħu jinkludu iżda li mhumiex ristretti għal:
Servizzi relatati mas-servizz ta’ saldu, bħal:
L-organizzazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ self ta’ titoli, bħala aġent fost il-parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli;
Il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral, bħala aġent għall-parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli;
Tqabbil tas-saldu, twassil tal-istruzzjonijiet, konferma tan-negozju, verifika tan-negozju.
Servizzi relatati mas-servizzi notarili u ta’ manutenzjoni ċentrali, bħal:
Servizzi relatati mar-reġistri tal-azzjonisti;
L-appoġġ għall-ipproċessar ta’ azzjonijiet korporattivi, inklużi servizzi ta’ taxxa, laqgħat ġenerali u tagħrif;
Servizzi ta’ ħarġiet ġodda, inklużi l-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-kodiċijiet ISIN (International Securities Identification Number) u kodiċijiet simili;
Twassil tal-istruzzjonijiet u pproċessar, ġbir ta’ tariffi u pproċessar u rapportar relatat.
L-istabbiliment ta’ konnessjonijiet ta’ CSD, il-forniment, iż-żamma jew it-tħaddim ta’ kontijiet ta’ titoli relatati mas-servizz ta’ saldu, il-ġestjoni tal-kollateral, servizzi anċillari oħrajn.
Servizzi oħrajn, bħal:
Il-forniment ta’ servizzi ġenerali ta’ ġestjoni ta’ kollateral bħala agent;
Il-forniment ta’ rapportar regolari;
Il-forniment ta’ informazzjoni, data u statistika għall-uffiċċji tas-suq/taċ-ċensiment jew għal entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħra;
Il-forniment ta’ servizzi tal-IT.
TAQSIMA C
Servizzi anċillari ta’ tip bankarju
Is-servizzi ta’ tip bankarju direttament relatati ma’ servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B, bħal:
Il-forniment ta’ kontijiet ta’ flus kontanti lil, u l-aċċettazzjoni ta’ depożiti minn, parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli u detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli, skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE;
Il-forniment ta’ kreditu ta’ flus kontanti għar-rimborż mhux iktar tard mill-jum ta’ xogħol segwenti, it-tislif ta’ flus kontanti għal prefinanzjament ta’ azzjonijiet korporattivi u t-tislif ta’ titoli lil detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli, skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE;
Servizzi ta’ pagament li jinvolvu l-ipproċessar ta’ flus kontanti u tranżazzjonijiet ta’ kambju f’munita barranija, skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE;
Garanziji u impenji b’rabta ma’ tislif u self ta’ titoli, skont it-tifsira tal-punt 6 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE;
Attivitajiet tat-teżor li jinvolvu l-kambju f’munita barranija u titoli trasferibbli b’rabta mal-ġestjoni ta’ bilanċi twal tal-parteċipanti, skont it-tifsira tal-punti 7(b) u (e) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE.
( 1 ) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
( 2 ) Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
( 3 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
( 4 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29).
( 5 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).
( *1 ) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;
( *2 ) Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament.