02014R0808 — MT — 18.07.2022 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 227 31.7.2014, p. 18) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/669 tat-28 ta' April 2016 |
L 115 |
33 |
29.4.2016 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1997 tal-15 ta' Novembru 2016 |
L 308 |
5 |
16.11.2016 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1077 tat-30 ta' Lulju 2018 |
L 194 |
44 |
31.7.2018 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/936 tas-6 ta' Ġunju 2019 |
L 149 |
58 |
7.6.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1009 tal-10 ta’ Lulju 2020 |
L 224 |
1 |
13.7.2020 |
|
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/73 tas-26 ta’ Jannar 2021 |
L 27 |
9 |
27.1.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1227 tal-15 ta’ Lulju 2022 |
L 189 |
12 |
18.7.2022 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014
tas-17 ta’ Lulju 2014
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp rurali, proċeduri u skedi ta’ żmien għall-approvazzjoni u l-emenda ta’ programmi tal-iżvilupp rurali u oqfsa nazzjonali, il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali, l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-programmi tal-iżvilupp rurali, l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u r-rapportar.
Artikolu 2
Il-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali
Il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali kif inhu stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni bla limitu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tal-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tiġi stabbilita skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-adozzjoni ta’ oqfsa nazzjonali
L-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu adottati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 4
Emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali
Il-proposti biex jiġu emendati l-programmi tal-iżvilupp rurali u l-programmi speċifiċi għat-twaqqif u l-operat ta’ netwerks rurali nazzjonali għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:
it-tip ta’ emenda li qed tiġi proposta;
ir-raġunijiet u/jew il-problemi fl-implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda;
l-effetti mistennija tal-emenda;
l-impatt tal-bidla fuq l-indikaturi.
▼M6 —————
Għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ emendi kkombinati:
tista’ tiġi sottomessa proposta waħda għal emenda kull sena kalendarja u għal kull programm, bl-eċċezzjoni tas-sena 2025 f’liema sena tista’ tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għall-emendi li jikkonċernaw b’mod esklussiv l-adattament tal-pjan ta’ finanzjament, inkluż kwalunkwe tibdil li jirriżulta fil-pjan indikatur;
jistgħu jiġu sottomessi tliet proposti addizzjonali għal emenda għal kull programm tul il-perjodu ta’ programmazzjoni.
L-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ma japplikax:
f’każ li jridu jittieħdu miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi rikonoxxuti formalment mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u għal għarrieda fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u għal għarrieda li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta’ refuġjati. Meta emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19 tingħaqad ma’ emendi mhux marbuta mal-kriżi, dan is-subparagrafu għandu japplika għall-emendi kkombinati kollha, diment li l-proposta għal emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali tintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021. Meta emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali b’rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna tingħaqad ma’ emendi mhux marbuta ma’ dan l-avveniment, dan is-subparagrafu għandu japplika għall-emendi kkombinati kollha, diment li l-proposta għal emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali tintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2023;
f’każ li hija meħtieġa emenda wara bidla fil-qafas legali tal-Unjoni, inkluża bidla relatata mal-estensjoni tad-durata tal-programmi tal-iżvilupp rurali jew bidla relatata mad-disponibbiltà tar-riżorsi addizzjonali għall-irkupru tas-settur agrikolu tal-Unjoni u taż-żoni rurali skont ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
wara l-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
f'każ ta' bidla fil-kontribuzzjoni ppjanata tal-FAEŻR għal kull sena msemmija fl-Artikolu 8(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tirriżulta minn żviluppi marbuta mat-tqassim annwali ta' kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 58(7) ta' dak ir-Regolament; l-emendi proposti jistgħu jinkludu bidliet konsegwenzjali fid-deskrizzjoni tal-miżuri;
f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni ta' strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; jew
f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni tad-delimitazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Tipi oħra ta’ emendi ta’ programmi għandhom jitressqu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 5
Emenda tal-oqfsa nazzjonali
Wara li tapprova l-emendi msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadatta l-pjanijiet ta’ finanzjament msemmijin fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-programmi kkonċernati mat-tabella riveduta, diment li:
ma tinbidilx il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull programm tul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni;
ma tinbidilx l-allokazzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;
ma jinbidilx it-tqassim annwali tal-programm għas-snin ta’ qabel is-sena ta’ reviżjoni;
tiġi rispettata l-allokazzjoni annwali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;
it-total ta’ finanzjament mill-FAEŻR għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima kif stipulat fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa rrispettat.
Artikolu 6
Transferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni
B’rabta mas-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistipulaw li:
il-perjodu ta’ validità tal-kupuni jew l-ekwivalenti ma jistax jaqbeż is-sena;
ir-regoli biex jinkisbu l-kupuni jew l-ekwivalenti, b’mod partikolari, għandhom ikunu marbutin ma’ azzjoni speċifika;
id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-kupuni jistgħu jiġu rimburżati lil min jipprovdi azzjoni ta’ taħriġ jew trasferiment ta’ għarfien u informazzjoni.
▼M3 —————
Artikolu 8
Pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju
▼M3 —————
Artikolu 9
Artikolu 10
Suppożizzjoni standard tal-kostijiet addizzjoni u tad-dħul mitluf
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli u l-pagamenti korrispondenti msemmijin fil-paragrafu 1:
jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli;
ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa;
jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati;
ikunu diffrenzjati biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-siti reġjonali jew lokali u l-użu proprju tal-art, fejn dan ikun applikabbli;
ma jinkludux elementi marbutin mal-kostijiet tal-investimenti.
Artikolu 11
Kombinament ta’ impenji u kombinament ta’ miżuri
Artikolu 12
Netwerk rurali nazzjonali
Artikolu 13
Informazzjoni u pubbliċità
Artikolu 14
Sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni
Is-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tinkludi l-elementi li ġejjin:
loġika ta’ intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta’ fokus u l-miżuri;
sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi li għandhom jintużaw għat-twaqqif ta’ miri kwantifikati b’rabta ma’ oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali u sett ta’ indikaturi predefiniti għall-analiżi tal-prestazzjoni;
kwistjonijiet komuni ta’ evalwazzjoni, kif stipulat fl-Anness V;
il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-dejta;
rapportar regolari dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;
il-pjan ta’ evalwazzjoni;
l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-attivitajiet l-oħrajn kollha ta’ evalwazzjoni marbuta mal-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti miżjudin tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-2017 u l-2019 li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
appoġġ li jippermetti l-atturi kollha responsabbli mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom.
Artikolu 15
Rapport annwali ta’ implimentazzjoni
Il-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 hija stabbilita fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Pjan ta’ Evalwazzjoni
Ir-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma stipulati fil-punt 9 tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PARTI 1
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali
1. Titlu tal-programm tal-iżvilupp rurali (PŻR)
2. Stat Membru jew reġjun amministrattiv
Żona ġeografika koperta mill-programm.
Klassifikazzjoni tar-reġjun.
3. Evalwazzjoni ex ante
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Deskrizzjoni tal-proċess, inklużi t-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali u r-rapporti intermedjarji b’rabta mal-istadji ewlenin tal-iżvilupp tal-PŻR.
Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex ante komplut (inklużi r-rekwiżiti tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (“SEA” - Strategic Environmental Assessment) għandu jinhemeż mal-PŻR.
4. Preġji, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“SWOT” - Strengths, weaknesses, opportunities and threats) u identifikazzjoni tal-bżonnijiet
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Analiżi SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni attwali tal-qasam ta’ programmazzjoni, ibbażata fuq indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u fuq informazzjoni kwalitattiva aġġornata oħra;
il-preġji identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;
id-dgħufijiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;
l-opportunitajiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;
it-theddid identifikat fil-qasam ta’ programmazzjoni;
tabella strutturata li tinkludi d-dejta għall-indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi.
Valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq evidenza mill-analiżi SWOT, għal kull prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (minn hawn ‘il quddiem “prijorità”) u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ta’ Natura 2000 skont il-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzat ( 2 ), il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni).
5. Deskrizzjoni tal-istrateġija
Ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati mill-PŻR, u l-għażla ta’ objettivi, prijoritajiet, oqsma ta’ fokus u t-twaqqif tal-miri abbażi ta’ evidenza mill-analiżi SWOT u mill-valutazzjoni tal-bżonnijiet. Fejn ikun relevanti, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi inklużi fil-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha turi b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(i) u (iv) tar-Regolament (EU) Nru 1305/2013.
Il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji meta mqabblin mal-miri stabbiliti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u l-ġustifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet imsemmijin fil-punt (a).
Deskrizzjoni ta’ kif ikunu ser jiġu indirizzati l-objettivi trasversali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għall-PŻR, il-miri kkwantifikati, u t-taħlit tal-miżuri li għandhom jintużaw biex jintlaħqu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tiġi ġġenerata b’mod awtomatiku mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tas-sistema elettronika tal-iskambju tad-dejta (“SFC2014”) imsemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 ( 3 ).
Deskrizzjoni tal-kapaċità konsultattiva biex jiġi żgurat li jingħataw pariri u appoġġ adegwati għar-rekwiżiti regolatorji u għall-azzjonijiet marbutin mal-innovazzjoni biex jintwerew il-miżuri meħudin kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
6. |
Valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante li jinkludu t-tabelli strutturati li ġejjin:
(a)
Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikabbiltà tal-kundizzjonalitajiet ex ante.
(b)
Għal kull kundizzjonalità applikabbli ex ante ġenerali u marbuta mal-prijoritajiet, f’tabella waħda:
(i)
valutazzjoni ta’ jekk intlaħqitx u;
(ii)
lista ta’ prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u miżuri li għalihom tapplika l-kundizzjonalità. Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u l-miżuri ta’ relevanza partikolari għal kull kundizzjonalità ex ante hija stipulata fil-Parti 4;
(iii)
lista tal-kriterji relevanti, kif ukoll valutazzjoni ta’ jekk dawn intlaħqux;
(iv)
referenzi għall-istrateġiji, l-atti legali jew dokumenti relevanti oħra, inklużi referenzi għat-taqsimiet relevanti, l-artikli li jiddokumentaw it-twettiq ta’ kriterju partikolari.
(c)
Żewġ tabelli separati, waħda għall-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli ġenerali u l-oħra għal dawk marbutin mal-prijoritajiet li totalment ma ġewx issodisfati jew li ma ġewx issodisfati parzjalment, u dawn iż-żewġ tabelli jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(i)
identifikazzjoni tal-kriterji mhux milħuqin;
(ii)
l-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jintlaħaq kull wieħed minn dawk il-kriterji;
(iii)
l-iskadenzi għal dawn l-azzjonijiet; u
(iv)
il-korpi responsabbli biex dawn jintlaħqu. |
7. |
Deskrizzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI msemmijin fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(a)
Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar l-għażla tal-indikaturi kif inhu stipulat fl-Artikolu 14(2), tal-kisbiet ewlenin, tal-istadji prinċipali tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni. It-tfassil tal-miri għandu jiġi ġġustifikat mill-istrateġija, skont il-punt 5(a).
(b)
Tabella li għal kull prijorità tistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni, u għal kull indikatur:
(i)
miri għall-2025. Il-miri ma għandhomx iqisu l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fil-punt 12, u l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ finanzjament addizzjonali kif imsemmi fil-punt 13 u r-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
(ii)
il-kisbiet ewlenin għall-2018 ibbażati fuq il-miri. F’każ li l-ammont totali tal-ammont tal-FAEŻR allokat għar-riżerva ta’ prestazzjoni jkun differenti mid-distribuzzjoni prorata ( 4 ) tal-allokazzjoni nazzjonali totali tar-riżerva ta’ prestazzjoni tal-FAEŻR fil-ftehim ta’ sħubija għall-programmi nazzjonali u reġjonali kollha, bl-eċċezzjoni tal-programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi speċifiċi għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ġustifikazzjoni tal-ammont tal-allokazzjoni għar-riżerva ta’ prestazzjoni. |
8. |
Deskrizzjoni tal-miżuri magħżulin
(1) Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inklużi, meta jkun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, użu previst għall-istrumenti finanzjarji, użu previst għall-avvanzi u dispożizzjonijiet komuni għall-investimenti, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Fejn relevanti, il-lista ta’ taħlitiet permessi ta’ impenji msemmijin fl-Artikolu 11(1) għandha tkun mehmuża mal-PŻR. (2) Deskrizzjoni skont il-miżura li tinkludi:
(a)
bażi legali.
(b)
deskrizzjoni ġenerali tal-miżura li tinkludi l-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribut għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.
(c)
il-kamp ta’ applikazzjoni, il-livell ta’ appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta’ operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta’ operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, deskrizzjoni tat-tip ta’ strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli u l-livell massimu ta’ appoġġ. Għandha tingħata deskrizzjoni separata għal miżuri jew partijiet ta’ miżuri ffinanzjati mir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
(d)
deskrizzjoni tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u/jew tat-tipi ta’ operazzjonijiet:
(i)
ir-riskju/i fl-implimentazzjoni tal-miżuri u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet;
(ii)
l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni;
(iii)
il-valutazzjoni ġenerali tal-miżura u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet. Għall-miżura skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. id-deskrizzjoni għandha tinkludi tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-metodi tal-verifika u l-kontroll tagħhom.
(e)
deskrizzjoni speċifika għal kull miżura u/jew tip ta’ operazzjoni kif jidher hawn taħt: 1. Azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni (Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni tal-kapaċitajiet xierqa tal-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari;
—
definizzjoni tat-tul taż-żmien u l-kontenut ta’ skemi ta’ skambju tal-farms u tal-foresti u taż-żjarat kif stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.
2. Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-farms u servizzi ta’ solliev għall-farms (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
prinċipji ġenerali biex jiġu żgurati riżorsi xierqa fil-forma ta’ persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-qasam tal-konsulenza. Identifikazzjoni tal-elementi li l-konsulenza tkun ser tkopri.
3. Skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
indikazzjoni ta’ skemi ta’ kwalità eliġibbli, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-farms, għall-prodotti agrikoli, il-qoton u l-oġġetti tal-ikel rikonoxxuti fil-livell nazzjonali u konferma li dawn l-iskemi ta’ kwalità ikunu qed jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
indikazzjoni ta’ skemi fakultattivi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli eliġibbli li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri li jissodisfaw il-linji gwida tal-Unjoni dwar l-aħjar prattika.
4. Investmenti f’assi fiżiċi (Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni ta’ investimenti mhux produttiviti;
—
definizzjoni ta’ investimenti kollettivi;
—
definizzjoni ta’ proġetti integrati;
—
definizzjoni u identifikazzjoni tas-siti eliġibbli ta’ Natura 2000 u żoni eliġibbli oħrajn ta’ valur naturali għoli;
—
deskrizzjoni tal-appoġġ immirat lejn l-farms f’konformità mal-analiżi SWOT imwettqa b’rabta mal-prijorità stipulata fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
lista ta’ rekwiżiti ġodda imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jekk jintlaħqu jingħata appoġġ skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
—
fejn relevanti, l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika msemija fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;
—
fejn relevanti, definizzjoni tal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.
5. Żvilupp tal-ażjendi agrikoli u tan-negozji (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni ta' farm żgħir imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
definizzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-punt(i) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (“data ta' stabbiliment”);
—
definizzjoni tal-livelli limiti superjuri u inferjuri kif stipulat fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
kundizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ meta ma jkunux qed iwaqqfu n-negozju bħala kapijiet waħedhom ta' azjenda f'konformità mal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;
—
informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-perjodu tal-grazzja kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;
—
sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju;
—
użu tal-possibbiltà li miżuri differenti jintużaw flimkien permezz tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju biex il-bidwi żgħażugħ jingħata aċċess għal dawk il-miżuri;
—
l-oqsma tad-diversifikazzjoni koperti.
6. Servizzi bażiċi u żvelar tal-irħula f’żoni rurali (Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Definizzjoni ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, inkluża infrastruttura tat-turiżmu fuq skala żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
jekk tkun applikabbli, deroga speċifika li tippermetti li jingħata appoġġ lil infrastruttura fuq skala akbar għal investiment fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli;
—
l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika kif inhu stipulat fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;
—
definizzjoni tal-livelli limitu stipulati fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.
7. Investimenti fl-iżviupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ser isir kundizzjonali għas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;
—
definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”.
Tisġir u ħolqien ta’ msaġar
—
Identifikazzjoni tal-ispeċijiet, iż-żoni u l-metodi li għandhom jintużaw sabiex jiġi evitat tisġir mhux xieraq kif stipulat fl-Artikolu 6(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014, inkluża d-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żoni li fihom huwa previst tisġir kif stipulat fl-Artikolu 6(b) ta’ dak ir-Regolament;
—
definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi kif stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru Nru 807/2014.
Twaqqif ta’ sistemi agroforestali
—
Speċifikazzjoni tan-numru minimu u massimu ta’ siġar li għandhom jitħawlu u, meta jkunu maturi, li jridu jinżammu, għal kull ettaru u l-ispeċijiet forestali li jridu jintużaw kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
indikazzjoni tal-benefiċċji ambjentali mistennija tas-sistemi appoġġjati.
Prevenzjoni u restawr ta’ ħsara kkawżata minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi
—
Fejn ikun relevanti, lista tal-ispeċijiet ta’ organiżmi dannużi għall-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru;
—
identifikazzjoni taż-żoni forestali klassifikati li huma f’riskju medju sa għoli ta’ nirien forestali skont il-pjan relevanti ta’ protezzjoni tal-foresti;
—
f’każ ta’ azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw il-pesti u l-mard, deskrizzjoni ta’ okkorrenza ta’ diżastru relevanti, appoġġjata minn evidenza xjentifika, inklużi, fejn xierqa, rakkomandazzjonijiet fuq l-indirizzar ta’ pesti u mard mingħand organizzazzjonijiet xjentifiċi.
Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali
—
Definizzjoni tat-tipi ta’ investimenti eliġibbli u r-riżultat ambjentali mistenni tagħhom u/jew il-valur tal-kumdità pubblika.
8. Twaqqif ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi (Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Deskrizzjoni tal-proċedura uffiċjali għar-rikonoxximent tal-gruppi u l-organizzazzjonijiet.
9. Agrikoltura-ambjent-klima (Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi tax-xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stabbiliti skont l-Artikolu 4(1) (c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u tal-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;
—
ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, il-Kodiċijiet ta’ Prattika Tajba introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (
7
) għall-farms li jkunu barra żoni vulnerabbli għan-nitrat, u r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tniġġis mill-fosfru; ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, prinċipji ġenerali għall-ġestjoni integrata tal-pesti mdaħħlin bid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
), rekwiżiti li jkollok liċenzja biex tuża l-prodotti u tilħaq l-obbligi tat-taħriġ, rekwiżiti dwar il-ħżin sikur, l-iċċekkjar tal-makkinarju ta’ applikazzjoni u regoli dwar l-użu ta’ pestiċidi qrib l-ilma u siti sensittivi oħrajn, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali,
—
tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-prattiki tal-biedja relevanti tas-soltu, u l-elementi relevanti tal-livell ta’ referenza (elementi tal-linja bażi), jiġifieri kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-pestiċidi, rekwiżiti nazzjonali/reġjonali relevanti oħrajn, u attivitajiet minimi.
—
lista ta’ razez lokali li huma f’periklu li jinqerdu mill-biedja u tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mheddin mill-erożjoni ġenetika;
—
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn użat bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul predefinit li jirriżulta mill-impenn li jkun sar u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
10. Biedja organika (Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;
—
Deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn meħud u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
11. Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Water Framework Directive - “WFD”) (Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
għal Natura 2000: iż-żoni magħżulin biex jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (
9
) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-obbligi għall-bdiewa li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni nazzjonali u/jew reġjonali korrispondenti;
—
f’każ li żoni ta’ protezzjoni tan-natura delimitati oħrajn b’restrizzjonijiet ambjentali jingħażlu sabiex jingħataw appoġġ fi ħdan din il-miżura, speċifikazzjoni tas-siti u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE;
—
għall-pagamenti tad-WFD: definizzjoni tal-bidliet ewlenin fit-tip ta’ użu tal-art u deskrizzjoni tar-rabtiet mal-programmi ta’ miżuri tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) (“WFD”);
—
identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ bażi; għall-pagamenti ta’ Natura 2000, dan għandu jinkludi l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 94 u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; għall-pagamenti tad-WFD dan għandu jinkludi standards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi kif stabbilit skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
—
indikazzjoni tar-rabta bejn l-implimentazzjoni tal-miżura u l-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata (Art 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE);
—
identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet/żvantaġġi li abbażi tagħhom jistgħu jingħataw il-pagamenti u indikazzjoni tal-prattiki obbligatorji;
—
id-deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet agronomiċi, inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u fl-Artikolu 30(4) ta’ dak ir-Regolament għad-Direttiva WFD użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u tal-WFD; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tikkunsidra l-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent mogħtijin skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju.
12. Pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi (Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni tal-livell ta’ limitu massimu ta’ erja għal kull azjenda li abbażi tagħha l-Istat Membru jikkalkola d-degressività tal-pagamenti;
Deżinjazzjoni ta’ żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi
—
deskrizzjoni tal-livell tal-unitajiet lokali applikat għad-deżinjazzjoni taż-żoni;
—
deskizzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu, inklużi l-kriterji msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-delimitazzjoni tat-tliet kategoriji għaż-żoni msemmijin f’dak l-Artikolu, inklużi d-deskrizzjoni u r-riżultati tal-eżerċizzju għall-irfinar għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi, barra miż-żoni muntanjużi.
13. It-trattament xieraq tal-annimali (Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
definizzjoni u identifikazzjoni tar-rekwiżiti nazzjonali u tal-Unjoni li jikkorrispondu għall-istandards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
—
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi/żootekniċi, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użata bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul predeterminat li jirriżulta mill-impenn li jsir.
14. Servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ikun kundizzjonali fuq is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti;
—
definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”;
—
identifikazzjoni tar-rekwiżiti obbligatorji relevanti stabbiliti bl-att dwar il-foresti nazzjonali jew leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti oħra;
—
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn li jsir.
15. Kooperazzjoni (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, ir-raggruppamenti, in-netwerks, il-ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali.
16. Ġestjoni tar-riskju (l-Artikoli 36 sa 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex jiġi żgurat li ma jingħatax kumpens żejjed.
Assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti
—
Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet biex il-kuntratti ta’ assigurazzjoni jkunu eliġibbli għall-appoġġ, għandha tinkludi tal-inqas:
(a)
ir-riskji partikolari koperti mill-assigurazzjoni,
(b)
it-telf ekonomiku partikolari kopert;
—
ir-regoli li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet.
Fondi mutwi għall-avvenimenti klimatiċi avversi, il-mard tal-annimali u tal-pjanti, l-infestazzjonijiet ta’ pesti u għall-inċidenti ambjentali
—
Prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwatarji, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(a)
il-lista ta’ avvenimenti klimatiċi ħżiena, mard tal-pjanti jew tal-annimali, infestazzjonijiet tal-pesti jew inċidenti ambjentali li jistgħu jirriżultaw f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa, inkluż l-ambitu ġeografiku fejn dan ikun xieraq,
(b)
il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk avveniment partikolari jkunx ser jirriżulta f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa,
(c)
il-metodi biex jiġu kkalkolati l-kostijiet addizzjonali li jikkostitwixxu telf ekonomiku,
(d)
il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,
(e)
il-metodu li għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet,
(f)
kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;
—
fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien massimu u minimu tas-self kummerċjali.
Għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul
—
Il-prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, biex jingħataw pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(g)
il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,
(h)
ir-regoli li jridu jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-kalkolu tat-tnaqqis fid-dħul,
(i)
kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;
—
fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali.
17. Żvilupp lokali bl-inzjattiva tal-Komunità (LEADER) (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
—
deskrizzjoni tal-iżvilupp lokali obbligatorju mmexxi mill-komunità (minn hawn ‘il quddiem “CLLD” - “community-led local development”) li elementi minnu jikkostitwixxu l-miżura LEADER: appoġġ preparatorju, implimentazzjoni tal-operazzjonijiet skont l-istrateġija ta’ CLLD, preparazzjoni u implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali (minn hawn ‘il quddiem: local action group - “LAG”), il-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni, stipulati fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
—
deskrizzjoni tal-użu tal-kitt ta’ bidu LEADER kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 bħala tip speċifiku ta’ appoġġ preparatorju, jekk ikun relevanti;
—
deskrizzjoni tas-sistema għall-applikazzjoni kontinwa tal-proġetti ta’ kooperazzjoni LEADER kif inhu stipulat fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
—
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien sabiex jintgħażlu strateġiji ta’ żvilupp lokali;
—
ġustifikazzjoni tal-għażla taż-żoni ġeografiċi għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp lokali li l-popolazzjoni tagħhom taqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
—
koordinazzjoni ma’ Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment oħrajn (minn hawn ‘il quddiem “ESI” - “European Structural and Investment”) fir-rigward tas-CLLD, inkluża soluzzjoni possibbli applikata fir-rigward tal-użu tal-għażla tal-fond prinċipali, u kwalunkwe komplimentarjetà globali bejn il-Fondi tal-ESI fil-finanzjament tal-appoġġ preparatorju;
—
il-possibbiltà li jitħallsu jew ma jitħallsux avvanzi;
—
definizzjoni tal-kompiti tal-Awtorità Maniġerjali, l-aġenzija tal-pagamenti u l-LAGs skont LEADER, partikolarment fir-rigward ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti u kriterji oġġettivi għall-għażla tal-operazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 34(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
—
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi kkoordinati previsti u l-komplimentaritajiet żgurati b’operazzjonijiet appoġġjati permezz ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali oħrajn, partikolarment fir-rigward ta’:
—
investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli u għajnuna għal negozji fil-bidu tagħhom skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013,
—
investimenti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u
—
kooperazzjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, partikolarment l-implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali minn sħubijiet pubbliċi privati.
|
9. |
Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (1) Objettivi u skop Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażat fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni PŻR tkun disponibbli. (2) Governanza u koordinazzjoni Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-PŻR, b’identifikazzjoni tal-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-PŻR f’termini ta’ kontenut u twaqqit. (3) Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni antiċipati inkluż, iżda mhux limitat, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri:
(a)
l-attivitajiet prinċipali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni ta’ kull prijorità tal-PŻR tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-objettivi tal-iżvilupp stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, valutazzjoni tal-valuri indikattivi tar-riżultati u tal-impatti, analiżi tal-effetti netti, kwistjonijiet tematiċi, inklużi sottoprogrammi, kwistjonijiet trasversali, netwerk rurali nazzjonali, kontribut tal-istrateġiji CLLD;
(b)
appoġġ ippjanat għal evalwazzjoni fil-livell tal-LAGs;
(c)
elementi speċifiċi għall-programmi bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati l-metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi. (4) Dejta u informazzjoni Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, tiġġestixxi u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR u l-għoti ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fil-ħin propizju. (5) Skeda ta’ żmien Punti prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-waqt propizju. (6) Komunikazzjoni Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex ikun hemm segwitu tal-użu tar-riżultati ta’ evalwazzjoni. (7) Riżorsi Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kapaċità tal-bini previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kompletament. |
10. |
►M6 Pjan ta’ finanzjament, li jinkludi fih tabelli strutturati separati għall-punti (a) sa (d), li jindikaw b’mod separat għall-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni msemmija fil-punt (e): ◄ (a) Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR
(i)
għat-tipi kollha ta’ reġjuni stipulati fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013,
(ii)
għall-ammonti stipulati fl-Artikolu 59(4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u l-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR, kif inhu stipulat fl-Artikolu 58(6) ta’ dak ir-Regolament,
(iii)
għar-riżorsi allokati għar-riżerva ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
|
11. |
Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:
(a)
skont il-qasam ta’ fokus, il-miri kwantifikati akkumpanjati mill-outputs ippjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżula biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus, inklużi s-subtotali ta’ dawn l-outputs ippjanati u n-nefqa totali ppjanata ffinanzjata mir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(b)
għall-agrikoltura u l-forestrija, il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(c)
kwalitattivament il-kontribuzzjoni addizzjonali tal-miżuri lejn oqsma ta’ fokus oħrajn;
(d)
in-nefqa pubblika totali ppjanata relatata mal-appoġġ skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fejn il-limitu minimu ta’ telf ikun inqas minn 30 %. |
12. |
Finanzjament nazzjonali addizzjonali:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi l-ammonti għal kull miżura u l-indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji f’dak ir-Regolament. |
13. |
Elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajuna mill-Istat:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, it-tabella tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż it-titlu tal-iskema ta’ għajnuna, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kompatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programm kollu. It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, meta jkun meħtieġ skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
14. |
Informazzjoni dwar il-komplimentarjetà li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin: Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (1) Deskrizzjoni tal-mezzi għall-komplimentarjetà u l-koerenza ma’:
—
strumenti oħrajn tal-Unjoni u, b’mod partikolari mal-Fondi tal-ESI u l-Pilastru 1, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, u strumenti oħrajn tal-politika agrikola komuni;
—
fejn Stat Membru jkun għażel li jissottometti programm nazzjonali u sett ta’ programmi reġjonali kif inhu stipulat fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom.
(2) Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni, inkluża LIFE ( 12 ). |
15. |
Arranġamenti ta’ implimentazzjoni tal-programmi, li jinkludu t-taqsimiet li ġejjin: Għall-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw biss il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-punt
(a)
id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmi fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(b)
il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;
(c)
dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-programm ikun ippubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, b’referenza għall-istrateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità msemmija fl-Artikolu 13;
(d)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali implimentati bħala parti minn LEADER, l-attivitajiet previsti fil-miżura ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, is-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula fil-miżura dwar iż-żoni rurali stipulata fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament, u fondi oħrajn tal-ESI;
(e)
deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(f)
deskrizzjoni tal-użu tal-assistenza teknika inklużi azzjonijiet marbutin mat-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-kontroll tal-programm u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet li jirrigwardaw il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti jew sussegwenti kif stipulat fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
16. |
L-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 Lista ta’ azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba, is-suġġett u s-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet korrispondenti. |
17. |
Netwerk rurali nazzjonali
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 Deskrizzjoni ta’:
(a)
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif ta’ netwerk rurali nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem “NRN”);
(b)
l-organizzazzjoni ppjanata tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inklużi l-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati;
(c)
deskrizzjoni fil-qosor tal-kategoriji prinċipali tal-attività li għandha titwettaq min-NRN skont l-objettivi tal-programm;
(d)
ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN. |
18. |
Valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà, il-kontrollabbiltà u r-riskju ta’ żbalji
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
—
dikjarazzjoni mill-Awtorità Maniġerjali u l-aġenzija tal-pagamenti dwar il-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri appoġġjati mill-PŻR;
—
dikjarazzjoni mill-korp funzjonalment indipendenti msemmi fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-kostijiet standard, il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.
|
19. |
Arranġamenti tranżizzjonali
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
—
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tranżizzjonali skont il-miżura;
—
tabella indikattiva ta’ riport.
|
20. |
Sottoprogrammi tematiċi
20.1. Analiżi SWOT u identifikazzjoni tal-bżonnijiet
(a)
Analiżi bbażata fuq il-metodoloġija SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
(i)
deskrizzjoni ġenerali komprensiva tat-tema tas-sottoprogramm bl-użu ta’ indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u informazzjoni kwalitattiva;
(ii)
preġji identifikati fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;
(iii)
dgħufijiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;
(iv)
opportunitajiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;
(v)
theddidet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;
(b)
valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq l-analiżi SWOT, għal kull prijorità u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (ambjent, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, innovazzjoni) li għalihom jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku. 20.2. Deskrizzjoni tal-istrateġija
(a)
Fejn mhux il-bżonnijiet kollha identifikati fil-punt 20(1)(b) jkunu jistgħu jiġu indirizzati mis-sottoprogramm tematiku, ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati u l-għażla tal-objettivi, il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet;
(b)
il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus li għalih jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji bil-miri stabbiliti kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u, fejn ikun relevanti, ġustifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet fil-punt (a);
(c)
deskrizzjoni ta’ kif it-temi trasversali jkunu ser jiġu indirizzati, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(d)
tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għas-sottoprogramm, il-miri kkwantifikati, u l-kombinament tal-miżuri li jkunu ser jintużaw biex jinkisbu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tkun iġġenerata awtomatikament mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tal-SFC2014.
|
PARTI 2
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-oqfsa nazzjonali
1. Titlu tal-qafas nazzjonali
2. Stat Membru
(a) Żona ġeografika koperta mill-qafas;
(b) Klassifikazzjoni tar-reġjuni.
3. Preżentazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet bejn il-qafas nazzjonali, il-ftehim ta’ sħubija u l-PŻR
4. Tabella li tiġbor fil-qosor, skont ir-reġjun u skont is-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni, mingħajr ir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u separatament il-kontribuzzjoni ta’ dawk ir-riżorsi addizzjonali lill-Istat Membru għas-snin 2021 u 2022
5. Deskrizzjoni tal-miżuri
(1) Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inkluż, fejn ikun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, l-użu maħsub tal-istrumenti finanzjarji, l-użu maħsub tal-avvanzi.
(2) Deskrizzjoni skont il-miżura inklużi:
Bażi legali.
Deskrizzjoni ġenerali tal-miżura inklużi l-prinċipji ġenerali għal-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribuzzjoni għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.
Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-livell ta’ appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta’ operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta’ operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, deskrizzjoni tat-tip ta’ strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli u l-livell massimu ta’ appoġġ. Għandha tingħata deskrizzjoni separata għal miżuri jew partijiet ta’ miżuri ffinanzjati mir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Prinċipji ġenerali għall-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u, fejn tkun relevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ appoġġ.
Fejn ikun relevanti, deskrizzjoni speċifika għal kull miżura msemmija fil-punt 8(2) tal-Parti 1.
6. Fejn relevanti, finanzjament nazzjonali addizzjonali:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inluża indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament.
7. Fejn ikunu relevanti, l-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat it-tabella tal-iskemi tal-għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi t-titlu u r-referenzi tal-iskema tal-għajnuna, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kumpatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programmi kollha kkonċernati.
It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, jekk ikun meħtieġ mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont il-kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
Dikjarazzjoni dwar jekk il-miżura/l-operazzjoni għandhiex kopertura tal-għajnuna mill-Istat skont il-qafas nazzjonali jew skont il-programmi ta żvilupp rurali kkonċernati.
PARTI 3
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programm NRN
1. Titlu tal-programm NRN speċifiku
2. Stat Membru jew reġjun amministrattiv
iż-żona ġeografika koperta mill-programm.
klassifikazzjoni tar-reġjun.
3. Evalwazzjoni ex ante
(a) deskrizzjoni tal-proċess, inkluż it-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali, ir-rapporti intermedji, b’rabta mal-istadji prinċipali tal-iżvilupp tal-programm NRN.
(b) Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.
(c) Ir-rapport komplet ta’ evalwazzjoni ex ante għandu jiġi mehmuż mal-programm NRN.
4. Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin
(1) Objettivi u skop
Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażata fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li tkun disponibbli d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-programm NRN.
(2) Governanza u koordinazzjoni
Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm NRN, li tidentifika l-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm NRN f’termini ta’ kontenut u twaqqit.
(3) Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni
Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti ta’ evalwazzjoni relatati man-NRN u l-attivitajiet antiċipati, inkulżi iżda mhux limitati, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni li l-programm jagħti lejn l-objettivi NRN, valutazzjoni tal-valuri li jindikaw ir-riżultati, analiżi tal-effetti netti. Elementi speċifiċi għall-programmi, bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.
(4) Dejta u informazzjoni
Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġja u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-programm NRN u l-forniment ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fiż-żmien debitu.
(5) Skeda taż-żmien
Kisbiet prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-ħin.
(6) Komunikazzjoni
Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jingħata segwitu għall-użu tar-riżultati tal-evalwazzjoni.
(7) Riżorsi
Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-bini ta’ kapaċità previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kollu.
5. |
Pjan ta’ finanzjament, li jistabbilixxi:
(a)
Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR, mingħajr ir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(b)
il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR;
(c)
għar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013:
(i)
il-kontribuzzjoni annwali;
(ii)
il-kontribuzzjoni totali u r-rata tal-kontribuzzjoni. |
6. |
Programm li jimplimenta l-arranġamenti, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
(a)
Id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tiegħu tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(b)
il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Tmexxija;
(c)
deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. |
7. |
NRN
Deskrizzjoni ta’:
(a)
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif tan-NRN;
(b)
it-twaqqif u l-operat ippjanati tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inkluża s-sħubija msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati. Fejn Stat Membru jkun għażel li jappoġġja lin-NRN mill-programm speċifiku għan-NRN u l-programmi reġjonali, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom;
(c)
deskrizzjoni qasira tal-kategoriji prinċipali tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu min-NRN skont l-objettivi tal-programm;
(d)
ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN. |
PARTI 4
Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u tal-miżuri ta’ relevanza partikolari għall-kundizzjonalitajiet ex ante (żvilupp rurali marbut mal-prijoritajiet u ġenerali) kif stipulat fil-punt 6(b)(ii) tal-Parti 1
1. KUNDIZZJONALITAJIET EX ANTE SPEĊIFIĊI GĦALL-IŻVILUPP RURALI
Prijorità tal-Unjoni għall-RD/CPR: objettiv tematiku (OT) |
Kundizzjonalità ex ante |
Kriterji li għandhom jintlaħqu |
Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, miżuri |
Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Kif inhu stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
Prijorità RD 3: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-ktajjen tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura OT 5: promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji |
3.1. Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji: l-eżistenza ta’ valutazzjonijiet tar-riskji nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tad-diżastri b’kunsiderazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima |
— Għandu jkun hemm fis-seħħ valutazzjoni tar-riskji nazzjonali jew reġjonali bl-elementi li ġejjin: — Deskrizzjoni tal-proċess, tal-metodoloġija, tal-metodi u dejta mhix sensittiva użati għall-valutazzjoni tar-riskji, kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riksju għall-prijoritizzazzjoni tal-investiment; — Deskrizzjoni ta’ xenarji b’riskju uniku jew multiplu; — Kunsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, tal-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. |
Qasam ta’ fokus: 3B Miżuri skont l-Artikoli 18, 24 u 36 sa 39 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Prijorità RD 4: restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi |
4.1. Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT): l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art kif stipulat fil-Kapitoli I tat-Titolu VI tar-Regolament (EU) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fil-livell nazzjonali |
— l-istandards tal-KAAT huma ddefiniti fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-programmi |
Qasam/Oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
4.2. Rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti: ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti stipulati fl-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu ddefiniti fil-livell nazzjonali |
— ir-rekwiżti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti msemmijin fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huma speċifikati fil-programmi |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
4.3. Standards nazzjonali relevanti oħrajn: l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma ddefiniti għall-finijiet tal-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
— l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma speċifikati fil-programmi |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
Prijorità RD 5: promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u alimentari u fis-settur forestali OT 4: appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi |
5.1. Effiċjenza fl-użu tal-enerġija: Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss it-titjib kosteffettiv tal-effiċjenza tal-użu aħħari tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija waqt il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ bini. |
— L-azzjonijiet huma: — Miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi marbutin mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); — Miżuri neċessarji biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE; — Miżuri biex jiżguraw l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza enerġetika, b’konsistenza mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); — Miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija biex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jingħata arloġġ individwali, diment li dan ikun teknikament possibbli, raġonevoli finanzjarjament u proporzjonat fid-dawl tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija. |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 5B Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
5.2. Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta’ a) politika għall-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati biex l-utenti jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribut adegwat tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma b’rata ddeterminata fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar għall-investiment appoġġjat mill-programmi. |
Fis-setturi appoġġjati mill-FAEŻR, Stat Membru żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma skont is-settur b’konsistenza mal-Artikolu 9, l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati. |
Qasam ta’ fokus: 5 A Miżuri skont l-Artikoli 17 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
5.3. L-enerġija rinnovabbli: Twettqu azzjonijiet biex jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (4). |
— Skemi ta’ appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għall-grilja jew aċċess garantit u prijorità fid-dispaċċ, kif ukoll regoli standard relatati mat-tiġrib u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-adattamenti tekniċi li saru pubbliċi, huma fis-seħħ b’mod konsistenti mal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2009/28/KE; — Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE. |
Qasam ta’ fokus: 5C Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
Prijorità RD 6: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali OT 2: Titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (Mira tal-broadband) |
6.1. Infrastruttura tan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NĠN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet tan-NĠN nazzjonali jew reġjonali li jikkunsidraw l-azzjonijiet reġjonali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni ta’ aċċess għal Internet b’veloċità għolja, b’fokus fuq l-oqsma fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz affordabbli u bi kwalità skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għajnuna mill-Istat u biex jiġu pprovduti servizzi aċċessibbli għall-gruppi vulnerabbli |
— Ikun hemm fis-seħħ pjan nazzjonali jew reġjonali tan-NĠN li jinkludi: — pjan ta’ investimenti fl-infrastruttura bbażat fuq analiżi ekonomika, b’kunsiderazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti pubbliċi u privati u l-investimenti ppjanati; — mudelli ta’ investimenti sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal servizzi u infrastruttura miftuħa, affordabbli, ta’ kwalità u li jantiċipaw il-futur; — miżuri li jistimolaw l-investiment privat. |
Qasam ta’ fokus: 6C Miżuri skont l-Artikoli 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
(1)
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(2)
Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(3)
Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id- Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).
(4)
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16). |
2. KUNDIZZJONALITAJIET ĠENERALI EX ANTE
Kundizzjonalità ex ante |
Kriterji li għandhom jintlaħqu |
Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, il-miżuri |
Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|
1. Kontra d-diskriminazzjoni L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli mill-promozzjoni tat-trattament indaqs tal-persuni kollha tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza fl-attivitajiet marbutin mal-Fondi tal-ESI; — Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni. |
Qasam ta’ fokus: 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
2. Ugwaljanza bejn is-sessi L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’attivitajiet relatati mal-Fondi tal-ESI; — Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll dwar l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi. |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
3. Diżabbiltà L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet (UNCRPD) fil-qasam tal-Fondi tal-ESI skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (1). |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-konsultazzjoni u l-involviment tal-korpi responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet jew organizzazzjonijiet rappreżentanti ta’ persuni b’diżabbiltajiet u partijiet interessati oħrajn tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi; Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika applikabbli tal-Unjoni dwar id-diżabbiltà, inklużi l-aċċessibbiltà u l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 9 tal-UNCRPD kif inhu rifless fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, kif ikun xieraq; — Arranġamenti li jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-UNCRPD b’rabta mal-Fondi tal-ESI tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B Miżuri skont l-Artikoli 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
4. Akkwist pubbliku L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku permezz ta’ mekkaniżmi xierqa; Arranġamenti li jiżguraw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti trasparenti; Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI; — Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 5 A, 5B, 5C, 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 17, 19, 20, l-Artikolu 21(e) u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
5. Għajnuna mill-Istat L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI; — Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
L-oqsma ta’ fokus u l-miżuri kollha, sakemm l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat |
6. Leġiżlazzjoni ambjentali marbuta mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u, Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA - Strategic Environmental Assessment) L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni marbuta mal-VIA u s-SEA. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (VIA) u tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (SEA); Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-VIA u s-SEA; — Arranġanamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva suffiċjenti. |
Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 3 A, 4 A, 4B, 4C, 5 A, 5B, 5C, 5D, 5E, 6 A, 6C Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20, 21, u l-Artikoli 28 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
7. Sistemi statistiċi u indikaturi tar-riżultati L-eżistenza ta’ bażi statistika neċessarja biex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-effettività u tal-impatt tal-programmi. L-eżistenza ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati neċessarji biex jintgħażlu azzjonijiet, li jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għar-riżultati mixteqin, biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn ir-riżultati u biex titwettaq evalwazzjoni tal-impatt. |
Arranġamenti għall-ġbir f’waqtu u l-aggregazzjoni tad-dejta statistika bl-elementi li ġejjin fis-seħħ: l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi li jiżguraw il-validazzjoni statistika; arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika tad-dejta aggregata: Sistema effettiva ta’ indikaturi ta’ riżultati inklużi: l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-motivazzjoni tal-għażla tal-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm; it-twaqqif ta’ miri għal dawn l-indikaturi; il-konsistenza ta’ kull indikatur mar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, livell ta’ rispons għall-politika, ġbir f’waqtu tad-dejta; — Proċeduri fis-seħħ li jiżguraw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-programm jadottaw sistema effettiva ta’ indikaturi. |
Applikabbli imma diġà ntlaqħu, Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES - Common Monitoring and Evaluation System) |
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 li tikkonċerna l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltajiet, (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
(2)
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(3)
Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30). |
PARTI 5
Kodiċijiet tal-miżuri u s-sottomiżuri
Miżura skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Kodiċi tal-miżura skont dan ir-Regolament |
Sottomiżura għall-finijiet tal-programmazzjoni |
Kodiċi tas-sottomiżura skont dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni |
1 |
appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet |
1.1 |
appoġġ għall-attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni |
1.2 |
|||
appoġġ għall-iskambju għal żmien qasir tal-ġestjoni tal-farms u tal-foresti, kif ukoll żjajjar f’farms u foresti |
1.3 |
|||
L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi ta’ konsultazzjoni, servizzi ta’ ġestjoni tal-farms u ta’ solliev tal-farms |
2 |
appoġġ li jgħin biex wieħed jibbenefika mill-użu tas-servizzi ta’ konsultazzjoni |
2.1 |
appoġġ għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, ta’ solliev tal-farms u ta’ konsultazzjoni mal-farms, kif ukoll servizzi ta’ konsultazzjoni forestali |
2.2 |
|||
appoġġ għat-taħriġ tal-konsulenti |
2.3 |
|||
L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel |
3 |
appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta’ kwalità |
3.1 |
appoġġ għall-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta’ produtturi fis-suq intern |
3.2 |
|||
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
investmenti f’assi fiżiċi |
4 |
appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli |
4.1 |
appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli |
4.2 |
|||
appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija |
4.3 |
|||
appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbutin mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali klimatiċi |
4.4 |
|||
L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
restawr tal-produzzjoni agrikola potenzjali li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ prevenzjoni xierqa |
5 |
appoġġ għal investimenti f’azzjonijiet preventivi mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ diżastri naturali probabbli, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi |
5.1 |
appoġġ għall-investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-potenzjal tal-produzzjoni li jsirlu ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi |
5.2 |
|||
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
żvilupp tal-farms u tan-negozji |
6 |
għajnuna biex tibda negozju għall-bdiewa żgħażagħ |
6.1 |
għajnuna biex tibda negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali |
6.2 |
|||
għajnuna biex tibda negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar |
6.3 |
|||
appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli |
6.4 |
|||
pagamenti lill-bdiewa li jkunu eliġibbli għall-iskema tal-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom għand bidwi ieħor b’mod permanenti |
6.5 |
|||
L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali |
7 |
appoġġ għat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 ta’ valur naturali għoli |
7.1 |
appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi fuq skala żgħira, inklużi investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-iffrankar tal-enerġija |
7.2 |
|||
appoġġ għall-infrastruttura tal-broadband, inklużi l-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, infrastruttura tal-broadband passiva u għoti ta’ aċċess għall-broadband u l-gvern elettroniku pubbliku |
7.3 |
|||
appoġġ għall-investimenti fit-twaqqif, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali inklużi l-ħin liberu u l-kultura, u l-infrastruttura relatata |
7.4 |
|||
appoġġ għall-investimenti għall-użu pubbliku fl-infrastruttura rikreattiva, l-informazzjoni turistika u infrastruttura turistika fuq skala żgħira |
7.5 |
|||
appoġġ għall-istudji/l-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, il-pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali għoli inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali |
7.6 |
|||
appoġġ għall-investimenti li għandhom fil-mira r-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’insedjamenti rurali jew qrib tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew isaħħu l-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament |
7.7 |
|||
oħrajn |
7.8 |
|||
L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti |
8 |
appoġġ għat-tisġir/il-ħolqien tal-imsaġar |
8.1 |
appoġġ għat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ sistemi agroforestali |
8.2 |
|||
appoġġ għall-prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi |
8.3 |
|||
appoġġ għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi |
8.4 |
|||
appoġġ għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali |
8.5 |
|||
appoġġ għall-investimenti fit-teknoloġiji forestali u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti forestali |
8.6 |
|||
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet |
9 |
twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija |
9 |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
klima agroambjentali |
10 |
pagament għall-impenji agroambjentali klimatiċi |
10.1 |
appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura |
10.2 |
|||
L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
biedja organika |
11 |
pagament biex ikun hemm bidla għal prattiki u metodi ta’ biedja organika |
11.1 |
pagament biex jinżammu l-prattiki u l-metodi tal-biedja organika |
11.2 |
|||
L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma |
12 |
pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000 |
12.1 |
pagament ta’ kumpens għaż-żoni forestali ta’ Natura 2000 |
12.2 |
|||
pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli inlużi fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar |
12.3 |
|||
L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi |
13 |
pagament ta’ kumpens fiż-żoni muntanjużi |
13.1 |
pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti |
13.2 |
|||
pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi |
13.3 |
|||
L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
it-trattament xieraq tal-annimali |
14 |
pagament għat-trattament xieraq tal-annimali |
14 |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti |
15 |
pagament għal impenji forestaliambjentali u klimatiċi |
15.1 |
appoġġ għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi forestali |
15.2 |
|||
L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
kooperazzjoni |
16 |
appoġġ għat-twaqqif u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola |
16.1 |
appoġġ għall-proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda |
16.2 |
|||
kooperazzjoni fost l-operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u fil-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u r-riżorsi, u għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu |
16.3 |
|||
appoġġ għall-kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u għall-attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbut mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali |
16.4 |
|||
appoġġ għal azzjoni konġunta mwettqa bl-għan li jkun hemm mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima u għall-approċċi konġunti lejn il-proġetti ambjentali u l-prattiki ambjentali kontinwi |
16.5 |
|||
appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija u fil-proċessi industrijali |
16.6 |
|||
appoġġ għall-istrateġiji mhux CLLD |
16.7 |
|||
appoġġ għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti |
16.8 |
|||
appoġġ għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel |
16.9 |
|||
oħrajn |
16.10 |
|||
L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
ġestjoni tar-riskji |
17 |
primjum tal-assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti |
17.1 |
fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi ħżiena, għall-mard tal-annimali u l-pjanti, għall-infestazzjonijiet tal-pesti u l-inċidenti ambjentali |
17.2 |
|||
għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul |
17.3 |
|||
L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja |
18 |
finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja |
18 |
L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
appoġġ għall-iżvilupp lokali ta’ LEADER (CLLD) |
19 |
appoġġ preparatorju |
19.1 |
appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ħidmiet skont l-istrateġija tas-CLLD |
19.2 |
|||
tħejjija u implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali |
19.3 |
|||
appoġġ għall-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni |
19.4 |
|||
L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
assistenza teknika |
20 |
Appoġġ għall-assistenza teknika (barra n-NRN) |
20.1 |
appoġġ għat-twaqqif u l-operat tan-NRN |
20.2 |
|||
L-Artikolu 39b tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 |
21 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 |
21 |
L-Artikolu 39c tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEs partikolarment milquta mill-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna |
22 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEs partikolarment milquta mill-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna |
22 |
PARTI 6
Prijoritajiet tal-Unjoni għall-kodiċijiet tal-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ fokus
Prijorità |
Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013/kodiċi tal-qasam ta’ fokus |
Qasam ta’ fokus |
Priorità 1: Trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija, u ż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(1)(a) = qasam ta’ fokus 1 A |
Trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(1)(b) = qasam ta’ fokus 1B |
Tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin |
|
l-Artikolu 5(1)(c) = qasam ta’ fokus 1C |
Trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-taħriġ vokazzjonali fis-setturi agrikoli u forestali |
|
Prijorità 2: Tisħiħ tal-vijabbiltà u l-kompetittività tal-farms tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-farms u ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
l-Artikolu 5(2) (a) = qasam ta’ fokus 2 A |
Titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-farms kollha u ffaċilitar tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms, speċjalment bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentazzjoni lejn is-suq, kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola |
l-Artikolu 5(2) (b) = qasam ta’ fokus 2B |
Iffaċilitar tad-dħul tal-bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, tat-tiġdid ġenerazzjonali |
|
Prijorità 3: Promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riski fl-agrikoltura |
l-Artikolu 5(3) (a) = qasam ta’ fokus 3 A |
Titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti ta’ provvista qosra, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali |
l-Artikolu 5(3) (b) = qasam ta’ fokus 3B |
Appoġġ tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms |
|
Prijorità 4: Restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija |
l-Artikolu 5(4) (a) = qasam ta’ fokus 4 A |
Restawr, preservazzjoni u titjib tal-bijodiversità, inkluż fiż-żoni ta’ Natura 2000, u f’żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u biedja ta’ valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej |
l-Artikolu 5(4) (b) = qasam ta’ fokus 4B |
Titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża ġestjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi |
|
l-Artikolu 5(4) (c) = qasam ta’ fokus 4C |
Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija |
|
Prijorità 5: Promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija |
l-Artikolu 5(5) (a) = qasam ta’ fokus 5 A |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura |
l-Artikolu 5(5) (b) = qasam ta’ fokus 5B |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel |
|
l-Artikolu 5(5) (c) = qasam ta’ fokus 5C |
Iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tal-prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel, għall-finijiet tal-bijoekonomija |
|
l-Artikolu 5(5) (d) = qasam ta’ fokus 5D |
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-agrikoltura |
|
l-Artikolu 5(5) (e) = qasam ta’ fokus 5E |
Trawwim tal-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija |
|
Prijorità 6: Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(6) (a) = qasam ta’ fokus 6 A |
Iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar, kif ukoll tal-ħolqien tal-impjiegi |
l-Artikolu 5(6) (b) = qasam ta’ fokus 6B |
Trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali |
|
l-Artikolu 5(6) (c) = qasam ta’ fokus 6C |
Titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali |
ANNESS II
Ir-rata tal-konverżjoni tal-annimali għal unitajiet tal-bhejjem (“LU”) imsemmija fl-Artikolu 9(1) u (2).
(1) Barrin, baqar u annimali bovini oħra li jaqbżu s-sentejn, u annimali ekwini li jaqbżu s-sitt xhur |
1,0 LU |
(2) Annimali bovini minn sitt xhur sa sentejn |
0,6 LU |
(3) Annimali bovini taħt is-sitt xhur |
0,4 LU |
(4) Nagħaġ u mogħoż |
0,15 LU |
(5) Majjali nisa għat-tgħammir > 50Kg |
0,5 LU |
(6) Ħnieżer oħra |
0,3 LU |
(7) Tiġieġ għall-bajd |
0,014 LU |
(8) Tjur tal-irziezet ieħor |
0,03 LU |
Għall-kategoriji jew għas-sottokategoriji tal-annimali f'din it-tabella, ir-rati tal-konverżjoni jistgħu jiġu miżjuda jew imnaqqsa b'mod eċċezzjonali, filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali. B'mod eċċezzjonali jistgħu jiżdiedu kategoriji oħrajn tal-annimali. Ir-rati tal-konverżjoni għal kategoriji bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari u l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali. |
ANNESS III
Informazzjoni u pubbliċità msemmijin fl-Artikolu 13
PARTI 1
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubbliċità
1. Responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali
1.1. Strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-azzjonijiet ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità tagħha li għandha tkopri tal-inqas dan li ġej:
il-miri tal-istrateġija u l-gruppi fil-mira tagħha;
deskrizzjoni tal-kontenut tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;
il-baġit indikattiv tal-istrateġija;
deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inklużi r-riżorsi tal-persunal, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;
deskrizzjoni tar-rwol tan-NRN u kif il-pjan ta’ komunikazzjoni tiegħu stipulat fl-Artikolu 54(3)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;
deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ viżibbiltà u għarfien tal-qafas politiku, il-programmi u l-operazzjonijiet, u r-rwol tal-FAEŻR u tal-Unjoni;
aġġornament annwali li jippreżenta l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li jkunu ser isiru fis-sena ta’ wara.
1.2. Informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti, inkluża informazzjoni aġġornata fejn dan ikun neċessarju, b’kunsiderazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-servizzi elettroniċi jew servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni għal ċerti benefiċjarji potenzjali, tal-inqas dwar dan li ġej:
l-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-tnedija tas-sejħiet skont il-PŻR;
il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament skont PŻR;
il-proċeduri għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament;
il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u/jew il-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti li jkunu ser jiġu ffinanzjati;
l-ismijiet ta’ persuni jew kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jispjegaw kif jaħdmu l-PŻR u l-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet;
ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-mira tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni skont it-taqsima 2 tal-Parti 1. L-Awtorità Maniġerjali tista’ titlob lill-benefiċjarji potenzjali biex jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi, li jkunu proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet;
il-proċeduri għall-analiżi tal-ilmenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
1.3. Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali
L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-pubbliku bil-kontenut tal-PŻR, l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni u l-aġġornamenti tiegħu, il-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm u l-għeluq tiegħu, kif ukoll il-kontribuzzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-prijoritajiet tal-Unjoni kif stipulat fil-Ftehim ta’ Sħubija.
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura t-twaqqif ta’ websajt unika jew portal tal-websajt uniku li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti 1.1 u 1.2, u l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt. It-twaqqif ta’ websajt unika ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni bla xkiel tal-FAEŻR u ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati għall-informazzjoni. L-azzjonijiet biex jiġi infurmat il-pubbliku għandhom jinkludu l-elementi stipulati fil-punt 1 tal-Parti 2.
1.4. Involviment tal-korpi li jaġixxu bħala rilej
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura, inkluż permezz tan-NRN, li l-korpi li jkunu jistgħu jaġixxu ta’ rilej ikunu involuti fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali, u b’mod partikolari bħala:
imsieħba kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni, u uffiċċji ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri;
istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka.
1.5. Notifika tal-għoti tal-appoġġ
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li n-notifika tal-għoti tal-appoġġ tgħarraf lill-benefiċjarji li l-azzjoni tkun qed tiġi ffinanzjata minn programm li jkun iffinanzjat parzjalment mill-FAEŻR u bil-miżura u l-prijorità tal-PŻR ikkonċernat.
2. Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji
2.1. |
L-azzjonijiet kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni billi juru:
(a)
l-emblema tal-Unjoni;
(b)
referenza għall-appoġġ mill-FAEŻR. Fejn azzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ pubbliċità tkun relatata ma’ operazzjoni jew ma’ diversi operazzjonijiet ikkofinanzjati minn aktar minn Fond wieħed, ir-referenza prevista fil-punt (b) tista’ tiġi ssostitwita minn referenza għall-Fondi tal-ESI. |
2.2. |
Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-pubbliku bl-appoġġ mogħti mill-FAEŻR billi:
(a)
jipprovdi, fuq il-websajt tal-benefiċjarju għal użu professjonali, jekk ikun hemm websajt bħal din, deskrizzjoni qasira tal-operat fejn tista’ tiġi stabbilita rabta bejn l-iskop tal-websajt u l-appoġġ ipprovdut lill-operazzjoni, b’mod proporzjonat għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-miri u r-riżultati tagħha u fejn ikun enfasizzat l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;
(b)
għall-operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), l-appoġġ pubbliku totali li jkun jaqbeż il-EUR 50 000 , tal-inqas iqiegħed powster (mhux iżgħar minn A3) jew plakka b'informazzjoni dwar il-proġett, li tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, u f'post fejn il-pubbliku jkun jista' jaqraha. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-rekwiżit ma japplikax għal operazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) (li jikkonċerna d-dħul mitluf u l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal operazzjonijiet oħra li ma jirriżultawx f'investiment meta, minħabba n-natura tal-operazzjoni ffinanzjata, ma jkunx jista' jiġi identifikat post xieraq għall-powster jew għall-plakka, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. Il-plakka spjegatorja għandha titqiegħed fil-binja tal-gruppi għall-azzjoni lokali ffinanzjati mil-LEADER;
(c)
itella’, f’post faċilment viżibbli mill-pubbliku, billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti mill-finanzjament tal-infrastruttura jew l-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni li għalihom l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 . Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li titlesta operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka jew billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti f’post li jkun viżibbli faċilment mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)
l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 ;
(ii)
l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’ oġġett fiżiku jew mill-finanzjament tal-infrastruttura jew tal-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni. Dan il-billboard għandu juri l-isem u l-objettiv prinċipali tal-operazzjoni, u tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni. Il-billborads, il-kartelluni, il-plakek u l-websajts għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proġett/l-operazzjoni u l-elementi msemmijin fil-punt 1 tal-Parti 2. Dik l-informazzjoni għandha tokkupa tal-inqas kwart mill-billboard, il-plakka jew il-websajt. |
PARTI 2
Karatteristiċi tekniċi tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
1. Logo u slogan
Kull azzjoni ta’ informazzjoni u pubbliċità għandha turi dawn l-elementi:
l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-istandards grafiċi kif inhuma ppreżentati fuq http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_en.htm, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rwol tal-Unjoni, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja:
“Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali”.
għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati minn LEADER, il-logo ta' LEADER:
2. Materjal ta’ informazzjoni u komunikazzjoni
Il-pubblikazzjonijiet (bħal kotba żgħar, fuljetti u bullettini) u l-kartelluni dwar il-miżuri u l-azzjonijiet ikkofinanzjati mill-FAEŻR għandhom jinkludu indikazzjoni ċara fuq l-ewwel paġna tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll l-emblema tal-Unjoni jekk tintuża emblema nazzjonali jew reġjonali wkoll. Il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu referenzi għall-korp responsabbli mill-kontenut u għall-Awtorità Maniġerjali maħtura biex timplimenta l-assistenza tal-FAEŻR u/jew dik nazzjonali inkwistjoni.
F’każ ta’ informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi (websajts, bażijiet ta’ dejta għall-benefiċjarji potenzjali) jew bħala materjal awdjoviżiv, b’analoġija għandu japplika l-ewwel paragrafu.
Il-websajts li jikkonċernaw il-FAEŻR għandhom:
jirreferu għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-inqas fuq il-paġna prinċipali;
jinkludu hyperlink għall-websajt tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-FAEŻR.
ANNESS IV
Sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 14(2)
1. Indikaturi tal-kuntest
C1. |
Popolazzjoni |
C2. |
Struttura tal-etajiet |
C3. |
Territorju |
C4. |
Densità tal-popolazzjoni |
C5. |
Rata ta’ impjieg ( *1 ) |
C6. |
Rata ta’ impjieg indipendenti |
C7. |
Rata tal-qgħad |
C8. |
PDG per capita (*1) |
C9. |
Rata ta’ faqar (*1) |
C10. |
Struttura tal-ekonomija |
C11. |
Struttura tal-impjieg |
C12. |
Produttività tal-ħaddiema skont is-settur ekonomiku |
C13. |
Impjieg skont l-attività ekonomika |
C14. |
Produttività tal-ħaddiema fl-agrikoltura |
C15. |
Produttività tal-ħaddiema fil-forestrija |
C16. |
Produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-ikel |
C17. |
Azjendi agrikoli (farms) |
C18. |
Żona agrikola |
C19. |
Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika |
C20. |
Raba’ saqwi |
C21. |
Unitajiet ta’ annimali tal-farms |
C22. |
Forza tax-xogħol tal-farms |
C23. |
Struttura tal-etajiet tal-maniġers tal-farms |
C24. |
Taħriġ agrikolu tal-maniġers tal-farms |
C25. |
Dħul minn fattur agrikolu (*1) |
C26. |
Dħul mill-intraprenditorija agrikola (*1) |
C27. |
Produttività tal-fatturi totali fl-agrikoltura (*1) |
C28. |
Formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-agrikoltura |
C29. |
Foresti u artijiet oħrajn bl-imsaġar (FOWL - Forest and other wooded land) |
C30. |
Infrastruttura turistika |
C31. |
Kopertura tal-art |
C32. |
Żoni li qed jaffaċċaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi |
C33. |
Intensità tal-biedja |
C34. |
Żoni ta’ Natura 2000 |
C35. |
Indiċi tal-għasafar li jbidu fil-farms (FBI - Farmland birds index) (*1) |
C36. |
L-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats agrikoli (bwar) |
C37. |
Biedja ta’ valur naturali għoli (HNV - high nature value) (*1) |
C38. |
Foresta protetta |
C39. |
Estrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura (*1) |
C40. |
Kwalità tal-ilma (*1) |
C41. |
Materja organika tal-ħamrija f’artijiet li jinħadmu (*1) |
C42. |
Erożjoni tal-ħamrija minħabba l-ilma (*1) |
C43. |
Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija |
C44. |
Użu tal-enerġija fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel |
C45. |
Emissjonijiet mill-agrikoltura (*1) |
2. Indikaturi tar-riżultati
R1 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) |
R2 |
: |
Bidla fil-prestazzjoni Agrikola fil-farms appoġġjati/AWU (Annual Work Unit – Unità tax-Xogħol Annwali) (qasam ta’ fokus 2 A) ( *2 ) |
R3 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B) |
R4 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għax jipparteċipaw fi skemi tal-kwalità, swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
R5 |
: |
perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskju (qasam ta’ fokus 3B) |
R6 |
: |
perċentwal ta’ foresti jew żoni oħrajn bl-imsaġar li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) |
R7 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità u/jew il-pjasaġġi (qasam ta’ fokus 4 A) |
R8 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni tal-art biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
R9 |
: |
perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
R10 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
R11 |
: |
perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
R12 |
: |
perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistemi ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A) |
R13 |
: |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5 A) (*2) |
R14 |
: |
Żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5B) (*2) |
R15 |
: |
Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 5C) (*2) |
R16 |
: |
perċentwal ta’ LU (Live-stock Unit – Unità ta’ annimali tal-farms) ikkonċernati mill-investimenti fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG (Green House Gas – Gass Serra) u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
R17 |
: |
perċentwal ta’ artijiet agrikoli li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
R18 |
: |
Emissjonijiet imnaqqsin tal-metan u tal-ossidu nitruż (qasam ta’ fokus 5D) (*2) |
R19 |
: |
Emissjonijiet imnaqqsin tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) (*2) |
R20 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru jew il-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) |
R21 |
: |
Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A) |
R22 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali (qasam ta’ fokus 6B) |
R23 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B) |
R24 |
: |
Impjiegi maħluqa fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B) |
R25 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenfika minn servizzi/infrastruttura ġodda jew imtejbin (Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni - ICT) (qasam ta’ fokus 6C) |
L-indikaturi bil-korsiv huma wkoll indikaturi tal-mira kif inhu elenkat fil-Punt 4.
3. Indikaturi tal-prestazzjoni RD
Numru |
Indikaturi tal-prestazzjoni |
Kodiċijiet tal-miżuri (l-Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.1 |
Nefqa pubblika totali (*1) |
Il-miżuri kollha |
O.2 |
Investiment totali |
4 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6.4 (l-Artikolu 19), 7.2 sa 7.8 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.3 |
Numru ta’ azzjonijiet/operazzjonijiet appoġġjati |
1 (l-Artikolu 14), 2 (l-Artikolu 15), 4 (l-Artikolu 17), 7 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21), 9 (l-Artikolu 27), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.4 |
Għadd ta’ azjendi/benefiċjarji appoġġati |
3 (l-Artikolu 16), 4.1 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6 (l-Artikolu 19), 8.1 sa 8.4 (l-Artikolu 21), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 14 (l-Artikolu 33), 17.1 (l-Artikolu 36), 21 (l-Artikolu 39b), 22 (l-Artikolu 39c) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.5 |
Żona totali (ha) |
4 (l-Artikolu 17), 8.1 sa 8.5 (l-Artikolu 21), 10 (l-Artikolu 28), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.6 |
Żona fiżika appoġġjata (ha) |
10 (l-Artikolu 28) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.7 |
Numru ta’ kuntratti appoġġjati |
10 (l-Artikolu 28), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.8 |
Numru ta’ Unitajiet ta’ Annimali tal-Farms appoġġjati (LU) |
14 (l-Artikolu 33), 4 (l-Artikolu 17) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.9 |
Numru ta’ azjendi parteċipanti fl-iskemi appoġġjati |
9 (l-Artikolu 27), 16.4 (l-Artikolu 35), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.10 |
Numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw mill-pagamenti |
17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.11 |
Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħtija |
1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.12 |
Numru ta’ parteċipanti fit-taħriġ |
1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.13 |
Numru ta’ benefiċjarji mogħtijin pariri |
2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.14 |
Numru ta’ konsulenti mħarrġin |
2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.15 |
Il-popolazzjoni li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (ta’ IT jew oħrajn) |
7 (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.16 |
Numru ta’ gruppi EIP appoġġjati, numri ta’ operazzjonijiet EIP appoġġjati u n-numru u t-tip ta’ msieħba fil-gruppi EIP |
16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.17 |
Numru ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati (barra mill-EIP) |
16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.18 |
Il-popolazzjoni koperta mil-LAG |
19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.19 |
Numru ta’ LAGs magħżulin |
19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.20 |
Numru ta’ proġetti LEADER appoġġjati |
19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.21 |
Numru ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni appoġġjati |
19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.22 |
In-numru u t-tip ta’ promoturi tal-proġetti |
19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.23 |
Numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-LAG involut fi proġett ta’ kooperazzjoni |
19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.24 |
Numru ta’ skambji tematiċi u analitiċi mwaqqfin bl-appoġġ tan-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.25 |
Numru tal-għodod ta’ komunikazzjoni tan-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.26 |
Numru ta’ attivitajiet tal-ENRD li fihom ikun ipparteċipa n-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
(*1)
Dan l-indikatur jikkorrispondi għall-indikatur tal-Qafas tal-Prestazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65). |
4. Indikaturi tal-miri
T1 |
: |
perċentwal tan-nefqa skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 b’rabta man-nefqa totali għall-PŻR (qasam ta’ fokus 1 A) |
T2 |
: |
Numru totali ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati mill-miżura ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) (gruppi, netwerks/raggruppamenti, proġetti pilota…) (qasam ta’ fokus 1B) |
T3 |
: |
Numru totali ta’ parteċipanti mħarrġin skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (qasam ta’ fokus 1C) |
T4 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli appoġġjati mill-PŻR għall-investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) |
T5 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti appoġġjati mill-PŻR għall-bdiewa żgħażagħ (qasam ta’ fokus 2B) |
T6 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom fi skemi ta’ kwalità, fis-swieq lokali u f’ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
T7 |
: |
perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B) |
T8 |
: |
perċentwal ta’ foresti/żoni bl-imsaġar oħrajn li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) |
T9 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità/il-pajsaġġi (qasam ta’ fokus 4 A) |
T10 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
T11 |
: |
perċentwal ta’ art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-arti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
T12 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-art għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
T13 |
: |
perċentwal tal-art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
T14 |
: |
perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti |
T15 |
: |
Investiment totali għall-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) |
T16 |
: |
Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C) |
T17 |
: |
perċentwal ta’ LU kkonċernati mill-investiment fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
T18 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
T19 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru u l-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) |
T20 |
: |
Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A) |
T21 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta minn strateġiji lokali ta’ żvilupp (qasam ta’ fokus 6B) |
T22 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B) |
T23 |
: |
Impjiegi maħluqin fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B) |
T24 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi ġodda jew imtejbin (ICT) (qasam ta’ fokus 6C) |
5. Indikaturi ta’ Qafas tal-Prestazzjoni Proposti
|
Indikaturi |
Indikatur tal-Prestazzjoni Relatat |
Prijorità 2 (P2) |
Nefqa Pubblika Totali P2 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investiment fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) + azjendi bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investiment għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjat mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B) |
O.4 |
|
Prijorità 3 (P3) |
Nefqa Pubblika Totali P3 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ azjendi agrikoli appoġġjati li jirċievu appoġġ billi jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità, is-swieq lokali/ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
O.4, O.9 |
|
Numru ta’ azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B) |
O.4, O.9 |
|
Prijorità 4 (P4) |
Nefqa Pubblika Totali P4 (EUR) |
O.1 |
Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
O.5 |
|
Prijorità 5 (P5) |
Nefqa Pubblika Totali P5 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ operazzjonijiet ta’ investiment fl-iffrankar tal-enerġija u fl-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) + fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C) |
O.3 |
|
Art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-ġestjoni li trawwem is-sekwestru/konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) + Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) + Raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A) |
O.5 |
|
Prijorità 6 (P6) |
Nefqa Pubblika Totali P6 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ operazzjonijiet appoġġjati biex itejbu s-servizzi bażiċi u l-infrastrutturi fiż-żoni rurali (oqsma ta’ fokus 6B u 6C) |
O.3 |
|
Il-popolazzjoni koperta mil-LAG (qasam ta’ fokus 6B) |
O.18 |
ANNESS V
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni relatati mal-oqsma ta’ fokus
Għal kull qasam ta’ fokus inkluż fil-PŻR, il-mistoqsija relatata għandha titwieġeb fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejbin (minn hawn ‘il quddiem “AIRs” – annual implimentation reports) ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
Qasam ta’ fokus 1 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali?
Qasam ta’ fokus 1B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin?
Qasam ta’ fokus 1C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija?
Qasam ta’ fokus 2 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontibwew għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika, ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms appoġġjati, partikolarment, permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq u fid-diversifikazzjoni agrikola?
Qasam ta’ fokus 2B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-dħul ta’ bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali?
Qasam ta’ fokus 3 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji appoġġjati bl-integrazzjoni aħjar tagħhom fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni tas-swieq lokali u taċ-ċirkwiti ta’ provvista qosra, tal-gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali?
Qasam ta’ fokus 3B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms?
Qasam ta’ fokus 4 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew?
Qasam ta’ fokus 4B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi?
Qasam ta’ fokus 4C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija?
Qasam ta’ fokus 5 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura?
Qasam ta’ fokus 5B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel?
Qasam ta’ fokus 5C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għall-provvista u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, ta’ prodotti sekondarji, ta’ residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel għall-finijiet tal-bijoekonomija?
Qasam ta’ fokus 5D: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u tal-ammonijaka mill-agrikoltura?
Qasam ta’ fokus 5E: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija?
Qasam ta’ fokus 6 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u l-ħolqien tal-impjieg?
Qasam ta’ fokus 6B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali?
Qasam ta’ fokus 6C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR tejbu l-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali?
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ aspetti oħrajn tal-PŻR
Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIRs imtejbin ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
Sa liema punt is-sinerġiji bejn il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus tejbu l-effettività tal-PŻR?
Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?
Sa liema punt in-NRN ikkontribwixxa biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ objettivi fil-livell tal-Unjoni
Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIR imtejjeb ippreżentat fl-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li r-rata tal-impjieg tiżdied fost il-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għal tal-inqas 75 %?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li 3 % tal-PDG tal-UE jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu, b’tal-inqas, 20 % meta jitqabblu mal-livelli tal-1990, jew bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin, u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija għal 20 %, u fil-kisba ta’ żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li jitnaqqas in-numru ta’ Ewropej li għandhom livell ta’ għajxien aktar baxx mil-livell ta’ faqar nazzjonali?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-titjib tal-ambjent u biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità li t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema jitwaqqfu, u biex dawn jiġu restawrati?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK tat-trawwim tal-kompetittività fl-agrikoltura?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li jintlaħaq żvilupp territorjali bbilanċjat tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, inklużi l-ħolqien u l-manutenzjoni tal-impjiegi?
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-trawwim tal-innovazzjoni?
ANNESS VI
L-elementi prinċipali tad-dokumenti ta’ appoġġ tekniku għas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni
Wieħed mill-elementi prinċipali tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-iżvilupp rurali huwa l-appoġġ tekniku li jingħata lill-Istati Membri, l-evalwaturi u partijiet interessati oħrajn biex jibnu kapaċità ta’ evalwazzjoni u jiżdiedu l-kwalità u l-konsistenza tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, f’ħidma mal-Istati Membri, għandha tipproduċi dokumenti ta’ appoġġ tekniku li jkopru s-suġġetti li ġejjin:
Fiches għal kull wieħed mill-indikaturi komuni, li jinkludu definizzjoni tal-indikatur; ir-rabta mal-loġika ta’ intervent; l-unità ta’ kejl; il-metodoloġija użata biex jinkisbu l-valuri; id-dejta meħtieġa u s-sorsi tad-dejta; l-informazzjoni dwar il-ġbir tad-dejta inklużi l-korp responsabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta; ir-rekwiżiti ta’ rapportar.
Gwida metodoloġika biex tappoġġja lill-Istati Membri u lill-evalwaturi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, li tkopri id-diversi komponenti tagħha, inklużi l-metodoloġiji u l-approċċi ta’ evalwazzjoni, u l-għoti ta’ appoġġ dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-evalwazzjoni tas-CLLD.
Gwida dwar l-evalwazzjoni ex ante tal-PŻR li tkopri l-għan tal-evalwazzjoni ex ante, il-proċess u r-rwoli tal-atturi involuti, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku fir-rigward ta’ approċċi u metodi xierqa, u kaxxa tal-għodda ta’ mudelli indikattivi.
Gwida dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni li tkopri l-għan u l-benefiċċji ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, l-elementi li għandhom jiġu inklużi u rakkomandazzjonijiet dwar proċessi xierqa biex jiġi stabbilit. Il-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-governanza u l-implimetazzjoni huma koperti u anki l-mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.
Gwida dwar l-użu u t-twaqqif ta’ indikaturi bi prokura, immirata b’mod partikolari lejn il-PŻR, li tiddeskrivi l-għan u l-karatteristiċi tal-indikaturi bi prokura u li tidentifika d-dejta u l-metodi li jistgħu jintużaw fejn ikunu meħtieġa l-prokuri.
Gwida dwar il-pjan ta’ indikazzjoni li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.
Gwida dwar il-monitoraġġ li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.
Gwida dwar il-valutazzjoni tal-valuri għall-indikaturi tar-riżultati komplimentari, li tkopri l-identifikazzjoni tal-popolazzjoni relevanti ta’ proġetti, l-istrateġiji ta’ teħid ta’ kampjuni, metodoloġiji xierqa, sorsi tad-dejta u tekniki ta’ valutazzjoni.
Gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-PŻR, li tkopri l-għan u l-użu tal-indikaturi tal-impatti, ir-rabtiet bejn il-politika ta’ żvilupp rurali u politiki u fatturi oħrajn li jaffettwaw il-valuri tal-indikaturi tal-impatti, u metodi proposti għall-istima tal-effett nett tal-interventi ta’ żvilupp rurali.
Gwida dwar ir-risposti għall-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, inklużi rabtiet mal-loġika ta’ intervent u l-indikaturi komuni, u li tipproponi dejta addizzjonali, kriterji ta’ ġudizzju u firxa ta’ approċċi possibbli li jistgħu jintużaw biex jitwieġbu l-mistoqsijiet.
Gwida dwar l-evalwazzjoni ex post tal-RPDs ta’ bejn l-2014 u l-2020 li tkopri l-għan, il-proċess u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku u identifikazzjoni tal-prattiki tajbin, b’inklużjoni ta’ mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.
ANNESS VII
Struttura u kontenut tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali (kif stipulat fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
1. Informazzjoni prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu
(a) Dejta finanzjarja
Dejta dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, għal kull miżura u qasam ta’ fokus, li tipprovdi dikjarazzjoni tan-nefqa mġarrba u ddikjarata fid-dikarazzjoni tan-nefqa. Din għandha tkopri n-nefqa pubblika totali mġarrba, kif ukoll l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji miġjubin mill-Istai Membri tul is-sena kalendarja preċedenti.
(b) Indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi u valuri tal-miri kkwantifikati
Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR kif titkejjel mill-indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti għal kull qasam ta’ fokus u fir-rigward tar-riżultati rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati ppjanati, kif inhu stipulat fil-pjan ta’ indikazzjoni. Bl-ewwel ħaġa mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li jrid jiġi sottomess fl-2017, il-kisbiet li jwasslu għall-punti prinċipali u l-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni (It-Tabella F). L-informazzjoni addizzjonali dwar l-istadju tal-implimentazzjoni tal-PŻR tingħata permezz tad-data dwar l-impenji finanzjarji skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus, u l-progress relatat mistenni lejn il-miri
Tabelli:
2. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun ippreżentat kif ġej:
Deskrizzjoni ta’ kull modifika magħmula fil-pjan ta’ evalwazzjoni fil-PŻR tul is-sena, b’ġustifikazzjoni għalihom.
Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni mwettqin matul is-sena (b’rabta mat-taqsima 3 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*
Deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqin b’rabta mal-għoti u l-ġestjoni tad-dejta (b’rabta mat-taqsima 4 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*
Lista ta’ evalwazzjonijiet kompluti, inklużi referenzi għal fejn dawn ġew ippubblikati onlajn.
Sommarju ta’ evalwazzjonijiet kompluti, b’fokus fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni.
Deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqin b’rabta mal-pubbliċizzazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*
Deskrizzjoni tas-segwitu mogħti lir-riżultati tal-evalwazzjoni (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*
* Għandha ssir referenza għall-pjan ta’ evalwazzjoni, kull diffikultà li tinqala’ fl-implimentazzjoni għandha tiġi deskritta, flimkien mas-soluzzjonijiet adottati jew proposti.
3. Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħudin
Deskrizzjoni tal-passi meħudin mill-Awtorità Maniġerjali u mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programmi u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjonijiet affaċċjati fil-ġestjoni tal-programm u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda, notevolment b’rispons għall-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
4. Passi meħudin għall-implimentazzjoni tal-assistenza teknika u rekwiżiti dwar il-pubbliċità tal-programmi
(a) F’każ ta’ kopertura mill-assistenza teknika tat-twaqqif u l-funzjonament tan-NRN, ir-rapport għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet meħudin u s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tat-twaqqif tan-NRN u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;
(b) Passi meħudin biex jiġi żgurat li l-programm jiġi ppubbliċizzat (l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament).
5. Azzjonijiet meħudin biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante (fl-2017 u fl-2016 fejn ikun relevanti)
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin skont il-prijorità/il-qasam ta’ fokus/il-miżura biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ex ante applikabbli marbutin mal-prijoritajiet u dawk ġenerali, li ma jkunux ġew issodisfati jew ikunu ġew issodisfati parzjalment fil-waqt tal-adozzjoni tal-PŻR. Għandha ssir referenza għall-kriterji li ma ġewx issodisfati jew li ġew issodisfati parzjalment, għal kwalunkwe strateġija, att legali jew dokument relevanti ieħor inklużi referenzi għat-taqsimiet u l-artikoli relevanti, għall-korpi responsabbli biex dawn jiġu ssodisfati. Fejn ikun neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjonijiet jew informazzjoni addizzjonali biex jikkomplimentaw dik id-deskrizzjoni.
6. Deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni kif imkejla minn indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż dwar il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti fil-pjan ta’ indikazzjoni tas-sottoprogramm, kif ukoll fir-rigward tar-riżultati u n-nefqa rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati u n-nefqa ppjanati stabbiliti fis-sottoprogramm.
7. Valutazzjoni tal-informazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ evalwazzjoni:
Rapportar u kwantifikazzjoni tal-kisbiet tal-programmi, partikolarment permezz tal-valutazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati komplimentari u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.
L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja, li tirriżulta minn attivitajiet ta’ evalwazzjoni:
Rapportar dwar il-progress lejn l-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu biex tintlaħaq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv permezz ta’, inter alia, valutazzjoni tal-kontribut nett tal-programm lejn il-bidliet fil-valuri ta’ indikazzjoni tal-impatti tal-PAK, u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.
8. Implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
(a) Promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu kkunsidrati u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż b’rabta mal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.
(b) Żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-objettivi u l-implimentazzjoni tal-FAEŻR ikunu konformi mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-mira tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, kif inhu stipulat fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.
Barra minn hekk, tingħata informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima (Traċċar tat-tibdil fil-klima).
(c) Ir-rwol tal-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fl-implimentazzjoni tal-programm
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-imsieħba stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu involuti fit-tħejjija tar-rapporti ta’ progress u tul l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament u fl-attivitajiet tan-NRN.
9. Progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat
L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
Deskrizzjoni tal-progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat lejn l-użu tal-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali.
10. Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarjit (l-Artikolu 46 tar-Regolamen (UE) Nru 1303/2013)
L-AIRs għandhom jinkludu wkoll bħala anness:
rapport speċifiku li jkopri l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu l-istrumenti finanzjarji. Il-kontenut ta’ dan ir-rapport huwa stipulat fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u din is-sottomissjoni għandha ssir permezz ta’ mudell tal-Fondi tal-ESI.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).
( 2 ) L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)
( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it- termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall- appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7).
( 4 ) Bl-użu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull wieħed mill-programmi kkonċernati.
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
( 7 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
( 8 ) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
( 9 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-flora u l-fawna selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
( 10 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta<gr>l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
( 11 ) It-tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus għandha tintuża fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali għall-objettivi tematiċi u l-objettivi tat-tibdil fil-klima msemmijin fl-Artikolu 15(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tas-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19(5) u 22(6) ta’ dak ir-Regolament u, meta jkun relevanti, tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont l-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
( 12 ) Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185)
( *1 ) Indikaturi tal-kuntest li jinkorporaw l-indikaturi tal-impatt tal-Politika Agrikola Komuni (“PAK”)
( *2 ) Indikaturi tar-riżultati komplimentari