02014R0702 — MT — 10.12.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 193 1.7.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 |
L 156 |
1 |
20.6.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/289 tad-19 ta' Frar 2019 |
L 48 |
1 |
20.2.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2020 |
L 414 |
15 |
9.12.2020 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 702/2014
tal-25 ta' Ġunju 2014
li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
WERREJ |
|
KAPITOLU I: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI |
KAPITOLU II: |
REKWIŻITI PROĊEDURALI |
KAPITOLU III: |
KATEGORIJI TA' GĦAJNUNA |
Taqsima 1: |
Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli |
Taqsima 2: |
Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli |
Taqsima 3: |
Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura |
Taqsima 4: |
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija |
Taqsima 5: |
Għajnuna favur il-forestrija |
Taqsima 6: |
Għajnuniet favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali, kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn il-miżuri kofinanzjati |
KAPITOLU IV: |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI |
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin:
għajnuna favur l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs):
attivi fis-settur agrikolu, jiġifieri fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15, 16, 18 u 23 u l-Artikoli 25 sa 28 li se japplikaw biss għall-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;
għal attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u hija jew kofinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn.
għajnuna għal investimenti għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq l-azjendi agrikoli;
għajnuna favur l-għemil tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur agrikolu;
għajnuna għar-riċerkja u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura;
għajnuna favur il-forestrija.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna favur:
is-settur tal-forestrija li mhuwiex kofinanzjat mill-FAEŻR jew għajnuna mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn it-tip ta' miżuri kofinanzjati, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31, 38, 39 u 43;
l-SMEs għal attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat li mhumiex kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżura kofinanzjata.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
skemi ta' għajnuna li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikoli 17, 32 u 33, fl-Artikoli 34(5)(a) sa (c), u l-Artikoli 35, 40, 41, u 44 ta' dan ir-Regolament, jekk il-baġit medju annwali tal-għajnuna mill-Istat jeċċedi EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kull waħda minn dawn l-iskemi ta' għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta' evalwazzjoni relevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema;
kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-Paragrafu 4(a) ta' dan l-Artikolu, għajr modifiki li ma jaffettwawx il-kompatibilità tal-iskema tal-għajnuna skont dan ir-Regolament jew li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta' evalwazzjoni approvat;
għajnuna għall-attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna direttament marbuta mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni jew ma' spejjeż oħra kurrenti marbuta ma' attività tal-esportazzjoni;
għajnuna dipendenti fuq l-użu ta' oġġetti domestiċi minflok dawk importati;
Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 30, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
l-iskemi ta' għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-pagament ta' għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni ta' rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara li għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru tkun illegali u inkompatibbli mas-suq intern;
għajnuna ad hoc għal impriża msemmija fil-punt (a).
Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal għajnuna lil impriżi f'diffikultà, bl-eċċezzjoni ta':
għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali skont l-Artikolu 30, għajnuna għall-ispejjeż tal-qerda tal-mard tal-annimali skont l-Artikolu 26(8) u l-għajnuna għat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta skont l-Artikolu 27(1)(c), (d) u (e);
għajnuna għall-avvenimenti li ġejjin sakemm l-impriża sfat impriża f'diffikultà minħabba telf jew danni kkawżati mill-avveniment inkwistjoni:
għajnuna bħala kumpensa għat-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali b'konformità mal-Artikolu 25;
għajnuna għall-ispejjeż tal-qerda tal-pesti tal-pjanti u bħala kumpens għad-dannu kkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew dawk il-pesti tal-pjanti b'konformità mal-Artikolu 26(8) u (9);
għajnuna għar-restawr ta' danni lil foresti minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 34(5)(d);
għajnuna lil impriżi li ma kinux f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 iżda li kienu f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuniet, li minnhom nfushom, bil-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew bil-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu vjolazzjoni indiviżibbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari għal:
għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit b'mod predominanti f'dak l-Istat Membru;
għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;
għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;
“SME” jew “impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
“is-settur agrikolu” tfisser azjendi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli;
“prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, minbarra l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“produzzjoni agrikola primarja” tfisser il-produzzjoni ta' prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem, elenkati fl-Anness I mat-Trattat, mingħajr it-twettiq ta' kwalunkwe operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura ta' dawn il-prodotti;
“ipproċessar ta' prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, minbarra attivitajiet fuq l-azjenda meħtieġa għat-tħejjija ta' prodott mill-annimali jew mill-pjanti għall-ewwel bejgħ;
“kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri bil-għan ta' bejgħ, offerta ta' bejgħ, kunsinna jew kwalunkwe mod ieħor ta' tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa' jbigħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tħejji prodott għal dan it-tip tal-ewwel bejgħ; bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi finali jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni jekk iseħħ f'bini separat riżervat għal dak l-iskop;
“azjenda agrikola” tfisser unità li tinkludi art, bini u faċilitajiet użati għal produzzjoni primarja agrikola;
“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar, uragani, trombi tal-arja, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta' oriġini naturali;
“skema ta' għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta' implimentazzjoni, għotjiet ta' għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi ddefiniti fl-att b'mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista' tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma' proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta' żmien indefinit u għal ammont indefinit;
“pjan ta' evlawazzjoni” tfisser dokument li fih mill-inqas l-elementi minimi li ġejjin: l-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna li jridu jiġu evalwati; il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni; l-indikaturi tar-riżultati; il-metodoloġija li se tintuża biex titwettaq l-evalwazzjoni; ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-dejta; it-twaqqit propost tal-evalwazzjoni inkluż id-data ta' preżentazzjoni tar-rapport finali ta' evalwazzjoni; id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u tal-modalitajiet biex tkun żgurata l-pubbliċità tal-evalwazzjoni;
“għajnuna individwali” tfisser:
għajnuna ad hoc; u
għotjiet ta' għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta' skema ta' għajnuna;
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija fuq il-bażi ta' skema ta' għajnuna;
“impriża f'diffikultà” tfisser impriza li fir-rigward tagħha tinqala' mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (għajr SME li ilha teżisti għal anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt ikun għeb b'riżultat ta' telf akkumulat. Dan huwa l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħra kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) jwassal għal ammont kumulat negattiv li jeċċedi nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall finijiet ta' din id-dispożizzjoni “kumpanija b'responsabbiltà limitata” tirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u “kapital azzjonarju” jinkludi, fejn relevanti, kwalunkwe primjum fuq l-azzjonijiet;
fil-każ ta' kumpanija fejn mill-inqas xi membri għadhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija (għajr SME li ilha teżisti għal anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun għeb bħala riżultat ta' telf akkumulat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni “kumpanija fejn mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpanija msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE;
meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex titqiegħed fi proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha.
meta l-intrapriża tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ u tkun għadha ma rrimborżatx is-self jew ma temmitx il-garanzija, jew tkun irċeviet għajnuna għar-ristrutturar u għadha soġġetta għal pjan ta' ristrutturar;
fil-każ ta' intrapriża li mhijiex SME, fejn fl-aħħar sentejn:
id-dejn kontabilistiku għall-proporzjon ta' ekwità tal-intrapriża kien akbar minn 7,5; u
il-proporzjon ta' imgħax kopert tal-EBITDA tal-intrapriża kien taħt il-1,0;
“bhejjem mejta” tfisser annimali li nqatlu permezz tal-ewtanażja b'dijanjożi definita jew mingħajrha jew li mietu, inklużi annimali li twieldu mejta u li ma twildux, fuq azjenda jew kwalunkwe bini jew matul it-trasport, iżda li ma nqatlux għall-konsum tal-bniedem;
“avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, tempesti u silġ, borra, xita bil-qliel jew nixfa severa li jeqirdu aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni annwali ta' bidwi partikolari:
matul il-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew jew
medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa;
“avvenimenti klimatiċi avversi oħra” tfisser kundizzjonijiet mhux favorevoli li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament;
“pesti tal-pjanti” tfisser organiżmi li jagħmlu ħsara kif definit fl-Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 3 );
“avveniment katastrofiku” tfisser avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew mhux bijotika kkawżat minn azzjoni umana li twassal għal disturbi kbar fl-istrutturi forestali, u li eventwalment jikkawża dannu ekonomiku kbir lis-setturi forestali;
“l-ekwivalenti tal-għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta' għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;
“assi tanġibbli” tfisser assi li jikkonsistu f'art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir;
“assi intanġibbli” tfisser assi li m'għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħal privattivi, liċenzji, know-how jew proprjetà intellettwali oħra;
“sistemi agroforestali” tfisser sistemi tal-użu tal-art li fihom is-siġar jitkabbru flimkien ma' agrikoltura fuq l-istess art;
“self bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq ir-riżultat tal-proġett;
“bidu ta' xogħlijiet fuq il-proġett jew attività” tfisser jew il-bidu tal-attivitajiet jew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni marbuta mal-investiment, liema minnhom jinbdew l-ewwel, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti biex jiġi ordnat apparat jew jiġu impjegati servizzi jew kull impenn ieħor li permezz tiegħu l-proġett jew l-attività jsiru irriversibbli; ix-xiri ta' art u xogħlijiet preparatorji bħalma huma l-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji ta' fattibiltà mhumiex ikkunsidrati bħala l-bidu ta' xogħlijiet jew attività;
“impriżi kbar” tfisser impriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta' skema li qabel kienet teżisti fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, u li tissostitwiha;
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta' taxxa jew imposti oħra;
“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli;
“Standard tal-Unjoni” tfisser standard obbligatorju prevvist fil-liġi tal-Unjoni li jistabbilixxi l-livell li impriżi individwali għandhom jiksbu, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambjent, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-annimali; madankollu standards jew miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li huma vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għal impriżi individwali ma jitqisux bħala standards tal-Unjoni;
“programm ta' żvilupp rurali” tfisser programm ta' żvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
“investiment mhux produttiv” tfisser investiment li ma jwassalx għal żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabbiltà tal-azjenda agrikola;
“investimenti biex ikun hemm konformità ma' standard tal-Unjoni” tfisser investimenti li jsiru biex ikun hemm konformità ma' standard tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
“bidwi żagħżugħ” tfisser persuna li ma għandiex aktar minn 40 sena fid-data meta tippreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna, li għandha ħiliet u kompetenzi okkupazzjonali xierqa u qiegħda tistabbilixxi ruħha għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala kap ta' dik l-azjenda;
“reġjuni l-aktar imbiegħda” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat;
“il-gżejjer minuri tal-Eġew” tfisser il-gżejjer minuri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
“reġjuni inqas żviluppati” tfisser reġjuni fejn il-prodott domestiku gross (PDG) per capita huwa anqas minn 75 % tal-PDG medju tal-EU-27;
“UE-25” tfisser il-25 Stat Membru tal-Unjoni li kienu Stati Membri fl-Unjoni f'Mejju 2005;
“EU-27” tfisser is-27 Stat Membru tal-Unjoni li kienu Stati Membri fl-Unjoni f'Jannar 2007;
“xogħlijiet kapitali” tfisser xogħlijiet li jitwettqu mill-bidwi nnifsu jew mill-ħaddiema tiegħu, li permezz tagħhom jinħoloq attiv;
“bijokarburant magħmul mill-ikel” tfisser bijokarburant prodott minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt kif definit fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( 5 );
“bidwi attiv” tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ( 6 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
“grupp ta' produtturi u organizzazzjoni” tfisser grupp jew organizzazzjoni stabbiliti għall-fini:
tal-adattament tal-produzzjoni u l-output tal-produtturi li huma membri ta' tali gruppi jew organizzazzjonijiet ta' produtturi skont ir-rekwiżiti tas-suq, jew
tat-tqegħid b'mod konġunt ta' prodotti fis-suq, inklużi l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lix-xerrejja bl-ingrossa; jew
tal-istabbiliment ta' regoli komuni fuq l-informazzjoni dwar il-produzzjoni, b'mod partikolari dwar il-ħsad u d-disponibbiltà, jew jew
tal-attivitajiet l-oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, bħall-iżvilupp ta' ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar ta' proċessi ta' innovazzjoni;
“spejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità” tfisser l-ispejjeż imġarrba biex wieħed jidħol fi skema tal-kwalità appoġġjata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn ikun hemm bżonn, in-nefqa fuq il-verifiki meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema tal-kwalità;
“konsulenza” tfisser konsulenza kompleta mogħtija fil-qafas tal-istess kuntratt;
“membru ta' familja li tgħix fuq azjenda agrikola” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali jew grupp ta' persuni fiżiċi jew legali, ikun xi jkun l-istatus legali li jingħata lill-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema tal-azjenda agrikola;
“Spejjeż tat-testijiet tal-Enċefalopatija Sponġiformi Kontaġġjuża (Transmissible Spongiform Encephalopathy TSE) u Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (Bovine Spongiform Encephalopathy BSE)” tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi dawk għall-kits tat-testijiet u għat-teħid, it-trasport, l-ittestjar, il-ħażna u l-qerda ta' kampjuni meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-laboratorju skont il-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
“ktieb tal-merħla” tfisser kull ktieb, reġistru, fajl jew mezz ta' dejta:
li hu miżmum minn organizzazzjoni ta' dawk li jrabbu l-bhejjem jew assoċjazzjoni uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru fejn l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu l-bhejjem kienet ikkostitwita; u
li fih annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' nisel speċifikat jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati b'referenza għall-antenati tagħhom.
“annimal protett” tfisser kull annimal protett jew mill-Unjoni jew inkella mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
“organizzazzjoni ta' riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità (bħal universitajiet jew istituti ta' riċerka, aġenziji tat-trasferiment tat-teknoloġija, intermedjarji ta' innovazzjoni, entitajiet kollaborattivi fiżiċi u/jew virtwali orjentati lejn ir-riċerka), ikun xi jkun l-istat legali tagħha (organizzata skont il-liġi pubblika jew privata) jew il-mod ta' finanzjament, li l-iskop ewlieni tagħha jkun li twettaq riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali, jew li xxerred b'mod wiesa' r-riżultati ta' attivitajiet bħal dawn permezz tat-tagħlim, il-pubblikazzjoni jew it-trasferiment tal-għarfien. Fejn entità bħal din twettaq ukoll attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul ta' dawk l-attivitajiet ekonomiċi għandhom jitqiesu b'mod separat. L-impriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq entità bħal din, pereżempju fil-kapacità tagħhom bħala azzjonisti jew membri, ma għandhom igawdu l-ebda aċċess preferenzjali għall-kapaċitajiet ta' riċerka tagħha jew għar-riżultati ġġenerati minnha;
“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jsiru bejn impriżi indipendenti u ma fihom ebda element ta' kollużjoni. Kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u bla ebda kundizzjoni titqies li tilħaq il-prinċipju tad-distakkament;
“siġar li jikbru malajr” tfisser foresta b'rotazzjoni qasira, fejn iż-żmien minimu qabel il-ħsad ma jistax ikun inqas minn 8 snin u ż-żmien massimu qabel il-ħsad ma jistax jeċċedi l-20 sena;
“siġar għat-tkabbir ta' msaġar b'newba qasira” tfisser speċijiet ta' siġar tal-kodiċi NM 06 02 9041 li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri, li jikkonsistu minn uċuħ perenni tal-injam, fejn ir-riżomi jew iz-zkuk tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, bi friegħi ġodda li jikbru fl-istaġun ta' wara u b'ċiklu massimu tal-ħsad li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;
“kost tat-transazzjoni” tfisser spiża addizzjonali konnessa mat-twettiq ta' impenn, iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew mhux inkluża fl-ispejjeż jew id-dħul mitlufa li għalihom jingħata kumpens b'mod dirett. u li tista' tiġi kkalkulata fuq bażi ta' spiża standard;
“maniġer ieħor ta' art” tfisser impriża li timmaniġġa art għajr impriża li hija attiva fis-settur agrikolu;
“ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirrizulta fi prodott li mhuwiex kopert bl-Anness I tat-Trattat;
“żoni ‘a’” tfisser dawk iż-żoni identifikati fuq mappa ta' għajnuna reġjonali approvata għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat;
“żoni ‘c’” tfisser dawk iż-żoni identifikati fuq mappa approvata ta' għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat;
“żoni b'popolazzjoni skarsa” tfisser dawk iż-żoni aċċettati mill-Kummissjoni bħala tali fid-deċiżjonijiet individwali fuq il-mappep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020;
“żona NUTS 3” tfisser reġjun speċifikat fil-livell 3 ta' klassifika komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
“żoni ‘c’ mhux predefiniti” tfisser żoni li Stat Membru skont id-diskrezzjonijiet tiegħu stess jagħżel bħala żoni “c” dment li l-Istat Membru juri li żoni bħal dawn jissodisfaw ċertu kriterji soċjoekonomiċi u li dawn iż-żoni huma identifikati fuq mappa ta' għajnuna reġjonali approvata għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat;
“dawk li kienu żoni ‘a’” tfisser dawk iż-żoni identifikati bħala żoni “a” fuq mappa approvata ta' għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-30 ta' Ġunju 2014;
“oġġetti tal-ikel” tfisser oġġetti tal-ikel li mhumiex prodotti agrikoli u li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
Artikolu 3
Kundizzjonijiet għal eżenzjoni
Skemi ta' għajnuna, għajnuna individwali mogħtija skont skemi ta' għajnuna u għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Livelli limitu għan-notifika
Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal kwalunkwe għajnuna individwali, fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħha jeċċedi l-limiti li ġejjin:
għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew assi intanġibbli fuq azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja hekk kif imsemmi fl-Artikolu 14: EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda li tirriżulta fil-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet jew f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni hekk kif imsemmi fl-Artikolu 16(4): EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli hekk kif imsemmi fl-Artikolu 17: EUR 7,5 miljun kull impriża għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq l-azjenda agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 29: EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 31: EUR 7,5 miljun għal kull proġett;
għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' msaġar kif imsemmi fl-Artikolu 32: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment ta' stabbiliment ta' msaġar;
għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija kif imsemmi fl-Artikolu 33: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' stabbiliment ta' sistema tal-agroforestrija;
għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 35: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 40: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 41: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;
għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni ta' qoton hekk kif imsemmi fl-Artikolu 44: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;
Artikolu 5
It-trasparenza tal-għajnuna
Il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu li huma għajnuna trasparenti:
għajnuna li tikkonsisti f'għotjiet u sussidji fuq ir-rata tal-imgħax;
għajnuna li tikkonsisti f'self, fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross ġie kkalkolat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza prevalenti fi żmien l-għotja;
għajnuna li tinvolvi garanziji:
fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums ta' rifuġju stipluati fin-Notifika tal-Kummissjoni; jew
meta, qabel l-implimentazzjoni tal-għajnuna, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tan-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE fl-għajnuna mill-Istat fl-għamla ta' garanziji, jew kull notifika suċċessiva wara n-notifika ta' dik il-metodoloġija lill-Kummissjoni skont xi regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak il-mument, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti involuti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali, fejn il-miżura tipprevedi limitu li jiżgura li l-livell limitu applikabbli ma jinqabiżx;
għajnuna fil-forma ta' self bil-quddiem li jrid jitħallas lura, jekk l-ammont nominali totali tas-self bil-quddiem li jrid jitħallas lura ma jaqbiżx il-livelli limitu applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross tas-self bil-quddiem li jrid jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
għajnuna li tikkonsisti f'injezzjonijiet ta' kapital;
għajnuna inkluża f'miżuri ta' finanzjament ta' riskju.
Artikolu 6
Effett ta' inċentiv
Għajnuna għandha tiġi kkunsidrata li għandha effett ta' inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
isem u daqs l-impriża;
deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;
il-post tal-proġett jew tal-attività;
lista ta' spejjeż eliġibbli;
tip (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew oħrajn) u ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett/attività.
Għajnuna ad hoc mogħtija lil impriżi kbar titqies li għandha effett ta' inċentiv jekk flimkien mat-twettiq tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-benefiċjarju tistabbilixxi wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;
żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;
żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernati;
fil-każ ta' għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona rurali kkonċernata jew ma kinux ikunu profitabbli b'mod suffiċjenti għall-benefiċjarju fiż-żona rurali kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.
B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, miżuri fil-forma ta' vantaġġi fiskali jistgħu jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-miżura tistabbilixxi dritt għal għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; u
il-miżura ġiet adottata u hija fis-seħħ qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-proġett jew attività megħjuna, ħlief fil-każ ta' skemi fiskali suċċessuri fejn l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta' vantaġġi fiskali.
B'deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4 il-kategoriji li ġejjin ta' għajnuna mhumiex meħtieġa li jkollhom jew huma meqjusa li għandhom effett ta' inċentiv:
skemi ta' għajnuna għal konsolidazzjoni ta' art fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 jew l-Artikolu 43 huma ssodisfati u fejn:
l-għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali tistabbilixxi dritt għal għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; u
l-iskema ta' għajnuna ġiet adottata u hija fis-seħħ qabel ma jkunu ġġarrbu l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 43 mill-benefiċjarju;
għajnuna għal miżuri promozzjonali fil-forma ta' pubblikazzjonijiet mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(2)(b);
għajnuna biex tikkumpensa t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25;
għajnuna biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għal telf ikkawżat mill-istess mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26(9) u (10);
għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 27(1)(c), (d) u (e) huma ssodisfati;
għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq azjendi agrikoli skont l-Artikolu 29;
għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minn diżastri naturali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30;
għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 huma ssodisfati;
għajnuna għar-restawr tad-danni lill-foresti min-nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, pesti tal-pjanti, mard tal-annimali, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 34(5)(d) fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 huma ssodisfati;
għajnuna għall-parteċipazzjoni ta' bdiewa attivi fl-iskemi ta' kwalità għall-qoton u għall-oġġetti tal-ikel meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48.
Artikolu 7
Intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli
Artikolu 8
Kumulazzjoni
Għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli, eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament, tista' tiġi kumulata ma':
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, ladarba dawk il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati,
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu b'mod parzjali jew sħiħ, biss jekk tali kumulazzjoni ma tirriżultax f'ammont li jeċċedi l-ogħla intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.
Għajnuna mingħajr spejjeż identifikabbli eliġibbli tista' tiġi kumulata ma' għajnuna oħra mill-Istat mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, sal-għola limitu rilevanti tal-iffinanzjar totali ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ minn dan ir-regolament jew regolament ieħor għal eżenzjoni sħiħa jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.
Għajnuna tal-bidu għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna tal-bidu għall-iżvilupp ta' azjendi żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament m'għandiex tiġi kumulata ma' għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal bdiewa żgħar jew l-iżvilupp ta' azjendi żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(i) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/20013 jekk kumulu bħal dan jirriżulta f'ammont ta' għajnuna li jeċċedi dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni u informazzjoni
Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta' dak is-sommarju, il-Kummissjoni għandha tibgħat avviż tal-wasla b'numru ta' identifikazzjoni tal-għajnuna.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika fuq websajt komprensiv ta' għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali:
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fil-Paragrafu 1 jew link għaliha;
it-test sħiħ ta' kull għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1, inklużi l-emendi tagħha, jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;
l-informazzjoni msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament dwar kull għotja ta' għajnuna individwali li teċċedi dan li ġej:
EUR 60 000 għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;
EUR 500 000 għal benefiċjarji attivi fis-setturi tal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, is-settur tal-forestrija jew attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.
Għal skemi ta' għajnuna fil-forma ta' vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati jekk l-Istati Membri jippublikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar ammonti individwali ta' għajnuna fil-firxiet ta' EUR miljuni li ġejja:
0,06–0,5 għall-produzzjoni agrikola primarja biss;
0,5-1;
1 sa 2;
2 sa 5;
5 sa 10;
10 sa 30; u
30 u iktar.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fil-punt (a) il-paragrafu 1.
il-links għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat, tal-Istati Membri kollha, imsemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 10
Evitar ta' pubblikazzjoni doppja
Jekk l-għotja ta' għajnuna individwali taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u hija jew kofinanzjata mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn, l-Istat Membru jista' jagħżel li ma jippubblikahiex fuq il-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm l-għotja ta' għajnuna individwali tkun diġà ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 111, 112 u 113 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jagħmel referenza għall-websajt imsemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fuq il-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
REKWIŻITI PROĊEDURALI
Artikolu 11
Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali
Meta l-Istat Membru kkonċernat jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I sa III, il-Kummissjoni tista', wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehemtu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta' għajnuna kollha jew xi wħud minnhom adottati fil-ġejjieni mill-Istat Membru kkonċernat li diversament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu notifikati jistgħu jkunu limitati għal ċertu tipi ta' għajnuna, għal għajnuna mogħtija favur ċerti benefiċjarji jew għal għajnuna adottata minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 12
Rappurtar
Ir-rapport annwali għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna dan li ġej:
mard tal-annimali u pesti tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 26;
informazzjoni metereoloġika dwar it-tip, it-twaqqit, il-kobor relattiv u l-lokalizzazzjoni ta' avvenimenti klimatiċi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali kif imsemmi fl-Artikolu 25 jew diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 30.
Artikolu 13
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament huma ssodisfati. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont skema ta' għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni f'perjodu ta' 20 jum tax-xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn li l-Kummissjoni tqis neċessarja biex tissorvelja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
KATEGORIJI TA' GĦAJNUNA
TAQSIMA 1
Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli
Artikolu 14
Għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew intanġibbli fuq impriżi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja
L-investiment għandu jsegwi notevolment l-għanijiet li ġejjin:
it-titjib tal-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, b'mod partikolari permezz ta' tnaqqis tal-ispejjeż ta' produzzjoni jew it-titjib u t-tqassim mill-ġdid ta' produzzjoni;
it-titjib tal-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, sakemm l-investiment ikkonċernat imur lil hinn mill-istandards tal-UE fis-seħħ;
il-ħolqien u t-titjib ta' infrastruttura relatata mal-iżvilupp, l-adattazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-agrikoltura, inkluż aċċess għal art tar-razzett, konsolidazzjoni u titjib tal-art, il-forniment u l-ekonomija tal-enerġija u tal-ilma;
il-kisba tal-għanijiet klimatiċi agro ambjentali, inkluż l-istatus tal-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-ispeċijiet u l-habitat kif ukoll it-titjib tal-valur tal-kumditajiet pubbliċi ta' żona tan-Natura 2000 jew sistemi oħra ta' valur naturali għoli, definiti fil-programmi nazzjonali jew reġjonali tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri, sakemm l-investimenti jkunu investimenti mhux produttivi;
ir-restawr tal-potenzjal ta' produzzjoni li jkun ġarrab ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u l-prevenzjoni tad-danni kkawżati minn dawk l-avvenimenti.
Meta l-investiment isir għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni m'għandiex tkun aktar mill-ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali ta' karburant għat-trasport tal-azjenda agrikola u l-bijokarburant prodott m'għandux jinbiegħ fis-suq.
Meta l-investiment isir għall-produzzjoni ta' enerġija termali u elettriku minn sorsi rinnovabbli fuq azjendi agrikoli, il-faċilitajiet tal-produzzjoni għandhom jaqdu l-bżonnijiet tal-enerġija tal-benefiċjarji biss u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom m'għandiex tkun akbar mill-ekwivalenti tal-medja kkumbinata tal-konsum annwali tal-enerġija ta' enerġija termali u ta' elettriku fuq l-azjenda agrikola, inkluż l-unità domestika agrikola. Il-bejgħ ta' elettriku fil-grilja għandu jkun permess biss safejn il-limitu annwali ta' konsum proprju huwa rrispettat.
Meta l-investiment isir minn aktar benefiċjarji bl-iskop li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom stess tal-bijokarburant u tal-enerġija, il-medja tal-konsum annwali għandha tiġi akkumulata mal-ammont ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali tal-benefiċjarji kollha.
L-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli li jikkunsmaw jew jipproduċu l-enerġija għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għall-effiċjenza fl-enerġija fejn standards bħal dawn jeżistu fil-livell nazzjonali.
Investimenti f'installazzjonijiet, li l-iskop primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta' enerġija termali li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sollijiet għall-proporzjonijiet massimi ta' ċereali u pjanti oħra b'kontenut rikk ta' lamtu, għelejjel taz-zokkor u taż-żejt użati għall-produzzjoni tal-bijokarburant, inklużi l-bijokarburanti, għal tipi differenti ta' installazzjonijiet. Għajnuna għal proġetti ta' investiment fil-bijoenerġija għandhom jiġu limitati għal bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi fl-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
l-ispejjeż għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti u, bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
l-akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwist ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;
spejjeż għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-għanijiet msemmija fil-paragrafu 3(d);
fil-każ ta' irrigazzjoni, l-ispejjeż għall-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss:
pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, kif meħtieġ bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona sħiħa fejn ikun se jsir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra li l-ambjent tagħha jista' jiġi milqut mill-investiment. Il-miżuri li jkollhom effett taħt il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara skont l-Artikolu 11 tal-istess Direttiva u li huma ta' relevanza għas-settur agrikolu għandhom ikunu ġew speċifikati fil-programm tal-miżuri rilevanti; Il-miters tal-ilma li jippermettu l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat għandhom ikunu diġà installati jew għandhom jiġu installati bħala parti mill-investiment;
l-investiment għandu jwassal għal tnaqqis fl-użu preċedenti tal-ilma ta' mill-inqas 25 %;
Madankollu, fir-rigward tal-punt (f) investimenti li jaffettwaw korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala mhux daqshekk tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir tax-xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma kif ukoll investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu.
Il-kundizzjonijiet tal-punt (f)(i) u (ii) hawn fuq m'għandhomx japplikaw għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza fl-enerġija jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ;
fil-każ ta' investimenti mmirati għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun saritlu ħsara bid-diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola sal-livell li kien qabel l-okkorrenza ta' dawk l-avvenimenti;
fil-każ ta' investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta' danni kkawżati minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta' azzjonijiet preventivi speċifiċi.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
L-għajnuna ma għandhiex tingħata fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
ix-xiri tad-drittijiet ta' produzzjoni, intitolamenti ta' pagament u pjanti annwali;
it-tħawwil ta' pjanti annwali;
xogħlijiet ta' drenaġġ;
investimenti biex ikun hemm konformità mal-istandards tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna mogħtija lil bdiewa żgħażagħ fi żmien 24 xahar mid-data ta' meta dawn jistabbilixxu ruħhom;
ix-xiri ta' annimali, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna mogħtija għal investimenti skont il-paragrafu 3(e).
L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:
75 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
75 % tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;
50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG per capita tagħhom huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;
40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn.
Ir-rati previsti fil-paragrafu 12 jistgħu jiżdiedu b'20 punti perċentwali, sakemm l-intensità massima tal-għajnuna ma taqbiżx id-90 % għal:
bdiewa żgħażagħ, jew bdiewa li diġà stabbilixxew ruħhom matul il-ħames snin qabel id-data ta' applikazzjoni għall-għajnuna;
investimenti kollettivi, bħalma huma faċilitajiet ta' ħżin li jintużaw minn grupp ta' bdiewa jew faċilitajiet biex jiġu ppreparati l-prodotti agrikoli qabel il-kumerċjalizzazzjoni, u proġetti integrati li jkopru diversi miżuri li hemm stipulazzjoni dwarhom fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi dawk marbuta ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi;
identifikazzjoni ta' żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra
operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP), bħalma huwa investiment fuq stalla ġdida, li jippermettu l-ittestjar ta' prattika ġdid ta' akkomodazzjoni tal-annimali, li ġiet żviluppata fi grupp operazzjonali kompost minn bdiewa, xjentisti, u organizzazzjoni mhux governattiva dwar it-trattament xieraq tal-annimali;
investimenti għat-titjib tal-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta' iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fil-paragrafu 3(b); f'dan il-każ ir-rata miżjuda kif prevista f'dan il-paragrafu għandha tapplika biss għall-ispejjeż addizzjonali li hemm bżonn biex jinkiseb livell li jeċċedi l-istandards tal-UE fis-seħħ u li ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni.
Għal investimenti fir-rigward ta' miżuri preventivi, imsemmija fil-paragrafu 3(e), l-intensità massima tal-għajnuna m'għandhiex teċċedi t-80 %. Madankollu, tista' tiġi miżjuda sa 100 % jekk l-investiment isir b'mod kollettiv minn aktar minn benefiċjarju wieħed.
Artikolu 15
Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art
L-għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art agrikola għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u tingħata għall-ispejjeż legali u amministrattivi u tkun limitata għalihom, inklużi spejjeż għal stħarriġ, sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.
Artikolu 16
Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda agrikola
L-interess pubbliku invokat biex ikun ġustifikat l-għoti ta' għajnuna skont dan l-Artikolu għandu jkun speċifikat fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.
Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, is-sempliċi sostituzzjoni ta' bini eżistenti jew faċilitajiet, b'bini jew faċilitajiet ġodda u moderni mingħajr ma jinbidlu b'mod fundamentali l-produzzjoni jew it-teknoloġija involuta m'għandhiex titqies li hija relatata mal-modernizzazzjoni.
Artikolu 17
Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:
75 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
75 % tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;
50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu ta' 2007-2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG per capita tagħhom huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;
40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn.
Ir-rati msemmija fil-paragrafu 9 jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali, sakemm l-intensità massima tal-għajnuna ma taqbiżx id-90 % għal operazzjonijiet:
marbuta ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi; jew
operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tal-EIP.
Artikolu 18
Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar
Id-definizzjoni ta' azjendi agrikoli żgħar mill-Istati Membri għandha tkun dik inkluża u approvata mill-Kummissjoni fil-programmi ta' żvilupp rurali rispettivi.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu limiti superjuri u inferjuri għal aċċess ta' għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar fir-rigward ta' potenzjal tal-produzzjoni tal-impriża agrikola, imkejla b'output standard, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 ( 13 ), jew ekwivalenti. Il-limitu inferjuri għal aċċess ta' għajnuna inizjali għal bdiewa li għadhom żgħar għandu jkun ogħla b'mod sinifikanti mil-limitu superjuri għal aċċess għal għajnuna għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar.
Għajnuna għandha tkun limitata għal intrapriżi mikro u żgħar.
Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu mill-inqas jiddeskrivi dan li ġej:
fil-każ ta' għajnuna inizjali lil bdiewa żgħażagħ:
is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;
għanijiet ewlenin u miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola;
id-dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk relatati mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi, meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola, bħal investimenti, taħriġ, pariri;
fil-każ ta' għajnuna inizjali għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar:
is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;
dettalji ta' azzjonijiet, inklużi dawk relatati ma' sostenibbiltà ambjentali u effiċjenza fir-riżorsi, li jistgħu jappoġġjaw il-kisba ta' vijabbiltà ekonomika, bħalma huma investimenti, taħriġ, kooperazzjoni.
Għal bdiewa żgħażagħ, l-aħħar ħlas parzjali ta' għajnuna jew il-ħlas bin-nifs tal-għajnuna għandu jkun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 4(a).
L-ammont ta' għajnuna għal kull azjenda żgħira għandu jkun limitat għal EUR 15 000 .
Artikolu 19
Għajnuna tal-bidu għal gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura
Ma għandhiex tingħata għajnuna lil:
organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, entitajiet jew korpi bħalma huma kumpaniji jew kooperattivi, li l-għan tagħhom huwa l-ġestjoni ta' azjenda agrikola waħda jew aktar u li huma għalhekk effettivament produtturi uniċi;
assoċjazzjonijiet agrikoli oħra, li jwettqu kompiti, bħalma huma appoġġ reċiproku u għajnuna lir-razzett u servizzi ta' ġestjoni tar-razzett, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattazzjoni konġunta tal-provvista lis-suq;
gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li l-għanijiet tagħhom m'humiex kompatibbli mal-Artikoli 152(1)(c) u (3) u l-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Fejn jinxtara bini, l-ispejjeż eliġibbli għal bini għandhom ikunu limitati għal spejjeż ta' kera b'rati tas-suq.
L-Istati Membri għandhom iħallsu biss l-aħħar parti wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta ta' dak il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.
L-għajnuna għandha tkun digressiva:
Artikolu 20
Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta' produtturi ta' prodotti agrikoli fl-iskemi ta' kwalità
Il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin lil produtturi ta' prodotti agrikoli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu:
għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta' kwalità fejn din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;
għajnuna għall-ispejjeż għal miżuri obbligatorji ta' kontroll b'relazzjoni mal-iskemi ta' kwalità imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali minn jew f'isem l-awtorità kompetenti, meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Paragrafi 2, 4, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;
għajnuna għal spejjeż ta' attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott u għat-tħejjija ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' skemi ta' kwalità fejn din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
L-għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1 għandha tingħata fir-rigward tal-iskemi ta' kwalità li ġejjin:
skemi ta' kwalità stabbiliti skont ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 meta jkun ikkonċernat l-inbid;
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 14 );
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );
Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );
skemi tal-kwalità, inklużi skemi ta' ċertifikazzjoni ta' azjendi agrikoli, għal prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott skont skemi ta' kwalità bħal dawn għandha tinħoloq minn obbligi ċari li jiggarantixxu:
l-iskema ta' kwalità għandha tkun miftuħa għall-produtturi kollha;
l-iskema tal-kwalità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi verifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp indipendenti ta' spezzjoni;
l-iskema ta' kwalità għandha tkun trasparenti u tiggarantixxi traċċabbiltà kompluta ta' prodotti agrikoli.
skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja ta' prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( 17 ).
L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) għandha titħallas lill-organiżmu responsabbli għal miżuri ta' kontroll, il-fornitur tar-riċerka jew il-fornitur tal-konsulutazzjoni.
Artikolu 21
Għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Għajnuna tista' tkopri wkoll l-iskambju ta' ġestjoni tal-farms fuq perjodu ta' żmien qasir u żjarat fl-azjendi.
Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
l-ispejjeż ta' organizzazzjoni ta' taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet ta' kisba ta' ħiliet, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta' wiri u azzjonijiet ta' informazzjoni.
spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti;
l-ispiża tal-provvista ta' servizzi ta' sostituzzjoni matul l-assenza tal-bidwi;
fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni b'relazzjoni ma investimenti:
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;
Huma biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett ta' dimostrazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta' prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli.
L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) u (c) għandha titħallas lill-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjonijiet ta' informazzjoni.
Il-provvista ta' attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tista' titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, irrispettivament mid-daqs tagħhom.
Fejn il-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 titwettaq mill-gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għal dawk l-attivitajiet.
Kwalunkwe kontribuzzjoni ta' dawk li mhumiex membri lejn l-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati għandha tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-Paragrafu 2.
Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(d), l-ammont massimu ta' għajnuna għandu jiġi limitat għal EUR 100 000 fuq 3 snin fiskali.
Artikolu 22
Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza
Il-parir għandu jkun marbut ma' mill-anqas prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għandu jkopri mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:
obligazzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżiti jew standards statutorji tal-ġestjoni għall-kundizzjonjiet agrikoli u ambjentali tajba previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
fejn applikabbli, il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola msemmija fl-Artikolu 4(1)(c) ta' dak ir-Regolament;
miżuri li jimmiraw lejn il-modernizzazzjoni, il-bini tal-kompetittività, integrazzjoni settorjali, innovazzjoni, orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;
rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
rekwiżiti kif inhuma definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), u b'mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta' ġestjoni integrata tal-pesti kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 );
fejn rilevanti, standards tas-sigurtà okkupazzjonali jew standards tas-sigurtà marbuta mar-razzett;
parir speċifiku għal bdiewa li qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba, inkluż parir dwar sostenibbiltà ekonomika u ambjentali.
L-għoti tas-servizzi konsultattivi jista' jitwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.
Meta jagħti l-pariri, il-fornitur tas-servizz konsultattiv għandu jirrispetta l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Fejn il-provvista tas-servizzi konsultattivi titwettaq mill-gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għas-servizz.
Kwalunkwe kontribuzzjoni ta' dawk li mhumiex membri lejn l-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni kkonċernati għandha tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tas-servizz ta' konsulenza.
Artikolu 23
Għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi agrikoli
L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi.
L-għoti tas-servizz ta' sostituzzjoni fuq l-azjenda jista' jitwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom. F'każijiet bħal dawn, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet ta' dan it-tip m'għandiex tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz.
Artikolu 24
Għajnuna għal miżuri ta' promozzjoni favur prodotti agrikoli
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal:
l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, f'fieri kummerċjali jew f'esibizzjonijiet;
pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali.
Madankollu din ir-restrizzjoni m'għandhiex tapplika għal referenza għall-oriġini ta' prodotti agrikoli koperti minn:
skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)(a), sakemm din ir-referenza tikkorrispondi eżattament għal dik protetta mill-Unjoni;
skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) u (c), sakemm din ir-referenza hija sekondarja fil-messaġġ.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali jew esibizzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(a):
miżati tal-parteċipazzjoni;
spejjeż tal-ivjaġġar u spejjeż għat-trasport tal-annimali;
spejjeż ta' pubblikazzjonijiet u websajts li jħabbru l-avveniment;
il-kera ta' bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-ispejjeż għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;
premijiet simboliċi sa valur ta' EUR 1000 għal kull premju u għal kull rebbieħ ta' kompetizzjoni;
L-għajnuna għandha tkopri l-ispiża eliġibbli li ġejja għal pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku inġenerali msemmija fil-paragrafu 2(b):
spejjeż ta' pubblikazzjonijiet fl-istampa u midja elettronika, siti tal-Internet, u xandiriet fuq il-midja elettronika, fuq ir-radju jew it-televiżjoni, immirati li jippreżentaw tagħrif fattwali dwar benefiċjarji minn reġjun partikolari jew li jipproduċu prodott agrikolu partikolari, sakemm l-informazzjoni hija newtrali u l-benefiċjarji kollha kkonċernati jkollhom l-istess opportunità biex jiġu rappreżentati fil-pubblikazzjoni;
spejjeż għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali dwar:
skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)miftuħa għal prodotti agrikoli minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi;
prodotti agrikoli ġeneriċi u l-benefiċċji nutrizzjonali tagħhom u l-użi ssuġġeriti għalihom.
L-għajnuna għandha tingħata:
in natura; jew
abbażi tar-rimborż tal-ispejjeż reali mġarrba mill-benefiċjarju.
Fejn l-għajnuna tingħata in natura l-għajnuna għandha tingħata lill-fornitur tal-miżuri ta' promozzjoni.
Il-provvista ta' miżuri ta' promozzjonali tista' titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.
L-għajnuna għal premji simboliċi msemmija fil-paragrafu 4(e) għandha titħallas biss lill-fornitur ta' miżura promozzjonali jekk il-premju ġie attwalment mogħti u mal-preżentazzjoni ta' prova tal-għotja.
Fejn il-miżura ta' promozzjoni titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, il-parteċipazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għal sħubija ta' dawn il-gruppi jew organizzazzjonijiet u kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tat-tariffi amministrattivi għall-grupp jew organizzazzjoni għandha tkun limitata għall-ispiża tal-provvista ta' miżuri ta' promozzjoni.
Artikolu 25
Għajnuna ta' kumpens għat-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali
Għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment bħala avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali; u
li hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni sofferti mill-impriża.
Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.
L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.
Dawn id-danni jistgħu jinkludu li ġej:
it-telf ta' dħul mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi ta' produzzjoni hekk kif imsemmi fil-Paragrafu 6;
id-dannu materjali kif imsemmi fil-Paragrafu 7.
It-telf ta' dħul għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tal-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;
mir-
riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta' prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta' tliet snin qabel ma jkun seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin qabel ma jkun seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, eskluża l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.
It-tnaqqis jista' jiġi kkalkolat jew fil-livell tal-produzzjoni annwali tal-azjenda jew fil-livell tal-uċuħ tar-raba' jew tal-bhejjem.
Dak l-ammont jista' jiżdied bi spejjeż oħra mġarrba mill-benefiċjarju minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.
Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spiża mhux imġarrba minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.
Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju sakemm il-metodu ta' kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta' telf reali tal-benefiċjarju f'sena partikolari.
M'għandux jeċċedi l-ispiża tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ekwu kkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-avveniment avvers klimatiku li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali.
Meta t-tnaqqis tad-dħul tal-benefiċjarju msemmi fil-Paragrafu 6 jiġi kkalkolat abbażi tal-livell tal-uċuħ tar-raba' jew tal-bhejjem, id-dannu materjali biss li huwa relatat ma' dak il-wiċċ tar-raba' jew ma' dawk il-bhejjem għandu jitqies.
L-intensità tal-għajnuna tista' tiġi miżjuda għal 90 % f'żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali.
Artikolu 26
Għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għajnuna biex tikkumpensa għal telf ikkawżat minn mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti
L-għajnuna għandha titħallas biss:
b'relazzjoni ma' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva; u
bħala parti minn:
programm pubbliku f'livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew il-qerda tal-marda tal-annimali jew pesta tal-pjanti, ikkonċernati, jew jew
miżuri ta' emerġenza imposti mill-awtorità kompetenti; jew
miżuri biex tinqered jew tiġi kkontrollata l-pesta tal-pjanti implimentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.
Il-programm u l-miżuri msemmija fil-punt (b) għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-prevenzjoni, il-kontroll jew il-qerda tal-miżuri konċernati.
Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.
Għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.
Fil-każ ta' miżuri ta' prevenzjoni, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
verifiki tas-saħħa;
analiżijiet, inklużi dijanjostiċi in-vitro;
testijiet u miżuri oħra ta' skrinjar, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;
ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta' tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti ta' annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;
it-tbiċċir jew il-qtil preventiv ta' annimali jew il-qerda ta' prodotti ta' annimali u pjanti u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u tat-tagħmir.
Fil-każ ta' miżuri ta' kontroll u qerda, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
testijiet u miżuri oħra ta' skrinjar fil-każ ta' mard ta' annimali, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;
ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta' tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti ta' annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;
it-tbiċċir jew il-qtil u l-qerda ta' annimali u l-qerda ta' prodotti marbuta magħhom jew il-qerda ta' pjanti, inklużi dawk li jmutu jew jiġu meqruda permezz ta' vaċċinazzjonijiet jew miżuri oħra maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.
Fil-każ ta' għajnuna bħala kumpens għal telf ikkawżat minn mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti l-kumpens għandu jiġi kkalkolat biss fir-rigward ta':
il-valur tas-suq tal-annimali maqtula jew imbiċċra jew li jkunu mietu jew il-prodotti marbuta magħhom jew il-pjanti meqruda:
bħala riżultat tal-marda tal-annimal jew il-pesta tal-pjanti;
bħala parti minn programm pubbliku jew miżura kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);
Dak il-valur tas-suq għandu jiġi stabbilit abbażi tal-valur tal-annimali, tal-prodotti u tal-pjanti immedjatament qabel ma jkun hemm suspett jew konferma ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti.
it-telf ta' dħul minħabba obbligi ta' kwarantina, diffikultajiet fl-istokkjar mill-ġdid jew it-tħawwil mill-ġdid u rotazzjoni tal-uċuħ obbligatorja imposti bħala parti minn xi programm pubbliku jew xi miżura msemmija fil-Paragrafu 2(b).
L-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spiża mhux imġarrba direttament minħabba l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti u li kieku xorta kienu jiġġarbu mill-benefiċjarju.
L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat mill-mard tal-annimali jew mill-pesti tal-pjanti għandha tkun limitata għall-ispejjeż u d-danni kkawżati mill-mard tal-annimali u mill-pesti tal-pjanti li għalihom l-awtorità kompetenti:
b'mod formali tkun irrikonoxxiet tifqigħa, fil-każ ta' marda tal-annimali, jew jew
b'mod formali tkun irrikonoxxiet il-preżenza tagħhom, fil-każ ta' pesti tal-pjanti.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għajnuna relatata mal-ispejjeż eliġibbli msemmija fil-paragrafi li ġejjin tista' tingħata direttament lill-benefiċjarju abbażi tar-radd lura tal-ispejjeż reali mġarrba mill-benefiċjarju:
il-paragrafi 7(d) u 8(b) fil-każ ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti; u
il-Paragrafi 7(e) u 8(c) fil-każ tal-pesti tal-pjanti u għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.
Artikolu 27
Għajnuniet lis-settur tal-bhejjem u għajnuna għal bhejjem mejta
L-għajnuna li ġejja għal SMEs attivi fis-settur tat-trobbija tal-annimali tar-razzett għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I:
għajnuna bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tal-kotba tal-merħla;
għajnuna b'rata sa 70 % tal-ispejjeż għal testijiet imwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, biex jiġu stabbiliti l-kwalità ġenetika jew ir-riżultati tal-annimali mrobbija, bl-eċċezzjoni ta kontrolli mwettqa minn sid l-annimali mrobbija u kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib;
għajnuna b'rata li tasal sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija tal-bhejjem mejta u 75 % tal-ispejjeż tal-qerda ta' dawn il-bhejjem mejta, jew għajnuna ekwivalenti għall-intensità tal-għajnuna għall-ispejjeż tal-primjums imħallsa mill-bdiewa għall-assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta;
għajnuna b'rata li tasal sa 100 % għall-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta meta l-għajnuna hija ffinanzjata permezz ta' tariffi jew permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji maħsuba għall-finanzjament tal-qerda ta' dawn il-bhejjem mejta, sakemm dawn it-tariffi jew kontribuzzjonijiet ikunu limitati għas-settur tal-laħam u imposti direttament fuqu;
għajnuna bir-rata ta' 100 % għall-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn hemm obbligu ta' twettiq ta' testijiet għat-TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati jew fil-każ ta' tfaqqigħa ta' marda tal-annimali msemmija fl-Artikolu 26(4).
L-għajnuna għall-ispejjeż tal-primjums imħallsa mill-bdiewa għal assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(2).
Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(c), (d) u (e) l-għajnuna għandha titħallas lil operaturi jew korpi ekonomiċi li:
huma attivi downstream mill-impriżi attivi fis-settur tal-bhejjem, u u
jipprovdu servizzi marbuta mat-tneħħija u l-qerda tal-karkassi ta' bhejjem mejta.
Artikolu 28
Għajnuna għall-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni
L-għajnuna ma tistax:
tikkostitwixxi ostaklu għat-tħaddim tas-suq intern għas-servizzi tal-assigurazzjoni;
tkun limitata għall-assigurazzjoni pprovvduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni unika jew grupp ta' kumpaniji;
tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jsir ma' kumpanija stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.
L-assigurazzjoni għandha tkun maħsuba biex tkopri telf ikkawżat minn:
diżastri naturali;
avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastri naturali u avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn;
mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti.
annimali protetti.
L-assigurazzjoni għandha:
tikkumpensa biss l-ispiża tal-għemil tajjeb għat-telf imsemmi fil-Paragarafu 3;
ma tridx tkun teħtieġ jew tispeċifika t-tip jew kwantità ta' produzzjoni agrikola futura.
TAQSIMA 2
Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli
Artikolu 29
Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq azjendi agrikoli
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin intenzjonati għall-konservazzjoni ta' patrimonju kulturali u naturali:
spejjeż ta' investiment f'assi tanġibbli;
xogħlijiet kapitali.
TAQSIMA 3
Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura
Artikolu 30
Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura
Għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment bħala diżastru naturali; u
li hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni sofferti mill-impriża.
Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.
L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.
Dawn id-danni jistgħu jinkludu li ġej:
danni materjali lill-assi, bħalma huma l-bini, t-tagħmir, il-makkinarju, l-istokk u l-mezzi tal-produzzjoni;
telf fid-dħul li jirriżulta mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi tal-produzzjoni agrikola.
Id-danni għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-benefiċjarju individwali.
It-telf ta' dħul għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;
mir-
riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta' prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta' tliet snin preċedenti jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin preċedenti, eskluża l-ogħla u l-anqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub;
Dak l-ammont jista' jiżdied bi spejjeż oħra mġarrba mill-benefiċjarju minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.
Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spejjeż li ma ġġarbux minħabba d-diżastru naturali.
Jistgħu jintużaw indiċijiet biex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju sakemm il-metodu ta' kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta' telf attwali tal-benefiċjarju f'sena partikolari.
TAQSIMA 4
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura
Artikolu 31
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura
Qabel id-data tal-bidu tal-proġett megħjun l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet:
li l-proġett megħjun se jsir;
l-għanijiet tal-proġett megħjun;
data approssimattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;
il-post tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-Internet;
referenza li r-riżultati tal-proġett megħjun huma disponibbli għall-impriżi kollha attivi fis-setturi partikolari tal-agrikoltura u tal-forestrija jew is-subsettur ikkonċernat mingħajr ebda ħlas.
L-għajnuna m'għandiex tinvolvi pagamenti lil impriżi attivi fis-settur agrikolu abbażi tal-prezz ta' prodotti agrikoli.
L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:
spejjeż tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u persunal ieħor ta' sostenn safejn dawn huma impjegati fuq il-proġett;
spejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir safejn huma użati għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Jekk dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx tul ħajjiethom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta' deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif kalkolati abbażi ta' prassi tajba tal-kontabbiltà;
spejjeż tal-bini u tal-art safejn huma użati għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Fir-rigward ta' bini, huma biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta' prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli. Għall-artijiet, huma eliġibbli l-ispejjeż tat-trasferiment kummerċjali jew l-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba.
l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b'kundizzjonijiet b'kondizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;
spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż amministrattivi oħra, inklużi spejjeż ta' materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrba direttament b'riżultat tal-proġett.
TAQSIMA 5
Għajnuna favur il-forestrija
Artikolu 32
Għajnuna għal tisġir u l-ħolqien ta' msaġar
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' art imsaġġra tista' tkopri operazzjonijiet ta' investiment.
Għajnuna għal tisġir ta' art li hija proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi jew għal siġar li jikbru malajr għandha tkopri biss l-ispejjeż ta' stabbiliment.
►M2 Għajr meta l-apoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta' msaġar b'rabta ma' operazzjonijiet ta' investiment għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;
l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
L-ispejjeż ta' stabbiliment li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:
l-ispejjeż tal-pjantaġġun u ta' materjal ta' propagazzjoni;
l-ispejjeż tat-tħawwil u l-ispejjeż direttament marbuta mal-pjantaġġun;
l-ispejjeż tal-materjal tat-taħwil u t-taħwil, inklużi l-ħażna u t-trattamenti tan-nibbieta bil-materjali ta' prevenzjoni u protezzjoni neċessarji;
l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid li huwa neċessarju matul l-ewwel sena ta' afforestazzjoni.
L-għajnuna m'għandhiex tingħata għat-taħwil tas-siġar li ġejjin:
siġar għal imsaġar ta' newba qasira;
siġar tal-Milied; jew
siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija.
Artikolu 33
Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija tista' tkopri operazzjonijiet ta' investiment.
►M2 Għajr meta l-apoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għas-sistemi tal-agroforestrija relatati ma' operazzjonijiet ta' investiment, għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;
l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
L-ispejjeż li ġejjin għall-istabbiliment, għar-riġenerazzjoni jew għar-rinnovazzjoni tas-sistemi tal-agroforestrija jistgħu jkunu eliġibbli:
l-ispejjeż tat-tħawwil tas-siġar, inklużi l-ispejjeż tal-materjal tat-tħawwil, tal-pjantaġġun, tal-ħażna u tat-trattamenti tan-nebbieta bil-materjali neċessarji ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni;
l-ispejjeż tal-konverżjoni ta' foresti eżistenti jew ta' msaġar oħrajn, inklużi l-ispejjeż tat-tqaċċit tas-siġar, tal-irmondar u taż-żbir u tal-protezzjoni kontra annimali li jirgħu;
spejjeż oħrajn marbutin direttament mal-istabbiliment, mar-riġenerazzjoni jew mar-rinnovazzjoni ta' sistema tal-agroforestrija bħalma huma spejjeż għal studji ta' fattibbiltà, għal pjan ta' stabbiliment, għal eżami tal-ħamrija, għall-preparazzjoni u għall-protezzjoni tal-ħamrija;
l-ispejjeż tas-silvipastoral, jiġifieri l-faċilitajiet ta' tisqija u ta' protezzjoni għas-sistema tar-ragħa;
l-ispejjeż tat-trattament neċessarju konness mal-istabbiliment, mar-riġenerazzjoni jew mar-rinnovazzjoni ta' sistema ta' agroforestrija, inklużi t-tisqija u l-qtugħ;
l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid matul l-ewwel sena wara l-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta' sistema ta' agroforestrija.
L-ispejjeż eliġibbli ta' manutenzjoni jistgħu jirrelataw mal-faxxex stabbiliti tas-siġar, l-azzjonijiet tat-tneħħija tal-ħaxix ħażin, taż-żbir, tal-irmondar u ta' protezzjoni u investiment bħal ma huma ċnut jew tubi individwali ta' protezzjoni.
►M2 L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd minimu u massimu ta' siġar f'kull ettaru, billi jitqies dan li ġej: ◄
il-kundizzjonijiet lokali pedoklimatiċi u ambjentali;
l-ispeċijiet tal-forestrija; u
l-ħtieġa li jkun żgurat użu sostenibbli agrikolu tal-art.
Artikolu 34
Għajnuna għall-prevenzjoni u għar-restawr ta' danni lil foresti minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
l-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva;
attivitajiet lokali ta' prevenzjoni fuq skala żgħira kontra n-nirien, jew perikoli oħra naturali, inkluż l-użu ta' annimal li jirgħu;
l-istabbiliment u t-titjib ta' faċilitajiet ta' monitoraġġ tan-nar tal-foresti, pesti u mard u tat-tagħmir ta' komunikazzjoni;
ir-restawr tal-potenzjal tal-foresti li sofrew danni minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.
Fil-każ tar-restawr tal-potenzjal forestali msemmi fil-paragrafu 5(d), l-għajnuna għandha tkun suġġetta għar-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li:
in-nirien, diżastru naturali, avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali, avvenimenti klimatiku avvers ieħor, pesta tal-pjanti, avveniment katastrofiku jew avveniment relatat mat-tibdil fil-klima. u
l-avveniment imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, inklużi miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex tinqered jew tiġi kkontrollata pesta tal-pjanti, ikkawża l-qerda ta' mill-inqas 20 % tal-potenzjal tal-foresti rilevanti.
Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-lista ta' speċijiet ta' organiżmi li jagħmlu ħsara li jistgħu jikkawżaw pesta tal-pjanti, fil-programm ta' żvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat.
Għal benefiċjarji li huma 'l fuq minn ċertu daqs, li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan ta' ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993, li tagħti dettalji dwar l-għanijiet ta' prevenzjoni.
Spejjeż oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 5 relatati mal-partikolaritajiet tas-settur tal-forestrija jistgħu jiġu kkunsidrati li huma spejjeż eliġibbli.
Għajnuna mogħtija għall-ispejjeż eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 5(d) u kwalunkwe pagamenti oħra mħallsalill-benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni għall-istess spejjeż eliġibbli għandhom ikunu limitati għal-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 35
Għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
►M2 Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;
l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
Artikolu 36
Għajnuna għall-iżvantaġġi relatati maż-żoni tal-foresta Natura 2000
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Iż-żoni tal-foresta li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna:
Żoni tal-foresta ta' Natura 2000 skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/147/KE;
fatturi tal-pajsaġġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE; dawk iż-żoni ma għandhomx jaqbżu 5 % taż-żoni inklużi fin-netwerk Natura 2000 koperti mill-ambitu territorjali tal-programm għall-iżvilupp rurali kkonċernat.
Dawk l-ammonti jistgħu jiġu miżjuda f'każijiet eċċezzjonali filwaqt li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.
L-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-għajnuna l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.
Artikolu 37
Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta' bejn ħames u seba' snin. Madankollu, fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal għal tipi ta' impenji partikolari.
Fejn meħtieġ, l-għajnuna tista' tkopri l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet sa valur ta' 20 % tal-għajnuna.
F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-ambjent, l-għajnuna għal impenji biex jiġi rinunzjat l-użu kummerċjali ta' siġar u foresti tista' tingħata bħala rata fissa jew pagament wieħed għal kull unità kkalkulata abbażi ta' spejjeż addizzjonali u dħul mitluf.
Dan l-ammont massimu jista' jiżdied f'każijiet eċċezzjonali meta jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkostanzi speċifiċi li jridu jiġu ġġustifikati fil-programmi tal-iżvilupp rurali.
Artikolu 38
Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-forestrija
L-għajnuna tista' tkopri wkoll skambji ta' mmaniġġjar tal-foresti fuq perjodi qosra u żjarat fil-foresti.
Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.
L-għajnuna għall-proġetti ta' dimostrazzjoni li tkun kofinanzjata fil-qafas tal-FAEŻR jew li tingħata bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal din l-għajnuna, u li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, tista' tkopri l-ispejjeż eliġibbli għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3(b), dment li l-ispejjeż ikunu kompletament eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u dment li l-għajnuna tkun identika għall-miżura sottostanti inkluża fil-programm ta' żvilupp rurali approvat skont dak ir-Regolament.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
spejjeż tal-organizzazzjoni u l-forniment tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni;
fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni relatati ma' investimenti:
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;
spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti.
Artikolu 39
Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza fis-settur tal-foresti
Din il-konsulenza tista' tkopri wkoll kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi tal-forestrija.
Il-fornitur tas-servizz ta' konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta' persunal imħarreġ b'mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma jagħtu pariri dwarhom.
L-għajnuna li tkun ikkofinanzjata skont il-FAEŻR, jew li tingħata bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dan it-tip ta' għajnuna kkofinanzjata, tista' titħallas lill-Awtorità ta' Ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Artikolu 40
Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
L-għajnuna għandha tkopri investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament ta' foresti, inklużi dawn li ġejjin:
aċċess għal art tal-foresti;
konsolidazzjoni u t-titjib tal-art;
provvista ta' enerġija u ilma.
►M2 Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;
l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
Fil-każ ta' investimenti li jtejbu l-potenzjal ekonomiku fuq perjodu ta' żmien qasir jew twil tal-foresti l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:
75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fil-gżejjer minuri tal-Eġew;
50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG tagħhom per capita huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;
40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni oħrajn.
Artikolu 41
Għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
►M2 Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;
l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-investimenti f'infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli li jikkunsmaw jew li jipproduċu l-enerġija għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għall-effiċjenza fl-enerġija fejn dawn l-istandards jeżistu fil-livell nazzjonali;
l-investimenti f'installazzjonijiet, li l-iskop primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta' enerġija termali li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri;
l-għajnuna għall-proġetti ta' investiment fil-bijoenerġija għandha tiġi limitata għall-bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi fl-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE.
L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:
75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fil-gżejjer minuri tal-Eġew;
50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG tagħhom per capita huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;
40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni oħrajn.
Artikolu 42
Konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fil-forestrija
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta' materjal ġenetiku f'ekosistemi u ħabitats naturali u l-manutenzjoni u l-irkupru ta' popolazzjoni vijabbli ta' speċijiet fl-ambjent naturali tagħhom.
“konservazzjoni f'azjenda fil-foresta” tfisser il-konservazzjoni in situ u l-iżvilupp fil-livell ta' azjenda fil-foresta;
“konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta' materjal ġenetiku għal forestrija 'l barra mill-ħabitat naturali tiegħu;
“ġbir ex situ” tfisser il-ġbir ta' materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew il-forestrija miżmum barra mill-ħabitat naturali tiegħu.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal azzjonijiet:
azzjonijiet immirati: azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu in situ u ex situ ta' riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq l-Internet ta' riżorsi ġenetiċi attwalment ikkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni f'azjenda fil-foresta, ta' kollezzjonijiet u bażijiet tad-dejta ex situ;
azzjonijiet miftiehma: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fil-forestrija tal-Unjoni, bejn organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;
azzjonijiet ta' akkumpanjament: azzjonijiet ta' informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet interessati rilevanti oħra, korsijiet ta' taħriġ u l-preparazzjoni ta' rapporti tekniċi.
Artikolu 43
Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art
Għajnuna għal konsolidazzjoni ta' art tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u tingħata:
lil detenturi privati ta' forestrija li huma SMEs; u
lejn l-spejjeż legali u amministrattivi, inklużi spejjeż ta' stħarriġ, u limitata għalihom; u
sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.
TAQSIMA 6
Għajnuniet favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali, kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn il-miżuri kofinanzjati
Artikolu 44
Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni ta' qoton
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.
►M2 Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: ◄
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks.
Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.
L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:
fir-reġjuni l-aktar imbiegħda:
80 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa inqas jew daqs 45 % tal-medja tal-EU-27;
65 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn l-45 % u s-60 % tal-medja tal-EU-27 jew daqshom;
55 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn is-60 % u l-75 % tal-medja tal-EU-27;
45 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;
f'reġjuni anqas żviluppati:
60 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa inqas jew daqs 45 % tal-medja tal-EU-27;
45 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn il-45 % u s-60 % tal-medja tal-EU-27 jew daqshom;
35 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar minn 60 % tal-medja tal-EU-27;
f'żoni 'c':
25 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni b'popolazzjoni skarsa u fir-reġjuni ta' NUTS 3 jew f'partijiet tar-reġjuni ta' NUTS 3 li jaqsmu fruntiera tal-art ma' pajjiż 'l barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;
20 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni ‘c’ li mhumiex definiti minn qabel;
fiż-żoni li qabel kienu ‘a’, l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiġu miżjuda b'mhux iktar minn 5 punti perċentwali mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2017;
fejn żona ‘c’ qiegħda maġenb żona ‘a’, l-intensità massima tal-għajnuna permessa fiż-żoni ta' NUTS 3 jew partijiet miż-żoni ta' NUTS 3 f'dik iż-żona ‘c’ li huma maġenb iż-żona ‘a’ tista' tiżdied skont kif ikun jeħtieġ ħalli d-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali.
10 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-oħra kollha.
Artikolu 45
Għajnuna inizjali għal negozji għal attivitajiet mhux agrikoli f'żoni rurali
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Għajnuna għandha tingħata lill-kategoriji li ġejjin ta' benefiċjarji:
bdiewa jew membri ta' familja li tgħix fuq azjenda agrikola f'żoni rurali li jiddiversifikaw f'attivitajiet mhux agrikoli;
Intrapriżi mikro u żgħar f'żoni rurali; u
persuni naturali f'żoni rurali.
Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jiddeskrivi dawn li ġejjin:
is-sitwazzjoni ekonomika inizjali tal-benefiċjarju;
għanijiet importanti u miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet il-ġodda tal-benefiċjarju;
id-dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, bħal dettalji ta' investimenti, taħriġ, pariri.
Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta' ħames snin.
Il-ħlasijiet parzjali jistgħu jkunu digressivi.
Il-pagament tal-aħħar ħlas parzjali għandu jkun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 6.
Artikolu 46
Għajnuna għal servizzi konsultattivi għal SMEs f'żoni rurali
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Artikolu 47
Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni favur SMEs f'żoni rurali
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.
L-għajnuna għall-proġetti ta' dimostrazzjoni li tingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, tista' tkopri spejjeż eliġibbli oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4, dment li l-ispejjeż ikunu eliġibbli kompletament skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
spejjeż tal-organizzazzjoni u l-forniment tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni;
f'każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni relatata ma' investimenti:
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;
akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, dritt tal-awtur u trademarks;
spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti.
Dik l-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta' informazzjoni.
Korpi li jipprovdu trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawn il-kompiti.
L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:
60 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' impriżi ta' daqs medju;
70 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' impriżi mikro u żgħar.
Artikolu 48
Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida tal-bdiewa fi skemi tal-kwalità għal qoton jew oġġetti tal-ikel
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-għajnuna għandha tingħata għal parteċipazzjoni ġdida f'wieħed minn dawn it-tipi ta' skemi tal-kwalità:
l-iskemi tal-kwalità għal qoton u għall-oġġetti tal-ikel stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;
skemi tal-kwalità għal qoton u oġġetti tal-ikel, inklużi skemi ta' ċertifikazzjoni rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala skemi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott taħt skemi tal-kwalità bħal dawn ġejja minn obbligi ċari li jiggarantixxu:
l-iskema hi miftuħa għall-produtturi kollha;
l-iskema tal-kwalità tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tiġi verifikata minn awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta' spezzjoni indipendenti;
l-iskema hija trasparenti u tiggarantixxi traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli.
skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja ta' oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
Jekk il-parteċipazzjoni tal-bidu fl-iskema ta' kwalità tkun bdiet qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ, il-perjodu massimu ta' ħames snin għandu jitnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn il-parteċipazzjoni tal-bidu u ż-żmien tal-applikazzjoni għall-appoġġ.
Artikolu 49
Għajnuna għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-qoton u oġġetti tal-ikel koperti mill-iskema tal-kwalità
L-għajnuna għandha:
tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:
għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew
bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);
u
għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal azzjonijiet li għandhom dawn il-karatteristiċi:
ikunu mfassla biex iħajjru lill-konsumaturi jixtru l-oġġetti tal-ikel jew il-qoton koperti bi skema ta' kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 48(4) ta' dan ir-Regolament;
jiġbdu l-attenzjoni għall-karatteristiċi jew il-vantaġġi speċifiċi tal-prodott tal-ikel jew tal-qoton, b'mod partikolari l-kwalità, il-metodi speċifiċi tal-produzzjoni, l-istandards għoljin tat-trattament xieraq tal-annimali u r-rispett għall-ambjent, marbuta mal-iskema tal-kwalità kkonċernata.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI
Artikolu 50
Revoka
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet tranżitorji
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fi tmiem il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, skemi ta' għajnuna li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jew huma kofinanzjati mill-FAEŻR jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn għandhom jibqgħu eżentati għat-tul tal-perjodu ta' programmazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 52
Id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
DEFINIZZJONI TA' INTRAPRIŻI MIKRO, ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU
Artikolu 1
Intrapriża
Intrapriża tfisser kull entità li topera f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dan jinkludi, partikolarment, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja li joperaw fil-qasam tal-artiġġjanat jew attivitajiet oħra, u soċjetajiet jew assoċjazzjonijiet li joperaw f’attività ekonomika b’mod regolari.
Artikolu 2
L-għadd tal-persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
Artikolu 3
Tipi ta’ intrapriża meqjusa fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji
Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, u għalhekk bħala li m'għandiex intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, kemm individwalment jew b’mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:
korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, kumpaniji b’kapital ta’ riskju, individwi jew gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment kapitali ta' riskju li jinvestu kapital ekwu f’negozji mhux ikkwotati (“investituri informali”), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun anqas minn EUR 1 250 000 ;
universitajiet jew ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ;
investituri istituzzjonali, inklużi fondi għall-iżvilupp reġjonali;
awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u b’anqas minn 5000 abitant.
“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
intrapriża li għandha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;
intrapriża li għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza ta’ xi intrapriża oħra;
intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt illi tkun daħlet fih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha;
intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew mal-membri tagħha, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.
Il-preżunzjoni hija li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mhumiex qed jinvolvu ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala partijiet interessati.
Intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża oħra waħida jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll li huma assoċjati.
L-intrapriżi li jkollhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jkunu qegħdin jaġixxu b'mod konġunt ukoll huma ikkunsidrati bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu joperaw l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq anċillari.
“Suq anċillari” huwa meqjus li huwa s-suq għal prodott jew servizz li qiegħed direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.
Artikolu 4
Dejta użata għall-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza
Artikolu 5
L-għadd tal-persunal
L-għadd tal-persunal jikkorrispondi mal-għadd ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa li tkun qed inkunsiderazzjoni. Ix-xogħol ta’ persuni li ma ħadmux is-sena sħiħa, ix-xogħol ta’ dawk li ħadmu part-time, irrilevanti minn kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta’ ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet ta' AWU. Il-ħaddiema jikkonsistu f':
impjegati;
persuni li jaħdmu għall-intrapriża li hija subordinata għaliha u li huma meqjusa bħala impjegati skont il-liġi nazzjonali;
sidien li jkunu wkoll maniġers;
imsieħba li jkunu involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.
Apprendisti jew studenti involuti f’taħriġ vokazzjonali b’kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala persunal. It-tul ta' żmien ta’ liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
Artikolu 6
L-istabbiliment tad-dejta ta’ intrapriża
Mad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tiżdied id-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar percentwal.
Mad-dejta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidazzjoni.
Għall-applikazzjoni tal-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża kkonċernata għandha tittieħed mill-kontijiet u d-dejta l-oħra tagħhom, konsolidati jekk jeżistu. Ma’ dawn tiġi miżjuda, pro rata, id-dejta ta’ kwalunkwe impriża msieħba possibbli ta’ dik l-impriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b’perċentwali li huwa mill-inqas proporzjonali għall-perċentwali identifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 2.
ANNESS II
INFORMAZZJONI RIGWARD GĦAJNUNA MILL-ISTAT MOGĦTIJA SKONT DAN IR-REGOLAMENT
kif previst fl-Artikolu 9(1)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE ( 22 ))
PARTI I
Referenza tal-għajnuna |
(għandha timtela mill-Kummissjoni ) |
|||
Stat Membru |
… |
|||
Numru ta’ referenza tal-Istat Membru |
… |
|||
Reġjun |
Isem ir-reġjun ( NUTS (1) ) … … |
Status tal-għajnuna Reġjonali (2) … … |
||
Awtorità awtorizzanti |
Isem |
… |
||
Indirizz postali Indirizz tal-web |
… … |
|||
Titolu tal-miżura ta’ għajnuna: |
… |
|||
Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti) |
… … … |
|||
Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
… |
|||
Tip ta' miżura |
☐ Skema |
|
||
☐ Għajnuna Ad hoc |
Isem il-benefiċjarju u l-grupp (3) li jappartjeni għalih … |
|||
Emenda ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew għajnuna ad hoc |
|
In-numru ta' referenza attibwit mill-Kummissjoni għall-għajnuna |
||
☐ Estensjoni |
… |
|||
☐ Modifika |
… |
|||
Tul ta' żmien (4) |
☐ Skema |
jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
||
Data tal-għotja |
☐ Għajnuna Ad hoc |
jj/xx/ssss |
||
Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i) |
Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE (5) |
… … … |
||
Tip ta’ benefiċjarju |
☐ SMEs |
|
||
☐ Intrapriżi kbar |
||||
Baġit |
|
|||
☐ Skema: Ammont ġenerali (6) |
Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ) … |
|||
☐ Għajnuna Ad hoc: Ammont ġenerali (7) |
Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ) … |
|||
Għall-garanziji (8) |
Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ) … |
|||
Strument ta’ għajnuna |
☐ Għotja diretta/Sussidju fuq ir-rata tal-imgħax |
|||
☐ Servizzi sussidjati |
||||
☐ Self/ Titolu tal-miżura ta’ għajnuna |
||||
☐ Garanzija (fejn xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (9) ) |
||||
☐ Vantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa |
||||
☐ Affarijiet oħra (jekk jogħġbok speċifika) … Indika f'liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-iktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha: ☐ Għotja ☐ Self ☐ Garanzija ☐ Vantaġġ fiskali |
||||
Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE |
Isem il-fond(i) tal-UE: … … |
Ammont ta' fondi (skont il-fond tal-UE) … |
Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ) … |
|
Informazzjoni oħra |
|
|||
(1)
NUTS — Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.
(2)
L-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (status “A”), l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (status “C”), iż-żoni mhux megħjuna, jiġifieri żoni li mhumiex eliġibbli għall-għajnuna reġjonali (status “N”).
(3)
Impriża għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament hija kull entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih hija ffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda.
(4)
Perjodu li matulu l-awtorità awtorizzanti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.
(5)
NACE Rev 2 - Klassifikazzjoni statistika ta' Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur għandu jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.
(6)
Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont globali tal-baġit ippjanat skont l-iskema jew l-istima tat-telf mit-taxxa għat-tul ta' żmien kollu tagħha u għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna inklużi fl-iskema.
(7)
Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika l-ammont globali ta’ għajnuna jew telf mit-taxxa.
(8)
Għal garanziji, indika l-ammont massimu ta’ self garantit.
(9)
Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross, skont l-Artikolu 5(2)(c)(ii) ta' dan ir-Regolament. |
PARTI II
Jekk jogħġbok indika taħt liema dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament se tkun implimentata l-għajnuna.
Għanijiet primarji (1) |
Intensità massima tal-għajnuna f’% |
Ammont massimu tal-għajnuna bil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ) |
☐ Għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew assi intanġibbli f'azjendi agrikoli marbuta ma' produzzjoni agrikola primarja (Artikolu 14) |
|
|
☐ Għajnuna għall-konsolidazzjoni ta' art agrikola (Artikolu 15) |
|
|
☐ Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini tal-farms (Artikolu 16) |
|
|
☐ Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli (Artikolu 17) |
|
|
☐ Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta’ farms żgħar (Artikolu 18) |
|
|
☐ Għajnuna inizjali għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 19) |
|
|
☐ Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fi skemi ta’ kwalità (Artikolu 20) |
|
|
☐ Għajnuna għal trasferiment ta’ għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 21) |
|
|
☐ Għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 22) |
|
|
☐ Għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq il-farm (Artikolu 23) |
|
|
☐ Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli (Artikolu 24) |
|
|
☐ Għajnuna bħala kumpens għad-dannu kkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma' diżastru naturali (Artikolu 25) |
|
|
☐ Għajnuna għall-ispejjeż ta’ prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti biex tikkumpensa għad-dannu kkawżat bil-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti (Artikolu 26) |
|
|
|
|
|
☐ Għajnuna għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem (Artikolu 27(1)(a) jew (b)) |
|
|
☐ Għajnuna għat-tneħħija tal-bhejjem mejta (Artikolu 27(1)(c), (d) jew (e)) |
|
|
☐ Għajnuna favur il-pagament ta’ primjums tal-assigurazzjoni (Artikolu 28) |
|
|
☐ Għajnuna għal investiment favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjenda agrikola (Artikolu 29) |
|
|
☐ Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastru naturali fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 30) |
|
|
Tip ta’ diżastru naturali |
☐ terremot ☐ valanga ☐ uqigħ tal-art ☐ għargħar ☐ tromba tal-arja ☐ uragan ☐ żbruffar vulkaniku ☐ nirien tal-foresti |
|
Id-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali |
Minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
|
☐ Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 31) |
|
|
☐ Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-forestrija (Artikolu 31) |
|
|
☐ Għajnuna għat-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (Artikolu 32) |
|
|
☐ Għajnuna għas-sistemi agroforestali (Artikolu 33) |
|
|
☐ Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tad-dannu lill-foresti minn nirien tal-foresti, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard, pesti tal-pjanti u avvenimenti katastrofiċi (Artikolu 34) |
|
|
☐ Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali (Artikolu 35) |
|
|
☐ Għajnuna għall-iżvantaġġi marbuta ma’ żoni tal-foresta Natura 2000 (Artikolu 36) |
|
|
☐ Għajnuna għal servizzi ambjentali għall-foresti u servizzi klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 37) |
|
|
☐ Għajnuna għal trasferiment ta’ għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-forestrija (Artikolu 38) |
|
|
☐ Għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 39) |
|
|
☐ Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija (Artikolu 40) |
|
|
☐ Għajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija (Artikolu 41) |
|
|
☐ Għajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija (Artikolu 42) |
|
|
☐ Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija (Artikolu 43) |
|
|
☐ Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni tal-qoton (Artikolu 44) |
|
|
☐ Għajnuna inizjali għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali (Artikolu 45) |
|
|
☐ Għajnuna għal servizzi konsultattivi għall-SMEs fiż-żoni rurali (Artikolu 46) |
|
|
☐ Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni favur SMEs fiż-żoni rurali (Artikolu 47) |
|
|
☐ Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida ta' bdiewa attivi fi skemi ta' kwalità għal qoton jew oġġetti tal-ikel (Artikolu 48) |
|
|
☐ Għajnuna għal attivitajiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jikkonċernaw il-qoton u l-oġġetti tal-ikel koperti minn skema ta' kwalità (Artikolu 49) |
|
|
(1)
Għanijiet multipli huma possibbli; f’dan il-każ, indika l-għanijiet kollha |
ANNESS III
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kif previst fl-Artikolu 9(2)
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websajts komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 9(2) għandha tiġi ppubblikata, b’tali mod li jiffaċilitaw l-aċċess għal dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi ppublikata f’format ta' spreadsheet tad-dejta, bħal pereżempju format CSV jew XML, li jippermetti li jsir tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-dejta fuq l-Internet. Aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat għandu jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-informazzjoni li ġejja dwar l-għotja ta’ għajnuna individwali kif stipulat fl-Artikolu 9(2)(c) għandha tiġi ppubblikata:
Referenza tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-għajnuna ( 23 );
Isem il-benefiċjarju;
Tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għoti tal-għajnuna;
Ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju fil-livell II tan-NUTS ( 24 );
Settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE ( 25 );
Element tal-għajnuna, mogħti bħala ammont sħiħ bil-munita nazzjonali ( 26 );
Strument tal-għajnuna ( 27 ) (Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self/Self li jitħallas lura/Għotja rimborsabbli, Garanzija, Vantaġġ fiskali jew eżenjoni mit-taxxa, Finanzjament ta’ riskju, Oħra (jekk jogħġbok speċifika);
Id-data tal-għoti tal-għajnuna;
Għan tal-għajnuna ( 28 );
Awtorità awtorizzanti.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.
( 2 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006, ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41.
( 5 ) COM(2012) 595, tas-17.10.2012.
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li huma trasmissibbli (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
►M1 ( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320). ◄
( 11 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
( 12 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
( 13 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3).
( 14 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
( 15 ) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
( 16 ) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
( 17 ) ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.
( 18 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
( 19 ) Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
( 20 ) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta' nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
( 21 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
( 22 ) Applikabbli biss għal għajnuna li tikkonċerna s-settur tal-forestrija u prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat.
( 23 ) Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.
( 24 ) NUTS — Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun għandu jiġi speċifikat fil-livell 2.
( 25 ) Ir- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1), kif emendat bir- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 tal-24 ta’ Marzu 1993 (ĠU L 83, 3.4.1993, p. 1), u r-rettifika (ĠU L 159, 11.7.1995, p. 31).
( 26 ) Ekwivalenti tal-għotja gross.
( 27 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ strumenti multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull strument.
( 28 ) Jekk l-għajnuna għandha għanijiet multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull għan.