02014R0596 — MT — 09.01.2024 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 596/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 173 12.6.2014, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2016/1011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-8 ta' Ġunju 2016

  L 171

1

29.6.2016

►M2

REGOLAMENT (UE) 2016/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-23 ta' Ġunju 2016

  L 175

1

30.6.2016

►M3

REGOLAMENT (UE) 2019/2115 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Novembru 2019

  L 320

1

11.12.2019

►M4

REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-13 ta’ Diċembru 2023

  L 

1

20.12.2023


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 287, 21.10.2016, p.  320 (596/2014)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 596/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju komuni kontra l-abbuż tal-informazzjoni privileġġata, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata, u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) kif ukoll miżuri biex jiġi evitat l-abbuż tas-suq, biex jiżgura l-integrità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, u biex itejjeb il-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja f’dawk is-swieq.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li saret għalihom talba għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat;

(b) 

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq MTF, ammessi għan-negozjar fuq MTF jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF;

(c) 

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq OTF;

(d) 

strumenti finanzjarji mhux koperti mill-punt (a), (b) jew (c), li l-prezz jew il-valur tagħhom jiddependi minn jew għandu effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju msemmi f’dawk il-punti, inklużi, iżda mhumiex limitati għal, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratti għad-differenzi.

Dan ir-Regolament japplika wkoll għal imġiba jew tranżazzjonijiet, inklużi offerti, li jkollhom x’jaqsmu mal-irkantar fuq pjattaforma tal-irkant awtorizzata bħala suq regolat ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti oħra rkantati bbażati fuqhom, inkluż meta l-prodotti rkantati ma jkunux strumenti finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jirreferu għal offerti sottomessi fil-kuntest ta’ rkant, kwalunkwe rekwiżiti u projbizzjonijiet f”dan ir-Regolament li jirreferu għal ordnijiet għan-negozjar għandhom japplikaw għal offerti bħal dawn.

2.  

L-Artikoli 12 u 15 japplikaw ukoll għal:

(a) 

kuntratti spot ta’ komoditajiet, li mhumiex prodotti tal-enerġija tal-operaturi, fejn it-tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha jew maħsuba li jkollha effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

tipi ta’ strumenti finanzjarji, inklużi kuntratti ta’ derivati jew strumenti ta’ derivati għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu fejn it-tranżazzjoni, l-ordni, l-offerta jew l-imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ kuntratt spot ta’ komoditajiet meta l-prezz jew il-valur jiddependi fuq il-prezz jew il-valur ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji; u

(c) 

imġiba b’rabta ma’ parametri ta’ referenza.

3.  
Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni, ordni jew imġiba li tikkonċerna kwalunkwe strument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, irrispettivament jekk tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba sseħħx f’post tan-negozjar.
4.  
Il-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal azzjonijiet u ommissjonijiet fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, rigward l-istrumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(2) 

“ditta tal-investiment” tfisser kwalunkwe ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3) 

“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(4) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5) 

“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6) 

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(7) 

“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser sistema multilaterali kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(8) 

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser sistema jew faċilità fl-Unjoni kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(9) 

“prattika tas-suq aċċettata” tfisser prattika tas-suq speċifika li hija aċċettata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 13;

(10) 

“post tan-negozjar” tfisser post tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(11) 

“suq ta’ tkabbir tal-SMEs” tfisser suq ta’ tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura skont l-Artikolu 22, ħlief jekk jingħad mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(13) 

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(14) 

“komodità” tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 2 );

(15) 

“kuntratt spot tal-komoditajiet” tfisser kuntratt għall-provvista ta’ komodità nnegozjata f’suq spot li tiġi kkonsenjata fil-pront meta titlesta t-tranżazzjoni, u kuntratt għall-provvista ta’ komodità li ma jkunx strument finanzjarju, inkluż kuntratt forward li għandu jingħalaq fiżikament;

(16) 

“suq spot” tfisser kwalunkwe suq ta’ komoditajiet li fih il-komoditajiet jinbigħu għal flus kontanti u jiġu kkonsenjati fil-pront malli titlesta t-tranżazzjoni, u swieq mhux finanzjarji oħra, bħal swieq forward għall-komoditajiet.

(17) 

“programm ta’ riakkwist” tfisser in-negozjar fl-ishma proprji bi qbil mal-Artikoli 21 sa 27 tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(18) 

“negozjar algoritmiku” tfisser negozjar algoritmiku kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19) 

“kwota tal-emissjonijiet” tfisser kwota tal-emissjonijiet kif deskritta fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;

(20) 

“parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe persuna li tagħmel tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, ta’ kwoti tal-emissjonijiet, prodotti irkantati insejsa fuqhom, jew derivattivi tagħhom u li ma jgawdux minn eżenzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2);

(21) 

“emittent” tfisser entità legali rregolata mid-dritt pubbliku jew privat, li toħroġ jew tipproponi li jinħarġu strumenti finanzjarji, fejn l-emittent huwa, fil-każ ta’ rċevuti depożitarji li jirappreżentaw l-istrumenti finanzjarji, l-emittent tal-istrument finanzjarju rappreżentat.

(22) 

“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodott tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt(4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;

(23) 

“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;

(24) 

“derivati ta’ komoditajiet” tfisser derivati ta’ komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(25) 

“persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali” tfisser persuna f’emittent, f’parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jew xi entita oħra imsemmija fl-Artikolu 19(10), li hija:

(a) 

membru tal-korp ta’ amministrazzjoni, ġestjoni jew superviżjoni ta’ dik l-entità; jew

(b) 

uffiċjal eżekuttiv għoli li ma jkunx membru tal-korpi referuti fil-punt (a), li jkollu aċċess regolari għal informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lil dik l-entità, u l-poter li jieħu deċiżjonijiet maniġerjali li jaffettwaw l-iżviluppi futuri u l-prospetti tan-negozju ta’ dik l-entità.

(26) 

“Persuna assoċjati mill-qrib” tfisser:

(a) 

konjuġi, jew sieħeb meqjus bħala ekwivalenti għal konjuġi skkont il-liġi nazzjonali;

(b) 

wild dipendenti skont il-liġi nazzjonali;

(c) 

qarib, li jkun għex fl-istess dar għal mhux inqas minn sena fid-data tat-tranżazzjoni kkonċernata; jew

▼C1

(d) 

persuna ġuridika, trust jew soċjetà, li r-responsabbiltajiet maniġerjali tagħha jitwettqu minn persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew minn persuna msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li tkun direttament jew indirettament ikkontrollata minn tali persuna, jew li tkun stabbilita għall-benefiċċju ta' tali persuna, jew li l-interessi ekonomiċi tagħha jkunu sostanzjalment ekwivalenti għal dawk ta' tali persuna;

▼B

(27) 

“rekords tat-traffiku tad-data” tfisser rekords ta’ traffiku tad-data kif definit fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(28) 

“persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet” tfisser persuna involuta professjonalment fir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji;

(29) 

“parametru ta’ referenza” tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew ċifra, magħmula disponibbli għall-pubbliku jew ippubblikata li hija determinata perjodikament jew regolarment bl-applikazzjoni ta’ formula għal, jew abbażi ta’: l-valur ta’ assi jew prezz sottostanti wieħed jew aktar, inklużi stimi tal-prezzijiet, tar-rati tal-imgħax jew ta’ valuri oħra attwali jew stmati, jew stħarriġ, u li b’referenza għalihom jiġi determinat l-ammont li għandu jitħallas taħt strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju;

(30) 

“ġeneratur tas-suq” tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(31) 

“Stakebuilding” tfisser akkwist ta’ titoli f’kumpanija li ma jiskattax obbligu legali jew regolatorju li titħabbar offerta ta’ takeover fir-rigward ta’ dik il-kumpanija;

(32) 

“parteċipant fis-suq li jiżvela” tirreferi għal persuna fiżika jew ġuridika li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(2), u li tiżvela informazzjoni matul sondaġġ tas-suq;

(33) 

“innegozjar ta’ frekwenza għolja” tfisser innegozjar ta’ frekwenza għolja kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(34) 

“informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment” tfisser:

(i) 

informazzjoni prodotta minn analista indipendenti, ditta tal-investimenti, istituzzjoni tal-kreditu, kwalunkwe persuna oħra li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipproduċi rakkomandazzjonijet ta’ investiment jew persuna fiżika li taħdem għalihom b’kuntratt ta’ impjieġ jew xorta oħra, li, b’mod dirett jew indirett, jesprimu proposti partikolari dwar investiment rigward strument finanzjarju jew emittent; jew

(ii) 

informazzjoni prodotta minn persuni oħra għajr dawk imsemmija f’punt (i) li jipproponu deċiżjoni partikolari dwar investiment b’mod dirett rigward strument finanzjarju;

(35) 

“rakkomandazzjonijiet ta’ investiment” tfisser informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, b’mod espliċitu jew impliċitu, li tirrigwarda strument finanzjarju wieħed jew aktar jew l-emittenti, inkluża kull opinjoni dwar il-valur jew il-prezz attwali jew futur ta’ tali strumenti, maħsuba għall-kanali tad-distribuzzjoni jew għall-pubbliku.

2.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 5, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“titoli” tfisser:

(i) 

ishma u titoli oħra ekwivalenti għal ishma;

(ii) 

bonds u tipi oħra ta’ debitu garantit; jew

(iii) 

debitu garantit li jista’ jiġi kkonvertit jew skambjat f’ishma jew f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma.

(b) 

“strumenti assoċjati” tfisser l-istrumentri finanzjarji li ġejjin, inklużi dawk li ma jkunux ammessi għall-kummerċ jew negozjati f’post tan-negozjar, jew li għalihom ma tkunx saret talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’post tan-negozjar:

(i) 

kuntratti jew drittijiet għas-sottoskrizzjoni għall-kisba jew id-disponiment mit-titoli;

(ii) 

derivati finanzjarji fuq it-titoli;

(iii) 

meta t-titoli jkunu strumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati, it-titoli li fihom jistgħu jiġu kkonvertiti jew skambjati dawn l-istrumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;

(iv) 

strumenti li jinħarġu jew li jiġu ggarantiti minn min joħroġ it-titoli jew il-garanti tagħhom u li l-prezz tas-suq tagħhom x’aktarx li jinfluwenza materjalment il-prezz tat-titoli, jew bil-maqlub;

(v) 

meta t-titoli jkunu titoli ekwivaenti għall-ishma, l-ishma rrappreżentati minn dawn it-titoli (u kull titolu ieħor ekwivalenti għal dawn l-ishma);

(c) 

“distribuzzjoni sinifikanti” tfisser offerta tal-bidu jew sekondarja tat-titoli rilevanti li tkun distinta mill-kummerċ ordinarju kemm f’termini tal-ammont fil-valur tat-titoli li se jiġu offruti u kemm fil-metodu tal-bejgħ li se jintuża;

(d) 

“stabbilizzazzjoni” tfisser kull xiri jew offerta għax-xiri tat-titoli, jew transazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, li jitwettqu minn ditta ta’ investiment jew minn istituzzjonijiet tal-kreditu, fil-kuntest ta’ distribuzzjoni sinifikanti ta’ tali titoli esklużivament biex jiġi appoġġat il-prezz tas-suq ta’ dawk it-titoli għal perjodu ta’ żmien stabbilit bil-quddiem, minħabba l-pressjoni tal-bejgħ f’dawn it-titoli.

Artikolu 4

Notifiki u lista ta’ strumenti finanzjarji

1.  
L-operaturi tas-suq ta’ swieq regolati u ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li għalih tkun saret tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar fil-post tan-negozjar tagħhom, li jiġi ammess għan-negozjar, jew li jiġi nnegozat għall-ewwel darba.

Għandhom ukoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar, ħlief jekk id-data li fiha l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar tkun magħrufa u tkun imsemmija fin-notifika magħmula skont l-ewwel subparagrafu.

In-notifiki msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu, skont kif ikun xieraq, l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati, u d-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, l-ammissjoni għan-negozjar, u d-data u l-ħin li fihom sar l-ewwel negozjar.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jittrażmettu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar l-informazzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar jew li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-2 ta’ Lulju 2014, u li għadhom ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’dak il-jum.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-post tan-negożjar għandhom jittrażmettu n-notifiki li jirċievu skont il-paragrafu 1 lill-ESMA mingħajr dewmien. L-EMSA għandha tippubblika dawk in-notifiki fuq is-sit web tagħha fil-forma ta’ lista minnufih malli jiġu irċevuti. L-ESMA għandha taġġorna dik il-lista minnufih malli tirċievi notifika mingħand awtorità kompetenti tal-post tan-negożjar. Il-lista m’għandhiex tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3.  

Din il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, li kienu ammessi għan-negozjar jew innegozjati għall-ewwel darba, fuq swieq regolati, MTFs u OTFs;

(b) 

id-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, tal-ammissjoni għan-negozjar, jew li fihom sar l-ewwel negozjar;

(c) 

id-dettalji tal-postijiet tan-negozjar li fihom l-istrumenti finanzjarji ikunu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, kienu ammessi għan-negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba; u

(d) 

d-data u l-ħin li fihom l-istrumenti finanzjarji ma jibqgħux jiġu negozjati jew ammessi għan-negozjar.

4.  

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex ikun stipulat:

(a) 

il-kontenut tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1; u

(b) 

il-manjiera u l-kundizzjonijiet tal-ġbir, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

5.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stipulati l-ħinijiet, il-format u l-mudell tal-preżentazzjoni tan-notifiki skont il-paragrafi 1 u 2.

L-EMSA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Eżenzjoni għal programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni

1.  

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għan-negozjar fl-ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist (“buy-back”) meta:

(a) 

id-dettalji sħaħ tal-programm jiġu żvelat qabel il-bidu tan-negozjar;

(b) 

in-negozjar ikun irrappurtat bħala parti mill-programm ta’ riakkwist lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 3 u wara dan jiġi żvelat lill-pubbliku;

(c) 

jiġu rispettati l-limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz u l-volum; u

(d) 

jitwettaq skont l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

2.  

Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, programm ta’ riakkwist għandu jkollu bħala l-iskop waħdani tiegħu:

(a) 

li jitnaqqas il-kapital tal-emittent;

(b) 

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn strumenti finanzjarji tad-dejn li jistgħu jiġu skambjati fi strumenti ta’ ekwità; jew

(c) 

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn programmi ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, jew allokazzjonijiet oħra ta’ ishma, lill-impjegati jew lil membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent jew ta’ kumpanija assoċjata.

3.  
Sabiex igawdi mill-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1, l-emittent għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar li għalih l-ishma jkunu ġew ammessi għan-negozjar jew ikunu innegozjati kull waħda mit-transazzjonijiet li jkollha x’taqsam mal-programmi ta’ riakkwist, inkluż it-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 25(1) u (2) u l-Artikolu 26(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
4.  

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolamet ma japplikawx għan-negozjar f’titoli jew strumenti assoċjati għall-istabbilizzazzjoni ta’ titoli meta:

(a) 

l-istabbilizzazzjoni ssir għal perjodu limitat;

(b) 

informazzjoni relevanti dwar l-istabbilizzazzjoni tiġi żvelata u notifikata lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 5;

(c) 

jiġu rrispettati limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz; u

(d) 

tali negozjar ikun konformi mal-kundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni stipulati fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

5.  
Mingħajr ħsara għall-Artkolu 23(1), id-dettalji tat-transazzjonijiet kollha ta’ stabbilizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati mill-emittenti, l-offerenti, jew l-entitajiet li jindaħlu għall-istabbilizzazzjoni kemm jekk ikunu jaġixxu f’isem dawn il-persuni u kemm jekk le, lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mhux iktar tard mit-tmiem tas-seba’ sessjoni ta’ kuljum tas-suq wara d-data tat-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.
6.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li l-programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni ta’ dan it-tip imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar, u l-kundizzjonijiet tal-prezz.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Eżenzjoni għal attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet tal-politika tal-klima

1.  

Dan ir-Regolament ma japplikax għal tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imgiba mwettqa fl-insegwiment ta’ politika monetarja, tar-rata tal-kambju jew ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku minn:

(a) 

Stat Membru;

(b) 

il-membri tas-SEBĊ;

(c) 

ministeru, aġenzija jew entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, jew minn persuna li taġixxi f’isimha;

(d) 

fil-każ ta’ Stat Membru li huwa stat federali, membru li jagħmel parti mill-federazzjoni.

2.  
Dan ir-Regolament ma japplikax lanqas lil tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba mwettqa mill-Kummissjoni jew minn korp ieħor maħtur uffiċjalment jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu, fl-insegwiment tal-politika ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal tali tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba imwettqa minn:

(a) 

l-Unjoni;

(b) 

entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew bosta;

(c) 

il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(d) 

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;

(e) 

il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f) 

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li timmobilizza finanzjament u tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi serjii ta’ finanzjament.

3.  
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attività ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet u hija mwettqa fl-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE.
4.  
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attivitajiet ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li jitwettqu biex jiġu segwiti l-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni jew il-Politika Komuni tas-Sajd skont l-atti adottati jew il-ftehimiet internazzjonali konklużi taħt it-TFUE.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali f’pajjiżi terzi.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tivvaluta t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn, jew li jintervjenu, fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u tal-banek ċentrali.

Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u tal-banek ċentrali fil-qafas legali ta’ pajjiżi terzi, u l-istandards ta’ ġestjoni tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom dawk il-korpi u l-banek ċentrali f’dawk il-ġurisdizzjonijiet. Jekk ir-rapport jikkonkludi, b’mod partikolari fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligi u l-projbizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wkoll għall-banek ċentrali ta’ dawk il-pajjiżi terzi.

6.  
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 għal ċerti korpi pubbliċi maħtura ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehim ta’ kollegament mal-Unjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.
7.  
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg jew b’xi mod ieħor għall-entitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu meta dawk il-persuni, iwettqu tranżazzjonijiet jew ordnijiet jew imġiba, direttament jew indirettament, għall-kont tagħhom infushom.

KAPITOLU 2

INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA, ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA, ŻVELAR ILLEGALI TA’ INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA U MANIPULAZZJONI TAS-SUQ

Artikolu 7

L-informazzjoni privileġġata

1.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġata (jew “minn ġewwa”) għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a) 

informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

(b) 

rigward derivati ta’ komoditajiet, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament ma’ derivat wieħed jew aktar minn dawn id-derivati jew relatata direttament mal-kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawn id-derivati jew kuntratti spot relatati mal-komoditajiet u meta din tkun informazzjoni li hija raġonevolment mistennija li tiġi żvelata jew tkun meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fuq livell tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq ta’ derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti;

(c) 

fir-rigward ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, għal strument wieħed jew aktar bħal dawn, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ tali strumenti jew fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati;

(d) 

għal persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet li jikkonċernaw strumenti finanzjarji, din tfisser ukoll informazzjoni mibgħuta minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fl-istrumenti finanzjarji, li hija ta’ natura preċiża, relatata, direttament jew indirettament, għal emittent jew emittenti jew għal strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji, il-prezz ta’ kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jidħlu fis-seħħ jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jseħħ, fejn tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li ssir konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji jew tal-istrument finanzjarju derivattiv relatat, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward fil-każ ta’ proċess imtawwal maħsub biex joħloq jew jirriżulta f’ċirkustanzi partikolari jew avveniment partikolari, dawk iċ-ċirkustanzi futuri jew dak l-avveniment futur, u wkol il-passi intermedji ta’ dak il-proċess li huma marbutin mat-twassil ta’ dik iċ-ċirkustanzi futuri jew avveniment futur jew li jirriżultaw fihom, jistgħu jitqiesu li huma informazzjoni preċiża.
3.  
Pass intermedju fi proċess imtawwal għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, minnu nnifsu, jissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmija f’dan l-Artikolu.
4.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji, strumenti finanzjarji ta’ derivati, kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew prodotti rkantati bbażati fuq kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

Fil-każ ta’ parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet b’emissjonijiet aggregati jew b’input termali ratat fil-limitu jew taħt il-limitu stabbilit skont it-tienisubparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fiżiċi tagħhom għandha titqies li m’għandhiex effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ prodotti rkantati bbażati fuqha, jew ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati.

5.  
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida biex tistabblixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ informazzjoni li hija raġonevolment mistennija jew meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq tad-derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. L-ESMA għandha tqis debitament l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk is-swieq.

Artikolu 8

L-abbuż minn informazzjoni privileġġata

1.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġata ssir meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tagħmel ċessjoni, għall-kont tagħha jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun relatata miegħu meta dik l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha l-informazzjoni privileġġata, għandhom jitqiesu wkoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata. B’rabta mal-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li huma miżmuma skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-użu ta’ informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafu 4 għandu jikkonsisti wkoll fis-sottomissjoni, il-modifikazzjoni jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għall-kont proprju tagħha jew għall-kont ta’ parti terza.
2.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, rakkomandazzjoni biex persuna oħra ssir involuta f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jew persważjoni fil-konfront ta’ persuna oħra biex tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata isseħħ meta l-persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u:

(a) 

tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra takkwista jew tagħmel ċessjoni minn strumenti finanzjarji li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali akkwist jew ċessjoni, jew

(b) 

tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali kanċellazzjoni jew emenda.

3.  
L-użu tar-rakkomandazzjonijiet jew il-persważjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata skont it-tifsira f’dan l-Artikolu meta l-persuna li tuża r-rakkomandazzjoni jew il-persważjoni taf, jew imissha tkun taf, li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġata.
4.  

Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata minħabba li:

(a) 

tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(b) 

ikollha sehem fil-kapital tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(c) 

ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet; jew

(d) 

tkun involuta f’attivitajiet kriminali.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni f’ċirkustanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hi informazzjoni privileġġata.

5.  
Meta l-persuna tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll, skont il-liġi nazzjonali għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettaq l-akkwist, iċ-ċessjoni, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.

Artikolu 9

Imġiba leġittima

1.  

Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna ġuridika tkun jew kienet fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna użat dik l-informazzjoni u li għalhekk involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna ġuridika:

(a) 

tkun stabbiliet, implimentat u żammet arranġamenti u proċeduri interni adegwati u effettivi li effettivament jiżguraw li la l-persuna fiżika li ħadet id-deċiżjoni f’isimiha li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji li l-informazzjoni hija relatata magħhom, u lanqas kwalunkwe persuna fiżika oħra li setgħet kellha influwenza fuq dik id-deċiżjoni ma kienet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata; kif ukoll

(b) 

ma ħeġġitx, ma rrakkomandatx, ma ħajjritx jew ma influwenzatx b’xi mod ieħor lill-persuna fiżika li, f’isem il-persuna ġuridika, akkwistat jew ċediet l-istrumenti finanzjarji li magħhom l-informazzjoni tkun relatata.

2.  

Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna li tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna:

(a) 

għall-istrument finanzjarju li għalih dik l-informazzjoni tkun tirrelata, tkun ġeneratur tas-suq jew persuna awtorizzata biex taġixxi bħala kontroparti, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom isiru b’mod leġittimu matul it-twettiq normali tal-funzjoni tiegħu bħala ġeneratur tas-suq jew bħala kontroparti għal dak l-istrument finanzjarju; jew

(b) 

tkun awtorizzata teżegwixxi ordnijiet f’isem partijiet terzi, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-ordni tkun relatata magħhom isiru biex tali ordni tiġi eżegwita b’mod leġittimu fit-twettiq normali tal-impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ dik il-persuna.

3.  

Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni meta dik il-persuna twettaq tranżazzjoni biex takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji u dik it-tranżazzjoni ssir fit-twettiq ta’ obbligu li jkun sar dovut in buona fede u mhux biex tinħarab il-projbizzjoni kontra abbuż minn informazzjoni privileġġata u:

(a) 

dak l-obbligu jirriżulta minn ordni mqiegħda jew ftehim konkluż qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata; jew

(b) 

dik it-transazzjoni titwettaq biex jiġi sodisfatt obbligu legali jew regolatorju li ħareġ qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata.

4.  
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, meta tali persuna tkun kisbet dik l-informazzjoni privileġġata fit-twettiq ta’ takeover pubblika jew fużjoni ma’ kumpanija u tuża dik l-informazzjoni privileġġata għall-iskop biss li tipproċedi b’dik il-fużjoni jew takeover pubblika, sakemm fil-mument tal-approvazzjoni tal-fużjoni jew l-aċċettazzjoni tal-offerta mill-azzjonisti ta’ dik il-kumpanija, kwalunkwe informazzjoni privileġġata tkun saret pubblika jew għal xi raġuni oħra ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġata.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal “stakebuilding”.

5.  
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, il-fatt waħdu li persuna tuża l-għarfien tagħha stess li tkun iddeċidiet li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji fl-akkwist jew fiċ-ċessjoni ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji ma jikkostitwixxix fih innifsu l-użu ta’ informazzjoni privileġġata.
6.  
Minkejja l-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata stabbilita fl-Artikolu 14 xorta jista’ jitqies li jkun sar jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li kien hemm raġuni illeġittima wara l-ordnijiet għan-negozjar, it-tranżazzjonijiet jew l-imġiba kkonċernati.

Artikolu 10

L-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata

1.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata jirriżulta meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tiżvela dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna oħra, ħlief meta l-iżvelar isir waqt it-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet.

Dan il-paragrafu japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fis-sitwazzjonijiet jew iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 8(4).

2.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-iżvelar ta’ rakkomandazzjonijiet jew suġġerimenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jammonta għal żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata skont dan l-Artikolu meta l-persuna li tiżvela r-rakkomandazzjoni jew is-suġġeriment tkun taf jew missha kienet taf li dan kien ibbażat fuq informazzjoni privileġġata.

Artikolu 11

Is-sondaġġi tas-suq

1.  

Sondaġġ tas-suq jikkonsisti fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, qabel titħabbar tranżazzjoni,sabiex jitkejjel l-interess ta’ investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-kundizzjonijiet marbuta magħha bħad-daqs jew il-prezz potenzjali tagħha, lil investitur potenzjali wieħed jew aktar minn:

(a) 

emittent;

(b) 

offerent sekondarju ta’ strument finanzjarju, fi kwantità jew valur tali li t-tranżazzjoni tkun distinta min-negozjar ordinarju u tinvolvi metodu ta’ bejgħ ibbażat fuq il-valutazzjoni minn qabel tal-interess potenzjali minn investituri potenzjali;

(c) 

parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet; jew

(d) 

parti terza li taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna msemmija fil-punti (a) sa (c).

▼M3

1a.  
Fejn offerta għal titoli tiġi indirizzata biss lil investituri kwalifikati kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lil dawk l-investituri kwalifikati għall-għanijiet ta’ negozjar tat-termini u kundizzjonijiet kuntrattwali tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ħruġ ta’ bonds minn emittent li jkollu strumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ f’ċentru ta’ negozjar, jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu jew akkont tiegħu, ma għandhiex tikkostitwixxi sondaġġ tas-suq. Tali komunikazzjoni għandha titqies li ssir fit-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ persuna kif previst fl-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, u b’hekk ma għandhiex tikkostitwixxi żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata. Dak l-emittent jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu jew akkont tiegħu għandu jiżgura li l-investituri li jkunu qed jirċievu l-informazzjoni jkunu konxji ta’, u jirrikonoxxu bil-miktub, id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u jkunu konxji mis-sanzjonijiet applikabbli għall-abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.

▼B

2.  

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 23(3), l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata minn persuna li jkollha l-ħsieb tagħmel offerta ta’ xiri għat-titoli ta’ kumpanija jew fużjoni ma’ kumpanija lil partijiet intitolati għat-titoli, għandu wkoll jikkostitwixxi sondaġġ tas-suq, sakemm:

(a) 

l-informazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti lill-partijiet intitolati għat-titoli li jiffurmaw opinjoni dwar kemm huma lesti joffru t-titoli tagħhom, u

(b) 

ir-rieda tal-partijiet intitolati li joffru t-titoli tagħhom tkun meħtieġa b’mod raġonevoli għad-deċiżjoni biex issir l-offerta ta’ xiri jew il-fużjoni.

3.  
Parteċipant fis-suq li jiżvela għandu, qabel iwettaq sondaġġ tas-suq, iqis speċifikament jekk is-sondaġġ tas-suq jinvolvix l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jirreġistra bil-miktub il-konklużjoni tiegħu u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Huwa għandu jipprovdi tali rekords bil-miktub lill-awtorità kompetenti fuq talba. Dan l-obbligu għandu japplika għal kull żvelar ta’ informazzjoni matul is-sondaġġ tas-suq. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jaġġorna r-rekords bil-miktub imsemmija f’dan il-paragrafu kif xieraq.
4.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 10(1), żvelar ta’ informazzjoni privileġġata magħmul matul sondaġġ tas-suq għandu jitqies li jkun sar waqt it-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ persuna meta l-parteċipant fis-suq li jiżvela ikkonforma mal-paragrafi 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu
5.  

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 4, il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu, qabel ma jagħmel l-iżvelar:

(a) 

jikseb il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tirċievi informazzjoni privileġġata;

(b) 

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi takkwista jew iċċedi, għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji relatati ma’ dik l-informazzjoni;

(c) 

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi tikkanċella jew temenda ordni li diġa’ tqiegħdet dwar strument finanzjarju li l-informazzjoni hija relatata miegħu; u

(d) 

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li billi taqbel li tirċievi l-informazzjoni tkun obbligata wkoll li żżomm l-informazzjoni kunfidenzjali. u

Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jagħmel u jżomm rekord tal-informazzjoni kollha mogħtija lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, inkluża l-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, u l-identità tal-investituri potenzjali li lilhom ġiet żvelata l-informazzjoni, inklużi imma mhux biss il-persuni ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu f’isem l-investitur potenzjali, u d-data u l-ħin ta’ kull żvelar. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu għandu jipprovdi dak ir-rekord lill-awtorità kompetenti fuq talba.

6.  
Meta l-informazzjoni li tkun ġiet żvelata matul sondaġġ tas-suq ma tibqax iżjed informazzjoni privileġġata skont il-valutazzjoni tal-parteċipant fis-suq li jiżvela, l-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu għandu jinforma lil lil min jirċievi b’dan, malajr kemm jista’ jkun.

Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jżomm rekord tal-informazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu u għandu jipprovdih lill-awtorità kompetenti fuq talba.

7.  
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq għandha tivvaluta għaliha nfisha jekk hijiex fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata jew meta ma tibqax iżjed fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata.
8.  
Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jżomm ir-rekords imsemmija f’dan l-Artikolu għal perjodu ta’ mhux inqas minn 5 snin.
9.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina arranġamenti, proċeduri u rekwiżiti ta’ żamma ta’ rekords xierqa għall-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tkun delegata bis-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika s-sistemi u l-mudelli ta’ notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-format preċiż tar-rekords imsemmija fil-paragrafi 4 sa 8 u l-mezzi tekniċi għall-komunikazzjoni xierqa tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.  

L-ESMA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, indirizzati lill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq, dwar:

(a) 

il-fatturi li tali persuni għandhom iqisu meta tiġi żvelata lilhom informazzjoni bħala parti minn sondaġġ tas-suq sabiex huma jivvalutaw jekk l-informazzjoni tistax tammonta għal informazzjoni privileġġata;

(b) 

il-passi li tali persuni għandhom jieħdu jekk tkun ġiet żvelata lilhom informazzjoni privileġġata sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament; u

(c) 

ir-rekords li tali persuni għandhom iżommu sabiex juru li kkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-manipulazzjoni tas-suq

1.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li:

(i) 

tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar provvista, domanda, jew prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet; jew

(ii) 

tikseb, jew aktarx tikseb, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet fuq livell anormali jew artifiċjali;

sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tagħmel ordni għall-kummerċ jew li għandha mġiba oħra tistabbilixxi li tranżazzjoni, ordni jew imġiba twettqu għal raġunijiet leġittimi, u huma konformi ma prattika aċċettata tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 13;

(b) 

id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa, jew x’aktarx taffettwa, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;

(c) 

it-tixrid ta’ informazzjoni bil-midja, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet jew li tiżgura, jew x’aktarx tiżgura, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa;

(d) 

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew il-forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa rigward parametru ta’ referenza meta l-persuna li wettqet it-trażmissjoni jew ipprovdiet l-input kienet taf jew missha kienet taf li kien falz jew qarrieq, jew kwalunkwe imġiba oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza.

2.  

L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:

(a) 

kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, sabiex jiksbu pożizzjoni dominanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li għandha, jew x’aktarx ikollha, l-effett li tistabbilixxi, direttament jew indirettament, prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew toħloq, jew x’aktarx toħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;

(b) 

ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, fil-ftuħ jew fl-għeluq tas-suq, li għandu jew x’aktarx ikollu l-effett li l-investituri jiġu mqarrqa abbażi tal-prezzijiet li jintwerew, inklużi l-prezzijiet tal-ftuħ jew tal-għeluq,

(c) 

it-tqegħid ta’ ordnijiet lejn post tan-negozjar, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, inklużi mezzi elettroniċi, bħal strateġiji algoritmiċi u ta’ frekwenza għolja, u li għandu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), billi:

(i) 

jfixkel jew jittardja l-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan;

(ii) 

jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra jidentifikaw ordnijiet ġenwini fis-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan, inkluż billi jinħarġu ordnijiet li jirriżultaw fit-tagħbija eċċessiva jew id-destabbilizzazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet; jew

(iii) 

joħloq jew x’aktarx li joħloq impressjoni falza jew qarrieqa dwar il-provvista jew id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex tinbeda jew titkabbar tendenza.

(d) 

jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet (jew indirettament dwar l-emittent tiegħu) waqt li qabel ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jew kuntratt spot relatati mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet u sussegwentement isir profitt mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak l-istrument, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, mingħajr ma jiġi żvelat simultanjament dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.

(e) 

ix-xiri jew il-bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew derivati relatati qabel l-irkant imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 bl-effett li jiġi stabbilit il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant għall-prodotti rkantati fuq livell anormali jew artifiċjali jew li offerenti li jagħmlu l-offerti fl-irkant jiġu mqarrqa.

3.  
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Anness I jiddefinixxi xi wħud mill-indikaturi, mhux eżawrjenti, relatati mat-tħaddim ta’ strataġemma fittizja jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju, u xi wħud mill-indikaturi mhux eżawrjenti relatati ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u ma’ kif jiġi żgurat il-prezz.
4.  
Meta l-persuna msemmija f’dan l-Artikolu tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika ukoll, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-persuni fiżiċi lijipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu attivitajiet għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, sabiex jiġu ċċarati l-elementi tagħhom u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 13

Prattiki tas-suq aċċettati

1.  
Il-projbizzjoni fl-Artikolu 15 m’għandhiex tapplika għall-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12(1)(a), sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tqiegħed ordni għan-negozjar jew ikollha kwalunkwe mġiba oħra tipprova li tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkunu saru għal raġunijiet leġittimi, u huma f’konformità ma’ prattika tas-suq aċċettata, kif stabbilit skont dan l-Artikolu.
2.  

Awtoritajiet kompetenti tista’ tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

jekk il-prattika tas-suq tkunx tipprovdi għal livell sostanzjali ta’ trasparenza għas-suq;

(b) 

jekk il-prattika tas-suq tkunx tiżgura livell għoli ta’ salvagwardji għall-operat tal-forzi tas-suq u l-interazzjoni xierqa mal-forzi tal-provvista u d-domanda;

(c) 

jekk il-prattika tas-suq ikollhiex impatt pożittiv fuq il-likwidità u l-effiċjenza tas-suq;

(d) 

jekk il-prattika tas-suq tqisx il-mekkaniżmu ta’ negozjar tas-suq rilevanti u tippermettix lill-parteċipanti fis-suq li jirreaġixxu b’mod xieraq u f’waqtu għas-sitwazzjoni ġdida tas-suq maħluqa b’dik il-prattika;

(e) 

jekk il-prattika tas-suq ma toħloqx riskji għall-integrità tas-swieq relatati direttament jew indirettament, sew jekk regolati u sew jekk le, fl-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan l-Unjoni;

(f) 

l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-prattika tas-suq rilevanti minn xi awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra, b’mod partikolari jekk il-prattika tas-suq rilevanti kisret ir-regoli jew ir-regolamenti mfassla sabiex ma jħallux l-abbuż tas-suq, jew kodiċi ta’ mġiba, irrispettivament minn jekk tkunx tikkonċerna s-suq inkwistjoni jew, direttament jew indirettament, swieq relatati fi ħdan l-Unjoni; u

(g) 

il-karatteristiċi strutturali tas-suq rilevanti, inter alia, jekk huwiex regolat jew le, it-tipi ta’ strumenti finanzjarji nnegozjati u t-tip ta’ parteċipanti fis-suq, inkluż il-kobor tal-parteċipazzjoni ta’ investituri bl-imnut fis-suq rilevanti.

Prattika tas-suq li tkun ġiet stabbilita minn awtorità kompetenti bħala prattikatas-suq aċċettata f’suq partikolari m’għandhiex titqies li hi applikabbli għal swieq oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk is-swieq l-oħra ma jkunux aċċettaw dik il-prattika skont dan l-Artikolu.

3.  
Qabel ma jistabbilixxu prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata u għandha tipprovdi d-dettalji ta’ dik il-valutazzjoni li tkun saret skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Tali notifika għandha ssir mhux anqas minn tliet xhur qabel ma l-prattika tas-suq aċċettata tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ.
4.  
Fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet in-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti li tinnotifika li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-prattika tas-suq aċċettata mal-paragrafu 2 u mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7. L-EMSA għandha wkoll tivvaluta jekk l-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata tkunx ta’ theddida għall-kunfidenza tas-suq fis-suq finanzjarju tal-Unjoni. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-ESMA.
5.  
Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata li tmur kontra l-opinjoni tal-ESMA maħruġa skont il-paragrafu 4, għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, fi żmien 24 siegħa mill-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata, avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan, inkluż għaliex il-prattika tas-suq aċċettata ma theddidx il-fiduċja fis-suq.
6.  
Meta awtorità kompetenti tqis li awtorità kompetenti tkun stabbiliet prattika tas-suq aċċettat li ma tilħaqx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tgħin lill-awtoritajiet konċernati biex jintlaħaq qbil skont is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim, l-ESMA tista’ tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafi 2, 3 u 4, u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw mill-ġdid b’mod regolari u tal-anqas kull sentejn, il-prattiki tas-suq aċċettati li li huma jkunu stabbilixxew, b’mod partikolari billi jqisu bidliet sinifikanti fl-ambjent tas-suq rilevanti, bħal bidliet fir-regoli tan-negozjar jew fl-infrastrutturi tas-suq, bil-għan li jiddeċiedu jżommuwhiex, jitterminawhiex, jew jimmodifikawx il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha.
9.  
L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-prattiki tas-suq aċċettati u f’liema Stati Membri japplikaw.
10.  
L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki tas-suq aċċettati u għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif qed jiġu applikati fis-swieq ikkonċernati.
11.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw il-prattiki tas-suq aċċettati kollha stabbiliti qabel it-2 ta’ Lulju 2014 lill-ESMA fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji imsemmija fil-paragrafu 7.

Il- prattiki tas-suq imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ din il-prattika wara l-opinjoni tal-ESMA skont il-paragrafu 4.

▼M3

12.  

Mingħajr preġudizzju għal prattiki tas-suq aċċettati kif stabbilit skont il-paragrafi 1 sa 11 ta’ dan l-Artikolu, emittent ta’ strumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs jista’ jidħol f’kuntratt ta’ likwidità għall-ishma tiegħu, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

it-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt ta’ likwidità huma konformi mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/908 ( 8 );

(b) 

il-kuntratt ta’ likwidità huwa mfassal skont il-mudell tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

il-fornitur tal-likwidità huwa awtorizzat kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE u hu rreġistrat bħala membru tas-suq mal-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq tat-tkabbir tal-SMEs;

(d) 

l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs jirrikonoxxu bil-kitba lill-emittent li rċevew kopja tal-kuntratt ta’ likwidità u jaqblu mat-termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt.

L-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun kapaċi juri fi kwalunkwe ħin li l-kundizzjonijiet li taħthom ġie konkluż il-kuntratt huma ssodisfati fuq bażi kontinwa. Dak l-emittent u l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’kopja tal-kuntratt tal-likwidità fuq talba tagħhom.

13.  
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tfassal mudell kuntrattwali li għandu jintuża għall-għanijiet ta’ dħul f’kuntratt ta’ likwidità f’konformità mal-paragrafu 12, sabiex tkun żgurata konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, inkluż fir-rigward tat-trasparenza għas-suq u l-prestazzjoni tal-provvediment tal-likwidità.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2020.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 14

Il-projbizzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u tal-iżvelar illegali tal-informazzjoni privileġġata

Persuna m’għandhiex:

(a) 

tinvolvi ruħha jew tagħmel tentattiv ta’ involviment f’abbuż minn informazzjoni privileġġata;

(b) 

tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew tinduċi lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata; or

(c) 

twettaq żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.

Artikolu 15

Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

Persuna m’għandhiex tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq jew f’tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 16

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq

1.  
L-operaturi tas-suq u d-ditti ta’ investiment li joperaw post tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi mmirati għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, manipular tas-suq u tentattivi ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipular tas-suq, skont l-Artikoli 31 u 54 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Il-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirrapporta ordnijiet u tranżazzjonijiet, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mingħajr dewmien.

2.  
Kwalunkwe persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi sabiex jikxfu u jirrappurtaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi. Kull meta tali persuna jkollha suspett raġonevoli li ordni jew tranżazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju, kemm jekk imqiegħda jew eżegwita fuq jew ‘il barra minn post tan-negozjar, tista’ tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew f’manipulazzjoni tas-suq, il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 mingħajr dewmien.
3.  
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tan-notifika tal-Istat Membru li fih huma rreġistrati jew fejn ikollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom, jew fil-każ ta’ fergħa, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa. In-notifika għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jirċievu n-notifika dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jittrażmettu minnufih tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tan-negozjar ikkonċernat.
5.  

Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a) 

l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa bil-għan li l-persuni jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2; u

(b) 

il-mudelli tan-notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jibqgħu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2;

L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 3

REKWIŻITI TA’ ŻVELAR

Artikolu 17

L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata

1.  
Emittent għandu jinforma lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna direttament lil dak l-emittent.

L-emittent għandu jiżgura li l-informazzjoni privileġġata ssir pubblika b’mod li jippermetti aċċess rapidu u sħiħ, valutazzjoni korretta u f’waqtha tal-informazzjoni mill-pubbliku u, meta applikabbli, fil-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). L-emittent għandu jgħaqqad flimkien l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata lill-pubbliku mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. L-emittent għandu jqiegħed u jżomm fuq il-websajt tiegħu għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, l-informazzjoni privileġġata kollha li jeħtieġ jiżvela b’mod pubbliku.

Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li jkunu talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li jkunu talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.

2.  
Parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela, pubblikament, b’mod effettiv u fil-ħin, informazzjoni privileġġata dwar kwoti ta’ emissjonijiet li jkollu rigward in-negozju tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ avjazzjoni kif speċifikat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jew installazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 3(e) ta’ dik id-Direttiva, li l-parteċipant ikkonċernat, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu sidien tagħhom jew jikkontrollaw jew li għall- kwistjonijiet operazzjonali tagħhom il-parteċipant, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu responsabbli, kompetament jew parzjalment. Rigward l-istallazzjonijiet, tali żvelar għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-utilizzazzjoni ta’ installazzjonijiet, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata ta’ installazzjonijiet bħal dawn.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jippossjedi, jikkontrolla jew huwa responsabbli minnhom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għad-dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom kapaċità termali kklassifikata li ma taqbiżx limitu minimu.

Il-Kummissjoni għandha tingħat s-setgħa li tadottaatti iddelegati skont l-Artikolu 35 li jistabbilixxu limitu minimu ta’ ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju u limitu minimu ta’ kapaċità termali kklassifikata għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 35, li jispeċifikaw l-awtorità kompetenti għan-notifiki tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
4.  

Emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, jittardja l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iżvelar immedjat x’aktarx jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(b) 

l-ittardjar fl-iżvelar ma jkunx probabbli li jqarraq bil-pubbliku;

(c) 

l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

Fil-każ ta’ proċess imtawwal li jseħħ fi stadji u li jkun maħsub biex iġib jew jirriżulta f’ċirkustanza partikolari jew avveniment partikolari, emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’ taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata relatata ma’ dan il-proċess, suġġett għall-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

Jekk emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun ittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 li l-iżvelar tal-informazzjoni kien ittardjat u għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu, immedjatament wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Il-liġi nazzjonali tista’, alternattivament, tipprevedi li rekord ta’ tali spjegazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fuq talba tal-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3.

▼M3

B’deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ biss f’suq tat-tkabbir tal-SMEs, għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti speċifikata skont il-paragrafu 3 biss fuq talba. Sakemm l-emittent ikun jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu għal dewmien, l-emittent m’għandux jkun mitlub iżomm rekord ta’ dik l-ispjegazzjoni.

▼B

5.  

Sabiex tiġi ppreservata l-istabbilità tas-sistema finanzjarja, emittent li huwa istituzzjoni tal-kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jista’ taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata, inkluża, iżda mhux biss, informazzjoni li hija relatata ma’ problema temporanja ta’ likwidità u, b’mod partikolari l-bżonn li jirċievi assistenza temporanja fil-likwidità minn bank ċentrali jew mutwanti tal-aħħar istanza, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jinvolvi riskju li tiddgħajjef l-istabbiltà finanzjarja tal-emittent u tas-sistema finanzjarja;

(b) 

ikun fl-interess pubbliku li l-iżvelar jiġi ttardjat;

(c) 

il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi żgurata; u

(d) 

l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 tkun tat il-kunsens tagħha għall-ittardjar ladarba l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c) jkunu sodisfatti.

6.  

Għall-iskopijiet tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 5, l-emittent għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 dwar l-intenzjoni tiegħu li jittardja l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata u jipprovdi evidenza li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 huma sodisfatti. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tikkonsulta kif xieraq mal-bank ċentrali nazzjonali jew lill-awtorità makroprudenzjali fejn din tkun istitwita, jew inkella l-awtoritajiet li ġejjin:

(a) 

jekk l-emittent huwa istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investiment l-Awtorità determinata skont l-Artikolu 133(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ):

(b) 

f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a), kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra responsabbli għas-superviżjoni tal-emittent.

L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tiżgura li l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata jkun ittardjat biss għall-perjodu li hu meħtieġ fl-interess pubbliku. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tal-anqas tevalwa kull ġimgħa jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 għadhomx sodisfatti.

Jekk l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-ittardjar tal-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata, l-emittent għandu jiżvela l-informazzjoni privileġġata minnufih.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-każijiet fejn l-emittent ma jiddeċidix li jittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont il-paragrafu 4.

Ir-referenza f’dan il-paragrafu għall-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 f’dan il-paragrafu hija mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mill-modi msemmijin fl-Artikolu 23(1).

7.  
Meta l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jiġi ittardjat skont il-paragrafu 4 jew 5 u l-kunfidenzjalità ta’ dikl-informazzjoni privileġġata ma tkunx aktar fiż-żgur, l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela dik l-informazzjoni privileġġata lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun.

Dan il-paragrafu jinkludi sitwazzjonijiet fejn għajdut ikun jirrigwarda b’mod espliċitu informazzjoni privileġġata li l-iżvelar tagħha ma jkunx ġiet ttardjat skont il-paragrafu 4 jew 5, meta dak l-għajdut ikun preċiż biżżejjed biex jindika li l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni ma tkunx aktar fiż-żgur.

8.  
Meta emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, jew persuna li taġixxi f’ismu jew għall-kont tiegħu, jiżvela xi informazzjoni privileġġata lil parti terza matul l-eżerċizzju normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), dan għandu jagħmel żvelar pubbliku totali u effettiv ta’ dik l-informazzjoni, simultanjament fil-każ ta’ żvelar intenzjonali, u fil-pront fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonali. Dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni għandha d-dmir ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk dan id-dmir huwiex ibbażat fil-liġi, regolamenti, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew kuntratt.
9.  
Informazzjoni privileġġata dwar emittenti, li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, tista’ tiġi mqiegħda fuq il-websajt tal-post tan-negozjar minflok fuq il-websajt tal-emittent meta l-post tan-negozjar jagħżel li jipprovdi din il-faċilità għall-emittenti f’dak is-suq.
10.  

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a) 

il-mezzi tekniċi għal żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2, 8 u 9; u

(b) 

il-mezzi tekniċi biex jiġi ttardjat l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 4 and 5.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.  
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida biex tistabbilixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti tal-interessi leġittimi tal-emittent, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, u tas-sitwazzjonijiet li fihom l-ittardjar ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata x’aktarx tqarraq lill-pubbliku kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 18

Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata

▼M3

1.  

L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom, kull wieħed minnhom:

(a) 

ifasslu lista tal-persuni kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata u li qed jaħdmu għalihom taħt kuntratt ta’ impjieg, jew inkella jwettqu kompiti li permezz tagħhom għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata, bħal konsulenti, kontabilisti jew aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (lista’ ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata);

(b) 

jaġġornaw il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata fil-pront skont il-paragrafu 4; u

(c) 

jipprovdu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun fuq talba tagħha.

2.  
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fuq il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħraf bil-miktub id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u tkun konxja mis-sanzjonijiet applikabbli għal abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.

Fejn persuna oħra tintalab mill-emittent tfassal u taġġorna l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, l-emittent għandu jibqa’ kompletament responsabbli għall-konformità ma’ dan l-Artikolu. L-emittent għandu dejjem iżomm dritt ta’ aċċess għal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata li l-persuna l-oħra tkun qed tfassal.

▼B

3.  

Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandha tinkludi tal-anqas:

(a) 

l-identità ta’ kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata;

(b) 

ir-raġuni għaliex dik il-persuna ddaħħlet fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;

(c) 

id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata; u

(d) 

id-data li fiha nkitbet il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata.

▼M3

4.  

L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom, kull wieħed minnhom, jaġġornaw il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom fil-pront, inkluż id-data tal-aġġornament, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

meta jkun hemm bidla fir-raġuni għaliex tiddaħħal persuna li tkun diġà fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;

(b) 

meta jkun hemm persuna ġdida li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata u teħtieġ, għalhekk, tiżdied mal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata; u

(c) 

meta persuna ma jibqax ikollha aċċess għal informazzjoni privileġġata.

Kull aġġornament għandu jispeċifika d-data u l-ħin meta tkun seħħet il-bidla li wasslet għall-aġġornament.

5.  
L-emittenti u kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom għandhom iżommu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin wara li tkun tfasslet jew ġiet aġġornata.
6.  
L-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom ikunu intitolati li jinkludu fil-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-emittent, għandhom aċċess regolari għal informazzjoni privileġġata.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fejn ġustifikat minn tħassib speċifiku dwar l-integrità tas-suq nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs biex jinkludu fil-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom il-persuni kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Dawk il-listi għandhom jinkludu informazzjoni speċifikata fil-format determinat mill-EMSA skont ir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli fuq talba tagħha.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format preċiż tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandu jkun proporzjonat u jirrappreżenta piż amministrattiv eħfef meta mqabbel mal-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

7.  
Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.
8.  

Il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll:

(a) 

għall-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna l-kwoti tal-emissjonijiet li tirriżulta fir-rigward tal-operat fiżiku ta’ dak il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(b) 

għal kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti fir-rigward tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew ta’ prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

9.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjon ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format preċiż tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija f’dan l-Artikolu.

L-EMSA għandha tressaq dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Tranżazzjonijiet maniġerjali

1.  

Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali, kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jinnotifikaw lill-emittent jew lil parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet u lill-awtorità kompetenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2:

(a) 

b’ fir-rigward ta’ emittenti, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess relatata mal-ishma jew mal-istrumenti tad-dejn ta’ dak l-emittent, jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom,

(b) 

fir-rigward ta’ parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess dwar makwoti tal-emissjonijiet, ma’ prodotti rkantati insejsa fuqhom jew ma’ derivati relatati magħhom.

Tali notifiki għandhom isiru fil-pront u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju wara d-data tat-tranżazzjoni.

L-ewwel subparagrafu japplika ladarba l-ammont totali tat-tranżazzjonijiet ikun laħaq il-limitu stabbilit fil-paragrafu 8 jew 9, kif applikabbli, fi żmien sena kalendarja.

▼M1

1a.  

L-obbligu ta' notifika msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji marbuta ma' ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent imsemmija f'dak il-paragrafu fejn fiż-żmien tat-tranżazzjoni tiġi sodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv li fiha l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-assi miżmuma minn impriża ta' investiment kollettiv;

(b) 

l-istrument finanzjarju jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi li fihom l-espożizzjoni għal emittent ta' ishma jew strumenti ta' dejn ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-portafoll tal-assi;

(c) 

l-istrument finanzjarju huwa unità jew sehem f'impriża ta' investiment kollettiv jew jipprovdi espożizzjoni għal portafoll ta' assi u l-persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna ma tkunx taf, u b'mod raġonevoli ma tistax tkun taf, il-kompożizzjoni tal-investimenti jew l-espożizzjoni ta' din l-impriża ta' investiment kollettiv jew portafoll ta' assi f'relazzjoni mal-ishma jew strumenti ta' dejn tal-emittent, u barra minn hekk mhemmx raġuni biex dik il-persuna temmen li l-emittent ta' ishma jew ta' strumenti ta' dejn jeċċedi l-limiti fil-punt (a) jew (b).

Jekk l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' investiment tal-impriża ta' investiment kollettiv jew l-espożizzjoni għall-portafoll ta' assi tkun disponibbli, persuna li għandha responsabbiltà maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma' tali persuna għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex tagħmel użu minn dik l-informazzjoni.

▼B

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu obbligi tan-notifika minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, t-transazzjonijiet kollha imwettqa għall-kont proprju tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu notifikati minn dawk il-persuni lill-awtoritajiet kompetenti.

Ir-regoli applikabbli tan-notifika, li magħhom il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġ ikunu konformi, għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri ta’ fejn l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet huwa reġistrat. In-notifika għandha ssir fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tat-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-emittent mhuwiex reġistrat fi Stat Membru, in-notifika għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini skont il-punt (i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE jew, fin-nuqqas ta’ dan, lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ negozjar.

▼M3

3.  
L-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jagħmel pubblika l-informazzjoni li tinsab f’notifika msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li jirċievi tali notifika.

▼B

L-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu juża l-aktar midja affidabbli b’mod raġonevoli għat-tixrid effettiv ta’ informazzjoni lill-pubbliku madwar l-Unjoni, u, meta applikabbli, għandu juża l-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi f’l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE.

Minflok, il-liġi nazzjonali tista’ tipprevedi li awtorità kompetenti tista’ tippubblika l-informazzjoni hija stess.

4.  

Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li:

(a) 

talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat; jew

(b) 

fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF.

5.  
L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub. L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ifasslu lista tal-persuni kollha li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom.

Il-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali għandhom jinnotifikaw lill-persuni assoċjati mill-qrib magħhom dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub u għandhom iżommu kopja ta’ din in-notifika.

6.  

In-notifika tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem tal-persuna;

(b) 

ir-raġuni għan-notifika;

(c) 

l-isem tal-emittent rilevanti jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(d) 

deskrizzjoni u l-identità tal-istrument finanzjarju;

(e) 

in-natura tat-tranżazzjoni(jiet) (eż. akkwiżizzjoni jew ċessjoni), li tindika jekk hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta’ programmi għall-opzjonijiet fuq l-ishma jew mal-eżempji speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 7;

(f) 

id-data u l-post tat-tranżazzjoni(jiet); kif ukoll

(g) 

il-prezz u l-volum tat-tranżazzjoni(jiet). Fil-każ ta’ rahan li t-termini tiegħu jipprevedu li l-valur tiegħu jista’ jinbidel, dan għandu jiġi żvelat flimkien mal-valur tiegħu fid-data ta’ meta jkun sar ir-rahan.

7.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu notifikati għandhom jinkludu wkoll:

(a) 

il-wiegħda jew is-self ta’ strumenti finanzjarji minn jew f’isem persuna li twettaq resposabiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1;

(b) 

tranżazzjonijiet imwettqa minn persuna li teżegwixxi jew tagħmel l-arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew minn persuna oħra f’isem persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fejn tinżamm id-diskrezzjoni;

(c) 

tranżazzjonijiet magħmula taħt polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), meta:

(i) 

id-detentur tal-polza hija persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1,

(ii) 

ir-riskju tal-investiment jinġarr mid-detentur tal-polza, u

(iii) 

id-detentur tal-polza għandu s-setgħa jew id-diskrezzjoni li jieħu deċiżjonijiet dwar l-investiment fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi f’dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew li jeżegwixxi tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi għal dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

Għall-finijiet tal-punt (a), rahan, jew interess ta’ garanzija simili, ta’ strumenti finanzjarji b’rabta mad-depożitu tal-istrumenti finanzjarji f’kont ta’ kustodja m’hemmx bżonn ikun notifikat, sakemm u sa meta tali rahan jew interess ta’ garanzija ieħor ma jkunx speċifikat biex jiggarantixxi faċilità ta’ kreditu speċifika.

▼M1

Għall-finijiet tal-punt (b), it-tranżazzjonijiet imwettqa f'ishma jew strumenti ta' dejn ta' emittent jew derivattivi jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom minn maniġers ta' impriża ta' investiment kollettiv li fihom persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib magħhom investiet, ma għandhomx għalfejn ikunu notifikati fejn il-maniġer tal-impriża ta' investiment kollettiv jopera b'diskrezzjoni sħiħa, li jeskludi l-maniġer milli jirċievi kwalunkwe istruzzjoni jew suġġerimenti dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll direttament jew indirettament mingħand l-investituri f'dik l-impriża ta' investiment kollettiv.

▼B

Sa fejn detentur ta’ polza ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa meħtieġ jinnotifika t-tranżazzjonijiet skont dan il-paragrafu, il-kumpanija tal-assigurazzjoni m’għandhiex id-dmir li tinnotifika.

8.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni sussegwenti ladarba jkun intlaħaq ammont totali ta’ EUR 5 000 f’sena kalendarja. Il-limitu ta’ EUR 5 000 għandu jiġi kkalkulat billi jiżdiedu, mingħajr nettjar, it-tranżazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1.
9.  
Awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżid il-limitu stabbilit fil-paragrafu 8 għal EUR 20 000 u għandha tinforma lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha u l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha, b’referenza speċifika għall-kundizzjonijiet tas-suq, li tadotta livell ogħla qabel l-applikazzjoni tiegħu. L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista ta’ limiti li japplikaw skont dan l-Artikolu u l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti għal tali limiti.
10.  
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal tranżazzjonijiet minn persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti involuti fl-irkanti li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u persuni assoċjati mill-qrib ma’ tali persuni sa fejn it-tranżazzjonijiet tagħhom jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, derivati tagħhom jew prodotti rkantati bbażati fuqhom. Dawn il-persuni għandhom jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom għall-pjattaformi ta’ rkantar, irkantaturi jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, u lill-awtorità kompetenti fejn il-pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, huwa rreġistrat. L-informazzjoni li hija notifikata b’dan il-mod għandha ssir pubblika mill-pjattaformi tal-irkant, l-irkantaturi, is-sorveljatur tal-irkant jew l-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3.
11.  

Mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15, persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan emittent m’għandhiex twettaq kwalunkwe tranżazzjonijiet għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, fir-rigward tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn tal-emittent jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom, matul perjodu magħluq ta’ tletin jum kalendarju qabel jitħabbar rapport finanzjarju interim jew rapport ta’ tmiem is-sena li l-emittent huwa obbligat jippubblika skont:

(a) 

ir-regoli tal-post tan-negozjar fejn l-ishma tal-emittent huma ammessi għan-negozjar: jew

(b) 

il-liġi nazzjonali.

12.  

Mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15 emittent jista jħalli persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdanu tinnegozja għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza matul perijodu magħluq kif imsemmi fil-paragrafu 11, kemm-il darba n-negozjar matul dak il-perjodujew:

(a) 

fuq bażi ta’ każ b’każ minħabba l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal diffikultajiet finanzjarji kbar, li jirrikjedu l-bejgħ immedjat ta’ ishma; jew

(b) 

minħabba l-karatteristiċi tan-negozjar involut għal tranżazzjonijiet magħmula fl-ambitu ta’, jew relatati ma’, skemi ta’ ishma ta’ impjegati jew ta’ tfaddil, il-kwalifika jew intitolament ta’ ishma, jew tranżazzjonijiet fejn l-interess ta’ benefiċċju fis-sigurtà rilevanti ma jinbidilx.

13.  
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-emittent jista’ jippermetti n-negozjar matul perjodu magħluq, kif imsemmi fil-paragrafu 12, inklużi ċ-ċirkustanzi li jkunu meqjusa bħala eċċezzjonali u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiġġustifikaw il-permess biex isir negozjar.
14.  
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiskattaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.
15.  
Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u mudell li permezz tiegħu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata u ppubblikata.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Rakkomandazzjonijiet u statistiċi dwar l-investiment

1.  
Persuni li jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investimentgħandhom jieħdu ħsieb jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod oġġettiv, u li jiżvelaw l-interessi tagħhom jew jindikaw kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom.
2.  
L-istituzzjonijiet pubbliċi li jxerrdu statistiċi jew previżjonijiet li x’aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji għandhom ixerrduhom b’mod oġġettiv u trasparenti.
3.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti tekniċi, għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1, għall-preżentazzjoni oġġettiva ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, kif ukoll għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-arranġamenti tekniċi stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal ġurnalisti li jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni xierqa ekwivalenti fi Stat Membru, inkluża awtoregolamentazzjoni xierqa ekwivalenti, sakemm tali regolamentazzjoni tikseb effetti simili għal dawk l-arranġamenti tekniċi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw t-test ta’ dik ir-regolamentazzjoni ekwivalenti xierqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 21

Żvelar u tixrid ta’ informazzjoni fil-midja

Għall-finijiet tal-Artikolu 10, l-Artikolu 12(1)(c) u l-Artikolu 20, meta tkun żvelata jew imxerrda informazzjoni u meta jkunu prodotti u mxerrda rakkomandazzjonijiet għall-fini ta’ ġurnaliżmu jew forma oħra ta’ espressjoni fil-midja, tali żvelar jew tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċi li jirregolaw il-professjoni tal-ġurnalist, sakemm:

(a) 

il-persuni kkonċernati, jew il-persuni assoċjati mill-qrib magħhom, ma jisiltux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew qligħ mill-iżvelar jew it-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew

(b) 

l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li jqarraq is-suq rigward il-provvista, id-domanda, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji.

▼M4

Artikolu 21a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) u l-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li jkun persuna ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs, skont il-kategorija, tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li jkun persuna ġuridika, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittenti u l-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3.  
Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta l-liġi nazzjonali tipprevedi li awtorità kompetenti hija stess tkun permessa tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament pubblika għall-fini li dik l-informazzjoni issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
5.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-emittent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

6.  

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b) 

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c) 

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  
Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6 l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

▼B

KAPITOLU 4

L-ESMA U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 22

Awtoritajiet kompetenti

Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet ġudizzjarji, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti amministrattiva waħdanija għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ta’ Stati Membri oħra dwar dan. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati fit-territorju tagħha, fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tagħha, u l-azzjonijiet imwettqa barra mill-pajjiż relatati ma’ strumenti ammessi għan-negozjar f’suq regolat, li tkun saret talba għalihom biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq bħal dan, irkantati fuq pjattaforma ta’ rkantar jew li huma nnegozjati fuq MTF jew OTF jew li tkun saret talba għalihom biex jiġu ammessi għan-negozjar fuq MTF li topera fit-territorju tagħhom.

Artikolu 23

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom kif ġej:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew mal-impriżi tas-suq;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew impriżi tas-suq; jew

(d) 

b’applikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  

Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a) 

li jaċċessaw kwalunkwe dokument jew data fi kwalunkwe forma, jew jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b) 

li jitolbu jew jesiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li huma involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c) 

fir-rigward derivati dwar komoditajiet, li jitolbu informazzjoni minn parteċipanti tas-suq dwar swieq spot relatati skont il-formati standardizzati, jiksbu rapporti dwar tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d) 

li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet f’siti li ma jkunux residenzi privati ta’ persuni fiżiċi;

(e) 

bla ħsara għat-tieni subparagrafu, li jidħlu fl-istabbilimenti ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u data fi kwalunkwe forma fejn hemm suspett raġonevoli li dokumenti jew data marbutin mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti bħala evidenza ta’ każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

(f) 

li jirreferu kwistjonijiet għal investigazzjoni kriminali;

(g) 

li jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet bit-telefon, komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords tat-traffiku tad-data miżmuma minn kumpaniji tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji;

(h) 

li jitolbu, sa fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet, meta jeżisti suspett raġonevoli ta’ ksur u meta li tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15;

(i) 

li jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn;

(j) 

li jissospendu n-negozjar tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati;

(k) 

li jitolbu l-waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(l) 

li jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju tal-attività professjonali;

(m) 

li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-pubbliku ikun informat b’mod korrett, inter alia, billi jikkoreġu informazzjoni żvelata falza jew qarrieqa, inkluż billi kwalunkwe emittent jew persuna oħra li ppubblikaw jew xerrdu informazzjoni falza jew qarrieqa jintalbu jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva.

Meta f’konformità mal-liġi nazzjonali tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat biex jidħlu fl-istabbilitment ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil- punt (e) tal-ewwel subparagrafu, is-setgħa kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss wara li tkun inkisbet dik l-awtorizzazzjoni minn qabel.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji regolati mill-awtoritajiet superviżorji maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.  
Persuna li tqiegħed informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament m’għandhiex titqies li tkun kisret xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u dan m’għandu jinvolvi lill-persuna li tagħmel in-notifika f’ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.

Artikolu 24

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
3.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25

Obbligu ta’ kooperazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-ESMA. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar.

L-obbligu ta’ koperazzjoni u għajnuna stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-Kummissjoni b’rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar komoditajiet li huma prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE.

L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  

Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-informazzjoni jew talba biex tikkoopera f’investigazzjoni fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, jiġifieri meta:

(a) 

il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa ħażin is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;

(b) 

il-konformità mat-talba x’aktarx taffettwa ħażin l-investigazzjoni jew l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha stess jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali;

(c) 

Ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew

(d) 

Tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw li jittieħed approċċ koordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn it-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozjar jew azzjonijiet jew imġiba oħra jkunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar li japplika għalihom dan ir-Regolament, kif ukoll għal prodott wieħed jew aktar ta’ enerġija bl-ingrossa li japplikaw għalihom l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 meta jiġu biex japplikaw l-Artikoli 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għall-istrumenti finanzjarji marbutin mal-prodotti ta’ enerġija bl-ingrossa.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1.
5.  
Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew li ċerti azzjonijiet qegħdin jaffettwaw strumenti finanzjarji nnegozjati f’post tan-negozjar li jinsab fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER. L-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri involuti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u mal-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER, dwar l-azzjoni xierqa li għandhom jieħdu, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-iżviluppi sinifikanti li jsiru sadanittant. Għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni possibbli meta japplikawsanzjonijiet, u miżuri amministrattivi oħrajn għal dawk il-każijiet transkonfinali skont l-Artikoli 30 u 31 u għandhom jgħinu lil xulxin fl-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħhom.
6.  
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor rigward spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tista’ tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA, jekk tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, għandha tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

(a) 

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b) 

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

(c) 

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(d) 

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

(e) 

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunarji.

7.  
Bla ħsara għall-Artikolu 258 tat-TFUE, awtorità kompetenti li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna skont il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ma ssirx azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli, jew li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna tiġi rrifjutata, tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-ESMA.

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija, l-ESMA tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bla ħsara għall-possibbiltà li l-ESMA taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji rilevanti nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li azzjonjijiet, li jikkostitwixxu abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, żvelar illegali ta’ informazzjoni jew manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament, ikunu qegħdin isiru jew ikunu saru. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura ħarsa ġenerali kkonsolidata tas-swieq finanzjarji u spot, u għandha tidentifika u timponi sanzjonijiet għall-abbużi tas-suq kemm bejn is-swieq kif ukoll bejn il-fruntieri.

Rigward il-kwoti tal-emissjonijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni pprovduti taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu żgurati wkoll bi:

(a) 

is-sorveljatur tal-irkant, rigward l-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010; u

(b) 

awtoritajiet kompetenti, amministraturi tar-reġistru, inkluż l-Amministratur Ċentrali, u korpi pubbliċi oħra inkarigati biex jissorveljaw il-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.

L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull fejn possibbli, jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati skont l-Artikolu 26.

9.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni u għajnuna kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament f’pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lil awtoritajiet kompetenti l-oħrajn meta tipproponi li tidħol f’arranġament bħal dan.

2.  
L-ESMA għandha, kull meta possibbli, tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkun fihom dokument mudell għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkun possibbli.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina wkoll, kull meta possibbli, l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ta’ informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont l-Artikoli 30 u 31.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 27. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 27

Is-segretezza professjonali

1.  
Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2.  
L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kundizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata jew tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.
3.  
L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq li l-awtorità kompetenti ddelegat is-setgħat lilha, inklużi awdituri u esperti kkuntrattati mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 28

Il-protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-data personali għandha tinżamm għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 29

L-iżvelar ta’ data personali lil pajjiżi terzi

1.  
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u biss fuq bażi ta’ każ b’każ. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u li l-pajjiż terz ma jittrasferixxix data lejn pajjiż terz ieħor sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
2.  
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżvela biss data personali riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet qbil espliċitu mill-awtorità kompetenti li tkun ittrażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, id-data tiġi żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tat il-kunsens tagħha.
3.  
Fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għall-iskambju ta’ data personali, għandu jikkonforma liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

KAPITOLU 5

MIŻURI U SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 30

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn

1.  

Bla ħsara għal sanzjonijiet kriminali u bla ħsara għas-setgħat superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 23, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-inqas il-ksur li ġej:

(a) 

ksur tal-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 16(1) u (2), l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5), u (8), l-Artikolu 18(1) sa (6), l-Artikolu 19(1), (2), (3), (5), (6), (7) u (11) u l-Artikolu 20(1); u

(b) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif jingħad fl-Artikolu 23(2).

L-Istati Membri jistgħu„ jiddeċiedu li jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif jingħad fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu diġà jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-3 ta’ Lulju 2016. Fejn jiddeċiedu dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sat-3 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.

2.  

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin jew jieħdu mill-inqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a) 

ordni li teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-ksur twaqqaf l-aġir u ma tirrepetix dan l-aġir;

(b) 

iċ-ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c) 

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(d) 

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment;

(e) 

projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment f’kumpaniji tal-investiment;

(f) 

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 14 jew 15, projbizzjoni permanenti kontra ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment f’kumpaniji tal-investiment;

(g) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja għall-kont tagħha stess;

(h) 

sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk ikunu jistgħu jiġu determinati.

(i) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:

(i) 

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii) 

għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

(iii) 

għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

(j) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:

(i) 

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 15 000 000 jew 15 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii) 

għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 2 500 000 jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014 u

(iii) 

għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20 EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014.

Ir-referenzi għall-awtorità kompetenti f’dan il-paragrafu huma mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mod imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Għall-għanijiet tal-punti (j)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu, meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE ( 14 ), il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont id-Direttivi rilevanti dwar il-kontabilità d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 15 ) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 16 ) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom setgħat oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 u jistgħu jipprovdu għal livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Artikolu 31

L-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, meta jkun xieraq:

(a) 

is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, per eżempju, mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, bla ħsara għall-ħtieġa li jiġi żgurat ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f) 

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur; u

(g) 

il-miżuri li ttieħdumill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata ripetizzjoni.

2.  
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn taħt l-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom, u s-sanzjonijiet amministrattivi li huma jimponu, u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jieħdu, ikunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom skont l-artikolu 25 biex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu sanzjonijiet u multi amministrattivi fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali.

Artikolu 32

Ir-rappurtar tal-ksur

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jippermettu r-rappurtar ta’ ksur attwali jew potenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal tali rapporti;

(b) 

fi ħdan l-impjieg tagħhom, protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg, li jirrappurtaw ksur jew jiġu akkużati bi ksur, kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust; u

(c) 

protezzjoni ta’ data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll il-persuna fiżika li allegatament wettqet il-ksur, inkluża protezzjoni fir-rigward taż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għal żvelar ta’ informazzjoni li ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

3.  
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impjegaturi li jwettqu attivitajiet li huma regolati minn regolameny ta’ servizzi finanzjarji li jkollhom fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex l-impjegati tagħhom jirrapportaw ksur ta’ dan ir-Regolament.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jingħataw skont il-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali preeżistenti oħra li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni hija ġdida, u tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew it-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadottaatti ta’ impliementazzjoni li jispeċifikaw aħjar il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi l-arranġamenti għar-rappurtar u għas-segwitu ta’ rapporti, u l-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg u l-miżuri għall-protezzjoni tad-data personali. Dawk l-atti ta’ impliementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 33

L-iskambju ta’ informazzjoni mal-ESMA

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, kull sena, informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, miżuri amministrattivi oħrajn, imposti mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jipprovdu lill-ESMA kull sena b’data anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi kollha mwettqa skont dawk l-Artikoli.
2.  
Meta l-Istati Membri jkunu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), stabbilew sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom kull sena jipprovdu lill-ESMA b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali mwettqa u l-pieni kriminali imposti kollha mill-awtoritajiet ġudizzjarji skont l-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika data dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.
3.  
Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali, jew miżuri amministrattivi oħrajn, lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-ESMA b’dan.
4.  
Meta sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew miżura amministrattivi oħra ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-ESMA għandha żżid referenza għal dik is-sanzjoni jew miżura ppubblikata fir-reġistru tal-kumpaniji tal-investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Direttiva.
5.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l–ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 34

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.  
Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva, jew miżura amministrattiva oħra fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament fuq il-websajt tagħhom immedjatament wara li l-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni. Tali pubblikazzjoni għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

Meta, awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika suġġetta għal dik id-deċiżjoni, jew tad-data personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ, imwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija għandha tagħmel kwalunkwe minn dan li ġej:

(a) 

tiddiferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sal-mument meta r-raġunijiet għal dak id-diferiment ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni fuq bażi anonima skont il-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma titqegħidx fil-periklu; jew

(ii) 

li l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li huma meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fejn awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni li tippubblika deċiżjoni fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, hija tista’ tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn ikun previst li r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu matul dak il-perijodu.

2.  
Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem awtorità nazzjonali ġudizzjarjia, amministrattiva jew awtorità oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ukoll, minnufih, fuq il-websajt tagħhom, tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ dan l-appell. Barra minn hekk, kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni li tkun suġġetta għal appell għandha tiġi ppubblikata wkoll.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li tiġi ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa’ aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab f’ tali pubblikazzjonijiet għandha tinżamm fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

KAPITOLU 6

ATTI DELEGATI ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 35

L-eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

▼M3

2.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(13) u (14), u l-Artikolu 38 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Diċembru 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ tul identiku ta’ żmien, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

▼B

3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrph tal-Artikolu 17(2) u (3) ►M1  , l-Artikolu 19(13) u (14) u l-Artikolu 38 ◄ tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan m’għandux jaffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati diġà fis-seħħ.
4.  
Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M1

5.  
Att delegat adottat bis-saħħa l-Artikolu 6(5) jew (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(13) jew (14) jew l-Artikolu 38, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 36

Il-proċedura tal-kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 17 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37

Tħassir tad-Direttiva 2003/6/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha

►C1  Id-Direttiva 2003/6/KE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2004/72/KE, 2003/125/KE ◄  ( 18 ) u 2003/124/KE ( 19 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 ( 20 ) għandhom jitħassru b’effett mit-3 ta’ Lulju 2016. Ir-referenzi għad-Direttiva 2003/6/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilità fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Rapport

Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposta leġislattiva biex temendha, jekk ikun xieraq. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, inter alia:

(a) 

kemm hu xieraq li jiġu introdotti regoli komuni dwar il-bżonn li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq;

(b) 

jekk id-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata hijiex biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni kollha rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkumbattu b’mod effettiv l-abbuż tas-suq;

(c) 

kemm huma xierqa l-kundizzjonijiet li taħthom tiġi ordnata l-projbizzjoni fuq in-negozjar skont l-Artikolu 19(11) bil-għan li jiġi identifikat jekk hemmx ċirkustanzi ulterjuri li fihom għandha tapplika l-projbizzjoni;

(d) 

il-possibbiltà li jiġi stabbilit qafas tal-Unjoni għal sorveljanza bejn is-swieq tal-kotba tal-ordnijiet b’rabta mal-abbuż tas-suq, inklużi rakkomandazzjonijiet għal qafas bħal dan; kif ukoll

(e) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ referenza.

Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha twettaq eżerċizzju ta’ mmappjar tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali kif jingħad f’dak l-Artikolu għal ksur ta’ dan ir-Regolament, tal-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet kriminali fi ħdan l-Istati Membri. Dak l-eżerċizzju għandu jinkludi wkoll kwalunkwe data disponibbli skont l-Artikolu 33(1) u (2).

▼M1

Sat-3 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell tal-limiti stipulati fl-Artikolu 19(1a)(a) u (b) fir-rigward ta' transazzjonijiet tal-amministraturi fejn l-ishma tal-emittent jew strumenti ta' dejn jiffurmaw parti minn impriża ta' investiment kollettiv jew jipprovdu espożizzjoni għal portafoll ta' assi, bil-għan li jiġi valutat jekk dan il-livell ikunx xieraq jew għandux jiġi aġġustat.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 għall-aġġustament tal-limiti fl-Artikolu 19(1a)(a) u (b), jekk tiddetermina f'dak ir-rapport li dawk il-limiti għandhom jiġu aġġustati.

▼B

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M2

2.  

Għandu japplika mit-3 ta' Lulju 2016 ħlief għal:

(a) 

l-Artikolu 4(2) u (3), li għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018; u

(b) 

l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 11(9), (10) u (11), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(7) u (11), l-Artikolu 16(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), (10) u (11), l-Artikolu 18(9), l-Artikolu 19(13), (14) u (15), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(9), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 26(2), l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 33(5), li għandhom japplikaw mit-2 ta' Lulju 2014

▼B

3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 22, 23 u 30, l-Artikolu 31(1) u l-Artikoli 32 u 34 sat-3 ta’ Lulju 2016.
4.  
Referenzi f’dan ir-Regolament għad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom qabel ►M2  it-3 ta' Jannar 2018 ◄ , jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE skont it-tabell ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness IV għad-Direttiva 2014/65/UE sa fejn dik it-tabella ta’ korrelazzjoni fiha dispożizzjonijiet li jirreferu għad-Direttiva 2004/39/KE.

Fejn issir referenza fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-OTFs, swieq tat-tkabbir tal-SME, kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-OTFs, swieq tat-tkabbir tal-SME, kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom ►M2  sat-3 ta' Jannar 2018 ◄ .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

A.    Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u l-iżgurar tal-prezzijiet

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-eżempji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu, fihom infushom, li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jitqiesu meta jiġu eżaminati t-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet għan-negozjar mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju relevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, b’mod partikulari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezzijiet tagħhom;

(b) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’pożizzjoni sinifikanti ta’ xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, iwasslu għal tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ dak l-istrument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq il-kwoti tal-emissjonijiet;

(c) 

jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa jwasslux għall-ebda bidla fil-pussess benefiċjarju ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(d) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jew l-ordnijiet ikkanċellati jinkludu treġġigħ lura tal-pożizzjoni f’perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, u jistgħu jkunu assoċjati ma’ tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(e) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jkunu kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa’ lura;

(f) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aqwa offerta jew joffru prezzijiet fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, jew b’mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, u jitneħħew qabel ma jitwettqu; u

(g) 

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa fiż-żmien jew madwar żmien speċifiku meta l-prezzijiet ta’ referenza, prezzijiet ta’ qbil u valutazzjonijiet jiġu kkalkulati u jwasslu għal bidliet fil-prezzijiet li jkollhom effett fuq dawn il-prezzijiet jew valutazzjonijiet.

B.    Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata mal-użu ta’ element fittizju jew kull forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba msemmija filparagrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li m’għandhomx neċessarjament jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar jiġu eżaminati mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

jekk l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni humiex preċeduti jew segwiti b’tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa mill-istess persuni jew persuni marbuta magħhom; u

(b) 

jekk l-ordnijiet għan-negozjar humiex mogħtija jew it-tranżazzjonijiet humiex imwettqa minn persuni qabel jew wara li l-istess persuni jew persuni marbuta magħhom jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment li jkunu żbaljati jew ippreġudikati jew viżibbilment influwenzati minn interess materjali.




ANNESS II



Tabella ta’ korrelazzjoni

Dan ir-Regolament (MAR)

Direttiva 2003/6/KE

Artikolu 1

 

Artikolu 2

 

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(1)(b)

 

Artikolu 2(1)(c)

 

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 9, it-tieni paragrafu

Artikolu 2(3)

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 10(a)

Artikolu 3(1), punt (1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 3(1), punt (2)

 

Artikolu 3(1), punt (3)

 

Artikolu 3(1), punt (4)

 

Artikolu 3(1), punt (5)

 

Artikolu 3(1), punt (6)

Artikolu 1(4)

Artikolu 3(1), punt (7)

 

Artikolu 3(1), punt (8)

 

Artikolu 3(1), punt (9)

Artikolu 1(5)

Artikolu 3(1), punt (10)

 

Artikolu 3(1), punt (11)

 

Artikolu 3(1), punt (12)

Artikolu 1(7)

Artikolu 3(1), punt (13)

Artikolu 1(6)

Artikolu 3(1), punti (14) sa (35)

 

Artikolu 4

 

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6(1)

Artikolu 7

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 6(4)

 

Artikolu 6(5)

 

Artikolu 6(6)

 

Artikolu 6(7)

 

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 1(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 1(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 7(1)(c)

 

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 1(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 7(2)

 

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 7(4)

 

Artikolu 7(5)

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 2 (1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 3(b)

Artikolu 8(2)(b)

 

Artikolu 8(3)

 

Artikolu 8(4)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 8(4)(b)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 8(4)(c)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 8(4)(d)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 8(5)

Artikolu 2(2)

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 9(3)(a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 9(3)(b)

Artikolu 2(3)

Artikolu 9(4)

 

Artikolu 9(5)

 

Artikolu 9(6)

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(a)

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 11

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 12(1)(d)

 

Artikolu 12(2)(a)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 12(2)(b)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 12(2)(c)

 

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 12(2)(e)

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 12(4)

 

Artikolu 12(5)

Artikolu 1(2), it-tielet paragrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 1(2)(a), it-tieni paragrafu

Artikolu 13(1)

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 13(3)

 

Artikolu 13(4)

 

Artikolu 13(5)

 

Artikolu 13(6)

 

Artikolu 13(7)

 

Artikolu 13(8)

 

Artikolu 13(9)

 

Artikolu 13(10)

 

Artikolu 13(11)

 

Artikolu 14(a)

Artikolu 2(1), paragrafu 1

Artikolu 14(b)

Artikolu 3(b)

Artikolu 14(c)

Artikolu 3(a)

Artikolu 15

Artikolu 5

Artikolu 16(1)

Artikolu 6(6)

Artikolu 16(2)

Artikolu 6(9)

Artikolu 16(3)

 

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 16(5)

Artikolu 6(10), is-seba’ inċiż

Artikolu 17(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 17(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9, it-tielet paragrafu

Artikolu 17(2)

 

Artikolu 17(3)

 

Artikolu 17(4)

Artikolu 6(2)

Artikolu 17(5)

 

Artikolu 17(6)

 

Artikolu 17(7)

 

Artikolu 17(8)

Artikolu 6(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 17(9)

 

Artikolu 17(10)

Artikolu 6(10), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 17(11)

 

Artikolu 18(1)

Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 18(2)

 

Artikolu 18(3)

 

Artikolu 18(4)

 

Artikolu 18(5)

 

Artikolu 18(6)

 

Artikolu 18(7)

Artikolu 9, it-tielet paragrafu

Artikolu 18(8)

 

Artikolu 18(9)

Artikolu 6(10), ir-raba’ inċiż

Artikolu 19(1)

Artikolu 6(4)

Artikolu 19(1)(a)

Artikolu 6(4)

Artikolu 19(1)(b)

 

Artikolu 19(2)

 

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 19(4)(a)

 

Artikolu 19(4)(b)

 

Artikolu 19(5) sa (13)

 

Artikolu 19(14)

Artikolu 6(10), il-ħames inċiż

Artikolu 19(15)

Artikolu 6(10), il-ħames inċiż

Artikolu 20(1)

Artikolu 6(5)

Artikolu 20(2)

Artikolu 6(8)

Artikolu 20(3)

Artikolu 6(10), is-sitt inċiż u Artikolu 6(11)

Artikolu 21

Artikolu 1(2)(c), it-tieni sentenza

Artikolu 22

Artikolu 11, l-ewwel paragrafu u Artikolu 10

Artikolu 23(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 23(1)(a)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 23(1)(b)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 23(1)(c)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 23(1)(d)

Artikolu 12(1)(d)

Artikolu 23(2)(a)

Artikolu 12(2)(a)

Artikolu 23(2)(b)

Artikolu 12(2)(b)

Artikolu 23(2)(c)

 

Artikolu 23(2)(d)

Artikolu 12(2)(c)

Artikolu 23(2)(e)

 

Artikolu 23(2)(f)

 

Artikolu 23(2)(g)

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 23(2)(h)

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 23(2)(i)

Artikolu 12(2)(g)

Artikolu 23(2)(j)

Artikolu 12(2)(f)

Artikolu 23(2)(k)

Artikolu 12(2)(e)

Artikolu 23(2)(l)

Artikolu 12(2)(h)

Artikolu 23(2)(m)

Artikolu 6(7)

Artikolu 23(3)

 

Artikolu 23(4)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 15a(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 15a(2)

Artikolu 24(3)

 

Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 16(2) u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(a)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(b)

 

Artikolu 25(2)(c)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(d)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(3)

 

Artikolu 25(4)

Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 25(5)

Artikolu 16(3)

Artikolu 25(6)

Artikolu 16(4)

Artikolu 25(7)

Artikolu 16(2), ir-raba’ subparagrafu u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(8)

 

Artikolu 25(9)

Artikolu 16(5)

Artikolu 26

 

Artikolu 27(1)

 

Artikolu 27(2)

 

Artikolu 27(3)

Artikolu 13

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1)

Artikolu 30(1)(a)

 

Artikolu 30(1)(b)

Artikolu 14(3)

Artikolu 30(2)

 

Artikolu 30(3)

 

Artikolu 31

 

Artikolu 32

 

Artikolu 33(1)

Artikolu 14(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33(2)

 

Artikolu 33(3)

Artikolu 14(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 33(4)

Artikolu 14(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 33(5)

 

Artikolu 34(1)

Artikolu 14(4)

Artikolu 34(2)

 

Artikolu 34(3)

 

Artikolu 35

 

Artikolu 36(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 36(2)

 

Artikolu 37

Artikolu 20

Artikolu 38

 

Artikolu 39

Artikolu 21

Anness

 



( 1 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

( 3 ) Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

( 4 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Ara paġna 84 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 5 ) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

( 7 ) Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

( 8 ) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/908 tas-26 ta’ Frar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha (ĠU L 153, 10.6.2016, p. 3).

( 9 ) Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

( 10 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 11 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).

( 13 ) Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

( 14 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istqarrijiet finanzjarji annwali, rapporti finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, li jemenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

( 16 ) Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

( 17 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

( 18 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjoniet għar-rappreżentazzjoni ġusta tal-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta’ interess (ĠU L 339, 24.12.2003, p. 73).

( 19 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq (ĠU L 339, 24.12.2003, p. 70).

( 20 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33).