02014R0480 — MT — 30.05.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 (ĠU L 138 13.5.2014, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/616 tat-13 ta' Frar 2015 |
L 102 |
33 |
21.4.2015 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/886 tat-12 ta' Frar 2019 |
L 142 |
9 |
29.5.2019 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2014
tat-3 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet segwenti li jissuplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 303/2013:
(a) dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tnejn ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (minn issa 'l quddiem imsejħa “Fondi ESI”) fir-rigward tas-segwenti:
(i) il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;
(ii) regoli relatati mal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' dan li ġej:
— regoli speċifiċi addizzjonali dwar ix-xiri ta' art u fuq il-kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji,
— regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kriterji relatati tal-għażla u prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta' strumenti finanzjarji,
— regoli dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' ċerti strumenti finanzjarji, inkluż li jsiru kontrolli minn awtoritajiet ta' ġestjoni u awditjar, arranġamenti biex iżomm dokumenti ta' sostenn, l-elementi li għandhom ikunu ppruvati minn dokumenti ta' sostenn, u arranġamenti ta' ġestjoni u kontroll u ta' awditjar,
— regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsir għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament,
— regoli speċifiċi dwar it-twaqqif ta' sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija,
— regoli speċifiċi li jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi tal-prestazzjoni u l-limiti minimi applikabbli, kif ukoll regoli għar-rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu;
(iii) il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara t-tlestija;
(iv) ir-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni;
(b) dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tal-metodoloġija li għandha tintuża fit-twettiq tal-analiżi tal-kwalità ta' proġetti kbar;
(c) dispożizzjonijiet li jissupplimentaw il-Parti Erbgħa ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS fir-rigward tas-segwenti:
(i) regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni relatata mad-dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita mill-awtorità maniġerjali;
(ii) rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-reġistri tal-kontabilità li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu fil-livell tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji;
(iii) l-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u l-awditjar tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet;
(iv) regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul dawn l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati;
(v) regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, inkluż it-tipi ewlenin ta' tali nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandha tkun applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rati fissi jew dawk estrapolati.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TNEJN TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FONDI ESI
TAQSIMA I
Kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;
(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Artikolu 2
Determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja
(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandu jkun applikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun rata fissa determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-medja tar-rati finali ta' kisba għall-indikaturi kollha tal-output u l-passi ewlenin ta' implimentazzjoni skont qafas ta' prestazzjoni u r-rata finali ta' kisba tal-indikatur finanzjarju skont dak il-qafas ta' prestazzjoni (il-“koeffiċjent kisba/użu”).
2. Il-koeffiċjent kisba/użu jkun ikkalkulat kif ġej:
(a) il-valur finali miksub għal kull indikatur tal-output u pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valuri ta' mira rispettiva tagħhom sabiex tinkiseb ir-rata finali tagħhom espressa bħala perċentwal tal-mira;
(b) il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun iddeterminata. Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;
(c) il-valur finali miksub għal kull indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valur ta' mira rispettiv tiegħu sabiex tinkiseb ir-rata finali tiegħu espressa bħala perċentwal tal-mira; Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;
(d) il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-passi ewlenin tal-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun diviża bir-rata ta' kisba finali għall-indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika.
3. Jekk prijorità hija relatata ma' aktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija waħda ta' reġjun, il-koefiċjent ta' kisba/assorbiment ikun ikkalkulat separatament għall kull Fond ESI u/jew skont il-kategorija tar-reġjun.
Artikolu 3
Il-livel ta' korrezzjoni finanzjarja
(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja huwa ffissat kif ġej:
(a) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 65 % iżda mhux inqas minn 60 %, tkun applikata rata fissa ta' 5 %;
(b) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 60 % iżda mhux inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 10 %;
(c) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 25 %;
2. Ir-rata fissa tkun applikata għall-kontribuzzjoni mill-Fond ESI ddeterminata abbażi tan-nefqa ddikjarata mill-Istat Membru fil-prijorità li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, wara l-applikazzjoni ta' kull korrezzjoni finanzjarja oħra.
Għal prijoritajiet li jikkonċernaw iktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija ta' reġjun, ir-rata fissa tkun applikata għal kull fond ESI u/jew kategorija ta' reġjun.
3. Fatturi esterni li jikkontribwixxu għal nuqqas serju biex jintlaħqu l-miri, minbarra dawk imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ikunu kkunsidrati skont il-każ. Il-korrezzjoni b'rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1 tista' titnaqqas b'massimu ta' 50 %, waqt li jitqies l-estent tal-kontribut ta' dawn il-fatturi għall-falliment serju.
4. Fejn l-applikazzjoni tar-rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 1 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.
TAQSIMA II
Strumenti finanzjarji
Artikolu 4
Regoli speċifiċi dwar ix-xiri ta' art
(L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FAEŻR jistgħu jappoġġaw l-investimenti li jinkludu x-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija għal ammont li ma jaqbiżx l-10 % tal-kontribut tal-programm imħallas lir-riċevitur finali. Fil-każ ta' garanziji, dan il-perċentwal japplika fuq l-ammont tas-self sottostanti jew strumenti oħra li jġorru r-riskju.
2. Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu sostenn għar-riċevituri finali fir-rigward ta' investimenti fl-infrastruttura bil-għan li jkun sostnut l-iżvilupp urban jew attivitajiet ta' riġenerazzjoni urbana, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 huwa ta' 20 %.
3. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità maniġerjali tista' tidderoga mil-limiti fl-paragrafi 1 u 2 għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali.
Artikolu 5
Kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji
(L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Għotjiet għal sostenn tekniku jistgħu jiġu kkumbinati ma' strumenti finanzjarji f'operazzjoni waħda skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biss għall-iskop ta' tħejjija teknika tal-investiment prospettiv għall-benefiċċju tar-riċevitur finali li għandhom jiġu sostnuti minn dik l-operazzjoni.
Artikolu 6
Regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji
(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi applikabbli u jaġixxu bil-grad ta' kura professjonali, effiċjenza, trasparenza u diliġenza mistennija minn korp professjonali b'esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Huma jiżguraw li:
(a) riċevituri finali li jirċievu sostenn minn strumenti finanzjarji huma magħżula waqt li titqies b'mod dovut in-natura tal-istrument finanzjarju u l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti ta' investiment li għandhom ikunu ffinanzjati. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi;
(b) il-benefiċjarji finali jkunu infurmati li l-finanzjament huwa pprovdut fi programmi kkofinanzjati mill-Fondi ESI, skont ir-rekwiżiti stabbiliti
(i) fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni,
(ii) fl-Artikolu 66(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għall-FAEŻR,
(iii) fl-Artikolu 97(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għall-FEMS.
(c) strumenti finanzjarji jipprovdu sostenn b'mod li jkun proporzjonat u li jkollu l-inqas effett distortiv fuq il-kompetizzjoni;
(d) trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u tal-BEI, meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/2017, kif imsemmi fl-Artikolu 37(2)(c) u l-Artikolu 43a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa proporzjonali mar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitat għall-minimu neċessarju biex jiġu attirati dawn l-investituri, li għandu jkun żgurat permezz ta' patti u kundizzjonijiet u salgwagwardji proċedurali.
2. Minħabba li l-obbligazzjoni finanzjarja diretta tal-awtorità maniġerjali lejn il-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji jew ir-riċevituri finali kif ukoll kull dejn jew obbligazzjoni oħra tal-istrument finanzjarju ma jistgħux jaqbżu l-ammont impenjat mill-awtorità maniġerjali għall-istrument finanzjarju skont il-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti, il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jiżguraw li l-ebda pretensjoni ma tkun tista' ssir fir-rigward tal-awtorità maniġerjali lil hinn mill-ammont impenjat minnha għall-istrument finanzjarju.
3. Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu responsabbli għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwat minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kull gwadann ieħor iġġenerat minn dawn il-kontribuzzjonijiet.
Madankollu l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji mhux se jkunu responsabbli għar-rimborżi tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm juru li l-kundizzjonijiet kumulattivi segwenti jkunu ssodisfati:
(a) l-irregolaritajiet seħħew fil-livell tar-riċevitur finali jew, fil-każ ta' fondi ta' fondi, fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tar-riċevituri finali;
(b) il-korpi li jimpliementaw strumenti finanzjarji kkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità;
(c) l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux ikunu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju segwew il-miżuri kuntrattwali u legali kollha bid-diliġenza dovuta.
Artikolu 7
Il-kriterji għall-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji
(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Qabel ma jintgħażel korp biex jimplimenta strument finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 38(4)(a), is-subpunt (iii) tal-punt(b) tal-Artikolu 38(4), il-punt (c) tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a) id-dritt li jwettaq kompiti ta' implimentazzjoni rilevanti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;
(b) vijabbiltà ekonomika u finanzjarja adegwata;
(c) kapaċità adegwata biex jimplimenta l-istrument finanzjarju, inkluż l-istruttura organizzazzjonali u qafas ta' governanza li jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa lill-awtorità maniġerjali;
(d) l-eżistenza ta' sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern;
(e) l-użu ta' sistema ta' kontabilità li tipprovdi informazzjoni akkurata, sħiħa u kredibbli mingħajr dewmien;
(f) il-ftehim għandu jkun awditjat mill-korpi tal-awditjar tal-Istat Membru, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri Ewropea.
2. Meta jintgħażel il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità maniġerjali tqis kif dovut in-natura tal-istrument finanzjarju li għandu jkun implimentat, l-esperjenza tal-korp fl-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji simili, l-għarfien espert u l-esperjenza tal-membri tat-tim propost, u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-korp. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi. Mill-inqas jintużaw il-kriterji segwenti tal-għażla:
(a) metodoloġija robusta u kredibbli għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' intermedjarji finanzjarji jew riċevituri finali kif applikabbli;
(b) il-livell tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għall-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-metodoloġija proposta għall-kalkolu tagħhom;
(c) il-patti u l-kundizzjonijiet applikati fir-rigward ta' sostenn ipprovdut lir-riċevituri finali, inkluż l-ipprezzar;
(d) l-abilità li li jinġabtu riżorsi għal investimenti addizzjonali mal kontribuzzjonijiet tal-programm, fir-riċevituri finali;
(e) l-abbiltà li tintwera attività addizzjonali meta mqabbla mal-attività preżenti;
(f) f'każijiet fejn il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jalloka r-riżorsi finanzjarji proprji għall-istrument finanzjarju jew jikkondividi r-riskju, jipproponi miżuri biex ikunu allinjati l-interessi u biex jittaffew il-kunflitti possibbli ta' interess.
3. Meta korp li jimplimenta fond ta' fondi, inkluż il-BEI u istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jafda ulterjorment kompiti ta' implimentazzjoni lil intermedjarju finanzjarju, huwa jiżgura li r-rekwiżiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' dak l-intermedjarju finanzjarju.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, meta l-korp li jimplimenta strument finanzjarju skont l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun il-BEI jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 8
Regoli speċifiċi dwar il-garanziji fornuti permezz ta' strumenti finanzjarji
(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu garanziji, ir-rekwiżiti segwenti jkunu ssodisfati:
(a) proporzjon multiplikatur xieraq jinkiseb bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-programm imwarrba biex jiġi koprut telf mistenni u dak mhux mistenni minn self ġdid jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju li għandhom ikunu koperti minn garanziji u l-valur ta' telf ġdid żburżat jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju;
(b) il-proporzjon multiplikatur ikun stabbilit permezz ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti għall-prodott ta' garanzija speċifiku li għandu jkun offrut, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq, l-istrateġija ta' investiment tal-istrument finanzjarju, u l-prinċipji tal-ekonomija u l-effiċjenza. Il-valutazzjoni tar-riskju ex ante tista' tkun riveduta meta dan ikun iġġustifikat minn kundizzjonijiet sussegwenti tas-suq;
(c) il-kontribuzzjoni tal-programm impenjata sabiex jiġu onorati l-garanziji tirrifletti dik il-valutazzjoni tar-riskju ex ante;
(d) jekk l-intermedjarju finanzjarju, jew l-entità li jibbenefikaw mill-garanziji ma żburżawx l-ammont ippjanat ta' self ġdid jew strumenti oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju lir-riċevituri finali, in-nefqa eliġibbli titnaqqas proporzjonalment.
Artikolu 9
Ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(L-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali tiżgura li:
(a) l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, il-programm relevanti u l-ftehim relevanti ta' finanzjament, kemm waqt il-proċess ta' valutazzjoni u għażla tal-operazzjoni kif ukoll waqt it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju;
(b) ftehimiet ta' finanzjament ikun fihom dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-awditjar u r-rekord għall-awditjar skont il-punt 1(e) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(c) verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-FAEŻR;
(d) dokumenti ta' sostenn għan-nefqa ddikjarata bħala eliġibbli huma:
(i) miżmuma għall-operazzjoni mill-awtorità maniġerjali, l-intermedjarju finanzjarju, jew il-korp li jimplimenta l-fond ta' fondi fejn l-istrument finanzjarju huwa implimentat permezz ta' fond ta' fondi, sabiex jipprovdu evidenza dwar l-użu tal-fondi għall-finijiet maħsuba, ta' konformità mal-liġi applikabbli u ta' konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet marbuta mal-iffinanzjar ipprovdut skont il-programmi rilevanti;
(ii) disponibbli biex jippermettu l-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni;
(e) id-dokumenti ta' sostenn li jippermettu verifika tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali u mal-kundizzjonijiet tal-finanzjament jinkludu mill-inqas:
(i) dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju;
(ii) dokumenti li jidentifikaw l-ammonti kontribwiti minn kull programm u taħt kull assi prijoritarju lill-istrument finanzjarju, l-infiq li huwa eliġibbli skont il-programmi u mgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn minn Fondi ESI u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi li jistgħu jkunu attribwiti lill-Fondi ESI skont l-Artikoli 43, 43a u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(iii) dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati ma' monitoraġġ, rappurtar u verifiki;
(iv) dokumenti li juru konformità mal-Artikoli 43, 43a, 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(v) dokumenti li jikkonċernaw il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-programm u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;
(vi) dokumenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni;
(vii) formoli ta' applikazzjoni, jew ekwivalenti, preżentati minn riċevituri finali b'dokumenti ta' sostenn, inklużi pjanijiet ta' negozju u, fejn relevanti, kontijiet annwali preċedenti;
(viii) checklists u rapporti min korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju, fejn disponibbli;
(ix) dikjarazzjonijiet magħmula dwar l-għajnuna de minimis, jekk applikabbli;
(x) ftehimiet iffirmati b'rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju inkluż għal ekwità, self, garanziji jew forom oħra ta' investiment mogħti lir-riċevituri finali;
(xi) evidenza li l-appoġġ provdut permezz tal-istrument finanzjarju kien intuża għall-iskop maħsub tiegħu;
(xii) rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-awtorità maniġerjali u l-istrument finanzjarju, u fl-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u fil-każ ta' garanziji prova li s-self sottostanti kien żburżat;
(xiii) rekords separati jew kodiċi ta' kontabbilità għall-kontribuzzjoni tal-programm imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.
2. Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, l-awtoritajiet ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmar sal-għeluq kemm fil-qafas ta' awditi ta' sistemi kif ukoll ta' awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FAEŻR, il-korpi ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni sal-għeluq fil-qafas ta' awditi ta' sistemi u awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
▼M2 —————
Artikolu 10
Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament
(L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1)(a) u l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti.
Artikolu 11
Sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija
(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Sussidji kapitalizzati fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fl-aħħar tal-perjodu ta' eliġibilità bħala t-total tal-obbligi ta' pagament skontati għall-finijiet u l-perjodi stipulati f'dak l-Artikolu, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.
2. Kwalunkwe riżorsi li jifdal li jitħallew f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, jintużaw skont l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi ta' prestazzjoni
(L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-awtorità maniġerjali tikkalkula l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fuq il-bażi tal-kriterji segwenti bbażati fuq il-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 42(5) ta' dak ir-Regolament:
(a) l-iżborż tal-kontribuzzjonijiet ipprovduti mill-programm tal-Fondi ESI;
(b) ir-riżorsi mħallsa lura mill-investimenti jew mir-rilaxx tar-riżorsi impenjati għal kuntratti ta' garanzija;
(c) il-kwalità tal-miżuri li jakkumpanjaw l-investiment qabel u wara d-deċiżjoni ta' investiment biex ikun massimizzat l-impatt tiegħu; kif ukoll
(d) il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-objettivi u r-riżultati tal-programm.
2. L-awtorità maniġerjali tinforma lill-kumitat ta' monitoraġġ imwaqqaf skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bid-dispożizzjonijiet rigward il-kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew tat-tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju. Il-kumitat ta' monitoraġġ jirċievi rapporti fuq bażi annwali dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni effettivament imħallsa fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 13
Limiti minimi għall-ispejjeż ta' ġestjoni u tariffi
(L-Artikolu 42(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Fir-rigward ta' korp li jimplimenta fond ta' fondi, it-total tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni, li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ma jaqbiżx l-ammont ta':
(a) 3 % għall-ewwel 12-il xahar wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament, 1 % għat-tieni 12-il xahar u minn hemm 'l hemm 0,5 % kull sena, tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi, ikkalkulati pro rata temporis minn meta jsir il-pagament effettiv għall-fond ta' fondi sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll
(b) 0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa mill-fond ta' fondi lil intermedjarji finanzjarji, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument meta jsir il-pagament effettiv mill-fond ta' fondi sal-ħlas lura lill-fond ta' fondi, tmiem il-perjodu ta' eliġibilità jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel.
2. Għall-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji li jipprovdu ekwità, self, garanziji, kif ukoll mikrokrediti, inkluż meta kkumbinati ma' għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi fuq il-garanziji skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) ta' dak ir-Regolament ma jaqbżux it-total ta':
(a) remunerazzjoni bażi li tkun ikkalkulata kif ġej:
(i) għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena għall-ewwel 24 xahar wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta' finanzjament, u 1 % fis-sena minn hemm 'l hemm, mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel;
(ii) għal strument finanzjarju fil-każijiet l-oħra kollha, 0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas effettiv għall-istrument finanzjarju sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll
(b) remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni li tkun ikkalkulata kif ġej:
(i) għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' ekwità, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċvitur finali sakemm isir l-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' tħassir jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;
(ii) għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 1 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' self, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad jridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;
(iii) għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal kuntratti ta' garanziji pendenti skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll minn riżorsi użati mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-impenn sal-maturità tal-kuntratt ta' garanzija, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;
(iv) għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' mikrokreditu, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;
(v) għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax jew sussidji fuq it-traiffi tal-garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 0,5 % tal-ammont ta' għotja mħallas fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) ta' dak ir-Regolament għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu japplikaw għal korp li jimplimenta strument finanzjarju li jipprovdi garanziji minkejja li l-istess korp qiegħed jimplimenta fond ta' fondi, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.
3. L-ammont aggregat ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni matul il-perjodu tal-eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jaqbiżx il-limiti segwenti:
(a) għal fond ta' fondi, 7 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi;
(b) għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità, 20 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;
(c) għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 8 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju;
(d) għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;
(e) għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;
(f) għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji tar-rati tal-imgħax jew sussidji tat-tariffi ta' garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 6 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju.
4. Mea l-istess korp jimplimenta fond ta' fondi u strument finanzjarju, la l-ammonti tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni fil-paragrafi 1 u 2 u lanqas il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunu kumulati għall-istess kontribuzzjonijiet tal-programm jew l-istess riżorsi li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programn ma jkunu investiti mill-ġdid.
5. Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu ma' dawk l-investituri, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati.
6. Il-limiti minimi stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jinqabżu meta jkunu imposti minn korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju inkluż fejn applikabbli, meta jimplimenta l-fond ta' fondi, li jkun intagħżel permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont ir-regoli applikabbli u s-sejħa għall-offerta kompetittiva tat prova tal-ħtieġa ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni ogħla.
Artikolu 14
Rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu
(L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jiġu rimborżati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fi tmiem il-perjodu tal-eliġibbiltà bħala t-total ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni skontati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.
2. Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-mikrokreditu ma jaqbżux il-1 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala self, li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.
3. Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità ma jaqbżux il-1,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala ekwità, li għadhom iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.
4. Kull riżorsa li jifdal li titħalla f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, tintuża skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament.
TAQSIMA III
Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett
Artikolu 15
Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat
(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul nett skontat tal-operazzjoni jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu l-ispejjeż skontati mid-dħul skontat u, fejn applikabbli, billi jiżdied il-valur residwu tal-investiment.
2. Id-dħul nett skontat ta' operazzjoni jiġi kkalkulat fuq perjodu ta' referenza applikabbli għas-settur ta' dik l-operazzjoni stabbilit fl-Anness I. Il-perjodu ta' referenza jinkludi l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni.
3. Id-ħul u l-ispejjeż ikunu ddeterminati billi jkun applikat il-metodu inkrimentali bbażat fuq paragun tad-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju tal-investiment il-ġdid bid-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju mingħajr l-investiment il-ġdid.
Meta operazzjoni tikkonsisti minn ass ġdid, id-dħul u l-ispejjeż ikunu dawk tal-investiment il-ġdid.
4. Meta t-taxxa fuq il-valur miżjud mhix spiża eliġibbli skont l-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kalkolu tad-dħul nett skontat ikun ibbażat fuq ċifri li jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud.
Artikolu 16
Determinazzjoni tad-dħul
(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, id-dħul jiġi stabbilit fuq il-bażi li ġejja:
(a) fejn applikabbli, l-imposti tal-utent ikunu ffissati f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġeż iħallas, u, jekk xieraq, iqisu kunsiderazzjonijiet ta' affordabbiltà;
(b) id-dħul ma jinkludix trasferimenti minn baġits nazzjonali jew reġjonali jew minn sistemi ta' assigurazzjoni pubblika nazzjonali;
(c) fejn operazzjoni żżid assi ġodda li jikkomplementaw servizz li kien diġà jeżisti, kemm il-kontribuzzjonijiet mingħand utenti ġodda kif ukoll dawk addizzjonali mingħand l-utenti eżistenti u kontribuzzjonijiet tas-servizz jew l-infrastruttura l-ġodda jiġu kkunsidrati.
Artikolu 17
Determinazzjoni tal-ispejjeż
(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, l-ispejjeż li ġejjin li jseħħu matul il-perjodu ta' referenza msemmmi fl-Artikolu 15(2) jiġu kkunsidrati:
(a) l-ispejjeż ta' sostituzzjoni ta' tagħmir ta' żmien qasir li jiżgura l-funzjonament tekniku tal-operazzjoni;
(b) l-ispejjeż stabbiliti tal-operat, inklużi spejjeż tal-manutenzjoni, bħal persunal, manutenzjoni u tiswija, ġestjoni ġenerali u l-amministrazzjoni, u l-assigurazzjoni;
(c) l-ispejjeż varjabbli tal-operat, inkluż il-konsum tal-manutenzjoni, bħal konsum tal-materja prima, l-enerġija, oġġetti ta' konsum għall-proċess, u kull manutenzjoni u tiswija meħtieġa biex tiġi estiża l-ħajja tal-operazzjoni.
Artikolu 18
Valur residwu tal-investiment
(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Meta l-assi ta' operazzjoni għandhom ħajja tad-disinn li taqbeż il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2), il-valur residwu tagħhom ikun iddeterminat billi jinħadem il-valur preżenti nett tal-flussi ta' flus fil-bqija tal-ħajja tal-operazzjoni. Metodi oħra biex ikun ikkalkulat il-valur residwu jistgħu jintużaw f'ċirkostanzi debitament ġustifikati.
2. Il-valur residwu tal-investiment ikun inkluż fil-kalkolu tad-dħul nett skontat tal-operazzjoni biss jekk id-dħul jegħleb l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 17.
Artikolu 19
Skontar tal-flussi tal-flus
(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Meta jkunu kkalkulati l-ispejjeż u d-dħul jitqiesu biss flussi tal-flus imħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni. Il-flussi tal-flus jiġu stabbiliti għal kull sena li fiha huma mħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni matul iż-żmien ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2).
2. Entrati ta' kontabbiltà bħal deprezzament mhux fi flus, kwalunkwe riżerva għall-ispejjeż ta' sostituzzjoni fil-futur u r-riżervi ta' kontinġenza, ikunu esklużi mill-kalkolu.
3. Il-flussi tal-flus jiġu skontati lura għall-preżent bl-użu ta' rata ta' skont finanzjarju ta' 4 % f'termini reali bħala punt ta' riferiment indikattiv għall-operazzjonijiet ta' investiment pubbliku kkofinanzjati mill-Fondi tal-ESI.
4. L-Istati Membri jistgħu jużaw rata ta' skont finanzjarju oħra għajr 4 % jekk jipprovdu ġustifikazzjoni għal dak il-punt ta' riferiment u jiżguraw li din tiġi użata b'mod konsistenti f'operazzjonijiet simili fl-istess settur.
5. Valur ieħor għajr 4 % jista' jiġi ġġustifikat abbażi ta':
(a) il-kundizzjonijiet makroekonomiċi speċifiċi tal-Istat Membru u x-xejriet u ċ-ċirkustanzi makroekonomiċi internazzjonali; jew
(b) in-natura tal-investitur jew l-istruttura tal-implimentazzjoni, bħal sħubijiet pubbliċi-privati; jew
(c) in-natura tas-settur ikkonċernat;
▼M2 —————
TAQSIMA IV
Definizzjoni tar-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni
Artikolu 20
Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet:
(a) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-kodiċi tal-oqsma tal-intervent 056, 057 jew 060-065 kif ippreżentati fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 ( 4 ) u mwettqa skont waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b), (2)(b), 3(a) u (c), u (4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(b) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 04 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;
(c) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikoli 17, 26 jew 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. Meta l-operazzjoni tkun ipprogrammata skont l-Artikolu 17 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jitqiesu biss l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' grupp operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni ffinanzjati skont l-Artikolu 35(1)(c) ta' dak ir-Regolament;
(d) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS u programmati skont l-Artikoli 26, 28, 39 jew 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Artikolu 21
Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata r-rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjoni:
(a) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR f'kodiċijiet ta' oqsma ta' intervent 085, 086 jew 087, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u mwettqa taħt waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(5)(a) u (6)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013;
(b) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 01 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 215/2014 u li jikkontribwixxu għall-bidla lejn ekonomija b'anqas użu ta' karbonju, reżiljenti għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ekoloġikament sostenibbli skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;
(c) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikolu 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(4) jew (5) ta' dak ir-Regolament;
(d) l-operazzjoni appoġġata mill-FEMS u programmata skont l-Artikoli 38, 40(1), 41(1), 44(6), 48(1)(e), (i), (j) jew (k) jew 80(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TLIETA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI FIR-RIGWARD TAL-METODOLOĠIJA LI GĦANDHA TINTUŻA FIT-TWETTIQ TAL-ANALIŻI TAL-KWALITÀ TA' PROĠETTI KBAR
Artikolu 22
Rekwiżiti għall-esperti indipendenti li jwettqu l-eżami tal-kwalità
(Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-eżami tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, isir minn esperti indipendenti li jkollhom:
(a) esperjenza teknika sinifikanti ta' kull stadju taċ-ċiklu tal-proġetti;
(b) esperjenza internazzjonali wiesgħa tas-setturi tal-investiment ikkonċernati;
(c) għarfien espert sinifikanti fl-analiżi u l-evalwazzjoni tal-benefiċċji soċjo-ekonomiċi;
(d) għarfien u esperjenza sinifikanti tal-liġi, politiki u proċeduri rilevanti tal-Unjoni;
(e) indipendenza mill-awtoritajiet kollha involuti direttament jew indirettament fl-approvazzjoni, l-implimentazzjoni, jew l-operazzjoni tal-proġett ewlieni;
(f) l-ebda kunflitt ta' interess fi kwalunkwe livell b'relazzjoni mal-proġett ewlieni;
(g) ebda interess kummerċjali fir-rigward tal-proġett ewlieni;
(h) il-kompetenza lingwistika meħtieġa.
2. Fejn Stat Membru jipproponi li jqabbad esperti indipendenti għajr dawk appoġġati minn assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 ta' dak ir-Regolament, iressaq talba għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Dak il-ftehim ikun ibbażat fuq dokumenti li juru l-konformità tal-esperti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba jekk taqbilx mal-proposta rigward l-esperti indipendenti.
Artikolu 23
Eżami tal-kwalità tal-proġetti ewlenin
(Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-esperti indipendenti jwettqu l-valutazzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-esperti indipendenti jistgħu jitolbu elementi addizzjonali rigward l-informazzjoni li jqisu meħtieġa għall-eżami tal-kwalità.
L-Istat Membru u l-esperti indipendenti jistgħu jaqblu li dan ix-xogħol ikun ikkumplimentat minn żjarat fuq il-post.
L-esperti indipendenti jistgħu, bi ftehim mal-Istati Membri, jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni tagħhom.
2. L-esperti indipendenti għall-finijiet tal-eżami tal-kwalità jwettqu l-passi li ġejjin:
(a) l-esperti indipendenti jivverifikaw li l-operazzjoni hija proġett ewlieni fit-tifsira tal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li l-proġett ewlieni mhuwiex operazzjoni kkompletata fis-sens tal-Artikoli 2(14) u 65(6) ta' dak ir-Regolament, u li l-proġett importanti huwa inkluż fil-programm operattiv rilevanti;
(b) l-esperti indipendenti jivverifikaw il-kompletezza, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-informazzjoni skont il-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kif stipulat fil-format imsemmi fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
(c) l-esperti indipendenti jivvalutaw il-kwalità tal-proġett ewlieni fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
(d) l-esperti indipendenti jipproduċu rapport indipendenti ta' eżami tal-kwalità (minn hawn 'il quddiem “ir-Rapport IQR”) fil-format stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Fir-rapport IQR, l-esperti indipendenti jifformulaw u jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijet tagħhom b'mod mhux ambigwu għall-elementi msemmija f'dan il-paragrafu.
3. Proġett ewlieni jiġi evalwat b'mod pożittiv mill-eżami tal-kwalità fis-sens tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk l-esperti indipendenti jikkonkludu li l-kriterji kollha msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPLIMENTAW IL-PARTI ERBGĦA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, IL-FSE, IL-FOND TA' KOEŻJONI U L-FEMS
TAQSIMA I
Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata
Artikolu 24
Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata
(L-Artikolu 125(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-informazzjoni dwar id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita skont l-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
2. Tiġi rreġistrata u maħżuna d-dejta għal kull operazzjoni, inkluża dejta dwar parteċipanti individwali, fejn applikabbli, sabiex din tkun tista' tiġi aggregata fejn dan ikun neċessarju għal skopijiet ta' monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar. Hija tippermetti wkoll l-aggregazzjoni ta' tali dejta b'mod kumulattiv għall-perjodu kollu ta' programmazzjoni. Għall-FSE, id-dejta tiġi rreġistrata u maħżuna b'mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jwettqu l-ħidmiet relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 u l-Annessi I u II ta' dak ir-Regolament.
3. Fejn operazzjoni hija appoġġata minn aktar minn programm operattiv, prijorità jew Fond wieħed jew taħt aktar minn kategorija waħda ta' reġjun, l-informazzjoni msemmija fl-oqsma 23-113 tal-Anness III tiġi rreġistrata b'mod li tippermetti li d-dejta tinġabar maqsuma skont kull programm operattiv, prijorità, Fond jew kategorija ta' reġjun. Wieħed ikun jista' jirkupra wkoll id-dejta ta' indikazzjoni msemmija fl-oqsma 31-40 tal-Anness III mqassma skont il-prijorità ta' investiment u skont is-sess, fejn applikabbli.
TAQSIMA II
Ir-rekords għall-awdijtar u l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditjar
Artikolu 25
Rekwiżiti minimi ddettaljati għar-rekords għall-awdijtar
(L-Artikolu 125(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-rekords tal-kontabilità li jridu jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu huma dawn li ġejjin:
(a) ir-rekords tal-awditjar jippermettu li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-kumitat ta' monitoraġġ għall-programm operattiv;
(b) fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikolu 67(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti kumplessivi ċċertifkati lill-Kummissjoni jkunu jaqblu mar-reġistri ddettaljati tal-kontabilità u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;
(c) fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikoli 67 (1)(b) u (c) u 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mad-dejta dettaljata relatata mal-outputs jew ir-riżultati u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, l-entitajiet intermedjarji u l-benefiċjarji, inkluż, fejn japplika, dokumenti dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti skali standard ta' spejjeż għal kull unità u somom f'daqqa, rigward l-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;
(d) fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont il-punt (d) tal-Artikolu 67(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn applikabbli, u l-bażi li fuqha r-rati fissi ġew deċiżi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji magħżula oħra li għalihom tapplika r-rata fissa;
(da) fir-rigward tal-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti l-verifika tal-ksib tal-kondizzjonijiet ta' finanzjament u r-rikonċiljazzjoni tad-data sottostanti relatata mal-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa;
(e) fir-rigward tal-ispejjeż stabbiliti skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 u l-Artikoli 68a(1) u 68b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li l-ispejjeż diretti eliġibbli li għalihom tapplika r-rata fissa jiġu sostanzjati u vverifikati;
(f) ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju jkun ivverifikat;
(g) għal kull operazzjoni, kif ikun xieraq, ir-rekord għall-awditjar jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għotja, dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku, rapporti mill-benefiċjarju u rapporti dwar il-verifiki u l-awditjar imwettqa;
(h) ir-rekord għall-awditjar jinkludi informazzjoni dwar verifiki u awditjar tal-maniġment imwettqa fuq l-operazzjoni;
(i) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(3) u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li d-dejta fir-rigward tal-indikaturi ta' produzzjoni għall-operazzjoni tiġi rrikonċiljata mal-miri u d-dejta rrappurtata u r-riżultat għall-programm;
(j) fil-każ ta' strumenti finanzjarji, ir-rekord għall-awditjar jinkludi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 9(1)(e) ta' dan ir-Regolament.
Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li jiġi vverifikat il-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali għall-konformità mal-Artikolu 67(5), l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2. L-awtorità maniġerjali tiżgura li jkun disponibbli rekord tal-identità u ta' fejn jinsabu l-korpi li jżommu d-dokumenti ta' prova kollha meħtieġa biex jiġi żgurat rekord għall-awditjar adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 26
L-użu tad-dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati
(L-Artikolu 127(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tipprevjeni kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat tad-dejta miġbura mill-Kummissjoni waqt l-awditjar tagħha, jew aċċess għal din id-dejta.
2. Il-Kummissjoni tuża d-dejta miġbura waqt l-awditjar tagħha għall-iskop waħdieni li twettaq ir-responsabbiltajiet tagћha skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jkollhom aċċess għad-dejta miġbura.
3. Id-dejta miġbura ma tintbagħatx lil persuni għajr dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha skont ir-regoli applikabbli mingħajr il-kunsens espliċitu tal-Istat Membru li jipprovdi d-dejta.
TAQSIMA III
L-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u kontijiet u metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet
Artikolu 27
Awditjar tal-operazzjonijiet
(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Awdijtar tal-operazzjonijiet jitwettaq fir-rigward ta' kull sena fiskali fuq kampjun ta' operazzjonijiet magħżul permezz ta' metodu stabbilit jew approvat mill-awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament.
2. Awditjar tal-operazzjonijiet isir fuq il-bażi ta' dokumenti ta' appoġġ li jikkostitwixxu r-rekord għall-awditjar u jivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni, inklużi l-aspetti li ġejjin:
(a) li l-operazzjoni kienet magħżula skont il-kriterji tal-għażla għall-programm operattiv, ma kenitx tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata b'mod sħiħ qabel ma l-benefiċjarju bagħat l-applikazzjoni għal finanzjament skont il-programm operattiv, ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu, u l-għanijiet li kellhom jintlaħqu;
(b) li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tikkorrispondi mar-rekords tal-kontabbiltà u li d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;
(c) li għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita skont l-Artikolu 67(1)(b) u (c) u l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, l-outputs u r-riżultati li jirfdu l-ħlasijiet lill-benefiċjarju ġew ikkunsinjati, id-dejta tal-parteċipanti jew rekords oħra relatati mal-outputs u r-riżultati huma konsistenti mal-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;
(d) li d-data relatata ma' indikaturi u passi l-istadji ewlenin hija affidabbli.
Huma biss l-aspetti li ġejjin, li ġew stabbiliti fil-punt (a), li għandhom japplikaw għal operazzjonijiet soġġetti għall-finanzjament li mhuwmiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013: li l-operazzjoni ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu u l-objettivi li kellhom jintlaħqu.
L-awditjar jivverifika wkoll li l-kontribuzzjoni pubblika tkun tħallset lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3. Awdijtar tal-operazzjonijiet, fejn applikabbli, jinkludi verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni.
Għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju ġew issodisfati.
4. L-awditjar tal-operazzjonijiet jivverifika r-reqqa u l-kompletezza tal-infiq korrispondenti rreġistrat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni fis-sistema tal-kontabilità tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rekord għall-awditjar fil-livelli kollha.
5. Meta l-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal operazzjonijiet oħra taħt il-programm operattiv, l-awtorità tal-awditjar tiżgura eżami ulterjuri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, awditjar addizzjonali biex tiġi stabbilita l-iskala ta' dawn il-problemi, u tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi neċessarji.
6. In-nefqa biss li taqa' fl-ambitu ta' awditu mwettaq skont il-paragrafu 1 titqies fir-rigward tal-ammont ta' nefqa awditjat, għall-iskopijiet ta' rappurtar lill-Kummissjoni dwar il-kopertura annwali. Għal dawk il-finijiet, jintuża l-mudell għar-rapport ta' kontroll stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 127(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 28
Metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet
(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-awtorità tal-awditjar tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun (“il-metodu tal-kampjunar”) skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, INTOSAI, IFAC u IIA.
2. Minbarra l-ispjegazzjonijiet mogħtija fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità tal-awditjar iżżomm rekord tad-dokumentazzjoni u l-ġudizzju professjonali li użat biex tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni, li jkopri l-istadji tal-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, sabiex turi li l-metodu stabbilit huwa xieraq.
3. Kampjun ikun rappreżentattiv tal-popolazzjoni li huwa magħżul minnha u jippermetti lill-awtorità tal-awditjar biex tħejji opinjoni ta' awditjar valida skont l-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dik il-popolazzjoni tinkludi n-nefqa ta' programm operattiv jew grupp ta' programmi operattivi koperti minn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll, li hija inkluża fl-applikazzjonijiet għall-ħlas sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għal sena fiskali partikolari. Il-kampjun jista' jintgħażel matul jew wara s-sena fiskali.
4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-metodu tat-teħid ta' kampjuni huwa statistiku meta jiżgura:
(i) għażla aleatorja tal-elementi tal-kampjun;
(ii) l-użu tat-teorija tal-probabbiltà għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kampjun, inkluż il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kampjunar u tal-preċiżjoni ppjanati u miksuba.
5. Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni jiżgura għażla aleatorja ta' kull unità tal-kampjunar fil-popolazzjoni bl-użu ta' numri aleatorji ġġenerati għal kull unità tal-popolazzjoni sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jikkostitwixxu l-kampjun jew permezz ta' għażla sistematika bl-użu ta' punt tal-bidu aleatorju u l-applikazzjoni ta' regola sistematika biex jintgħażlu l-elementi addizzjonali.
6. L-unità tal-kampjunar tkun determinata mill-awtorità tal-awditjar, abbażi ta' ġudizzju professjonali. L-unità tal-kampjunar tista' tkun operazzjoni, proġett f'operazzjoni jew pretensjoni ta' ħlas minn benefiċjarju. Informazzjoni dwar it-tip ta' unità tal-kampjunar iddeterminata u dwar il-ġudizzju professjonali użat għal dak l-għan jiġu inklużi fir-rapport ta' kontroll.
7. Meta n-nefqa totali ta' unità tal-kampjunar għas-sena tal-kontijiet tkun ammont negattiv, din tkun eskluża mill-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq u tiġi awditjata separatament. L-awtorità tal-awditjar tista' wkoll tieħu kampjun minn din il-popolazzjoni separata.
8. Meta l-kundizzjonijiet tal-kontroll proporzjonali previst fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw, l-awtorità tal-awditjar tista' teskludi l-elementi msemmija f'dak l-Artikolu mill-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha jew iżżomm l-elementi fil-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha u tissostitwihom jekk jintgħażlu. Id-deċiżjoni li tintuża esklużjoni jew sostituzzjoni ta' unitajiet ta' kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha.
9. In-nefqa kollha ddikjarata lill-Kummissjoni fil-kampjun tkun suġġetta għall-awditjar.
Madankollu, skont il-karatteristiċi tal-unità tal-kampjunar, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li tapplika s-subkampjunar. Il-metodoloġija għall-għażla tal-unitajiet tas-subkampjunar għandha ssegwi l-prinċipji li jippermettu l-projezzjoni fil-livell tal-unità ta' kampjunar.
10. L-awtorità tal-awditjar tista' tqassam popolazzjoni fi gruppi billi tqassamha f'subpopolazzjonijiet, li kull waħda minnhom hija grupp ta' unitajiet kampjunarji li jkollhom karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'termini ta' riskju jew ir-rata mistennija ta' żbalji jew fejn il-popolazzjoni tinkludi operazzjonijiet li jikkonsistu f'kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm operattiv għal strumenti finanzjarji jew oġġetti oħrajn ta' valur għoli.
11. L-awtorità tal-awditjar tevalwa l-kredibbiltà tas-sistema bħala għolja, medja jew baxxa, billi tqis ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi biex tiddetermina l-parametri tekniċi tal-kampjunar sabiex il-livell globali ta' assigurazzjoni miksub mill-awditjar tas-sistemi u mill-awditjar tal-operazzjonijiet ikun għoli. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità għolja, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 60 %. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità baxxa, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 90 %. Il-livell massimu tal-materjalità huwa ta' 2 % tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 3.
12. Fejn ġew osservati irregolaritajiet jew riskju ta' irregolaritajiet, l-awtorità tal-awditjar tiddeċiedi fuq il-bażi ta' ġudizzju professjonali jekk ikunx meħtieġ li jiġi awditjat kampjun komplementari ta' operazzjonijiet addizzjonali jew partijiet ta' operazzjonijiet li ma kinux awditjati fil-kampjun aleatorju sabiex jitqiesu l-fatturi ta' riskju speċifiċi identifikati.
13. l-awtorità tal-awditjar tanalizza r-riżultati tal-awditi tal-kampjun komplementari separatament, tislet konklużjonijiet ibbażati fuq dawk ir-riżultati u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport annwali ta' kontroll. L-irregolaritajiet misjuba fil-kampjun komplementari ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-iżball aleatorju previst tal-kampjun aleatorju.
14. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet għall-iskop tal-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità tal-awditjar tikkalkula r-rata ta' żball totali, li tkun is-somma tal-iżbalji aleatorji previsti u, jekk applikabbli, żbalji sistemiċi u żbalji anomali mhux ikkoreġuti, diviżi bil-popolazzjoni.
Artikolu 29
Awditjar tal-kontijiet
(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. L-awditi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jitwettqu mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta' kull sena tal-kontabilità.
2. L-awditu tal-kontijiet jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-ammonti ddikjarati fil-kontijiet.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità tal-awditjar tieħu kont, b'mod partikolari, tar-riżultati tal-awditi tas-sistema mwettqa fuq l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditi fuq l-operazzjonijiet.
4. L-awditu tas-sistema jinkludi verifikazzjoni tal-kredibilità tas-sistema tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u, fuq bażi ta' kampjun, il-preċiżjoni tan-nefqa tal-ammonti rtirati u l-ammonti rkuprati rreġistrati fis-sistema tal-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.
5. Għall-fini tal-opinjoni tal-awditu, sabiex tikkonkludi li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta, l-awtorità tal-awditjar tivverifika li l-elementi kollha meħtieġa mill-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma inklużi b'mod korrett fil-kontijiet u li jikkorrispondu mar-rekords ta' sostenn miżmuma mill-awtoritajiet jew korpi rilevanti kollha u l-benefiċjarji. L-awtorità tal-awditjar b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-kontijiet li jkunu pprovduti lilha mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, tivverifika li:
(a) l-ammont totali ta' nfiq eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jaqbel man-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti inkluża fl-applikazzjonijiet ta' pagament sottomessi lill-Kummissjoni għas-sena fiskali rilevanti u, jekk ikun hemm differenzi, li ngħataw spjegazzjonijiet adegwati fil-kontijiet għall-ammonti tar-rikonċiljazzjoni;
(b) l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali, l-irkupri mwettqa skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-ammonti irrekuperabbli ppreżentati fil-kontijiet jikkorrispondu mal-ammonti mdaħħla fis-sistemi tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u huma bbażati fuq deċiżjonijiet mill-awtorità maniġerjali jew mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni responsabbli;
(c) in-nefqa tkun ġiet eskluża mill-kontijiet skont l-Artikolu 137(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn applikabbli, u li l-korrezzjonijiet meħtieġa kollha jkunu riflessi fil-kontijiet għas-sena fiskali kkonċernata;
(d) il-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għal strumenti finanzjarji u avvanzi tal-għajnuna mill-Istat imħallsa lil benefiċjarji huma appoġġati mill-informazzjoni disponibbli mingħand l-awtorità maniġerjali u l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.
Il-verifiki msemmija fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjuni.
TAQSIMA IV
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni f'rabta ma' nuqqasijiet fis-sistemi
Artikolu 30
Kriterji sabiex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll
(L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fuq ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi kollha disponibbli, inklużi testijiet ta' kontrolli, u tal-awditi tal-operazzjonijiet.
Il-valutazzjoni tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, monitoraġġ mill-awtorità maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, u l-attivitajiet ta' kontroll tal-awtorità tal-awditjar u jkunu bbażati fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness IV.
It-twettiq ta' dawn ir-rekwiżiti jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.
2. It-tipi ewlenin ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ikunu każijiet fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti prinċipali msemmija fil-punti 2, 4, 5, 13, 15, 16 u 18 tat-Tabella 1 tal-Anness IV, jew tnejn jew aktar rekwiżiti prinċipali oħra fit-Tabella 1 tal-Anness IV huma vvalutati bħala li jaqgħu fil-kategoriji 3 jew 4 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.
Artikolu 31
Kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja
(L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
1. Korrezzjonijiet finanzjarji jiġu applikati għal programm operattiv sħiħ, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas serju, wieħed jew aktar, fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja estrapolata, għall-programm operattiv kollu, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistemiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' operazzjonijiet, li jippermettu kwantifikazzjoni aktar preċiża tar-riskju għall-baġit tal-Unjoni. F'dan il-każ, ir-riżultati tal-eżami tal-kampjun rappreżentattiv jiġu estrapolati lejn il-bqija tal-popolazzjoni li minnu ttieħed il-kampjun għall-iskop tad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.
2. Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa jkun stabbilit billi jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:
(a) l-importanza relattiva tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll inġenerali;
(b) il-frekwenza u l-firxa tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji;
(c) il-grad ta' riskju ta' telf għall-baġit tal-Unjoni.
3. Meta jitqiesu dawn l-elementi, il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja jiġi ffissat kif ġej:
(a) fejn in-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tant huwa fundamentali, frekwenti jew mifrux li jirrappreżenta falliment assolut tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 100 %;
(b) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant frekwenti u mifruxa li jirrappreżentaw falliment estremament serju tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli ħafna tal-infiq ikkonċernat, tiġi applikata rata fissa ta' 25 %;
(c) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll qegħdin hemm minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona għal kollox, jew tkun qed tiffunzjona tant ħażin jew b'mod tant infrekwenti li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 10 %;
(d) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll huma minħabba li s-sistema ma taħdimx b'mod konsistenti b'tali mod li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon sinifikanti tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 5 %.
4. Meta l-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 3 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.
5. Meta, minħabba nuqqas tal-awtoritajiet responsabbli li jieħdu miżuri korrettivi adegwati wara l-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja f'sena fiskali, l-istess nuqqas serju jew nuqqasijiet serji huma identifikati f'sena fiskali sussegwenti, ir-rata ta' korrezzjoni tista', minħabba l-persistenza tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss.
Artikolu 32
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Diċembru 2014, fir-rigward tal-informazzjoni fuq id-dejta rreġistrata u maħżuna msemmija fl-Anness III, bl-eċċezzjoni tal-oqsma tad-dejta minn 23 sa 40, minn 71 sa 78 u minn 91 sa 105. Rigward dawn l-oqsma tal-Anness III, l-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Perjodi ta' referenza kif imsemmija fl-Artikolu 15(2)
Settur |
Perjodu ta' referenza (snin) |
Ferroviji |
30 |
Provvista tal-ilma u s-sanità |
30 |
Toroq |
25-30 |
Immaniġġjar tal-iskart |
25-30 |
Portijiet u ajruporti |
25 |
Trasport urban |
25-30 |
Enerġija |
15-25 |
Riċerka u innovazzjoni |
15-25 |
Broadband |
15-20 |
Infrastruttura tan-negozji |
10-15 |
Setturi oħra |
10-15 |
ANNESS II
Kriterji għal analiżi tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 23
1. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 )
Evidenza ta' kapaċità teknika, legali, finanzjarja u amministrattiva suffiċjenti għall-ġestjoni tal-proġett fil-fażi tal-implimentazzjoni u dik operattiva.
2. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Evidenza tal-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-proġett fuq il-bażi ta' ħtiġijiet relatati marbuta mal-post jew iż-żona tal-proġett.
3. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
3.1. |
Il-korrettezza tal-kalkolu tal-ispejjeż totali u l-ispiża eliġibbli totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u s-suffiċjenza ta' dettall, u l-adegwatezza tal-bażi loġika applikata għall-kalkolu tal-ispejjeż kemm f'termini tal-ispiża globali tagħha biex jinkisbu l-għanijiet mistennija kif ukoll f'termini ta' spejjeż għal kull unità, fejn applikabbli. |
3.2. |
Evidenza tal-eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif applikabbli, u finanzjament previst biss għal dawk l-elementi li jikkonformaw mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), u mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Istat Membru. |
3.3. |
Evidenza li s-sostenn pubbliku għall-proġett ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew fil-każ ta' għajnuna mill-Istat, li ġie kkunsidrat fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-proġett. |
4. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
4.1. |
Il-kredibbiltà tal-analiżi tad-domanda (jew tal-pjan tan-negozju f'każ ta' investiment produttiv), abbażi ta' stimi realistiċi u skont ix-xejriet u l-iżviluppi demografiċi ewlenin fis-settur rispettiv li tiġġustifika l-ħtieġa tal-proġett u tal-kapaċità ġenerali tal-faċilitajiet tal-proġett. |
4.2. |
L-adegwatezza tal-kwalità tal-analiżi tal-għażliet biex tappoġġa l-konklużjoni tal-Istat Membru li l-alternattivi prinċipali ġew analizzati u li l-aħjar għażla ġiet magħżula għall-implimentazzjoni, inkluża ġustifikazzjoni tal-għażla meħuda. |
4.3. |
L-adegwatezza tat-teknoloġija proposta għall-proġett u l-kapaċità tal-benefiċjarju finali li jiżgura s-sostenibbiltà tiegħu jew, fil-każ ta' kapaċità insuffiċjenti tal-benefiċjarju finali, biżżejjed provvedimenti previsti biex iżidu din il-kapaċità għal-livelli meħtieġa. |
4.4. |
Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa vijabbli u li jista' jiġi implimentat fil-perjodu ppjanat għall-proġett jew sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità kif definit fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
5. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
5.1. |
L-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji segwiet il-metodoloġija rekwiżita msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u applikat b'mod korrett il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett kif imsemmi fl-Artikolu 61 ta' dak ir-Regolament u fl-Artikoli minn 15 sa 19 ta' dan ir-Regolament. |
5.2. |
Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa ekonomikament u finanzjarjament vijabbli u għandu effetti soċjo-ekonomiċi pożittivi li jiġġustifikaw il-livell ta' appoġġ sa fejn previst taħt il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni. |
6. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
6.1. |
Kontribuzzjoni ppruvata għall-objettivi tal-politiki ambjentali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima, partikolarment, il-miri marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 u evidenza li qed jitqiesu r-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, u l-ħtiġijiet tal-adattament għalih u l-mitigazzjoni tiegħu, ir-reżiljenza għad-diżastri u li miżuri xierqa jkunu implimentati jew previsti sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-proġett għall-varjabbiltà tat-tibdil fil-klima. |
6.2. |
Evidenza li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u l-prinċipju tal-azzjoni preventiva, ikunu ġew applikati korrettement. |
6.3. |
Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) għal proġetti elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, u għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew permezz tal-analiżi stipulata fl-Artikolu 4 li hija meħtieġa proċedura tal-EIA bħalma hu l-każ għal proġetti elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE: (a) is-sommarju mhux tekniku tar-rapport tal-EIA huwa skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE u kien soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi; kif ukoll (b) konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ambjentali, mal-pubbliku, u jekk applikabbli, ma' Stati Membri oħrajn, twettqu skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2011/92/UE; kif ukoll (c) id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti nħarġet skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE; jew (d) fil-każijiet fejn il-proċedura tal-EIA tkun intemmet b'deċiżjoni legalment vinkolanti, sakemm jinħareġ il-kunsens tal-iżvilupp skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, id-disponibbiltà ta' impenn bil-miktub mill-Istati Membri għal azzjoni f'waqtha biex jiġi żgurat li l-kunsens għall-iżvilupp jinħareġ sa mhux aktar tard minn qabel il-bidu tax-xogħlijiet. |
6.4. |
Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew, permezz tal-analiżi stipulata mill-Artikolu 4, li l-ebda proċedura EIA ma kienet meħtieġa: (a) id-determinazzjoni tal-analiżi tal-awtoritajiet kompetenti ġiet maħruġa u magħmula disponibbli għall-pubbliku; kif ukoll (b) fejn id-determinazzjoni tal-analiżi ma tkunx tirreferi għall-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE, l-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 4 u l-Anness III ta' dik id-Direttiva tkun ġiet ipprovduta. |
6.5. |
Fejn xieraq, ebda applikabbiltà pruvata tad-Direttiva 2011/92/UE. |
6.6. |
Jekk il-proġett jirriżulta minn pjan jew programm (soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 )) għajr il-programm operattiv, prova tal-konsistenza tal-proġett mal-pjan jew programm. |
6.7. |
F'każ ta' nuqqas li tiġi ssodisfata l-kundizzjonalità ex ante ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni ambjentali u kwalunkwe, skont il-każ, kundizzjonalità tematika rilevanti ex ante għas-setturi tal-iskart u tal-ilma, u s-settur tat-trasport (ir-rekwiżiti SEA) kif stipulat fl-Artikolu 19 u fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rabta mal-pjan ta' azzjoni miftiehem għandha tiġi ppruvata. |
6.8. |
Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 12 ): (a) fil-każ ta' proġett li x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq sit(i) Natura2000 (skont l-Artikolu 6(3)) li twettqet valutazzjoni xierqa u li din saret qabel inħareġ il-kunsens għall-żvilupp għall-proġett; (b) fil-każ ta' proġett b'effetti negattivi sinifikanti fuq sit(i) Natura 2000, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluża n-notifika lill-Kummissjoni jew l-opinjoni mingħandha, ikunu ġew issodisfati. |
6.9. |
L-adegwatezza tal-informazzjoni dwar il-miżuri addizzjonali ta' integrazzjoni ambjentali bħal awditu ambjentali, ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ambjentali speċifiku, li turi l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet identifikati. |
6.10. |
L-adegwatezza tal-istima tal-ispiża tal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi ambjentali. |
6.11. |
Konformità tal-proġett mad-direttivi ambjentali settorjali rilevanti jekk applikabbli, b'mod partikolari: (a) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) għal proġetti li jaffettwaw korpi tal-ilma (fejn applikabbli, għal proġetti suġġetti għall-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) ta' dik id-Direttiva, il-verifika tal-valutazzjoni); (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ( 14 ) għal proġetti fis-settur tal-ilma urban mormi; (c) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) u d-direttivi rilevanti applikabbli bħad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE ( 16 ) għal proġetti relatati ma' skart solidu; kif ukoll (d) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) għal proġetti li jeħtieġu l-għoti ta' permess skont din id-Direttiva. |
7. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(g) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
7.1. |
Konsistenza u adegwatezza tal-objettivi tal-proġett mal-objettivi speċifiċi definiti skont l-assi prijoritarji rilevanti tal-programmi operattivi kkonċernati. |
7.2. |
L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-indikaturi tar-riżultati u l-output tal-assi prijoritarju. |
7.3. |
L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku. |
7.4. |
Evidenza li benefiċjarju ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-aħjar użu tal-infrastruttura fil-fażi operattiva. |
8. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
8.1. |
Ir-riżorsi finanzjarji totali ġġustifikati u ppjanati u s-sostenn iġġustifikat u ppjanat mill-Fondi ppreżentati b'mod korrett fil-pjan ta' finanzjament. |
8.2. |
L-adegwatezza tal-pjan ta' finanzjament fejn dan jipprova l-vijabilità finanzjarja tiegħu għall-ħtiġijiet finanzjarji annwali għall-implimentazzjoni tal-proġett. |
8.3. |
L-adegwatezza u l-verifikabbiltà tal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, b'kont meħud tar-riskji identifikati. |
9. Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
9.1. |
L-istabbiltà u l-fattibilità tal-kalendarju propost għall-implimentazzjoni tal-proġett ewlieni filwaqt li jittieħed kont tar-riskji identifikati. |
9.2. |
Fil-każ li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun itwal mill-perjodu tal-ipprogrammar, l-adegwatezza tal-fażijiet identifikati u l-format ottimali mill-perspettiva tal-effettività u l-effiċjenza. |
ANNESS III
Lista tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 24)
Id-dejta hija meħtieġa għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, il-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-EMFF sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.
Entrati tad-dejta |
Indikazzjoni ta' Fondi li għalihom id-dejta mhix meħtieġa |
1. L-isem jew identifikatur uniku ta' kull benefiċjarju |
|
2. ►M2 Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata jew persuna fiżika ◄ |
|
3. Informazzjoni dwar jekk il-VAT fuq l-infiq imġarrab mill-benefiċjarju huwiex irrekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali |
|
4. Id-dettalji ta' kuntatt tal-benefiċjarju |
|
Dejta dwar l-operazzjoni |
|
5. Isem jew identifikatur uniku tal-operazzjoni |
|
6. Deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni |
|
7. Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-operazzjoni |
|
8. Id-data tal-bidu kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
9. Id-data tat-tmiem kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
10. Id-data attwali meta l-operazzjoni tkun fiżikament ikkompletata jew implimentata kompletament |
|
11. Il-korp li joħroġ id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
12. Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
13. Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex proġett ewlieni u CCI |
Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS |
14. Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex pjan ta' azzjoni konġunta u CCI |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
15. Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tinkludix finanzjament taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
16. Informazzjoni dwar jekk l-appoġġ pubbliku għall-operazzjoni hux se jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat |
|
17. Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata taħt struttura ta' sħubijiet pubbliċi-privati |
►M1 Mhux applikabbli għall-FEMS ◄ |
18. Il-munita tal-operazzjoni |
|
19. CCI tal-programm li minnu l-operazzjoni hija appoġġata |
|
20. Prijorità jew prijoritajiet tal-programm(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata |
|
21. Il-fond(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata |
|
22. Kategorija tar-reġjun ikkonċernat |
Mhux applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
Dejta dwar kategoriji ta' intervent |
|
23. Kodiċi(jiet) għall-qasam tal-intervent |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
24. Kodiċi(jiet) għall-forma tal-finanzjament |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
25. Kodiċi(jiet) għat-tip ta' territorju |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
26. Kodiċi(jiet) għal mekkaniżmi ta' twassil territorjali |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
27. Kodiċi(jiet) għall-objettiv tematiku |
Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS |
28. Kodiċi(jiet) għat-tema sekondarja tal-FSE |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
29. Kodiċi(jiet) għall-attività ekonomika |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
30. Kodiċi(jiet) għall-post |
Mhux applikabbli għall-FEMS |
Dejta dwar indikaturi |
|
31. L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tal-output imqassma skont is-sess għall-parteċipanti. |
|
32. Unità ta' kejl għal kull indikatur tal-output |
|
33. Il-valur mira għall-indikatur tal-output imqassam skont is-sess fejn applikabbli |
|
34. Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tal-output għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli analizzati skont is-sess |
|
35. L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi tar-riżultati komuni u speċifiċi għall-programmi (3) rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tar-riżultati mqassma skont is-sess fejn applikabbli. |
|
36. Unità ta' kejl għal kull indikatur tar-riżultati |
|
37. Valur bażi għal kull indikatur tar-riżultat ipprovdut |
Mhux applikabbli għall-FSE |
38. Valur immirat għall-indikatur tar-riżultati pprovdut, fejn applikabbli mqassam skont is-sess |
Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni |
39. Unità ta' kejl għal kull mira u valur ta' bażi tar-riżultati |
|
40. Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tar-riżultati pprovdut għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli mqassma skont is-sess |
Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni |
Dejta finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
41. L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
42. L-ammont totali ta' spejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|
43. L-ammont tal-appoġġ pubbliku, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
Dejta dwar pretensjonijiet ta' ħlasijiet mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
44. Data tal-irċevuta ta' kull pretensjoni ta' pagament mingħand il-benefiċjarju |
|
45. Data ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament |
|
46. ►M2 Ammont ta' nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta' pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata ◄ |
|
47. Ammont ta' nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli li tifforma l-bażi għal kull ħlas |
|
48. Ammont ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament |
|
49. Dħul nett iġġenerat mill-operazzjoni waqt l-implimentazzjoni tagħha li ma tqiesx fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ u li jitnaqqas mill-ispiża eliġibbli |
|
50. Id-data tal-bidu tal-verifiki fuq il-post tal-operazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 125(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|
51. Data ta' awditjar fuq il-post tal-operazzjoni skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament |
|
52. Il-korp li jagħmel l-awditjar jew il-verifika |
|
Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq l-ispejjeż reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
53. L-ispiża eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' spejjeż realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament, fejn applikabbli |
|
54. L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż fil-fatt irrimborżati u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzamenti, fejn applikabbli |
|
55. It-tip ta' kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE (4) jew id-Direttiva 2004/18/KE (5) (xogħlijiet/forniment ta' servizzi/forniment ta' oġġetti) jew id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) |
|
56. tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
57. L-ammont eliġibbli mġarrab u mħallas ibbażat fuq kuntratt jekk il-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
58. Il-proċedura tal-akkwist użata jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
59. L-isem jew l-identifikatur uniku tal-kuntrattur jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE |
|
Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta' spejjeż għal kull unità (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
60. L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità |
|
61. L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità |
|
62. Definizzjoni ta' unità li tintuża għall-finijiet tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità |
|
63. Numru ta' unitajiet mogħtija kif indikat fil-pretensjoni ta' pagament għal kull element ta' unità |
|
64. Spejjeż tal-unità għal unità waħda, f'kull element ta' unità |
|
Dejta dwar l-infiq fil-pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq ħlasijiet ta' somom f'daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
65. L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' somom f'daqqa |
|
66. L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' somom f'daqqa |
|
67. Għal kull somma f'daqqa, riżultati tanġibbli (outputs jew riżultati) miftiehma fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ bħala l-bażi għall-iżborż ta' ħlasijiet ta' somom f'daqqa |
|
68. Għal kull somma f'daqqa, l-ammont maqbul fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
|
Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|
69. L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' rata fissa |
|
70. L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' rata fissa |
|
Dejta dwar irkupri mill-benefiċjarju |
|
71. Data ta' kull deċiżjoni ta' rkupru |
|
72. Ammont ta' appoġġ pubbliku affettwat minn kull deċiżjoni ta' rkupru |
|
73. Nefqa totali eliġibbli affettwata minn kull deċiżjoni ta' rkupru |
|
74. Data tal-irċevuta ta' kull ammont imħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru |
|
75. Ammont ta' appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru (mingħajr imgħax jew penali) |
|
76. In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju |
|
77. Ammont ta' appoġġ pubbliku irrekuperabbli wara deċiżjoni ta' rkupru |
|
78. In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku irrekuperabbli |
|
Dejta dwar l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni (f'EUR) |
|
79. Data tat-tressiq ta' kull applikazzjoni għal ħlas inkluża n-nefqa eliġibbli mill-operazzjoni |
|
80. ►M2 L-ammont totali ta' nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f'kull applikazzjoni għal ħlas, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata ◄ |
|
81. L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-operazzjoni inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
82. Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
83. Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' nfiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
84. Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
85. Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali tan-nefqa pubblika li tikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallsa bħala nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
86. Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju fl-operazzjoni bħala avvanz inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas |
|
87. ►M2 Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont tal-avvanz inkluż f'applikazzjoni ta' ħlas li, fi żmien tliet snin mill-ħlas tal-avvanz, ikun ġie kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), mill-korp li jirċievi l-għajnuna ◄ |
|
88. ►M2 Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju taħt l-operazzjoni jew, meta Stati Membri ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), lill-korp li jirċievi l-għajnuna, bħala avvanz inkluż f'applikazzjoni għal ħlas li ma tkunx ġiet koperta min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li għaliha l-perjodu ta' tliet snin ma jkunx għadu għadda ◄ |
|
89. L-ammont ta' nefqa eliġibbli inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
90. Ammont ta' nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
Dejta dwar kontijiet imressqa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (f'EUR) |
|
91. Id-data tat-tressiq ta' kull sett ta' kontijiet inkluża n-nefqa fl-operazzjoni |
|
92. Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom in-nefqa finali tal-operazzjoni hija inkluża wara t-tlestija tal-operazzjoni (fejn it-total tan-nefqa eliġibbli huwa ta' EUR 1 000 000 jew aktar (l-Artikolu 140 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)) |
|
93. Ammont totali ta' nfiq eliġibbli tal-operazzjoni mdaħħal fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
94. L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
95. L-ammont totali tal-ħlasijiet magħmula lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet |
|
96. In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
97. Nefqa pubblika totali kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
98. In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
99. In-nefqa pubblika totali li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
100. In-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
101. In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
102. Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, l-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 matul is-sena fiskali |
|
103. Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, in-nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi mal-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 ta' dak ir-Regolament matul is-sena fiskali |
|
104. L-ammont eliġibbli totali tan-nefqa tal-operazzjoni irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluż fil-kontijiet |
|
105. In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tan-nefqa irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet |
|
Dejta dwar tipi speċifiċi ta' nefqa suġġetti għal limiti massimi |
|
106. Ammont ta' spejjeż tat-tip FEŻR imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FSE skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
107. Ammont ta' spejjeż tat-tip FSE imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FEŻR skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
108. Ammont ta' nefqa mġarrba u mħallsa li ssir barra miż-żona tal-programm iżda fl-Unjoni, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 |
|
109. Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-Unjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 |
Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
110. Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 |
Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
111. Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa għax-xiri tal-art skont l-Artikolu 69(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|
112. Ammont ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-operazzjoni skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|
113. Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa f'pajjiżi terzi koperti mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni jew mill-Istrument Ewropew tal-Viċinat għal operazzjonijiet ETC |
Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS |
(1) Fil-każ tal-ETC, il-benefiċarju jinkludi l-benefiċjarju ewlieni u l-benefiċjarji l-oħra. (2) Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jagħmlu nfiq fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nfiq imġarrab mill-benefiċjarju. (3) Għall-FSE, l-indikaturi komuni tar-riżultati jinkludu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 (4) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1). (5) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114). (6) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1). |
ANNESS IV
Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom imsemmija fl-Artikolu 30
Tabella 1
Rekwiżiti ewlenin
Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll |
Korpi/awtoritajiet ikkonċernati |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
1 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor. |
L-awtorità maniġerjali |
Ambjent ta' kontroll intern |
2 |
Għażla xierqa tal-operazzjonijiet. |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
3 |
Informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula. |
L-awtorità maniġerjali |
|
4 |
Verifiki adegwati tal-ġestjoni |
L-awtorità maniġerjali |
|
5 |
Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar jinżammu biex ikun żgurat rekord adegwat għall-awditjar. |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ |
6 |
Sistema kredibbli għall-ġbir, reġistrazzjoni u ħażna tad-dejta għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifika u l-awditjar, inklużi kuntatti mal-benefiċjarji permezz ta' sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika. |
L-awtorità maniġerjali |
|
7 |
L-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri proporzjonati kontra l-frodi |
L-awtorità maniġerjali |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
8 |
Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa. |
L-awtorità maniġerjali |
|
9 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Ambjent tal-kontroll intern |
10 |
Proċeduri xierqa biex jitfasslu u jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ |
11 |
Jinżammu rekords kompjuterizzati xierqa tal-infiq iddikjarat u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll |
12 |
Rendikont xieraq u sħiħ ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, dawk irkuprati u dawk irtirati. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
|
13 |
Proċeduri xierqa għat-tfassil u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali. |
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni |
|
14 |
Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar skont l-istrateġija ta' awditjar tal-programm ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. |
Awtorità tal-awditjar |
Ambjent tal-kontroll intern |
15 |
Awditi adegwati tas-sistemi. |
Awtorità tal-awditjar |
L-attivitajiet ta' kontroll |
16 |
Awditi adegwati tal-operazzjonijiet |
Awtorità tal-awditjar |
|
17 |
Awditi adegwati tal-kontijiet |
Awtorità tal-awditjar |
|
18 |
Proċeduri adegwati biex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar kredibbli u biex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll. |
Awtorità tal-awditjar |
Tabella 2
Klassifikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom
Kategorija 1 |
Jaħdem sew. Le, jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri |
Kategorija 2 |
Xogħlijiet. Huwa meħtieġ xi titjib |
Kategorija 3 |
Jaħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali |
Kategorija 4 |
Essenzjalment ma jaħdimx. |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
( 4 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- 7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
( 6 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281).
( 10 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
( 11 ) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
( 13 ) Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
( 14 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
( 15 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
( 16 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
( 17 ) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).