02014R0224 — MT — 10.03.2017 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 224/2014

tal-10 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

(ĠU L 070 11.3.2014, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 691/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014

  L 183

6

24.6.2014

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1276/2014 tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

19

2.12.2014

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/324 tat-2 ta' Marzu 2015

  L 58

39

3.3.2015

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/734 tas-7 ta' Mejju 2015

  L 117

11

8.5.2015

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1485 tat-2 ta' Settembru 2015

  L 229

1

3.9.2015

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2454 tat-23 ta' Diċembru 2015

  L 339

36

24.12.2015

►M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/354 tal-11 ta' Marzu 2016

  L 67

18

12.3.2016

 M8

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/555 tal-11 ta' April 2016

  L 96

1

12.4.2016

►M9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1442 tal-31 ta' Awwissu 2016

  L 235

1

1.9.2016

►M10

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/400 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

1

9.3.2017


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 294, 10.10.2014, p.  63 (224/2014)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 224/2014

tal-10 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “servizzi ta' senserija” tfisser:

(i) in-negozjar jew l-arranġament ta’ tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta’ beni u teknoloġija jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lil kull pajjiż terz ieħor; jew

(ii) il-bejgħ jew ix-xiri ta’ beni u teknoloġija, jew ta’ servizzi finanzjarji u tekniċi, li jkunu f’pajjiż terz biex jiġu ttrasferiti lejn xi pajjiż terz ieħor;

(b) “pretensjoni” tfisser kull talba, sew jekk asserita bi proċedimenti legali sew jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont il-kuntratt jew b'rabta miegħu jew ma' tranżazzjoni, inklużi b'mod partikolari:

(i) talba għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;

(ii) talba għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;

(iii) talba għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) kontrotalba;

(v) talba għall-għarfien jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

(c) “kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull forma tranżazzjoni u tkun xi tkun il-liġi applikabbli għaliha, sew jekk tinkludi kuntratt wieħed jew aktar, jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull provvediment relatat li joriġina mit-tranżazzjoni jew ikun marbut magħha;

(d) “awtoritajiet kompetenti” tfisser għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websites elenkati fl-Anness II;

(e) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(f) “l-iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi bi kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(g) “l-iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi li b'kull mod jirriżulta fi xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f'bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta' portafolji;

(h) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii) titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) imgħax, dividends jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom;

(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; kif ukoll

(vii) dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(i) “Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 57 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2127 (2013);

(j) “assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta' assistenza;

(k) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

Artikolu 2

1. Huwa pprojbit il-forniment, direttament jew indirettament, ta':

(a) għajnuna teknika jew ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (“Lista Militari Komuni”) jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-oġġetti inklużi f’din il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(b) finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(c) għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, servizzi ta’ senserija jew servizzi ta’ trasport marbuta mal-forniment ta’ persunal merċenarju armat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

▼M4

Artikolu 3

B'deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta' assistenza teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja jew servizzi ta' senserija:

(a) maħsuba unikament għall-appoġġ jew l-użu tal-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA), tat-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana (AU-RTF), u tal-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi stazzjonati fir- Repubblika Ċentru-Afrikana;

(b) relatati mal-ilbies protettiv inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

▼M10

(c) relatati mal-provvista ta' tagħmir mhux letali u l-għoti ta' assistenza, inkluż taħriġ operattiv u mhux operattiv lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi ċivili tal-Istat maħsuba biss bħala sostenn jew għall-użu fil-proċess ta' Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS) tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, f'koordinazzjoni mal-MINUSCA, sakemm dawn ma jkunux ġew notifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

▼B

Artikolu 4

B’deroga mill-Artikolu 2, u dment li l-għoti ta’ din l-assistenza teknika jew dawn is-servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja jkunu ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-projbizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għall-forniment ta':

(a) assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew bħala protezzjoni;

(b) assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew għal kull forniment ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati;

Artikolu 5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom ikunu mqegħdin għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kif elenkati fl-Anness I.

▼M10

3.  L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:

(a) li jagħtu jew jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-proċess ta' stabilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jistigaw il-vjolenza;

(b) li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013), jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(c) involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat;

(d) involuti fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza sessista fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(e) li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitti armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(f) li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb u l-annimali selvaġġi kif ukoll prodotti mill-annimali selvaġġi, fi jew mir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(g) li jostakolaw l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

(h) li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom;

(i) mexxejja ta' entità elenkata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew li jkunu pprovdew appoġġ għal, jew li jkunu aġixxew għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna, entità jew korp elenkati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna, entità jew korp deżinjati.

▼B

Artikolu 6

B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kundizzjonijiet li jitqiesu xierqa, dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(i) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuna fiżika jew ġuridikai, entità jew korp elenkati fl-Annessi I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, għall-kera jew għall-garanziji ipotekarji, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;

(ii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż marbutin mal-forniment ta’ servizzi legali; jew

(iii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti fuq servizz ta' rutina għaż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; kif ukoll

(b) l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-awtorizzazzjoni, u li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal din l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika;

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa minħabba spejjeż straordinarji, u dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'din id-deċiżjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approvaha.

Artikolu 8

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel din id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru kkonċernat; kif ukoll

(e) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

Artikolu 9

1.B'deroga mill-Artikolu 5, u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew taħt obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kienu nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti ikkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(b) il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2); u

(c) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart ijiem ta’ xogħol bil-quddiem.

Artikolu 10

1.  L-Artikolu 5(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, ta' entità jew ta' korp elenkati fl-Anness I, dejjem jekk kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tinforma lill-awtoritajiet kompetenti relevanti dwar xi tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

2.  L-Artikolu 5(2) ma japplikax meta l-kontijiet iffriżati jiżdiedu permezz ta':

(a) imgħax jew qligħ ieħor dovut fuq dawn il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 kienu nklużi fl-Anness I; jew

(c) pagamenti dovuti taħt garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 8; u

dejjem jekk kull imgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 5(1).

Artikolu 11

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu kwalinkwe tali informazzjoni, jew direttament jew permezz l-Istat Membru lill-Kummissjoni; u

(b) jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod.

2.  Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri.

3.  Kull informazzjoni li tingħata jew li tiġi riċevuta skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet pprovduta jew riċevuta.

Artikolu 12

Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri imsemmija fl-Artikli 2 u 5 hija pprojbita.

Artikolu 13

1.  L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettqin bona fede abbażi li dawn l-azzjonijiet ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament, ma joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà fuq il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, la għad-diretturi u lanqas għall-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma minħabba negliġenza.

2.  Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi bl-ebda mod ma jkunu responsabbli għalihom jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

Artikolu 14

1.  L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma tiġix issodisfata, jekk din issir minn:

(a) il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;

(b) kull persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li jaġixxu f’isimhom, msemmija fil-punt (a).

2.  Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tat-talba mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta’ din il-pretensjoni.

3.  Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:

(a) il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 5 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

(b) il-ksur, il-problemi ta' infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

2.  L-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 17

1.  Fejn il-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp u jkun ipprovda dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-elenakar, il-Kunsill għandu jinkludi lil dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu u d-dikjarazzjoni ta' raġunijiet lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

2.  Meta jitressqu osservazzjonijiet jew meta tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna, l-entità jew l-korp skont dan.

3.  Fejn in-Nazzjonijiet Uniti jiddeċiedu li jneħħu mil-lista persuna, entità jew korp, jew li jemendaw id-data ta' identifikazzjoni ta' persuna, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I skont dan.

Artikolu 18

L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill ta' Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonomi, data u post tat-twelid, ċittadinanza, numru tal-passaport u numru tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, post u data ta' reġistrazzjoni, numru ta' reġistrazzjoni u post ta' negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' elenkar mill-Kunsill ta' Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 19

1.  L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 20

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq il-websites elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-indirizzi tal-websites tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

3.  Meta dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li għandha ssir xi komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 22

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS I

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5

A.   Persuni

1.   François Yangouvonda BOZIZÉ (magħruf ukoll bħala: a) Bozize Yangouvonda )

Data tat-twelid: 14 ta' Ottubru 1946.

Post tat-twelid: Mouila, il-Gabon.

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Indirizz: L-Uganda.

Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Martine Kofio.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bozize ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali

Bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, Bozize ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Minn dakinhar, kompla jipprova jmexxi operazzjonijiet ta' destabilizzazzjoni sabiex jinżammu t-tensjonijiet fil-kapitali tar-RĊA. Ġie rappurtat li Bozize ħoloq il-grupp tal-milizzja anti-Balaka qabel ma ħarab mir-RĊA fl-24 ta' Marzu 2013. F'komunikat, Bozize ħeġġeġ lill-milizzja tiegħu biex tkompli bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti. Ġie rappurtat li Bozize pprovda appoġġ finanzjarju u materjali lill-ġellieda tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-tranżizzjoni attwali u biex Bozize jerġa jkun fil-poter. Il-parti l-kbira tal-anti-Balaka huma mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li tferrxu fil-kampanja wara l-kolp ta' stat u sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid minn Bozize. Bozize u s-sostenituri tiegħu jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet anti-Balaka.

Il-forzi leali lejn Bozize kienu armati b'azzarini tal-assalt, artiljerija tal-murtali u rocket-launchers u qed jieħdu sehem dejjem aktar f'attakki ta' tpattija kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Is-sitwazzjoni fir-RĊA marret malajr għall-agħar wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 f'Bangui mill-forzi anti-Balaka meta nqatlu aktar minn 700 persuna.

2.   Nourredine ADAM (magħruf ukoll bħala: a) Nureldine Adam; b) Nourreldine Adam; c) Nourreddine Adam; d) Mahamat Nouradine Adam)

Deżinjazzjoni: a) Ġeneral; b) Ministru għas-Sigurtà; c) Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi”.

Data tat-twelid: a) 1970 b) 1969 c) 1971 d) 1 ta' Jannar 1970.

Post tat-twelid: Ndele, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Nru tal-passaport: D 00001184

Indirizz: Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nourredine ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali

Noureddine hu wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Seleka. Ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Seleka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi u li l-akronimu tiegħu hu magħruf ukoll bħala CPJP. Bħala kap preċedenti tal-grupp “Fundamental” li nqata' mill-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi (CPJP/F), kien il-koordinatur militari tal-ex Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn il-bidu ta' Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-għajnuna u r-relazzjoni mill-qrib ta' Noureddine mal-Forzi Speċjali taċ-Ċad, x'aktarx li s-Seleka ma kienx jirnexxielhom jaħtfu l-poter mill-ex President tar-RĊA Francois Bozize.

Sa mill-ħatra, bħala president interim, ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-ex-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-ex-Seleka, il-forzi preċedenti tas-Seleka li ntqal li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ u direzzjoni sinifikanti lill-ex-Seleka li jaħdmu fir-RĊA.

Nourredine kien elenkat ukoll fid-9ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(b) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ.”

Informazzjoni addizzjonali

Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi” (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiquesCEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li ma għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali wara l-operazzjoni mdemmija f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Seleka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' Francois Bozize u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Seleka qatlu għexieren ta' ċittadini ċivili u nfexxew jisirqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.

Nourredine kien ukoll elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(d) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ipprovda appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali”.

Informazzjoni addizzjonali

Lejn il-bidu tal-2013, Nourredine Adam qeda rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-ex-Séléka. Ivvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għar-ribelljoni preċedenti. Ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Ċadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad.

▼M3 —————

▼M5

4.   Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Alfred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)

Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 72 15 47 07/+236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata. Isem il-missier (missier adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, Kmandant tal-milizzji anti-Balaka f'Batalimo, provinċja ta' Lobaye, u ex-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: fartas; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż 100kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alfred Yekatom, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza.”

Informazzjoni addizzjonali:

Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Kurunell Rombhot, huwa kap tal-milizzja ta' fazzjoni tal-moviment tal-milizzji anti-Balaka, magħruf bħala “anti-Balaka min-Nofsinhar”. Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA — forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).

Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu l-ftehimiet transitorji, u li jheddu l-proċess ta' transizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-kapitali tal-Provinċja Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.

Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll magħmulin minn medja ta' għaxar membri rġiel tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inklużi azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jbaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrappurtati li qatlu ċivili.

5.   Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)

Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' milizzji anti-Balaka għall-Provinċja ta' Lobaye b) Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Indirizz fir-Repubblika Ċentru-Afrikana: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)

Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja kollha ta' Lobaye. Taħt il-kmand tiegħu, baqgħu jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Habib Soussou fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;”“involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat” u “li jostakola t-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Habib Soussou kien maħtur bħala kmandant taż-żona tal-milizzji anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali ta' milizzji anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki minn milizzji anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema umanitarji li seħħew fuq bażi ta' kull ġimgħa f'oqsma li għalihom Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur tal-milizzji anti-Balaka. Soussous u l-forzi tal-milizzji anti-Balaka f'dawn iż-żoni laqtu u heddew ukoll li jolqtu persuni ċivili.

▼M6

6.   Oumar YOUNOUS ABDOULAY (psewdonimu: a) Oumar Younous b) Omar Younous c) Oumar Sodiam d) Oumar Younous M'Betibangui)

Deżinjazzjoni: Ex Ġeneral tas-Séléka

Data tat-twelid: 2 ta' April 1970

Ċittadinanza: Is-Sudan, Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D 00000898, maħruġ fil-11 ta' April 2013, (validu sal-10 ta' April 2018)

Indirizz: a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 75507560) b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Tullus, in-Nofsinhar ta' Darfur, is-Sudan (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-ex president interim tar-RĊA, Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; tul: 180ċm; jagħmel parti mill-grupp etniku ta' Fulani. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU. ►M9  Allegatament miet fil-11 ta' Ottubru 2015. ◄

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015 (emendata fl-20 ta' Ottubru 2015)

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Oumar Younous ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew li jikkostitwixxu ksur ta' ftehimiet transizzjonali, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni lejn elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;” u “li pprovda appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-annimali selvaġġi, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

Oumar Younous, bħala Ġeneral tal-ex Séléka u kuntrabandist tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttament illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

F'Ottubru 2008, Oumar Younous, ex xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti SODIAM, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim, Michel Djotodia.

Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja lejn is-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien jieħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.

▼M6

7.   Haroun GAYE (psewdonimu: a) Haroun Geye; b) Aroun Gaye; c) Aroun Geye

Deżinjazzjoni: Relatur tal-koordinazzjoni politika tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC)

Data tat-twelid: a) 30 ta' Jannar 1968 b) 30 ta' Jannar 1969

Nru tal-passaport: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana numru O 00065772 (Ittra O segwita bi 3 żerijiet), jiskadi fit-30 ta' Diċembru 2019)

Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi: 17 ta' Diċembru 2015

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haroun Gaye ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA)”; “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;” u “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi internazzjonali b'rabta mas-sigurtà, inklużi l-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

HAROUN GAYE ilu, mill-bidu tal-2014, wieħed mill-mexxejja ta' grupp armat li jopera fid-distrett tal-PK5 f'Bangui. Ir-rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fid-distrett tal-PK5 jiddikjaraw li Gaye u l-grupp armat tiegħu qed jalimentaw il-konflitt f'Bangui, u dan jopponi r-rikonċiljazzjoni u jipprevjeni ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni lejn it-tielet distrett ta' Bangui u l-ħruġ minnu. Fil-11 ta' Mejju 2015, Gaye u 300 dimostrant imblukkaw l-aċċess għall-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali biex ifixklu l-aħħar jum tal-Forum ta' Bangui. GAYE ġie rrappurtat li kkollabora mal-uffiċjali tal-moviment anti-Balaka biex jikkoordina t-tfixkil.

Fis-26 ta' Ġunju 2015, Gaye u kontinġent żgħir qrib tiegħu xekklu l-ftuħ tal-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni tal-votanti fid-distrett tal-PK5 f'Bangui, u dan wassal biex jingħalaq l-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni.

Il-MINUSCA għamlet tentattiv biex tarresta lil Gaye fit-2 ta' Awwissu 2015, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 32(f) (i) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2217 (2015). Gaye, li allegatament ġie informat bit-tentattiv ta' arrest minn qabel, kien lest għalihom flimkien mal-partitarji armati b'armi tqal. Il-forzi ta' Gaye fetħu n-nar fuq it-Task Force Konġunta tal-MINUSCA. Fi ġlieda bl-armi tan-nar li damet għaddejja seba' sigħat, l-irġiel ta' Gaye għamlu użu minn armi tan-nar, dawk bi propulsjoni permezz ta' rokit u hand grenades kontra t-truppi tal-MINUSCA u qatlu membru tal-persunal għaż-żamma tal-paċi u darbu tmien persuni. Gaye kien involut fl-inkoraġġiment ta' protesti u taqbidiet vjolenti lejn l-aħħar ta' Settembru 2015 f'dak li jidher li kien attentat ta' kolp ta' stat biex iwaqqa' l-Gvern Transizzjonali. L-attentat ta' kolp ta' stat x'aktarx kien immexxi mill-partitarji tal-ex President Bozize f'alleanza ta' konvenjenza ma' Gaye u mexxejja oħra tal-FPRC. Jidher li Gaye kellu l-għan li joħloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni li kienu ser ikunu ta' theddida għall-elezzjonijiet li jmiss. Gaye kien responsabbli għall-koordinazzjoni flimkien ma' elementi emarġinati tal-moviment anti-Balaka.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fid-distrett tal-PK5 bejn Eugène Barret Ngaïkosset, membru ta' grupp emarġinat tal-moviment anti-Balaka u Gaye, bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru. Il-grupp ta' Gaye ma ħallewx lill-persuni li kienu jinsabu ġewwa d-distrett tal-PK5 jitilqu minnu, sabiex tissaħħaħ l-identità komunali tal-popolazzjoni Musulmana bil-għan li jiżdiedu t-tensjonijiet interetniċi u tiġi evitata r-rikonċiljazzjoni. Fis-26 ta' Ottubru 2015, Gaye u l-grupp tiegħu interrompew laqgħa bejn l-Arċisqof ta' Bangui u l-Imam tal-Moskea Ċentrali ta' Bangui, u heddew lid-delegazzjoni li kellha tirtira mill-Moskea Ċentrali u taħrab mid-distrett tal-PK5.

8.   Eugène BARRET NGAÏKOSSET psewdonimu: a) Eugene Ngaikosset b) Eugene Ngaikoisset c) Eugene Ngakosset, d) Eugene Barret Ngaikosse e) Eugene Ngaikouesset; psewdonimu inqas affidabbli: f) “Il-Biċċier ta' Paoua” (The Butcher of Paoua) g) Ngakosset

Deżinjazzjoni: a) ex Kaptan, Gwardja Presidenzjali tar-RĊA b) ex Kaptan, Forzi Navali tar-RĊA

Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni militari tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA) 911-10-77

Indirizz: a) Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi: 17 ta' Diċembru 2015.

Informazzjoni oħra: Il-Kaptan Eugène Barret Ngaïkosset huwa ex membru tal-gwardja presidenzjali tal-ex President François Bozizé (CFi.001) u huwa assoċjat mal-moviment anti-Balaka. Huwa ħarab mill-ħabs fis-17 ta' Mejju 2015 wara l-estradizzjoni tiegħu minn Brazzaville u ħoloq il-fazzjoni proprja tiegħu tal-moviment anti-Balaka bl-inklużjoni ta' ex ġellieda tal-FACA.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Eugène BARRET NGAÏKOSSET ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;” u “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi internazzjonali b'rabta mas-sigurtà, inklużi l-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

Ngaïkosset huwa wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għat-twettiq tal-vjolenza li faqqgħet f'Bangui lejn l-aħħar ta' Settembru 2015. Ngaïkosset u membri oħrajn tal-moviment anti-Balaka ħadmu flimkien mal-membri emarġinati tal-ex-Séléka fi sforz biex jiddestabilizzaw il-Gvern Transizzjonali tar-RĊA. Fil-lejl ta' bejn is-27 u t-28 ta' Settembru 2015, Ngaïkosset u persuni oħra għamlu tentattiv ta' attakk bla suċċess fuq il-kamp tal-ġendarmerija “Izamo” sabiex jisirqu armi u munizzjon. Fit-28 ta' Settembru, il-grupp dawwar l-uffiċċji tar-radju nazzjonali tar-RĊA.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fid-distrett tal-PK5 bejn Ngaïkosset u Haroun Gaye, mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC), bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru.

Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Ġustizzja tar-RĊA ħabbar pjanijiet li jinvestiga lil Ngaïkosset u individwi oħra għar-rwoli tagħhom fil-vjolenza f'Bangui f'Settembru 2015. Ngaïkosset u l-oħrajn issemmew li kienu involuti f'“imġiba flagranti li tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà interna tal-istat, konfoffa, inċitament għal gwerra ċivili, diżubbidjenza ċivili, mibegħda u kompliċità.” L-awtoritajiet legali tar-RĊA ngħataw struzzjoni biex jiftħu investigazzjoni biex ifittxu u jarrestaw lil min wettaq il-ksur u l-kompliċi tagħhom.

Fil-11 ta' Ottubru 2015, Ngaïkosset huwa maħsub li talab lill-milizzja anti-Balaka taħt il-kmand tiegħu biex twettaq sekwestri ta' persuni, b'enfasi partikolari fuq ċittadini Franċiżi, iżda wkoll personaġġi politiċi tar-RĊA u uffiċjali tan-NU, bil-għan li tisforza lill-President Transizzjonali, is-Sinjura Catherine Samba-Panza biex titlaq.

▼M7

9.   Joseph KONY (Psewdonimi: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)

Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Sett. 1964 f) 1965 g) (Aww. 1961) h) (Lul. 1961) i) 1 Jan. 1961 j) (Apr. 1963)

Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda

Ċittadinanza: Passaport Ugandiż

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra:

Kony huwa l-fundatur u l-kap tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;”“kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;”“irrekluta jew uża tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;” u “ta appoġġ lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Kony waqqaf l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur,, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Kony, bħala l-kap tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inklużi ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inklużi qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inklużi l-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.

Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.

Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

▼M9

10.   Ali KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Ali Lalobo b) Ali Mohammad Labolo c) Ali Mohammed d) Ali Mohammed Lalobo e) Ali Mohammed Kony f) Ali Mohammed Labola g) Ali Mohammed Salongo h) Ali Bashir Lalobo i) Ali Lalobo Bashir j) Otim Kapere k) “Bashir” l) “Caesar” m) “One-P” n) “1-P”

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1994 b) 1993 c) 1995 d) 1992

Indirizz: Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat).

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016.

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Ali kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ali Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;”“li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inkluż djamanti, deheb, annimali selvaġġi kif ukoll prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;”“li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni,, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata.”

Ali Kony huwa meqjus bħala suċċessur potenzjali ta' Joseph Kony bħala kap tal-LRA. Ali huwa dejjem aktar involut fl-ippjanar operazzjonali tal-LRA u huwa meqjus bħala l-aċċess għal Joseph Kony. Ali huwa wkoll uffiċjal tal-intelligence tal-LRA u għandu sa 10 uffiċjali taħtu.

Ali u ħuh Salim Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma parti miċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Ali Kony huwa responsabbli biex jinnegozja l-prezzijiet tal-avorju u t-tpartit tal-avorju man-negozjanti. Ali jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar ma' negozjanti biex jinnegozja l-prezz tal-avorju tal-LRA f'dollari Amerikani jew liri Sudaniżi, jew biex ipartat ma' armi, munizzjon, u ikel. Joseph Kony ordna lil Ali biex juża l-akbar nejbiet tal-iljunfanti għax-xiri ta' mini kontra l-persuni biex idawru l-kamp ta' Kony. F'Lulju 2014, Ali Kony mexxa l-operazzjoni għall-ġarr ta' 52 biċċa tal-avorju biex waslu għand Joseph Kony u finalment inbiegħu.

F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi. F'dak l-istess żmien, Ali ltaqa' man-negozjanti biex jixtri provvisti u jippjana laqgħa fil-futur biex iwettaq aktar tranżazzjonijiet u jiftiehem dwar il-kondizzjonijiet ta' xiri f'isem l-LRA għal dak li kien stmat li kien l-avorju li Salim kien qed jeskorta.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

Salim Kony, elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016

11.   Salim KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Salim Saleh Kony b) Salim Saleh c) Salim Ogaro d) Okolu Salim e) Salim Saleh Obol Ogaro f) Simon Salim Obol)

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1992 b) 1991 c) 1993

Indirizz: a) Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat) b) Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Salim kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Salim Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA);”“li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, annimali selvaġġi u prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;”“li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew li pprovda appoġġ, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata.”

Salim Kony huwa l-kap kmandant tal-“kwartieri ġenerali” tal-LRA u b'mod konġunt ippjana attakki tal-LRA u miżuri difensivi ma' Joseph Kony sa minn età bikrija. Preċedentement, Salim mexxa grupp li jipprovdi sigurtà għal Joseph Kony. Aktar reċentement, Joseph Kony fada lil Salim bil-ġestjoni tan-netwerks finanzjarji u loġistiċi tal-LRA.

Salim u ħuh Ali Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma membri taċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Joseph Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Salim huwa rrapportat li qatel membri tal-LRA li kellhom l-intenzjoni jiddiżertaw, u rrapporta l-attivitajiet tal-grupp u tal-membri lill-Joseph Kony.

Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Salim spiss jibgħat fil-fruntiera tal-RĊA madwar tużżana ġellieda biex jiltaqgħu u jeskortaw gruppi oħra tal-LRA li jġorru l-avorju lejn it-Tramuntana minn Garamba. F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi.

Preċedentement, f'Ġunju 2014, Salim qasam lejn ir-RDK ma' grupp ta' ġellieda tal-LRA biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti f'Garamba. Joseph Kony kien inkariga wkoll lil Salim bl-eskorta ta' żewġ kmandanti tal-LRA lejn Garamba biex isibu avorju li ġie moħbi hemmhekk snin qabel. F'Lulju 2014, Salim iltaqa' mat-tieni grupp tal-LRA biex jittrasportaw l-avorju, b'kollox 52 biċċa, lejn Kafia Kingi. Salim kien responsabbli għal rendikont dwar l-avorju lil Joseph Kony u biex jgħaddi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-avorju lil gruppi tal-LRA.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

Salim Kony, elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016

▼M2

B.   Entitajiet

▼M5

1.   BUREAU D'ACHAT DE DIAMANT EN CENTRAFRIQUE/KARDIAM

(Psewdonimu: a) BADICA/KRDIAM b) KARDIAM)

Indirizz: a) BP 333 Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 32 3 2310521, Fax. +32 3 2331839, posta elettronika: kardiam.bvba@skvnet·be: sit web: www.groupeabdoulkarim.com) b) Antwerp, il-Belġju

Informazzjoni oħra: Immexxi minn Abdoul-Karim Dan-Azoumi, mit-12 ta' Diċembru 1986 u minn Aboubaliasr Mahamat, mill-1 ta' Jannar 2005. Il-fergħat jinkludu MINAiR, u SOFIA TP (Douala, il-Kamerun).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Bureau d'achat de Diamant en Centrafrique/KARDIAM ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar illegali u l-kummerċ ta' riżorsi naturali bħad-djamanti, id-deheb, kif ukoll l-annimali selvaġġi u l-prodotti tagħhom, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

BADICA/KARDIAM ipprovda appoġġ lil gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiġifieri dawk li kienu tas-Séléka u tal-milizzji anti-Balaka, permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti u d-deheb.

Il-Bureau d'Achat de Diamant en Centrafrique (BADICA) fl-2014 kompla jixtri djamanti minn Bria u Sam-Ouandja (Provinċja ta' Haute Kotto) fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, fejn il-forzi preċedenti tas-Séléka jimponu taxxi fuq inġenji tal-ajru li jittrasportaw djamanti u jirċievu ħlas għas-sigurtà minn kolletturi tad-djamanti. Ħafna mill-kolletturi fornituri ta' BADICA fi Bria u Sam-Ouandja huma assoċjati mill-qrib ma' ex-kmandanti tas-Séléka.

F'Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani żammew żewġ pakketti tad-djamanti mibgħuta lir-rappreżentanza ta' BADICA f'Antwerp, li hija rreġistrata uffiċjalment fil-Belġju bħala KARDIAM. Esperti tad-djamanti kkonkludew li d-djamanti miżmuma wisq probabbli kienu ta' oriġini Ċentru-Afrikana, u li kellhom karatteristiċi tipikament ta' Sam-Ouandja u Bria, kif ukoll Nola (Provinċja ta' Sangha Mbaéré), fil-Lbiċ tal-pajjiż.

In-negozjanti li kienu jixtru djamanti traffikati illegalment mir-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn swieq barranin, inkluż mill-parti tal-Punent tal-pajjiż, operaw fil-Kamerun f'isem BADICA.

F'Mejju 2014, BADICA esporta wkoll deheb minn Yaloké (Ombella-Mpoko), fejn il-minjieri tad-deheb artiġjanali waqgħu taħt il-kontroll tas-Séléka sal-bidu ta' Frar 2014, meta l-gruppi anti-Balaka ħaduhom f'idejhom.

▼M7

2.   ARMATA TA' REŻISTENZA TAS-SINJUR (Psewdonimi: a) LRA b) Moviment ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM) c) Moviment/Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM/A)

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew irrappurtati li tkeċċew mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inklużi mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-kap huwa Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “kienet involuta fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;”“irreklutat jew użat tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;” u “appoġġat lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, ukienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-kap tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tagħha għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollata mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għal attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inklużi stupri ta' nisa u bniet.

F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.

Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.

L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inklużi attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.

Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament mir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.

F'April 20, 2015, attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.

Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.

▼B




ANNESS II

Websites għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għan-notifiki

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

L-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għan-notifiki

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu



( 1 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.