2014R0042 — MT — 20.01.2014 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 42/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

▼B

(ĠU L 015, 20.1.2014, p.18)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 019, 22.1.2014, p. 7  (42/2014)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 42/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

▼B



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 ( 2 ) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fl-24 ta’ Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, appoġġati mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta’ Azzjoni Konġunt li jiddefinixxi approċċ biex tintlaħaq soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li wassal għal din is-soluzzjoni komprensiva jkun jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali li dwarhom kien hemm qbil reċiproku biex jittieħdu miż-żewġ naħat għal perjodu ta’ sitt xhur u li jiġġeddu permezz ta’ kunsens reċiproku.

(3)

Bħala parti minn dan l-ewwel pass, l-Iran iwettaq għadd ta’ miżuri volontarji kif speċifikat fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt. Bħala kumpens għal dan, jitwettqu għadd ta’ miżuri volontarji li jinkludu s-sospensjoni mill-Unjoni, għal durata ta' sitt xhur, matul liema perijodu l-kuntratti rilevanti għandhom jiġu eżegwiti, tal-miżuri restrittivi li ġejjin:

 il-projbizzjoni fuq il-provvediment ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u trasport ta' żejt mhux raffinat Iranjan.

 il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta’ prodotti petrokimiċi Iranjani u fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati.

 il-projbizzjoni fuq il-kummerċ fid-deheb u metalli prezzjużi mal-Gvern tal-Iran, il-korpi pubbliċi tiegħu u l-Bank Ċentrali tal-Iran, jew persuni u entitajiet li jaġixxu f’isimhom.

(4)

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt jipprevedi wkoll iż-żieda b’għaxar darbiet tal-limiti tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tat-trasferimenti ta’ fondi lejn u mill-Iran.

(5)

Fi 20 ta' Jannar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/21/PESK ( 3 ) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(6)

Il-miżuri msemmija hawn fuq jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b'mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

"3.  L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness XI.

4.  L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-punt (d) tal-paragrafu 1għandha tiġi sospiża sa fejn jikkonċerna l-provvediment ta' assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport tal-prodotti elenkati fl-Anness XI."

(2) Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

"3.  L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu (1) għandha tiġi sospiża."

(3) Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

"3.  L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness XII."

(4) Jiddaħħal l-Artikolu 28b li ġej:

"Artikolu 28b

1.  B’deroga mill-Artikolu 23(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ riżorsi ekonomiċi jew li jagħmlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, direttament jew indirettament, lill-Ministeru taż-Żejt, kif elenkat fl-Anness IX, wara li jkun ġie ddeterminat li dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għall-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport tal-prodotti petrokimiċi elenkati fl-Anness V, li joriġinaw mill-Iran jew li ġew impurtati mill-Iran.

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien 4 ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu."

(5) L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 3(a):

(i) ir-referenza għal "EUR 100 000" hija sostitwita bi "EUR 1 000 000";

(ii) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

(b) fil-paragrafu 3(b):

(i) ir-referenza għal "EUR 100 000" hija sostitwita bi "EUR 1 000 000";

(ii) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

(c) fil-paragrafu 3(c) ir-referenza għal "EUR 10 000" hija sostitwita bi "EUR 100 000".

(6) L-Artikolu 30a huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1(b) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

(b) fil-paragrafu 1(c) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000".

(7) Fl-Artikolu 37b, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

"3.  L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża."

(8) Fil-punt (b) tal-Artikolu 45, il-kliem "temenda l-Annessi III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA, VIIB u X" huma sostitwiti bil-kliem " temenda l-Annessi III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA, VIIB, X, XI u XII ".

(9) L-Anness I u l-Anness II għal dan ir-Regolament huma miżjuda bħala l-Annessi XI u XII rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I




“ANNESS XI



Lista ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(3) u (14)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

2709 00

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati”.




ANNESS II




"ANNESS XII



LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15(3)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew bil-platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bil-platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab

7109

Metalli ta’ valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

7110

Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

7111

Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7112

Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fih metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż".



( 1 ) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

( 3 ) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.